Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22002D0037

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 37/2002 tad-19 ta' April 2002 li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE

    ĠU L 154, 13.6.2002, p. 22–23 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/37(2)/oj

    22002D0037



    Official Journal L 154 , 13/06/2002 P. 0022 - 0023


    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE

    Nru 37/2002

    tad-19 ta' April 2002

    li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT ŻEE,

    Wara li ikkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn il-quddiem referut bħala "il-Ftehim", u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1) L-Anness IX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 73/2001 tad-19 ta' Ġunju 2001 [1].

    (2) Id-Direttiva 2001/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Mejju 2001 dwar id-dħul ta' kambjali fil-lista uffiċjali tal-Borża u dwar l-informazzjoni li għandha tkun ippublikata dwar dawk il-kambjali [2] tikkonsolida diversi atti li preżentament huma inkorporati fl-Anness IV tal-Ftehim.

    (3) Id-Direttiva 2001/34/KE għandha tkun inkorportata fil-Ftehim.

    (4) Id-Direttiva 2001/34/KE tħassar diversi atti preżentament inkorporati fil-Ftehim, inklużi atti b'adozzjoni ŻEE.

    (5) L-adattazzjonijiet ŻEE ta' l-atti mħassra bid-Direttiva 2001/34/KE għandhom ikunu miżmuma, sal-limitu li dawn ma jkunx fihom dispożizzjonijiet transitorji li jkunu saru nulli mill-iskop,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-Anness IX tal-Ftehim għandu jkun emendat kif ġej:

    1. It-test tal-punt 24 (id-Direttiva tal-Kunsill 79/279/KEE) għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

    "32001 L 0034: Id-Direttiva 2001/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Mejju 2001 dwar id-dħul ta' kambjali fil-lista uffiċjali tal-Borża u dwar l-informazzjoni li għandha tkun ippubblikata dwar dawk il-kambjali (ĠU L 184, tas-6.7.2001, p. 1).

    Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom għall-iskopijiet tal-Ftehim preżenti, ikunu jinqraw bħala l-adattazzjonijiet li ġejjin:

    (a) L-Artikolu 41 tad-Direttiva m'għandux ukun applikabli.

    (b) F'dak li jirrigwardja l-Istati EFTA, id-dati referuti fl-Artikolu 90 tad-Direttiva għandhom ikunu kif ġej:

    L-Islanda: l-1 ta' Jannar 1994,

    Il-Liechtenstein l-1 ta' Jannar 1997,

    In-Norveġja: l-1 ta' Jannar 1994."

    2. It-testi tal-punt 25 (id-Direttiva tal-Kunsill 80/390/KEE), tal-punt 26 (id-Direttiva tal-Kunsill 82/121/KE) u l-punt 27 (id-Direttiva tal-Kunsill 88/627/KEE) għandhom ikunu mħassra.

    Artikolu 2

    It-testi tad-Direttiva 2000/34/KE fil-lingwi Islandiż u Norveġiż, li għandhom ikunu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-20 ta' April 2002, basta li n-notifiki kollha permezz ta' l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru mill-Kumitat Konġunt ŻEE [3].

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fis-Sezzjoni ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE ta', il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmula fi Brussel, fid-19 ta' April 2002.

    Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

    Il-President

    P. Westerlund

    [1] ĠU L 238, tas-6.9.2001, p. 22.

    [2] ĠU L 184, tas-6.7.2001, p. 1.

    [3] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali indikati.

    --------------------------------------------------

    Top