This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 21999A0724(01)
Agreement in the form of an Exchange of letters between the European Community, of the one part, and the Republic of Iceland, of the other part, on Protocol 2 to the Agreement between the European Economic Community and the Republic of Iceland - Agreed Minute
Ftehim f'għamla ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta' l-Islanda, min-naħa l-oħra, dwar il-Protokoll 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islanda
Ftehim f'għamla ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta' l-Islanda, min-naħa l-oħra, dwar il-Protokoll 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islanda
ĠU L 192, 24.7.1999, p. 48–52
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/1999/492/oj
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 21972A0722(05) | Emenda | protokoll 2 Test | 01/08/1999 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 21999A0724(01)R(01) |
Official Journal L 192 , 24/07/1999 P. 0048 - 0052
Ftehim f'għamla ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta' l-Islanda, min-naħa l-oħra, dwar il-Protokoll 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islanda A. Ittra mill-Komunità Brussel, 15 ta' Lulju 1999 Sinjur, Għandi l-unur nikkonferma l-qbil tal-Komunità Ewropea mal-"Minuti Maqbula" annessi ma' dan dwar il-Protokoll 2 mal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islanda. Inkun nafulek jekk tikkonferma l-qbil tal-Gvern tar-Repubblika ta' l-Islanda mal-kontenut ta' din l-ittra. Nitolbok tilqa', Sinjur, iċ-ċertezza ta' l-ogħla stima tiegħi. Għall-Komunità Ewropea +++++ TIFF +++++ B. Ittra mill-Islanda Brussel, 15 ta' Lulju 1999 Sinjur, Għandi l-unur nirrikonoxxi l-irċevuta ta' l-ittra tiegħek tal-lum fil-kliem li ġej: "Għandi l-unur nikkonferma l-qbil tal-Komunità Ewropea mal-"Minuti Maqbula" annessi ma' dan dwar il-Protokoll 2 mal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islanda Inkun nafulek jekk tikkonferma l-qbil tal-Gvern tar-Repubblika ta' l-Islanda mal-kontneut ta' din l-ittra." Għandi l-unur nikkonferma l-qbil tal-Gvern tiegħi mal-kontenut ta' l-ittra tiegħek u mad-data proposta għad-dħul fis-seħħ ta' l-aġġustament. Nitolbok tilqa', Sinjur, iċ-ċertezza ta' l-ogħla stima tiegħi. Għall-Gvern tar-Repubblika ta' l-Islanda +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- QBIL TA' MINUTI I. INTRODUZZJONI 1) Wara numru ta' laqgħat li saru bejn uffiċjali tal-Kummissjoni tal-KE u l-Islanda ntlaħaq qbil biex ikunu ssosttomessi lill-awtoritajiet rispettivi tagħhom għal approvazzjoni serje ta' aġġustamenti għar-reġimi ta' importazzjoni applikati rispettivament mill-Komunità u l-Islanda għall-prodotti agrikoli pproċessati li jaqgħu fl-ambitu tal-Protokoll 2 mal-Ftehim dwar Kummerċ Liberu ta' l-1972. Dawn l-aġġustamenti għandhom jidħlu fis-seħħ f'Awissu 1999. 2) Iż-żewġ partijiet qablu li l-implimentazzjoni tal-Ftehim tan-Negozjati ta' l-Urugwaj (Uruguay Round Settlement) miż-żewġ naħat irrikjeda adattazzjoni tad-dazji applikati fil-kummerċ bilaterali bejn il-Komunità u l-Islanda. Għal dan il-għan sar ftehim li jkunu applikati d-dazji miġjuba hawn iktar ‘l isfel. 