Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22000D1221(23)

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 123/1999 ta' l-24 ta' Settembru 1999 li temenda l-Anness XXI (Statistiċi) għall-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 325, 21.12.2000, p. 41–42 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/123(2)/oj

    22000D1221(23)



    Official Journal L 325 , 21/12/2000 P. 0041 - 0042


    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Nru 123/1999

    ta' l-24 ta' Settembru 1999

    li temenda l-Anness XXI (Statistiċi) għall-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1) L-Anness XXI għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 14/1999 tad-29 ta' Jannar 1999 [1].

    (2) Sar neċessarju, sabiex tinżamm l-omoġenjità tal-Ftehim fil-qasam ta' l-istatistiċi, u sabiex tiġi żgurata l-produzzjoni u d-disseminazzjoni ta' informazzjoni statistika koerenti u komparabbli għad-deskrizzjoni u l-immonitorjar ta' l-aspetti ekonomiċi, soċjali u ambjentali relevanti taż-Żona Ekonomika Ewropea, li jiġu inkorporati fl-Anness XXi għall-Ftehim, żewġ atti legali adottati mill-Komunità Ewropea matul iż-żmien li jkun għadda sa minn meta jkunu saru l-aħħar emendi għall-Anness XXI,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-Anness XXI għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif speċifikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 410/98 [2], u tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 448/98 [3] fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li huma annessi għall-verżjonijiet rispettivi tal-lingwa għal din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-25 ta' Settembru 1999, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmula fi Brussel, fl-24 ta' Settembru 1999.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    N. v. Liechtenstein

    [1] ĠU L 112, tal-11.5.2000, s. 73.

    [2] ĠU L 52, tal-21.2.1998, s. 1.

    [3] ĠU L 58, tal-27.2.1998, s. 1.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    għad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 123/1999

    L-Anness XXI (STATISTIĊI) għall-Ftehim taż-ŻEE għandu jiġi emendat kif speċifikat taħt.

    A. STATISTIĊI TAN-NEGOZJU

    Dan li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 1 (Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 58/97) qabel l-addattamenti:

    ", kif emendata bi:

    398 R 0410 : Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 410/98 tas-16 ta' Frar 1998 (ĠU L 52, tal-21.2.1998, p. 1)."

    B. STATISTIĊI EKONOMIĊI

    Dan li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 19d (Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96) qabel l-addattamenti:

    ", kif emendata bi:

    398 R 0448 : Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 448/98 tas-16 ta' Frar 1998 (ĠU L 58, tas-27.2.1998, p. 1)."

    --------------------------------------------------

    Top