EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22005A0928(01)

Ftehim f'forma ta’ skambju ta’ ittri dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jiffissa, għall-perjodu bejn l- 1 ta’ Jannar 2005 u  l- 31 ta’ Diċembru 2010 , l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Federali Iżlamika tal-Komoros rigward is-sajd 'il barra mill-Kosta tal-Komoros

ĠU L 252, 28.9.2005, p. 10–10 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 168M, 21.6.2006, p. 332–332 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2010

Related Council decision

22005A0928(01)

Ftehim f'forma ta’ skambju ta’ ittri dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jiffissa, għall-perjodu bejn l- 1 ta’ Jannar 2005 u  l- 31 ta’ Diċembru 2010 , l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Federali Iżlamika tal-Komoros rigward is-sajd 'il barra mill-Kosta tal-Komoros

Official Journal L 252 , 28/09/2005 P. 0010 - 0010
Official Journal L 168 , 21/06/2006 P. 0332 - 0332


Ftehim

f'forma ta’ skambju ta’ ittri dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jiffissa, għall-perjodu bejn l- 1 ta’ Jannar 2005 u l- 31 ta’ Diċembru 2010, l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Federali Iżlamika tal-Komoros rigward is-sajd 'il barra mill-Kosta tal-Komoros

A. Ittra tal-Gvern tal-Komoros

Sinjur,

B’referenza għall-Protokoll, inizjalat fl- 24 ta’ Novembru 2004, li jiffissa l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja għall-perjodu bejn l- 1 ta’ Jannar 2005 u l- 31 ta’ Diċembru 2010, għandi l-unur ninfurmak li l-Gvern tal-Komoros huwa dispost li japplika dan il-Protokoll provviżorjament mill- 1 ta’ Jannar 2005, sa meta dan jidħol fis-seħħ skond l-Artikolu 13 tiegħu, sakemm il-Komunità Ewropea tkun disposta tagħmel l-istess.

F’dan il-każ, il-ħlas ta’ l-ewwel kontribuzzjoni finanzjarja annwali ffissata fl-Artikolu 2 tal-Protokoll għandu jsir qabel it- 30 ta’ Settembru 2005.

Inkun grat jekk tagħtini konferma tal-qbil tal-Komunità Ewropea ma' dan ta' hawn fuq.

Insellimlek,

Għall-Gvern ta’ l-Unjoni tal-Komoros

B. Ittra tal-Komunità

Sinjur,

Għandi l-unur li ninfurmak li rċevejt l-ittra tiegħek ta’ dik il-ġurnata, li tgħid hekk:

"B’referenza għall-Protokoll, inizjalat fl- 24 ta’ Novembru 2004, li jiffissa l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja għall-perjodu bejn l- 1 ta’ Jannar 2005 u l- 31 ta’ Diċembru 2010, għandi l-unur ninfurmak li l-Gvern tal-Komoros huwa dispost li japplika dan il-Protokoll provviżorjament mill- 1 ta’ Jannar 2005, sa meta dan jidħol fis-seħħ skond l-Artikolu 13 tiegħu, sakemm il-Komunità Ewropea tkun disposta tagħmel l-istess.

F’dan il-każ, il-ħlas ta’ l-ewwel kumpens finanzjarju annwali ffissat fl-Artikolu 2 tal-Protokoll għandu jsir qabel it- 30 ta’ Settembru 2005.

Inkun grat jekk tagħtini konferma tal-qbil tal-Komunità Ewropea ma' dan ta' hawn fuq."

Għandi l-unur li nikkonfermalek li l-Komunità taqbel mal-kontenut ta’ din l-ittra.

Insellimlek,

F’isem il-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea

--------------------------------------------------

Top