Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22000D0210(04)

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 4/1999 tad-29 ta' Jannar 1999 li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 35, 10.2.2000, p. 32–32 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/4(2)/oj

    22000D0210(04)



    Official Journal L 035 , 10/02/2000 P. 0032 - 0032


    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Nru 4/1999

    tad-29 ta' Jannar 1999

    li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi l-Anness II għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 101/98 tat-30 ta' Ottubru 1998 [1];

    Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 426/98 tat-23 ta' Frar 1998 li jemenda l-Annessi I, II u III tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità għall-istabbiliment ta' limiti massimi ta' residwu ta' prodotti mediċinali veterinarji f'affarijiet ta' l-ikel li joriġinaw mill-annimali [2], u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 613/98 tat-18 ta' Marzu 1998 li jemenda l-Annessi II, III u IV tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità għall-istabbiliment ta' limiti massimi ta' residwu ta' prodotti mediċinali veterinarji f'affarijiet ta' l-ikel li joriġinaw mill-annimali [3], għandhom jiġu nkorporati fil-Ftehim,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-inċiżi li ġejjin għandhom jiġu miżjudin fil-punt 14 (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90) tal-Kapitolu XIII ta' l-Anness II għall-Ftehim:

    "- 398 R 0426: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 426/98 tat-23 ta' Frar 1998 (ĠU L 53, ta' l-24.2.1998, p. 3);

    - 398 R 0613: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 613/98 tat-18 ta' Marzu 1998 (ĠU L 82, tad-19.3.1998, p. 14)."

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 426/98 u (KE) Nru 613/98 fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li huma annessi għall-verżjonijiet rispettivi tal-lingwa għal din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-30 ta' Jannar 1999, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmul fi Brussel, fid-29 ta' Jannar 1999.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    F. Barbaso

    [1] ĠU L 197, tad-29.7.1999, p. 53, korrigendum: ĠU L 226, tas-27.8.1999, p. 43.

    [2] ĠU L 53, ta' l-24.2.1998, p. 3.

    [3] ĠU L 82, tad-19.3.1998, p. 14.

    --------------------------------------------------

    Top