This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22002D0017
Decision of the EEA Joint Committee No 17/2002 of 1 March 2002 amending Annex XIII (Transport) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 17/2002 ta' l-1 ta' Marzu 2002 li temenda l-Anness XIII (Trasport) mal-Ftehim dwar iż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 17/2002 ta' l-1 ta' Marzu 2002 li temenda l-Anness XIII (Trasport) mal-Ftehim dwar iż-ŻEE
ĠU L 110, 25.4.2002, p. 13–14
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 21994A0103(63) | Tħassir | Test 54a | 02/03/2002 | |
Modifies | 21994A0103(63) | Żieda | punt 56j | 02/03/2002 |
Official Journal L 110 , 25/04/2002 P. 0013 - 0014
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 17/2002 ta' l-1 ta' Marzu 2002 li temenda l-Anness XIII (Trasport) mal-Ftehim dwar iż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness XIII mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 6/2002 ta' l-1 ta' Frar 2002 [1]. (2) Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/25/KE ta' l-4 ta' April 2001 dwar il-livell minimu tat-taħriġ għall-baħħara [2], trid tiġi inkorporata fil-Ftehim. (3) Id-Direttiva 2001/25/KE tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 94/58/KEE tat-22 ta' Novembru 1994 dwar il-livell minimu tat-tariġ tal-baħħara [3], li hija inkorporata fil-Ftehim u għalhekk trid titħassar skond il-Ftehim, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 56i (id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/59/KE) fl-Anness XIII mal-Ftehim: "56j 32001 L 0025: Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/25/KE ta' l-4 ta' April 2001 dwar il-livell minimu tat-taħriġ għall-baħħara (ĠU L 136, tat-18.5.2001, p. 17)." Artikolu 2 It-test tal-punt 54a (id-Direttiva tal-Kunsill 94/58/KE) ta' l-Anness XIII għandu jiġi mħassar. Artikolu 3 Għandu jkun awtentiku t-test tad-Direttiv 2001/25/KE fl-ilsien Islandiż u l-ilsien Norveġiż, li jrid jiġi ppubblikat fis-Suppliment għaż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-2 ta' Marzu 2002, sakemm in-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu ġew magħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [4]. Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u fis-Suppliment gżaż-ŻEE ta' miegħu. Magħmula fi Brussel, fl-1 ta' Marzu 2002. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President P. Westerlund [1] ĠU L 88, ta' l-4.4.2002, p. 12. [2] ĠU L 136, tat-18.5.2001, p. 17. [3] ĠU L 319, tat-12.12.1994, p. 28. [4] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali indikati. --------------------------------------------------