This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22001D0118(11)
Decision of the EEA Joint Committee No 136/1999 of 5 November 1999 amending Annex I (Veterinary and phytosanitary matters) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 136/1999 tal-5 ta' Novembru 1999 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet Veterinarji u Fitosanitarji) għall-Ftehim taż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 136/1999 tal-5 ta' Novembru 1999 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet Veterinarji u Fitosanitarji) għall-Ftehim taż-ŻEE
ĠU L 15, 18.1.2001, p. 22–23
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 21994A0103(51) | Żieda | kapitolu I parti 8.2 punt 82 inċiż | 06/11/1999 | |
Modifies | 21994A0103(51) | Sostituzzjoni | kapitolu I parti 8.1 punt 18 Test | 06/11/1999 | |
Modifies | 21994A0103(51) | Sostituzzjoni | kapitolu I parti 8.2 punt 114 Test | 06/11/1999 |
Official Journal L 015 , 18/01/2001 P. 0022 - 0023
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 136/1999 tal-5 ta' Novembru 1999 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet Veterinarji u Fitosanitarji) għall-Ftehim taż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness I għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 76/1999 tal-25 ta' Ġunju 1999 [1]. (2) D-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/597/KE tal-15 ta' Ottubru 1998 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/278/KE, li tistabbilixxi lista ta pajjiżi terzi li mingħandhom Stati Membri jawtorizzaw importazzjonijiet ta' ċerti prodotti soġġetti għad-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE [2], għandha tiġi nkorporata fil-Ftehim. (3) D-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/603/KE tad-19 ta' Ottubru 1998 li temenda d-Deċiżjoni 95/408/KE dwar il-kundizzjonijiet għall-istabbiliment, għal perjodu interim, listi proviżorji ta' stabbilimenti f'pajjiżi terzi li mingħandhom Stati Membri huma awtorizzati illi jimportaw ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali, prodotti tas-sajd jew molluski bivlalvi ħajjin [3], għandha tiġi nkorporata fil-Ftehim. (4) D-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/408/KE tat-22 ta' Ġunju 1995 dwar il-kundizzjonijiet għall-istabbiliment, għal perjodu interim, ta' listi ta' stabbilitment f'pajjiżi terzi li mingħandhom Stati Memebri huma awtorizzati illi jimportaw ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali, prodotti tas-sajd jew molluski bivalvi ħajjin ġiet inkorporata fil-punt 18 fil-Parti 8.1 u fil-punt 114 fil-Parti 8.2 tal-Kapitolu I ta' l-Anness I għall-Ftahim bħala d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/408/KE, u billi t-titolu ta' din id-Deċiżjoni għandu jiġi ikkoreġut. (5) Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 82 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/278/KE) fil-Parti 8.2 tal-Kapitolu I ta' l-Anness I għall-Ftehim: "- 398 D 0597: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/597/KE tal-15 ta' Ottubru 1998 (ĠU L 286, tat-23.10.1998, p. 59)." Artikolu 2 It-test li ġej għandu jieħu post it-test tal-punt 18 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/408/KE) fil-Parti 8.1 tal-Kapitolu I ta' l-Anness I għall-Ftehim u l-punt 114 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/408/KE) fil-Parti 8.2 tal-Kapitolu I ta' l-Anness I għall-Ftehim: "395 D 0408: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/408/KE tat-22 ta' Ġunju 1995 dwar il-kondizzjonijiet għall-istabbiliment għal perjodu interim, ta' listi proviżorji ta' stabbilimenti ta' pajjiżi terzi mingħand min l-Istati Membri huma awtorizzati jimportaw ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali, prodotti tas-sajd jew molluski bivalva ħajjin (ĠU L 243, tal-11.10.1995, p. 17), kif emendata bi: - 397 D 0034: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/34/KE tas-17 ta' Diċembru 1998 (ĠU L 13, tas-16.1.1997, p. 33). - 398 D 0603: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/603/KE tad-19 ta' Ottubru 1998 (ĠU L 289, tat-28.10.1998, p. 36)." Artikolu 3 It-testi tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/597/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/603/KE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li huma annessi għall-verżjonijiet rispettivi tal-lingwa għal din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-6 ta' Novembru 1999, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE. Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussel, fil-5 ta' Novembru 1999. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President N. v. Liechtenstein [1] ĠU L 296, tat-23.11.2000, p. 1. [2] ĠU L 286, tat-23.10.1998, p. 59. [3] ĠU L 289, tat-28.10.1998, p. 36. --------------------------------------------------