This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 21995A1013(01)
Interim Agreement on trade and trade-related matters between the European Community, the European Coal and Steel Community and the European Atomic Energy Community, of the one part, and the Russian Federation, of the other part - Protocol 1 on the establishment of a coal and steel Contact Group - Protocol 2 on mutual administrative assistance for the correct application of customs legislation - Final Act - Joint Declarations - Exchange of Letters in relation to Article 15 - Exchange of Letters on the consequences of enlargement
Ftehim interim fuq il-kummerċ u l-kwestjonijiet relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Europea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, minn naħa l-waħda, u l-Federazzjoni Russa, minn naħa l-oħra
Ftehim interim fuq il-kummerċ u l-kwestjonijiet relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Europea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, minn naħa l-waħda, u l-Federazzjoni Russa, minn naħa l-oħra
ĠU L 247, 13.10.1995, p. 2–29
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 30/11/1997; Impliċitament imħassar minn 21997A1128(01)
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Adopted by | 31995D0414 | 17/07/1995 | |||
Adopted by | 31995D0415 | 04/10/1995 | |||
Implicitly repealed by | 21997A1128(01) | 01/12/1997 |
Official Journal L 247 , 13/10/1995 P. 0002 - 0029
Official Journal L 247 , 13/10/1995 P. 0002 - 0029
Ftehim interim fuq il-kummerċ u l-kwestjonijiet relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Europea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, minn naħa l-waħda, u l-Federazzjoni Russa, minn naħa l-oħra Il-KOMUNITÀ EWROPEA, il-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-FAĦAM U L-AZZAR u l-KOMUNITÀ EWROPEA DWAR L-ENERĠIJA ATOMIKA, hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejħa "IL-KOMUNITÀ" minn naħa l-waħda, u il-FEDERAZZJONI RUSSA, hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejħa "ir-RUSSJA" minn naħa l-oħra, Partijiet għall-Ftehim preżenti, Billi Ftehim fuq Partnership u Koperazzjoni li jistabbilixxi Partnership bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa l-waħda, u l-Federazzjoni Russa, minn naħa l-oħra, hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejjaħ "il-Ftehim fuq Partnership u Koperazzjoni" ġie ffirmat fl-24 ta' Ġunju 1994; Billi l-għan tal-Ftehim fuq Partnership u Koperazzjoni għandu jissoda u jwessgħa r-relazzjonijiet stabbiliti qabel, manifestament permezz tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Unjoni tar-Repubbliċi Soċjalisti Sovjetiċi fuq il-kummerċ u l-koperazzjoni kummerċjali u ekonomika ffirmata fit-18 ta' Diċembru 1989, hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejjaħ il-"Ftehim ta' l-1989"; Billi huwa neċessarju li jiġi żgurat l-iżvilupp ulterjuri tal-kummerċ bejn il-Pertijiet; Billi għal-dan il-għan hija neċessarja l-implementazzjoni mill-aktar fis possibbli, permezz ta' Ftehim Interinali, tad-disposizzjonijiet tal-Ftehim fuq Partnership u Koperazzjoni dwar il-kummerċ u kwestjonijiet relatati mal-kummerċ; Ikkonsidrata l-kontribuzzjoni li l-koperazzjoni finanzjarja tista' tagħti lill-għanijiet relatati mal-kummerċ ta' dan il-Ftehim; Iddeċidew li jikkonkludu dan il-Ftehim u għal dan il-għan innominaw bħala l-plenipotenzarji tagħhom; IL-KOMUNITÀ EWROPEA: IL-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-FAĦAM U L-AZZAR: IL-KOMUNITÀ EWROPEA DWAR L-ENERĠIJA ATOMIKA: IR-RUSSJA: LI, wara li skambjaw bejniethom il-Pieni Poteri tagħhom, li nstabu li kienu tajbin u fil-forma dovuta, FTEHMU KIF ĠEJ: TITOLU I PRINĊIPJI ĠENERALI Artikolu 1 Rispett għall-prinċipji demokratiċi u d-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari, kif definiti fl-Att Finali ta' Helsinki u fil-Karta ta' Pariġi għal Ewropa Ġdida, isaħħu l-politiki interni u esterni tal-Partijiet u jikkostitwixxu element essenzali ta' Partnership u ta' dan il-Ftehim. Artikolu 2 1. L-aktar trattement nazzjonali favorit mogħti mir-Russja taħt dan il-Ftehim ma jappilkax f'relazzjoni mal-vantaġġi definiti fl-Anness I mogħti mir-Russja lill-pajjiżi ta' l-ex URSS. 2. Fil-każ ta' l-aktar trattament nazzjonali favorit mogħti taħt it-Titolu II, l-eċċezzjonijiet li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 1 ma għandhom japplikaw wara li r-Russja taderixxi mal-Ftehim Ġenerali fuq Tariffi u Kummerċ, hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejħa il-"GATT", jew l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejħa l-"WTO". TITOLU II KUMMERĊ F'MERKANZIJA Artikolu 3 1. Il-Partijiet jagħtu lil xulxin b'mod reċiproku l-aktar trattament nazzjonali favorit ġenerali deskritt fl-Artikolu I, paragrfu 1 tal-GATT. 2. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 m'għandhomx japplikaw: (a) għall-vantaġġi mogħtijia lill-pajjiżi li jmissu magħhom sabiex jiġi ffaċilitat it-traffiku fil-fruntjieri; (b) għall-vantaġġi mogħtijia bl-għan li tinħoloq għaqda doganali jew żona ta' kummerċ ħieles jew skond il-ħolqien ta' din l-għaqda jew żona; it-termini "għaqda doganali" u "zona ta' kummerċ ħieles" għandu jkollhom l-istess tifsira bħal dawk deskritti fil-paragrafu 8 ta' l-Artikolu XXIV tal-GATT jew definiti skond il-proċedura indikata fil-paragrafu 10 ta' l-istess Artikolu tal-GATT; (ċ) għall-vantaġġi mogħtija lil pajjiżi partikolari skond il-GATT u b'arranġamenti internazzjonali oħra favur il-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw. Artikolu 4 1. Il-prodotti tat-territorju ta' Parti waħda importati ġewwa t-territorju tal-Parti l-oħra m'għandhomx ikunu soġġetti, direttament jew indirettament, għal taxxi interni jew piżijiet oħra interni ta' kull tip li huma għola minn dawk applikati, direttament jew indirettament, għall-prodotti domestiċi simili. 2. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1, il-partijiet jaqblu li r-Russja tista' tkompli l-implimentazzjoni temporanja tal-legiżlazzjoni u r-regolamenti tagħha għat-taxxa tas-sisa skond il-kondizzjonijiet li ġejjin: - id-diskriminazzjoni effettiva, kif tkun fil-ġurnata tal-firma ta' dan il-Ftehim, bejn it-trattament ta' kull prodott ġej mill-Komunità u l-prodott domestiku korrispondenti ma tiżdiedx, u - it-trattament mogħti mir-Russja lill-prodotti tal-Komunità ma jkunx anqas favorevoli minn dak mogħti lill-prodotti ta' kull pajjiż terz. Ir-Russja għanda tħabrek biex tiżgura ħarsien sħiħ ma' l-obbligazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 mill-aktar fis possibbli, u għandha tkun tħares sħiħ magħhom mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 1996. L-implimentazzjoni ta' dan għandu jiġi kontrollat mill-Kumitat Konġunt. 3. Madankollu, il-prodotti tat-territorju ta' Parti waħda importati ġewwa t-territorju tal-Parti l-oħra għandhom jingħataw trattament mhux anqas favorevoli min dak mogħti lill-prodotti simili ta' oriġini nazzjonali f'dak il-għanu x'jaqsam mal-leġiżlazzjoni, regolament u rekwiżiti kollha li jeffetwaw il-bejgħ intern, l-offerta tal-bejgħ, ix-xiri, it-trasport, id-distribuzzjoni jew l-użu tagħhom. Id-disposizzjoni ta' dan il-paragrafu m'għandhiex ma tħallix l-applikazzjoni ta' piżijiet tat-trasportazzjoni interni differenti sakemm ikunu bbażati esklussivament fuq il-ħidma ekonomika tal-mezzi tat-trasport u mhux fuq in-nazzjonalità tal-prodott. 4. Artikolu III, paragrfi 8, 9 u 10 tal-GATT gaħndhom japplikaw mutatis mutandis bejn il-Partijiet. Artikolu 5 1. Il-Partijiet ftehmu illi l-pronċipju tal-libertà tat-transitu hija kondizzjoni essenzali sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' dan il-Ftehim. F'dan ir-rigward, kull waħda mill-Partijiet għandha tipprovdi għall-libertà tat-transitu minn ġewwa t-territorju tagħha tal-merkanzija li toriġina fit-territorju doganali jew destinata għat-territorju doganali tal-Parti l-oħra. 2. Ir-regoli deskritti fl-Artikolu V, paragrafi 2, 3, 4 u 5 tal-GATT għandhom japplikaw bejn il-Partijiet. Artikolu 6 L-Artikoli li ġejjin tal-GATT għandhom japplikaw mutatis mutandis bejn il-Partijiet: 1. Artikolu VII, paragrafi 1, 2, 3, 4 (a), (b) u (d) u 5; 2. Artikolu IX; 3. Artikolu X. Artikolu 7 Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligazzjonijiet li joħorġu mill-konvenzjonijiet internazzjonali fuq dħul temporanju ta' merkanzija li torbot iż-żewġ Partijiet, kull Parti, inoltre, għandha tagħti lill-Parti l-oħra eżenzjoni mill-piżijiet u dazju ta' l-importazzjoni fuq merkanzija mdaħħla temporanjament, fil-każijiet u skond il-proċeduri stipulati minn kull konvenzjoni internazzjnali oħra vinkolanti f'dan il-qasam, b'konformità mal-leġiżlazzjoni tagħha. Din il-leġiżlazzjoni għandha tiġi applikata fuq il-bażi tan-nazzjon l-aktar favorita u għaldaqstant bla ħsara għall-eċċezzjonijiet elenkati fl-Artikolu 2(2) ta' dan il-Ftehim. Għandhom jitqiesu il-kondizzjonijiet taħt liema il-Parti rilevanti aċċettat l-obbligazzjonijiet ġejjin minn din il-konvenzjoni. Artikolu 8 1. Merkanzija li toriġina mir-Russja għandha tiġi importata ġewwa l-Komunità libera minn restrizzjonijiet restrinġenti mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 10, 13 u 14 ta' dan il-Ftehim u għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 77, 81, 244, 249 u 280 ta' l-Attijiet ta' Adeżjoni mal-Komunità ta' l-Ispanja u tal-Portugall. 2. Merkanzija li toriġina mill-Komunità għandha tiġi importata ġewwa r-Russja libera minn restrizzjonijiet restrinġenti mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 10, 13 u 14 u ta' l-Anness II ma dan il-Ftehim. Artikolu 9 Sakemm ir-Russja taderixxi mal-GATT/WTO, il-Partijiet għandhom iżommu konsultazzjonijiet fil-Kumitat Konġunt fuq il-politiki tagħhom dwar it-tariffi fuq l-importazzjoni, inklużi bidliet fil-protezzjoni tat-tariffi. B'mod partikolari, dawn il-konsultazzjonijiet għandhom jiġu offerti qabel iż-żieda tal-protezzjoni tat-tariffi. Artikolu 10 1. Meta kwalunkwe prodott ikun qed jiġi importat ġewwa t-territorju ta' wieħed mill-Partijiet f'dawn il-kwantitajiet miżjuda u taħt kondizzjonijiet li jikkaġunaw jew jehddu li jikkaġunaw inġurja sostanzjali lill-prodotti domestiċi simili jew prodotti direttament kompetittivi, il-Komunità jew ir-Russja, skond il-każ, tistà tieħu miżuri xierqa skond il-proċeduri u l-kondizzjonijiet li ġejjin. 2. Qabel ma tittieħed xi miżura, jew fil-każijiet fejn japplika l-4 wara, mill-aktar fis possibbli, il-Komunità jew ir-Russja, skond il-każ, għandhom jipprovdu lill-Kumitat Konġunt Committee bl-informazzjoni kollha rilevanti bl-għan li tinstab soluzzjoni aċċettabbli għaż-żewġ partijiet. Il-Partijiet għandhom jibdew il-konsultazzjonijiet mill-ewwel fil-Kumitat Konġunt. 3. Jekk, bħalha riżultat tal-konsulatzzjonijiet, il-Partijiet ma jilħqux ftehim fi żmien 30 jum mid-data li kien sar ir-riferiment lill-Kumitat Konġunt fuq azzjonijiet biex tiġi evitata s-sitwazzjoni, il-Parti li tkun talbet il-konsultazzjoni tkun libera li tirrestrinġi importazzjonijiet tal-prodotti kkonċernati jew li tadotta miżuri oħra xierqa fil-miżura u għall-perjodu neċessarju sabiex ma titħalliex issir ħsara jew sabiex jinstab rimedju għaliha. 