EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22000D1214(08)

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 78/2000 tat-2 ta' Ottubru 2000 li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 315, 14.12.2000, p. 18–19 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2000/78(3)/oj

22000D1214(08)



Official Journal L 315 , 14/12/2000 P. 0018 - 0019


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 78/2000

tat-2 ta' Ottubru 2000

li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness II għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 19/2000 tal-25 ta' Frar 2000 [1].

(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/180/KE tat-23 ta' Frar 2000 li testendi l-perjodu ta' żmien possibbli għal awtorizzazzjonijiet proviżjonali tas-sostanza attiva l-ġdida Pseudomonas chlororaphis [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/10/KE ta' l-1 ta' Marzu 2000 li tinkludi sustanza attiva (fluroxypyr) fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti [3] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 12a (Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE) fil-Kapitolu XV ta' l-Anness II għall-Ftehim:

32000 L 0010 : Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/10/KE ta' l-1 ta' Marzu 2000 (ĠU L 57, tat-2.3.2000, p. 28)."

Artikolu 2

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 12i (Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2161/1999) fil-Kapitolu XV ta' l-Anness II għall-Ftehim:

32000 D 0180 : Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/180/KE tat-23 ta' Frar 2000 li testendi l-perjodu ta' żmien possibbli għal awtorizzazzjonijiet proviżjonali tas-sostanza attiva l-ġdida Pseudomonas chlororaphis (ĠU L 57, tal-25.2.2000, p. 34)."

Artikolu 3

It-testi tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/180/KE u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/10/KE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-3 ta' Ottubru 2000, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [4].

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fit-2 ta' Ottubru 2000.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

G. S. Gunnarsson

[1] Ghadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

[2] ĠU L 57, tat-2.3.2000, p. 34.

[3] ĠU L 57, tat-2.3.2000, p. 28.

[4] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali indikati.

--------------------------------------------------

Top