3) Iż-żewġ partijiet qablu li jeżaminaw fuq bażi regolari l-funzjoni ta' dan il-Ftehim u l-possibbilta li jtejbuh. II. REĠIM TA' IMPORTAZZJONI ISLANDIŻ Id-dazji (ISK/kg) applikabbli għall-prodotti agrikoli pproċessati koperti bil-Protokoll 2 tal-Ftehim huma kif ġej: Tariffa Nru | Deskrizzjoni | Dazju applikabbli (fi ISK/kg) | 0403 | Xorrox, ħalib imbaqat u krema, yoghurt, kephir u ħalibijiet u krema iffermentati oħrajn, sew jekk ikkonċentrati u anki jekk le, jew li jkun fihom żieda ta' zokkor jewta' xi materja oħra tal-ħlewwa jew b'xi togħma jew li jkun fihom żieda ta' frott, ġewż jew kawkaw | | 0403-1011 | Yoghurt li jkun fih il-kawkaw | 61 | 0403-1012 | Yoghurt li jkun fih frott jew ġewż | 61 | 0403-1021 | Yoghurt bħala xorb li jkun fih il-kawkaw | 52 | 0403-1022 | Yoghurt bħala xorb li jkun fih frott jew ġewż | 52 | 0403-9011 | Oħrajn li jkun fihom il-kawkaw | 53 | 0403-9012 | Oħrajn li jkun fihom il-frott jew ġewż | 53 | 0403-9021 | Oħrajn bħala xorb li jkun fihom il-kawkaw | 53 | 0403-9022 | Oħrajn bħala xorb li jkun fihom frott jew ġewż | 53 | 1517 | Marġerina: taħlitiet jew preparazzjonijiet tajbin għall-ikel mix-xaħmijiet jew miż-żjutta' l-annimali jew veġitali jew ta' frazzjonijiet ta' żjut jew xaħmijiet ta' dan il-kapitolu, apparti milli x-xaħmijiet jew iż-żjut tajbin għall-ikel jew il-frazzjonijiet tagħhom ta' l-intestatura Nru 1516: – Marġerina, eskluża l-marġerina likwida | | 1517-1001 | – – Li jkun fiha aktar minn 10 % imma mhux aktar minn 15 % bil-piż tal-grass tal-ħalib | 90 | 1517-9002 | – – Li jkun fiha aktar minn 10 % imma mhux aktar minn 15 % bil-piż tal-grass tal-ħalib | 90 | 1806-2003 | Trab tal-kawkaw li jkun fih bil-piż anqas minn 90 % imma aktar minn 30 % ta' trab ta' ħalib frisk u/jew trab ta' ħalib xkumat, sew jekk u anki jekk le, jkun fih żieda ta' zokkor jew xi materja oħra tal-ħlewwa, imma mhux imħallat ma sustanzi oħrajn | 111 | 1806-2004 | Li jkun fih bil-piż anqas minn 30 % ta' trab ta' ħalib frisk u/jew trab ta' ħalib xkumat | 40 | 1806-2005 | Oħrajn, li jkun fihom bil-piż aktar minn 30 % ta' trab ta' ħalib frisk u/jew trab ta' ħalib xkumat | 111 | 1806-2006 | Oħrajn, li jkun fihom bil-piż anqas minn 30 % ta' trab ta' ħalib frisk u/jew trab ta' ħalib xkumat | 40 | 1806-3101 | Ċikkulata mimlija f'ċangaturi jew strixxi | 52 | 1806-3109 | Oħrajn mimlija f'ċangaturi jew strixxi | 52 | 1806-3202 | Ċikkulata li jkun fiha l-għaġina tal-kawkaw, zokkor, kawkaw, butir u trab tal-ħalib, f'ċangaturi jew strixxi | 48 | 1806-3203 | Imitazzjoni taċ-ċikkulata f'ċangaturi jew strixxi | 40 | 1806-3209 | Oħrajn mhux mimlija f'ċangaturi jew strixxi | 21 | 1806-9011 | Materjal ippreparati tax-xorb l-aktar minn oġġetti fi 0401-0404, li jkun fihom bil-piż 10 % jew aktar ta' trab tal-kawkaw, li jkun fihom żokkor jew materja oħra tal-ħlewwa, u materjali u togħmiet oħrajn ta' ammont iżgħar | 22 | 1806-9012 | Ikel, speċjalment ippreparat għal skopijiet dietetiċi | 18 | 1806-9023 | Bajd ta' żmien l-Għid | 49 | 1806-9024 | Zlazi u dlik għall-ġelati | 49 | 1806-9025 | Miksija jew koperti, bħal ma huma żbib, ċereali "minfuħa", għud is-sus, karamella uġelatina | 54 | 1806-9026 | Krema taċ-ċikkulata | 49 | 1806-9027 | Ċereali tal-kolazzjon | – | 1806-9028 | Trab tal-kawkaw li jkun fih bil-piż anqas minn 90 % imma mill-anqas 30 % ta' trab tal-ħalib frisk u/jew trab tal-ħalib xkumat; sew jekk, u anki jekk le, jkun fih żieda ta' zokkor jew materja oħra tal-ħlewwa, imma li ma jkunx imħallat ma sustanzi oħrajn | 120 | 1806-9029 | Trab tal-kawkaw li jkun fih bil-piż anqas minn 30 % ta' trab tal-ħalib frisk u/jew trab tal-ħalib xkumat; sew jekk, u anki jekk le, jkun fih żieda ta' zokkor jew materja oħra tal-ħlewwa, imma li ma jkunx