4. F'ċirkostanzi kritiċi fejn dewmien jikkawża danni diffiċilment riparabbli, il-Partijiet jistgħu jadottaw miżuri qabel il-konsultazzjonijiet, bil-kondizzjoni li l-konsultazzjonijiet jiġu offerti immedjatament wara li tkun ittieħdet l-azzjoni. 5. Meta jintgħażlu l-miżuri previsti minn dan l-Artikolu, il-Partijiet għandhom jagħtu prijorità lil dawk li jikkaġunaw l-inqas preġudizzji biex jintlaħqu l-għanjiet ta' dan il-Ftehim. 6. Meta waħda mill-Partijiet tadotta miżura ta' salvagwardja skond id-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu, il-Parti l-oħra tkun libera li tonqos mill-obbligazzjonijiet taħt dan it-Titolu fil-konfron tal-Parti ta' l-ewwel għall-kummerċ sostanzjalment ekwivalenti. Din l-azzjoni m'għandiex tittieħed qabel ma jisru konsultazzjonijiet mill-Parti l-oħra u jekk jintlaħaq ftehim fi żmien 45 jum mid-data li jkunu saru l-konsultazzjonijiet. 7. Id-dritt li Parti tonqos mill-obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 6 m'għandux jiġi eżerċitat għall-ewwel tlett snin li tkun fis-seħħ il-miżura tas-salvagwardja, sakemm il-miżura ta' salvagwardja tkun ittieħdet bħalha riżultat ta' żieda assoluta fl-importazzjonijiet, għall-perjodu massimu ta' erba' snin, u skond id-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim. Artikolu 11 L-ebda disposizzjoni ta' dan it-Titolu, u ta' l-Artikolu 10 b'mod partikolari, m'għandha tippreġudika jew taffetwa b'xi mod it-teħid, minn waħda mill-Partijiet, ta' miżuri anti-dumping jew kompensatorji skond l-Artikolu VI tal-GATT, il-Ftehim fuq l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu VI tal-GATT, il-Ftehim fuq l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta' l-Artikoli VI, XVI u XXIII tal-GATT jew legiżlazzjoni interna relatata. F'dak li jirrigwarda l-investigazzjonijiet anti-dumping jew anti-sovvenzjoni, kull Parti tiftiehem li teżamina s-sottomissjonijiet tal-Parti l-oħra u tinforma l-partijiet interessati ikkonċernati l-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzali li fuqhom għandha tibbaża deċiżjoni finali. Qabel ma jiġu istitwiti taxxi anti-dumping u kompensatorji definittivi, il-Partijiet għandhom jagħmlu l-għalmu tagħhom biex isibu soluzzjoni kostruttiva għall-problema. Artikolu 12 Il-Ftehim m'għandux jipprekludi projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet fuq l-importazzjonijiet, l-esportazzjonijiet jew merkanzija f'transitu ġustifikati fuq il-bażi ta' moralità pubblika, politika pubblika jew sigurtà pubblika; il-protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-persuni, annimali jew pjanti; il-protezzjoni tar-riżorsi naturali; il-protezzjoni ta' teżori nazzjonali ta' valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku jew il-protezzjoni ta' propjetà intelletwali, industrijali u kummerċjali jew regoli relattivi għad-deheb u għall-fidda. Madankollu, dawn il-projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet m'għandhomx jikkostitwixxu mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni mmaskrata fuq il-kummerċ bejn il-Partijiet. Artikolu 13 Dan it-Titolu m'għandux jaffetwa d-disposizzjonijiet tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u il-Federazzjoni Russa fuq il-kummerċ tal-prodotti mibdi fit-12 ta' Ġunju 1993 u applikat b'effett retroattiv mill-1 ta' Jannar 1993. Madankollu, l-Artikolu 8 ta' dan il-Ftehim m'għandux japplika għall-kummerċ tal-prodotti tessili taħt il-Kapitoli 50 sa 63 tan-Nomenklatura Magħquda. Artikolu 14 1. Kummerċ fi prodotti kontemplati fit-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar għandu jiġi rregolat: - mid-disposizzjonijiet ta' dan it-Titolu, bl-eċċezzjonii ta' l-Artikolu 8, u - mad-dħul fis-seħħ, mid-disposizzjonijiet tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Federazzjoni Russa fuq il-kummerċ f'ċertu prodotti ta' l-azzar. 2. L-istabbiliment ta' Group ta' Kuntatt fuq kwestjonijiet ta' faħam u azzar huwa rregolat mill-Protokoll 1 anness ma' dan il-Ftehim. Artikolu 15 Kummerċ f'materjali nukleari 1. Kummerċ f'materjali nukleari għandu jiġi rregolat: - mid-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim bl-eċċezzjoni ta' l-Artikoli 8 u 10 (1) sa (5) u (7), - mad-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 6, 7, 14 u 15 (1) (2) (3), l-ewwel sentenza, u (4) u (5) tal-Ftehim ta' l-1989, - mill-Bdil ta' Ittri allegat. 2. Minkejja d-disposizzjonijiet ta' paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-Partijiet jiftehmu jieħdu l-passi neċessarji biex jaslu għal arranġament dwar il-kummerċ f'materjali nukleari sa l-1 ta' Jannar 1997. 3. Sakemm jintlaħaq dan l-arranġament, id-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu jkomplu japplikaw. 4. Għandhom jittieħdu passi biex jintasal għall-ftehim dwar is-salvagwardji nukleari, protezzjoni fiżika u koperazzjoni amministrattiva tat-trasferiment tal-materjali nukleari. Sakemm dan il-ftehim jiġi fis-seħħ, il-leġiżlazzjoni u l-obbligazzjonijiet mhux prolifiċi internazzjonali rispettivi tal-Partijiet japplikaw għat-trasferiment tal-materjali nukleari. 