This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22003D0153
Decision of the EEA Joint Committee No 153/2003 of 7 November 2003 amending Annex XI (Telecommunication services) and Annex XIV (Competition) to the EEA Agreement
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 153/2003 tas-7 ta' Novembru 2003 li temenda l-Anness XI (Servizzi ta' telekommunikazzjoni) u l-Anness XIV (Kompetizzjoni) tal-Ftehim ŻEE
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 153/2003 tas-7 ta' Novembru 2003 li temenda l-Anness XI (Servizzi ta' telekommunikazzjoni) u l-Anness XIV (Kompetizzjoni) tal-Ftehim ŻEE
ĠU L 41, 12.2.2004, pp. 45–46
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 21994A0103(61) | Tħassir | punt 3 Test | 25/07/2003 | |
Modifies | 21994A0103(61) | Żieda | punt 5cg | 01/11/2003 | |
Modifies | 21994A0103(64) | Tħassir | punt 13 | 25/07/2003 | |
Modifies | 21994A0103(64) | Żieda | punt 13a | 01/11/2004 |
Official Journal L 041 , 12/02/2004 P. 0045 - 0046
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 153/2003 tas-7 ta' Novembru 2003 li temenda l-Anness XI (Servizzi ta' telekommunikazzjoni) u l-Anness XIV (Kompetizzjoni) tal-Ftehim ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonimika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness XI li jinsab mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE 80/2003 tal-20 ta' Ġunju 2003 [1]. (2) L-Anness XIV li jinsab mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE 82/2003 tal-20 ta' Ġunju 2003 [2]. (3) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/77/KE tas-16 ta' Settembru 2002 dwar il-kompetizzjoni fis-swieq għan-networks u servizzi għall-komunikazzjonijiet elettroniċi [3] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. (4) Id-Direttiva 2002/77/KE tħassar, b'effett mill-25 ta' Lulju 2003, id-Direttiva tal-Kummissjoni 90/388/KEE [4], li hija inkorporta fil-Ftehim u li b'konsegwenza għandha titħassar taħt il-Ftehim, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 L-Anness XI li jinsab mal-Ftehim huwa emendat kif ġej: 1. Il-punt li ġej huwa mdaħħal wara l-punt 5cf (Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill): "5cg. 32002 L 0077: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/77/KE tas-16 ta' Settembru 2002 dwar il-kompetizzjoni fis-swieq għan-networks u s-servizzi għall-komunikazzjonijiet elettroniċi (ĠU L 249, tas-17.9.2002, p. 21) [5]. Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva, għall-finijiet tal-Ftehim presenti, għandhom jinqraw bl-adattazzjonijiet li ġejja: Fl-Artikolu 7(2), "regoli tal-kompetizzjoni tat-Trattat KE" jaqra "ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-Ftehim ŻEE"." 2. It-test tal-punt 3 (Direttiva tal-Kummissjoni 90/388/KEE) huwa mħassar b'effett mill-25 ta' Lulju 2003. Artikolu 2 L-Anness XIV li jinsab mal-Ftehim huwa emendat kif ġej: 1. Il-punt li ġej huwa mżijud wara l-punt 13 (Direttiva tal-Kummissjoni 90/388/KEE): "13a. 32002 L 0077: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/77/KE tas-16 ta' Settembru 2002 dwar kompetizzjoni fis-swieq għan-networksu s-servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (ĠU L 249, tas-17.9.2002, p. 21). Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva, għall-finijiet tal-Ftehim presenti,, jinqraw bl-adattazzjoni li ġejja: Fl-Artikolu 7(2), "regoli tal-kompetizzjoni tat-Trattat KE" jaqra "ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-Ftehim ŻEE"." 2. It-test tal-punt 13 (Direttiva tal-Kummissjoni 90/388/KEE) huwa mħassar b'effett mill-25 ta' Lulju 2003. Artikolu 3 It-test tad-Direttiva 2002/77/KE fil-lingwa tal-Iżlanda u tan-Norveġja, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnall Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta' Novembru 2003, kemm-il darba n-notifikazzjonijiet kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt ŻEE [6]. Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fit-taqsima ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Magħmula fi Brussel, fis-7 ta' Novembru 2003. Għall-Kumitat Konġunt ŻEE Il-President HSH Prinz Nikolaus von Liechtenstein [1] ĠU L 257, tad-9.10.2003, p. 31. [2] ĠU L 257, tad-9.10.2003, p. 37. [3] ĠU L 249, tas-17.9.2002, p. 21. [4] ĠU L 192, ta' l-24.7.1990, p. 10. [5] Elenkata hawn għal finijiet biss ta' informazzjoni. Għall-applikazzjoni, ara l-Anness XIV. [6] Ħtiġiet kostituzzjonali indikati. --------------------------------------------------