imħallat ma sustanzi oħrajn | 44 | 1806-9039 | Oħrajn | 48 | 1901 | Estratt tax-xgħir: preparazzjonijiet ta' l-ikel mit-tqiq, smida, lamtu jew estratt tax-xgħir, li ma jkunx fih it-trab tal-kawkaw jew li jkun fih it-trab tal-kawkaw bi proporzjon mal-piż ta' anqas minn 50 %, li mhux speċifikat jew inkluż x'imkien ieħor; preparazzjonijiet ta' l-ikel ta' l-intestaturi Nri 0401 sa 0404, li ma jkunx fihom it-trab tal-kawkaw jew li jkun fihom it-trab tal-kawkaw bi proporzjon mal-piż ta' anqas minn 10 %, li mhux speċifikat jew inkluż x'imkien ieħor: | | 1901-2012 | – – – Għall-preparazzjoni tal-ħobż tal-ġinġer jew ta' simili ta' l-intestatura Nru 1905-2000 | 25 | 1901-2013 | – – – Għall-preparazzjoni ta' gallettini ħelwin ta' l-intestaturi Nri 1905-3011 u 1905-3029 u simili | 17 | 1901-2014 | – – – Għall-preparazzjoni ta' bukkuni tal-ġinġer ta' l-intestatura Nru 1905-3021 | 30 | 1901-2015 | – – – Għall-preparazzjoni ta' biskutelli u biskuttini ta' l-intestatura Nru 1905-3030 | 10 | 1901-2016 | – – – Għall-preparazzjoni ta' biskuttini tat-trabi, ħobż mixwi u ħobż simili mixwi ta' l-intestatura Nru 1905-4000 | 15 | 1901-2017 | – – – Għall-preparazzjoni ta' ħobż ta' l-intestatura Nru 1905-9011 b'mili ibbażat fuq il-prodotti tal-butir jew tal-ħalib | 40 | 1901-2018 | – – – Għall-preparazzjoni ta' ħobż ta' l-intestatura Nru 1905-9019 | 5 | 1901-2019 | – – – Għall-preprazzjoni ta' gallettini sempliċi ta' l-intestatura Nru 1905-9020 | 5 | 1901-2022 | – – – Għall-preparazzjonijiet ta' kejkijiet u oġġetti ta' l-għaġina ta' l-intestatura Nru 1905-9051 | 34 | 1901-2023 | – – – Taħlitiet u għaġejjen, li jkun fihom il-laħam, għall- produzzjoni tal-pizza u oġġetti simili, ta' l-intestatura Nru 1905-9051 | 99 | 1901-2024 | – – – Taħlitiet u għaġejjen, li jkun fihom fihom ingredjenti apparti mill-laħam, għall-produzzjoni tal-pizza u oġġetti simili, ta' l-intestatura Nru 1905-9059 | 54 | 1901-2029 | – – – Għall-preparazzjoni tal-prodotti ta' l-intestatura Nru 1905-9000 | 44 | 1902 | Għaġin, sew jekk imsajjar u anki jekk le jew, mimli (bil-laħam jew sustanzi oħrajn jew b'mod ieħor ippreprat, bħal ma huma spagetti, imqarrun, fdewweċ, lasanja, njokki, ravjul, kanelloni; couscous, sew jekk ippreparat u anki jekk le | | 1902-1100 | – – Li jkun fih il-bajd | 8 | 1902-2022 | – – – Għaġin mimli li jkun fih minn 3 % sa 20 % bil-piż ta' zalzett, laħam, raċanċ tal-laħam, demm jew it-taħlita tagħhom | 42 | 1902-2031 | – – – Għaġin mimli li jkun fih minn 3 % bil-piż ta' ġobon | 36 | 1902-2042 | – – – Għaġin mimli bil-ġobon u l-laħam li jkun fih minn 3 % imam mhux aktarminn 20 % bil-piż ta' ġobon u laħam | 42 | 1902-3021 | – – – Għaġin ieħor li jkun fih aktar minn 3 % imma mhux aktar minn 20 % ta' zalzett, laħam, raċanċ tal-laħam, demm jew it-taħlita tagħhom | 42 | 1902-3031 | – – – Għaġin ieħor li jkun fih bil-piż aktar minn 3 % ta' ġobon | 36 | 1902-3041 | – – – Li jkun fih ta' laħam u ġobon li flimkien ikun aktar minn 3 % imma mhux aktar minn 20 % bil-piż | 42 | 1902-4021 | – – – Couscous li jkun fih aktar minn 3 % imma mhux aktar minn 20 % bil-piż ta' zalzett, laħam, raċanċ tal-laħam, demm jew xi taħlita tagħhom | 42 | 1904-9001 | – – Ikel ippreparat akkwistat mit-tinfiħ jew l-inkaljar tal-prodotti taċ-ċereali li jkun fih bil-piż aktar minn 3 % imma mhux aktar minn 20 % ta' laħam | 42 | 1905-3011 | – – – Gallettini ħelwin miksija jew koperti biċ-ċikkulata jew b'fondanti li jkun fihom iċ-ċikkulata | 17 | 