5. Għall-iskop ta' l-applikazzjoni tar-reġim previst fil-paragrafu 1: - ir-referenza fl-Artikolu 6 u l-Artikolu 15(5) tal-Ftehim ta' l-1989 għal "dan il-Ftehim" tfisser ir-reġim stabbilit mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, - ir-referenza fl-Artikolu 10(6) ta' dan il-Ftehim għal "dan l-Artikolu" tfisser l-Artikolu 15 tal-Ftehim ta' l-1989, - ir-referenza fl-Artikolu 6, 7, 14 u 15 tal-Ftehim ta' l-1989 għal "partijiet kontraenti" tfisser il-Partijiet ta' dan il-Ftehim. TITOLU III PAGAMENTI, KOMPETIZZJONI U DISPOSIZZJONIJIET EKONOMIĊI OĦRA Artikolu 16 Il-Partijiet jintrabtu biex jawtorizzaw il-pagamenti kurrenti kollha f'munita liberament konvertibbli bejn ir-residenti tal-Komunità u tar-Russja dwar il-moviment tal-merkanzija li jsir skond id-disposizzjonijiet tal-Ftehim preżenti. Artikolu 17 Kompetizzjoni 1. Il-Partijiet jiftehmu biex jaħdmu biex jirrimedjaw jew ineħħu, permezz tal-liġijiet tal-kompetizzjoni tagħhom jew b'mod ieħor, restrizzjonijiet fuq il-kompetizzjoni minn impriżi jew li jiġu kkawżati minn intervant ta' l-Istat f'dak li jista' jeffetwa l-kummerċ bej il-Komunità u ir-Russja. 2. Sabiex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1: 2.1. Il-Partijiet, fil-kompetenzi rispettivi tagħhom, għandhom jiżguraw l-infurzar tal-liġijiet dwar ir-restrizzjonijiet fuq il-kompetizzjoni minn impriżi fil-ġuriżdizzjoni tagħhom. 2.2. Il-Partijiet għandhom joqgħodu lura milli jagħtu għajnuna għall-esportazzjoni li tiffavorixxi ċertu impriżi jew il-produzzjoni ta' prodotti li mhumiex prodotti primarji. Il-Partijiet jiddikjaraw ukoll li huma lesti li, mit-tielet sena mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim fuq Partnership u Koperazzjoni, jistabbilixxu dixxiplini serji, inkluż il-projbizzjoni għal kollox ta' ċertu għajnuna, għal għajnuna oħra li tiddistorta jew thedded il-kompetizzjoni li taffetwa l-kummerċ bejn il-Komunità u ir-Russja. Dawn il-kategoriji ta' għajnuna u d-dixxiplini applikabbli għal kull waħda minnhom għandhom jiġu definiti flimkien f'perjodu ta' tlett snin mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim fuq Partnership u Koperazzjoni. Fuq talba ta' waħda mill-Partijiet, il-Parti l-oħra għandha tipprovdi informazzjoni fuq l-iskemi ta' informazzjoni tagħha jew f'każijiet partikolari individwali ta' għajnuna ta' l-Istat. 2.3. Matul perjodu transitorju li jintemm ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim fuq Partnership u Koperazzjoni, ir-Russja tista' tieħu miżuri inkonsistenti mal-paragrafu 2.2, t-tieni sentenza, sakemm dawn il-miżuri jiġu introdotti u applikati fiċ-ċirkustanzi li hemm referenza għalihom fl-Anness III. 2.4. Fil-każ ta' monopolji ta' l-Istat ta' karattru kummerċjali, il-Partijiet jiddikjaraw li huma lesti, mit-tielet sena mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim fuq Partnership u Koperazzjoni, jiżguraw li li ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni bejn iċ-ċittadini u l-kumpanniji tal-Partijiet rigward il-kondizzjonijiet li jirregolaw kif il-merkanzija tiġi miksuba jew mqiegħedha fis-suq. Fil-każ ta' impriżi pubbliċi jew impriżi lill-liema l-Istati Membri jew ir-Russja jagħtu drittijiet esklussivi, il-Partijiet jiddikjaraw li huma lesti, mit-tielet sena mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim fuq Partnership u Koperazzjoni, jiżguraw li l-ebda miżura ma tiġi la magħmula u lanqas miżmuma li toħloq distorsjoni fil-kummerċ bejn il-Komunità u ir-Russja sal-miżura kontra l-interessi rispettivi tal-Partijiet. Din id-disposizzjoni m'għandhiex tfixkel il-prestazzjoni, fil-liġi jew fil-fatt, tal-kompiti partikolari mogħtija lil dawn l-impriżi. 2.5. Il-perjodu definit fil-paragrafi 2.2 u 2.4 jista' jiġi estiż permezz ta' ftehim bejn il-Partijiet. 3. Konsultazzjonijiet jistgħu isiru fil-Kumitat Konġunt fuq talba tal-Komunità jew tar-Russja fuq ir-restrizzjonijiet jew distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li hemm referenza għalihom fl-paragrafi 1 u 2 u fuq l-infurzar tar-regoli tal-kompetizzjoni tagħhom, bla ħsara għal-limitazzjonijiet imposti mil-liġijiet li jirrigwardaw l-isvelar ta' informazzjoni, kunfidenzalità u segretezza fil-kummerċ secrecy. Il-konsultazzjonijiet jistgħu jinkludu ukoll domandi fuq l-interpretazzjoni tal-paragrafi 1 u 2. 4. Il-Parti esperta fl-applikar tar-regoli tal-kompetizzjoni għandha tipprovdi lill-Parti l-oħra, fuq talba u skond ir-riżorsi disponibbli, assistenza teknika għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni. 5. Id-disposizzjonijiet ‘l fuq imsemmija ma jaffettwaw bl-ebda mod dritt li għandha Parti biex tapplika miżuri adegwati, speċifikament dawk imsemija fl-Artikolu 11, biex jindirizzaw id-distorzjonijiet tal-kummerċ. Artikolu 18 Protezzjoni tal-propjetà intelletwali, industrijali u kummerċjali 1. Protezzjoni u infurzar effettiv u adegwat tad-drittijiet tal-propjetà intelletwali, industrijali u kummerċjali għandhom jiġu żgurati skond id-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu u ta' l-Anness IV. 2. Jekk jirriżultaw problemi fil-qasam tal-propjetà intelletwali, industrijali u kummerċjali of intellectual, l-industrija u commercial property li jaffetwaw il-kondizzjonijiet kummerċ, konsultazzjonijiet urġenti għandhom jittieħdu, fuq it-talba ta' waħda mill-Partijiet, bl-għan li jintlaħqu soluzzjonijiet reċiprokament sodisfaċenti. Artikolu 19 Normi u stima tal-konformità Fil-limitu tal-kompetenzi tagħhom, u skond il-leġiżlazzjoni tagħhom, il-Partijiet għandhom jieħdu miżuri sabiex inaqqsu d-differenzi li jeżistu bejn il-Partijiet fl-oqsma tal-metroloġija, standardazzjoni u ċertifikazzjoni billi jħeġġu l-użu ta' strumenti li jkun hemm ftehim fuqhom fuq livell internazzjonali. Il-Partijiet għandhom jikoperaw mill-viċin fl-oqsma msemmija ‘l fuq ma' l-organizzazzjonijiet Ewropej u internazzjonali rilevanti. Il-Partijiet, b'mod partikolari, għandhom iħeġġu interazzjoni prattika bejn l-organizzazzjonijiet rispettivi tagħhom, bl-għan li jibda jiġi negozjat ftehim ta' rikonoxximent reċiproku fil-qasm ta' l-attivitajiet ta' stima tal-konfirmità. Artikolu 20 Dwana 1. L-għan tal-koperazzjoni għandu jkun li tintlaħaq il-kompatibilità tas-sistemi doganali tal-Partijiet. 