This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22000D0615(07)
Decision of the EEA Joint Committee No 31/2000 of 31 March 2000 amending Annex IV (Energy) of the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 31/2000 tal-31 ta' Marzu 2000 li temenda l-Anness IV (Enerġija) għall-Ftehim taż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 31/2000 tal-31 ta' Marzu 2000 li temenda l-Anness IV (Enerġija) għall-Ftehim taż-ŻEE
ĠU L 141, 15.6.2000, p. 55–56
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 21994A0103(54) | Sostituzzjoni | punt 3 Test | 01/04/2000 | |
Modifies | 21994A0103(54) | Tħassir | appendiċi 1 | 01/04/2000 | |
Modifies | 21994A0103(54) | Sostituzzjoni | punt 3a Test | 01/04/2000 |
Official Journal L 141 , 15/06/2000 P. 0055 - 0056
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 31/2000 tal-31 ta' Marzu 2000 li temenda l-Anness IV (Enerġija) għall-Ftehim taż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness IV għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 168/1999 tas-26 ta' Novembru 1999 [1]. (2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/280/KE tat-22 ta' April 1999 dwar proċedura tal-Komunità għall-informazzjoni u konsultazzjoni dwar spejjeż tal-provvista taż-żejt mhux raffinat u l-prezzijiet tal-kosnumatur ta' prodotti tal-petroleum [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. (3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/566/KE tas-26 ta' Lulju 1999 li timplimenta d-Deċiżjoni tal-Kunill 1999/280/KE dwar proċedura tal-Komunità għall-informazzjoni u konsultazzjoni dwar spejjeż tal-provvista taż-żejt mhux raffinat u l-prezzijiet tal-kosnumatur ta' prodotti tal-petroleum [3] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. (4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/280/KE tat-22 ta' April 1999 li tirrevoka d-Direttiva tal-Kunsill 76/491/KEE ta' l-4 ta' Mejju 1976 dwar proċedura tal-Komunità għal informazzjoni u konsultazzjoni fuq il-prezzijiet ta' żejt mhux raffinat u prodotti tal-petroleum fil-Komunità, li hija inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentament għandha tiġi mħassra mill-Ftehim. (5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/566/KE li tirrevoka d-Direttiva tal-Kummissjoni 77/190/KEE tas-26 ta' Jannar 1977 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 76/491/KEE dwar proċeduri tal-Komunità għal informazzjoni u konsultazzjoni fuq il-prezzijiet ta' żejt mhux raffinat u prodotti tal-petroleum fil-Komunità, li hija inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentament għandha tiġi mħassra mill-Ftehim. IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 It-test tal-Punt 3 (Direttiva tal-Kunsill 76/491/KEE) fl-Anness IV għal-Ftehim għandu jiġi mibdul b'li ġej: "399 D 0280: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/280/KE tat-22 ta' April 1999 dwar proċedura tal-Komunità għall-informazzjoni u konsultazzjoni dwar spejjeż tal-provvista taż-żejt mhux raffinat u l-prezzijiet tal-kosnumatur ta' prodotti tal-petroleum (ĠU L 110, tat-28.4.1999, p. 8)." Artikolu 2 1. It-test tal-punt 3a (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 77/190/KEE) fl-Anness IV għall-Ftehim għandu jiġi mibdul b'li ġej: "399 D 0566: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/566/KE tas-26 ta' Lulju 1999 li timplimenta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/280/KE dwar proċedura tal-Komunità għall-informazzjoni u konsultazzjoni dwar spejjeż tal-provvista taż-żejt mhux raffinat u l-prezzijiet tal-kosnumatur ta' prodotti tal-petroleum (ĠU L 216, ta' l-14.8.1999, p. 8)." 2. L-Appendiċi 1 għall-Anness IV għall-Ftehim għandu jitħassar. Artikolu 3 It-testi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/280/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/566/KE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta' April 2000, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103 [4] tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE. Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussel, fil-31 ta' Marzu 2000. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President F. Barbaso [1] Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali. [2] ĠU L 110, tat-28.4.1999, p. 8. [3] ĠU L 216, ta' l-14.8.1999, p. 8. [4] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali indikati. --------------------------------------------------