This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 21997D0710(10)
Decision of the EEA Joint Committee No 11/97 of 14 March 1997 amending Annex XIII (Transport) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 11/97 ta' l-14 ta' Marzu 1997 li temenda l-Anness XIII (Trasport) għall-Ftehim dwar iż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 11/97 ta' l-14 ta' Marzu 1997 li temenda l-Anness XIII (Trasport) għall-Ftehim dwar iż-ŻEE
ĠU L 182, 10.7.1997, p. 41–41
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 21994A0103(63) | Żieda | punt 56ba | 01/04/1997 |
Official Journal L 182 , 10/07/1997 P. 0041 - 0041
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 11/97 ta' l-14 ta' Marzu 1997 li temenda l-Anness XIII (Trasport) għall-Ftehim dwar iż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif ġiet mibdula mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem msejjaħ il-Ftehim, b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi l-Anness XIII għall-Ftehim ġie mibdul permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat konġunt dwrar iż-ŻEE Numru 27/96 tas-26 ta' April 1996 [1]; Billi d-Direttiva tal-Kummissjoni 96/40/KE tal-25 ta' Ġunju 1996 tistabbilixxi mudell komuni għall-karta ta' l-identità għall-ispetturi li jwettqu l-kontroll ċivili tal-portijiet [2]għandu jkun inkorpġorat mal-Ftehim, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-punt li ġej għandu jiġI miżjud wara l-punt immarkat 56b (Direttiva tal-Kunsill 95/21/KE) fl-Anness XIII tal-Ftehim: "56ba. 396 L 0040: Id-Direttiva tal-Kunsill 96/40/KE tal-25 ta' Ġunju 1996 tistabbilixxi mudell komuni għall-karta ta' l-identità għall-ispetturi li jwettqu kontroll Ċivili tal-portijiet (ĠU L 196, tas-7.8.1996, p. 8)." . Artikolu 2 It-testi tad-Direttiva tal-Kummissjoni 96/40/KE fl-ilsna Islandiċi u Norveġiżi, li huma annessi mal-verżjonijiet tal-lingwa rispettivi ta' din id-Deċizjoni, huma awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta' April 1997, bil-kondizzjoni li n-notifikazzjonijiet taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE. Artikolu 4 Din id-Deciżjoni għandha tiġi ppublikata fit-taqsima taż-ŻEE, fis-Supplement taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussel, nhar l-14 ta' Marzu 1997. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President C. Day [1] ĠU L 186, tal-25.7.1996, p. 80. [2] ĠU L 196, tas-7.8.1996, p. 8. --------------------------------------------------