2. Koperazzjoni, b'mod partikolari, għandha tinkludi dawn li ġejjin: - l-iskambju ta' informazzjoni, - it-titjib tal-metodi ta' xogħol, - l-armonizzazzjoni u s-simplifikazzjoni tal-proċeduri tad-dwana dwar il-merkanzija li tkun oġġett ta' skambju bejn il-Partijiet, - l-interkonnessjoni bejn is-sistemi ta' tranżitu tal-Komunità u tar-Russja, - l-appoġġ fl-introduzzjoni u l-amministrazzjoni ta' sistemi moderni informattivi għad-dwana, inklużi sistemi kompjuterizzati fil-punti tal-kontroll tad-dwana, - l-assistenza bejn xulxin u azzjonijiet konġunti għall-merkanzija ta' "użu-dupliċi" u merkanzija soġġetta għal limitazzjonijiet mhux tariffarji, - l-organizzazzjonijiet ta' seminars u perjoni ta' stħarriġ. Assistenza teknika għandha tiġi pprovduta meta jkun neċessarju. 3. Assistenza bejn xulxin bejn l-awtoritajiet amministrattivi fl-oqsma tad-dwana tal-Partijiet għandha sseħħ skond il-Protokoll 2 mehmuż ma' dan il-Ftehim. TITOLU IV DISPOSIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI, ĠENERALI U AĦĦARIJA Artikolu 21 Il-Kumitat Konġunt imwaqqf mill-Ftehim ta' l-1989 għandu jwettaq id-doveri mogħtija lilu permezz ta' dan il-Ftehim sakemm il-Kunsill tal-Koperazzjoni previst mill-Artikolu 90 tal-Ftehim fuq Partnership u Koperazzjoni jiġi stabbilit. Artikolu 22 Il-Kumitat Konġunt, sabiex jntlaħqu l-għanijiet ta' dan il-Ftehim, jist' jagħmel rakkomandazzjonijiet fil-każijiet previsti fih. Għandu jagħmel dawn ir-rakkomandazzjonijiet permezz ta' ftehim bejn il-partijiet. Artikolu 23 Meta tiġi eżaminata kwalunkwe kwistjoniji li tinqala' mill-qafas ta' dan il-ftehim li tirreferixxi għall-disposizzjoni li tirrigwarda Artikolu tal-GATT, il-Kumitat Konġunt għandu jikkonsidra bl-akbar miżura possibbli l-interpretazzjoni li ġeneralent tingħata mill-Partijiet Kontraenti tal-GATT lill-Artikolu rilevanti tal-GATT. Artikolu 24 1. Fl-iskop ta' dan il-Ftehim, kull Parti tobbliga tuħha tiggarantixxi illi l-persuni naturali u ġuridiċi tal-Parti l-oħra jkollhom aċċess liberu minn diskriminazzjoni, fir-rigward taċ-ċittadini proprji, il-qrati kompetenti u l-organi amministrattivi tal-Partijiet biex jittutelaw id-drittijiet individwali u tal-propjetà, inklużi dawk li jikkonċernaw il-propjetà intelletwali, industrijali u kummerċjali. 2. Fil-limiti tal-poteri rispettivi tagħhom, il-Partijiet: - għandhom iħeġġu l-adozzjoni ta' l-arbitraġġ biex jissolvew kwistjonijiet ġejjin minn operazzjonijiet kummerċjali u koperattivi ffinalizzati minn operaturi ekonomiċi tal-Komunità u dawk tar-Russja, - jiftehmu illi meta kwistjoni tkun sottomessa għall-arbitraġġ, kull Parti fil-kwistjoni, ħlief meta r-regoli taċ-ċentru ta' l-arbitraġġ magħżula mill-Partijiet jipprovdu mod ieħor, tista' tagħżel l-arbitratur proprju, irrispettivament min-nazzjonalità tiegħu, u illi t-tielet arbitratur presedenti jew l-uniku arbitratur jista' jkun ċittadin ta' Stat terz, - jirrakkomandaw lill-operaturi ekonomiċi tagħhom biex jagħżlu b'konsensus reċiproku l-liġi applikabbli għall-kuntratti tagħhom, - għandhom jinkoraġġixxu li jintużaw ir-regoli ta' l-arbitraġġ elaborati mill-Kommissjoni tal-Ġnus Maqgħuda fuq il-Liġi Internazzjonali tal-Kummerċ (Uncitral) u l-arbitraġġ minn kwalunkwe ċentru ta' stat firmatarju għall-Konvenzjoni fuq ir-Rikonoxximent u l-Infurzar tas-Sentenzi ta' l-Arbitraġġ Esteru magħmul fi New York fl-10 ta' Ġunju 1958. Artikolu 25 Xejn f'dan il-ftehim m'għandux iħalli lill-Parti milli tieħu xi miżura: 1. li tqis neċessarja għall-protezzjoni ta' l-interessi essenzali tagħha fil-qasam tas-sigurtà: (a) biex ma tħallix l-isvelar ta' informazzjoni kuntrarja għall-interessi essenzali tagħha fil-qasam tas-sigurtà; (b) dwar materjali fissili jew il-materjali minn fejn jinkisbu; (ċ) dwar il-produzzjoni ta' jew kummerċ fl-armi, munizzjoni jew materjali tal-gwerra jew ir-riċerka, żvilupp jew produzzjoni indispensabbli għal raġunijiet ta' difiża, isakemm dawn il-miżuri ma jfixklux il-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni tal-prodotti li mhumiex maħsuba għal użu speċifikament militari; (d) fl-eventwalità ta' disordni gravi interna li jaffetwa l-manteniment tal-liġi u ta' l-ordni, fi żmien ta' gwerra jew tensjoni internazzjonali serja li tikkostitwixxi theddida ta' gwerra jew sabiex jitwettqu l-obbligazzjonijiet li ġew aċċettati sabiex tinżamm il-paċi u s-sigurtà internazzjonali; jew 2. li tikkonsidra neċessarji biex tirrispetta l-obbligi u l-irbit internazzjonali tagħha jew il-miżuri awtonomi meħuda fuq il-bażi ta' tali obbligi u rbit internazzjonali ġeneralment aċċettati fuq il-kontroll tal-merkanzija industrijali ta' użu dupliċi u tat-teknoloġija. Artikolu 26 1. Fl-oqsma koperti minn dan il-ftehim u mingħajr preġudizzju għal xi disposizzjoniji speċjali li tinstab fih: - l-arranġamenti applikati mir-Russja dwar il-Komunità m'għandhomx joħolqu l-eba diskriminazzjoni bejn l-Istati Membri, iċ-ċittadini tagħhom jew il-kumpanniji jew id-ditti tagħhom, - l-arranġamenti applikati mill-Komunità dwar ir-Russja m'għandhomx joħolqu l-eba diskriminazzjoni bejn iċ-ċittadini Russi jew il-kumpanniji jew id-ditti tagħha. 2. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 huma mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Partijiet biex japplikaw id-disposizzjonijiet rilevanti tal-leġislazzjoni fiskali tagħhom għall-persuni li jħallsu t-taxxa li ma jkunux f'sitwazzjonijiet identiċi b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-post fejn joqogħdu. Artikolu 27 1. Kull waħda mill-partijiet tista' tirreferixxi lill-Kumitat Konġunt kull kwistjoni dwar l-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni ta' dan il-Ftehim. 2. Il-Kumitat Konġunt jista' issolvi l-kwistjoni permezz ta' rakkomandazzjoni. 3. Fl-eventwalità li ma tkunx possibbli li tiġi solvuta l-kwistjoni skond il-paragrafu 2, kull waħda mill-Partijiet tista' tinnotifika lill-oħra bil-ħatra ta' konċiljatur; il-Parti l-oħra trid imbgħad taħtar it-tieni konċiljatur fi żmien xahrejn. Il-Kumitat Konġunt għandu jaħtar it-tielet konċiljatur. Ir-rakkomandazzjonijiet tal-konċiljatur għandhom jittieħdu b'vot ta' maġġoranza. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet m'humiex vinkolanti fuq il-Partijiet. 4. Il-Kumitat Konġunt jista' jistabbilixxi regoli ta' proċedura għas-soluzzjoni tal-kwistjonijiet. Artikolu 28 Il-Partijiet jiftehmu jikkonsultaw immedjatament permezz tal-kanali xierqa fuq talba ta' waħda mill-Partijiet biex jiddiskutu kull kwistjoni dwar l-interpretazzjoni jew l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim u aspetti rilevanti oħra tar-relazzjoni bejn il-Partijiet. Id-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu m'għandhom jeffetwaw bl-ebda mod u huma mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 10, 11, 27 u 32. Artikolu 29 It-trattament mogħti lir-Russja hawnhekk m'għandu fl-eba każ ikun aktar favorevoli minn dak mogħti lill-Istati Membri lill-xulxin. Artikolu 30 Sakemm kwistjonijiet koperti minn dan il-ftehim huma koperti mit-Trattat Karta dwar l-Enerġija u Protokoll tiegħu, tali Trattat u Protokoll mad-dħul fis-seħħ għandhom japplikaw għal dawn il-kwistjonijiet imma biss għall-applikazzjoni prevista fihom. Artikolu 31 1. Dan il-Ftehim għandu jibqa fis-seħħ sad-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim fuq Partnership u Koperazzjoni ffirmat fl-24 ta' Ġunju 1994. 2. Kull Parti tista' tiddenunċa dan il-ftehim billi tinnotifika lill-Parti l-oħra. Dan il-ftehim jieqaf japplika sitt xhur wara d-data tat-tali notifika. Artikolu 32 1. Il-Partijiet għandhom jieħdu kull miżura ġenerali jew speċifika bżonnjuża biex jaderixxu ma l-obbligazzjonijiet tagħhom skond il-Ftehim. Għandhom jiżguraw li l-għanijiet stabbiliti fil-Ftehim jintlaħqu. 2. Jekk Parti waħda tqis illi l-Parti l-oħra naqset milli taderixxi ma' obbligazzjoni taħt il-Ftehim, tista' tieħu l-miżuri xierqa. Qabel ma' tagħmel hekk, ħlief f'każijiet ta' urġenza speċjali, għandha tipprovdi lill-Kumitat Konġunt bl-informazzjoni rilevanti meħtieġa għal eżaminazzjoni fil-fond tas-sitwazzjoni sabiex tinstab soluzzjoni aċċettabbli għall-Partijiet. Fl-għażla ta' dawn il-miżuri, prijorità għandha tingħata lil dawk li l-anqas jiddisturbaw l-funzjoni tal-Ftehim. Dawn il-miżuri għandhom jiġu nnotifikati immedjatament lill-Kumitat Konġunt fuq talba tal-Parti l-oħra. Artikolu 33 L-Annessi I, II, III u IV flimkien mal-Protokolli 1 u 2 għandhom jifformaw parti integrali ta' dan il-Ftehim. Artikolu 34 Minn naħa waħda, dan il-ftehim għandu jgħodd għat-territorji fejn japplikaw it-Trattati li jistabbilixxu il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dawk it-Trattati u, minn naħa l-oħra, lit-territorju tar-Russja. Artikolu 35 Dan il-Ftehim hu imtenni fil-lingwa Daniża, Olandiża, Ingliża, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Taljana, Portugiża, Spanjola, Svediża u Russa,kull waħda minn dawn il-lingwi ugwalment awtentika. Artikolu 36 Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data minn meta l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin li l-proċeduri legali neċessarji għal dan il-għan ġew mitmuma. Mad-dħul fis-seħħ, u f'dak li għandu x'jaqsam mar-relazzjonijiet bejn il-Komunità u ir-Russja, dan il-ftehim, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15(1), (3) u (5), għandu jissostitwixxi l-Artikoli 2, 3 paragrafu (1), l-ewwwl, it-tieni u l-ħames inċiż, u paragrafu (2) u l-Artikoli 4 sa 16 u l-Artikolu 18 tal-Ftehim ta' l-1989. Hecho en Bruselas, el diecisiete de julio de mil novecientos noventa y cinco.Udfærdiget i Bruxelles, den syttende juli nitten hundrede og femoghalvfems.Geschehen zu Brüssel am siebzehnten Juli neunzehnhundertfünfundneunzig.Έγινε στις Βρυξέλλες, στις δέκα επτά Ιουλίου χίλια εννιακόσια ενενήντα πέντε.Done at Brussels on the seventeenth day of July in the year one thousand nine hundred and ninety-five.Fait à Bruxelles, le dix-sept juillet mil neuf cent quatre-vingt-quinze.Fatto a Bruxelles, addì diciassette luglio millenovecentonovantacinque.Gedaan te Brussel, de zeventiende juli negentienhonderd vijfennegentig.Feito em Bruxelas, em dezassete de Julho de mil novecentos e noventa e cinco.Tehty Brysselissä seitsemäntenätoista päivänä heinäkuuta vuonna tuhatyhdeksänsataayhdeksän-kymmentäviisi.Som skedde i Bryssel den sjuttonde juli nittonhundranittiofem.