Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22007D0007

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 7/2007 tas- 27 ta' April 2007 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 209, 9.8.2007, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/7(2)/oj

    9.8.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 209/13


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 7/2007

    tas-27 ta' April 2007

    li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 147/2006 tat-8 ta' Diċembru 2006 (1).

    (2)

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/59/KE tat-28 ta' Ġunju 2006 li temenda l-Annessi fid-Direttivi tal-Kunsill 76/895/KEE, 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwi għal carbaryl, deltamethrin, endosulfan, fenithrothion, methidathion u oxamyl (2) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim.

    (3)

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/60/KE tas-7 ta' Lulju 2006 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE rigward il-livelli massimi tar-residwi tat-trifloxystrobin, thiabendazole, abamectin, benomyl, carbendazim, thiophanate-methyl, myclobutanyl, glyphosate, trimethylsulfonium, fenpropimorph u chlormequat (3) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim.

    (4)

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/61/KE tas-7 ta' Lulju 2006 li temenda l-Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwi għall-atrazine, azinphos-ethyl, cyfluthrin, ethephon, fenthion, methamidophos, methomyl, paraquat u triazophos (4) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim.

    (5)

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/62/KE tat-12 ta' Lulju 2006 li temenda l-Annessi fid-Direttivi tal-Kunsill 76/895/KEE, 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwi għal desmedipham, phenmedipham u chlorfenvinphos (5) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Kapitolu XII ta' l-Anness II tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

    1.

    L-inċiżi li ġejjin għandhom ikunu miżjuda f'punti 13 (Direttiva tal-Kunsill 76/895/KEE), 38 (Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE), 39 (Direttiva tal-Kunsill 86/363/KEE) u 54 (Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE):

    “—

    32006 L 0059: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/59/KE tat-28 ta' Ġunju 2006 (ĠU L 175, 29.6.2006, p. 61),

    32006 L 0062: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/62/KE tat-12 ta' Lulju 2006 (ĠU L 206, 27.7.2006, p. 27).”

    2.

    L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud ma' punti 38 (id-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE), 39 (id-Direttiva tal-Kunsill 86/363/KEE) u 54 (id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE):

    “—

    32006 L 0061: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/61/KE tas-7 ta' Lulju 2006 (ĠU L 206, 27.7.2006, p. 12).”

    3.

    L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 54 (Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE):

    “—

    32006 L 0060: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/60/KE tas-7 ta' Lulju 2006 (ĠU L 206, 27.7.2006, p. 1).”

    Artikolu 2

    It-testi tad-Direttivi 2006/59/KE, 2006/60/KE, 2006/61/KE u 2006/62/KE fil-lingwi Iżlandiżi u Norveġiżi, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-28 ta' April 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Alan SEATTER


    (1)  ĠU L 89, 29.3.2007, p. 17.

    (2)  ĠU L 175, 29.6.2006, p. 61.

    (3)  ĠU L 206, 27.7.2006, p. 1.

    (4)  ĠU L 206, 27.7.2006, p. 12.

    (5)  ĠU L 206, 27.7.2006, p. 27.

    (*)  Ebda ħtiġijiet kostituzzjonali m'huma indikati.


    Top