1905-3019 | – – – Oħrajn miksija jew koperti biċ-ċikkulata jew b'fondanti li jkun fihom iċ-ċikkulata | 16 | | – – – – Bukkuni tal-ġinġer | | | – – – – Galletini ħelwin oħrajn u biskuttini | | 1905-3021 | – – – – Oħrajn | 32 | 1905-3029 | – Biskuttelli tat-trabi, ħobż mixwi u prodotti mixwija simili | 19 | 1905-3030 | – Oħrajn: | 11 | 1905-4000 | – – – Ħobż b'mili li essenzalment jikkonsisti minn butir jew | 16 | | Oħrajn | | | – – – | | 1905-9011 | prodotti oħrajn tal-ħalib (per eżempju l-butir tat-tewm) | 40 | 1905-9019 | – – – Oħrajn | 5 | 1905-9020 | Gallettini sempliċi | 5 | 1905-9040 | – – Kejkijiet u prodotti ta' l-għaġina | 36 | | – –: … (pizza) | | 1905-9051 | – – – Tortini, inkluża l-pizza, li jkun fihom il-laħam | 99 | 1905-9059 | – – – Oħrajn | 54 | 1905-9060 | – – Ikliet żgħar, bħal ma huma frak, qxur, brim, ċrieki, tubi, bsaten u simili | – | 1905-9090 | – – – – Oħrajn | 46 | 2104 | Sopop u brodijiet u l-preparazzjonijiet tagħhom; preparazzjoni ta' l-ikel kompost, omoġenizzat: | | 2104-1001 | – – Preparazzjonijiet ta' sopop tal-ħaxix bl-ingredjenti bażiċi tat-tqiq, smida, lamtu jew estratti tax-xgħir | 3 | 2104-1003 | – – Sopop tal-ħut, fil-laned | 28 | 2104-1011 | – – Sopop oħrajn li jkun fihom bil-piż aktar minn 20 % ta' laħam | 80 | 2104-1012 | – – Sopop oħrajn li jkun fihom bil-piż mhux aktar minn 3 % imma aktar minn 20 % ta' laħam | 45 | 2104-1019 | – – – Sopop oħrajn | 21 | | – – Oħrajn: | | 2104-1021 | – – – Oħrajn, li jkun fihom bil-piż aktar minn 20 % ta' laħam | 80 | 2104-1022 | – – – Oħrajn li jkun fihom bil-piż mhux aktar minn 3 % imma aktar minn 20 % ta' laħam | 45 | 2104-1029 | – – – Oħrajn | 21 | 2106-9041 | – – – Trab għall-preparazzjoni tad-deserta f'pakketti għall-bejgħ bl-imnut ta' 5 kg jew anqas | 68 | 2106-9049 | – – – Trab għall-preparazzjoni tad-deserta, oħrajn | 68 | 2106-9064 | – – Li jkun fih bil-piż aktar minn 3 % imma mhux aktar minn 20 % ta' laħam | 42 | 2202-9001 | – – Prodotti oħrajn tal-ħalib b'ingredjenti oħrajn, basta li l-prodotti tal-ħalib ikunu 75 % jew aktar bil-piż, eskluż l-ippakkjar | 42 | III. REĠIM TA' IMPORTAZZJONI TAL-KOMUNITÀ 1) L-ammonti bażiċi li ġejjin għandhom jintużaw għall-kalkulazzjoni tal-komponenti agrikoli u d-dazji addizzjonali: - Ċereali (qamħ komuni, qamħ durum, segala, xgħir u qamħirrum): EUR 7,817/100 kg - Ross tawwali maħruġ mill-fosdqa: EUR 28,910/100 kg - Trab tal-ħalib sħiħ: EUR 142,660/100 kg - Trab tal-ħalib xkumat: EUR 118,800/100 kg - Butir: EUR 207,333/100 kg - Zokkor: EUR 43,675/100 kg 2) L-ammonti bażiċi preskritti fil-punt 1 jistgħu ma jkunux ogħla minn dawk applikati għal pajjiżi terzi. 3) Kwoti annwali ta' 300, 400 u 500 tunnellata metrika għandhom jinfetħu mill-Komunità rispettivament għall-1999, 2000 u 2001 u s-snin ta' wara, għal importazzjoni: - Prodotti tal-ħelu miz-zokkor (inkluża ċikkulata bajda) li ma fihomx kawkaw li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 170490 u - ċikkulata u preparazzjonijiet oħra ta' ikel li fihom kawkaw li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 180632, 180690 u 190530. Id-dazji applikabbli għal din il-kwota għandhom ikunu d-dazji erga omnes mnaqqsa b' 50 % b'massimu ta' EUR 35,15/100 kg. IV. SPIRITI Iż-żewġ partijiet qablu li japplikaw reġim bla dazju mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim għal merkanzija li taqa' taħt il-kodiċijiet NM 220850, 220860 u 220890. --------------------------------------------------