Совершено в Брюсселе семнадцатого июля тысяча девятьсот девяносто пятого года. Por las Comunidades EuropeasFor De Europæiske FællesskaberFür die Europäischen GemeinschaftenΓια τις Ευρωπαϊκές ΚοινότητεςFor the European CommunitiesPour les Communautés européennesPer le Comunità europeeVoor de Europese GemeenschappenPelas Comunidades EuropeiasEuroopan yhteisöjen puolestaPå Europeiska gemenskapernas vägnar +++++ TIFF +++++ За Правительство Российской Федерации +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- LISTA TA' L-ANNESSI | | paġna | Anness I | Lista indikattiva tal-vantaġġi mogħtija mir-Russja liż-żoni tal-pajjiżi ta' l-ex USSR koperti minn dan il-Ftehim (minn Jannar 1994) | 140 | Anness II | Derogi mill-Artikolu 8 (restrizzjonijiet kwantitattivi) | 141 | Anness III | Perjodu transizzjonali għad-disposizzjonijiet fuq il-Kompetizzjoni u għall-introduzzjoni tar-restrizzjonijiet kwantitattivi | 142 | Anness IV | Propjetà intelletwali, industrijali u kummerċjali (L-Artikolu 18) | 143 | LISTA TA' PROTOKOLL Protokoll 1 | fuq l-istabbiliment ta' Grupp ta' Kuntatt fuq il-faħam u l-azzar | 144 | Protokoll 2 | Fuq l-assistenza amministrattiva reċiproka għall-applikazzjoni korretta tal-leġislazzjoni doganali | 145 | ANNESS I Lista indikattiva ta' vantaġġi mogħtija mir-Russja liż-żoni tal-pajjiżi ta' l-ex USSR koperti minn dan il-Ftehim (minn Jannar 1994) Vantaġġi huma mogħtija bilateralment permezz ta' ftehim rispettiv jew permezz ta' prattika stabbilita. Jipprovdu għal, inter alia: 1. Tassazzjoni fuq l-importazzjoni/exportazzjoni Ma japplikax dazju fuq l-impportazzjoni. Ma japplikax dazju fuq l-esportazzjoni dwar merkanzija mwassla taħt ftehim bilaterali annwali tal-kummerċ u tal-koperazzjoni bejn Stati fin-nomenklatura u l-volumi hemm stabbiliti, kkonsidrati "esportazzjoni għal bżonn ta' l-Istat federali" kif definit mil-liġi korrispondenti tar-Russja. L-ebda VAT m'hi applikabbli fuq l-importazzjoni. L-eba taxxa tas-sisa m'hi applikabbli fuq l-importazzjoni. 2. Allokazzjoni ta' kwoti u proċeduri biex jingħataw il-liċenzi Kwoti ta' l-esportazzjoni għall-prodotti Russi li jintbgħatu taħt ftehim bilaterali annwali tal-kummerċ u tal-koperazzjoni bejn Stati jinfetħu bl-istess mod bħal "dawk imwassla għal bżonnijiet ta' l-Istat". 3. Kondizzjonijiet speċjali għal pagamenti korrenti. 4. Sistema ta' prezzijiet dwar l-esportazzjoni tar-Russja ta' xi uħud ta' materjali ewlenin u prodotti nofshom lesti (faħam, żejt nej, gass naturali, prodotti ta' żejt irfinati) Il-pezzijiet huma determinati skond il-medja korrispondenti tal-prezzijiet dinjin konvertiti f'rubli jew fir-rispettiv munita nazzjonalin skond rata stabbilita mill-Bank Ċentrali tar-Russja mill-ħmistax il-jum tax-xahar qabel ix-xahar ta' l-esportazzjoni. 5. Kondizzjonijiet tat-trasport u tat-transitu Fir-rigward tal-pajjiżi tal-Commonwealth ta' l-Istati Indipendenti li huma Partijiet fil-Ftehim Multilaterali "fuq il-prinċipji u l-kondizzjonijiet tar-relazzjonijiet fil-qasam tat-trasport" u/jew fuq il-bażi ta' ftehim bilaterali fuq it-trasport u t-transitu, l-ebda taxxi jew drittijiet m'huma applikati fuq bażi reċiproka għat-trasportazzjoni u clearance mid-dwana ta' merkanzija (inkluża merkanzija in transitu) u t-transitu ta' vetturi. ANNESS II Derogi mill-Artikolu 8 (restrizzjonijiet kwantitattivi) 1. Miżuri eċċezzjonali li jidderogaw mid-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 jistgħu jittieħdu mir-Russja fil-forma ta' restrizzjonijiet kwantitattivi fuq bażi non-diskriminatorja kif previst fl-Artikolu XIII tal-GATT. Dawn il-miżuri jistgħu jittieħdu biss wara t-tmiem ta' l-ewwel sena ċivili li tiġi wara l-firma tal-Ftehim Fuq Partnership u Koperazzjoni. 2. Dawn il-miżuri jistgħu jittieħdu biss fiċ-ċirkostanzi msemmija fl-Anness III. 3. Il-valur totali ta' importazzjonijiet ta' merkanzija li huma soġġetti għal dawn il-miżuri ma jistgħux jaqbżu l-proporzjonijiet li ġejjin ta' importazzjonijiet totali ta' merkanzija li toriġina mill-Komunità: - 10 % matul it-tieni u t-tielet sena ċivili wara l-firma tal-Ftehim fuq Partnership u Koperazzjoni, - 5 % matul ir-raba' u l-ħames sena wara l-firma tal-Ftehim fuq Partnership u Koperazzjoni, - 3 % wara, sa l-adeżjoni tar-Russja mal-GATT/WTO. Il-proporzjonijiet msemmija ‘l fuq jiġu determinati permezz ta' referenza għall-valur ta' l-importazzjonijiet magħmula mir-Russja ta' merkanzija li toriġina fil-Komunità matul l-aħħar sena qabel l-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet kwantitattivi meta l-istatistiċi għal dawn ikunu disponibbli. Dawn id-disposizzjonijiet m'għandhomx jiġu mqarrqa bil-protezzjoni ta' tariffa għola fuq ir-relattiva merkanzija importata. 4. Dawn il-miżuri m'għandhomx jiġu applikati wara l-adeżjoni tar-Russja mal-GATT/WTO kemm-il darba ma jkunx previst mod ieħor fil protokoll ta' l-adeżjoni tar-Russja mal-GATT/WTO. 5. Ir-Russja għandha tinforma lill-Kumitat Konġunt b'kull miżura li jkollha ħsieb tieħu skond it-termini ta' l-Anness preżenti, u, fuq talba tal-Komunità, l-konsultazzjonijiet qabel ma jittieħdu, għandhom jsiru fil-Kumitat Konġunt, fuq dawn il-miżuri u fis-setturi fejn japplikaw. ANNESS III Perjodu transitorju għad-disposizzjonijiet fuq il-kompetizzjoni u għall-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet kwantitattivi Iċ-ċirkostanzi msemmija fl-Artikolu 17 (2.3) u fl-Anness II, paragrafu 2 huma mifhuma skond is-setturi ta' l-ekonomija Russa: - fil-fażi tar-ristrutturazzjoni, jew - li qed jaffrontaw diffikultajiet serji, partikolarment fejn dawn jinvolvu problemi soċjali serji fir-Russja, jew - li jaffaċjaw l-eliminazzjoni jew it-tnaqqis serju tal-kwota totali tas-suq detenuti mill-kumpanniji jew miċ-ċittadini Russi f'settur jew industrija partikolari tar-Russja, jew - li huma industriji ġodda fir-Russja. ANNESS IV Protezzjoni ta' propjetà intelletwali, industrijali u kummerċjali (L-Artikolu 18) Skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 18, ir-Russja għandha tkompli ittejjeb il-protezzjoni tad-drittijiet tal-propjetà intelletwali, industrijali u kummerċjali sabiex tipprovdi, sa l-aħħar tal-ħames sena wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim fuq Partnership u Koperazzjoni, għal-livell ta' protezzjoni simili għal dak pprovdut mill-Komunità, inklużi meżżi analogi biex jiġu infurzati tali drittijiet. PROTOKOLL 1 fuq l-istabbiliment ta' Grupp ta' Kuntatt fuq il-faħam u l-azzar 1. Grupp ta' kuntatt huwa stabbilit bejn il-Partijiet. Il-Grupp huwa magħmul minn rappreżentanti tal-Komunità u tar-Russja. 2. Il-Grupp ta' Kuntatt jaqsam informazzjoni fuq is-sitwazzjoni ta' l-industriji tal-faħam u ta' l-azzar fiż-żewġ territorji u fuq il-kummerċ bejniethom, partikolarment bl-għan li jiġu identifikati problemi li jistgħu jinqalgħu. 3. Il-Grupp ta' Kuntatt jeżamina ukoll is-sitwazzjoni ta' l-industriji tal-faħam u ta' l-azzar fuq livell dinji, inkluż l-iżvilupp fil-kummerċ internazzjonali. 4. Il-Grupp ta' Kuntatt jaqsam kull informazzjoni utli fuq l-istruttura ta' l-industriji konċernati, l-iżvilupp tal-kapaċita produttiva tagħhom, il-progress tax-xjenza u tar-riċerka fl-oqsma rilevanti, u l-evoluzzjoni ta' l-impieg. Il-Grupp jeżamina ukoll il-problemi ta' tniġġiż u ta' l-ambjent. 5. Il-Grupp ta' Kuntatt jezamina ukoll il-progress fil-qasam ta' l-assistenza teknika bejn il-Partijiet, inkluża l-assistenza fl-immaniġjar finzjarju, kummerċjali u tekniku. 6. Il-Grupp ta' Kuntatt jaqsam l-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-attitudnijiet meħuda, jew li għandhom jittieħdu fl-organizzazzjonijiet internazzjonali jew for a xieraqa. 7. Kif u meta iż-żewġ partijiet jaqblu illi l-preżena u/jew il-parteċipazzjoni tar-rappreżentattivi ta' l-industriji tkun xieraqa, il-Grupp ta' Kuntatt jitkabbar sabiex jinkludihom. 8. Il-Grupp ta' kuntatt jiltaqa' darbtejn fis-sena, alternittivament fit-territorju ta' kull Parti. 9. Il-post ta' president tal-Grupp ta' Kuntatt jinżamm alternittivament minn rappreżentant tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u rappreżentant tal-Gvern tal-Federazzjoni Russa. PROTOKOLL 2 fuq l-assistenza amministrattiva reċiproka għall-applikazzjoni korretta tal-leġislazzjoni doganali Artikolu 1 Definizzjonijiet Għall-għanijiet ta' dan il-Protokoll: (a) "leġiżlazzjoni doganali" għandha tfisser disposizzjonijiet applikabbli fit-territorji tal-Partijiet u li jirregolaw l-importazzjoni, l-esportazzjoni, it-transitu tal-merkanzija u l-placing tagħhom taħt kull proċedura tad-dwana, inklużi l-miżuri ta' projbizzjoni, restrizzjoni u kontroll u adottati mill-imsemmija Partijiet; (b) "dazji doganali" għandha tfisser kull dazju, taxxa, ħlas jew ħafna piż ieħor li huma imposti u miġbura fit-territorji tal-Partijiet, fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali, imma mingħajr iż-żieda ta' ħlas u piżijiet li huma limitati fl-ammont għan-nefqa approssimattiva tas-servizzi mogħtija; (ċ) "awtorità applikanti" għandha tfisser awtorità kompetenti amministrattiva li ġiet appuntata minn Parti għal dan il-għan u li tagħmel talba għal assistenza fil-kwistjonijiet tad-dwana; (d) "awtorità rikjesta" għandha tfisser awtorità amministrattiva kompetenti li ġiet appuntata minn Parti għal dan il-għan u li tirċievi talba għal assistenza f'kwistjonijiet tad-dwana; (e) "kontravenzjoni" għandha tfisser kull vjolazzjoni tal-liġi doganali kif ukoll kull vjolazzjoni attentata ta' din il-liġeslazzjoni. Artikolu 2 Ambitu 1. Il-Partijiet għandhom jassistu lil xulxin, fl-ambitu tal-kompetenzi taghhom, fil-majiera u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Protokoll, biex jiżguraw illi l-leġiżlazzjoni tad-dwana tiġi applikata korrettament, b'mod partikolari bil-prevenzjoni, l-skoperta u l-investigazzjoni tal-kontravenzjonijiet ta' din il-leġiżlazzjoni. 2. Assistenza, fil-kwistjonijiet tad-dwana, kif previst f'dan il-Protokoll, tapplika għal kull awtorità amministrattiva tal-Partijiet li hija kompetenti għall-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll. M'għandiex tippreġudika ir-regoli li jigvernaw l-assistenza reċiproka f'kwistjonijiet kriminali. L-anqas m'għandha tkopri informazzjoni, inklużi dokumenti miksuba taħt poteri eżerċitati fuq it-talba ta' l-awtorità ġudizzjarja, kemm-il darba dawk l-awtoritajiet hekk jiftehmu. Artikolu 3 Assistenza fuq talba 1. Fuq talba ta' l-awtorità applikanti, l-awtorità rikjesta għandha ittiha l-informazzjoni rilevanti kollha sabiex tkun tista' tiżgura illi l-legislazzjoni tad-dwana tiġi korrettament applikata, inkluża informazzjoni dwar operazzjonijiet skoperti jew ippjanati li huma, jidhru, jew ikunu b'kontravenzjoni għal din il-leġiżlazzjoni. 2. Fuq talba talba ta' l-awtorità applikanti, l-awtorità rikjesta għandha tinfurmha jekk il-merkanzija esportata mit-territorju ta' waħda mill-Partijiet ġietx importata kif suppost fit-territorju tal-Parti l-oħra, billi tispeċifika, meta approprjat, il-proċedura tad-dwana applikabbli għall-merkanzija. 3. Fuq talba ta' l-awtorità applikanti, l-awtorità rikjesta għandha tieħu l-passi meħtieġa biex tiżgura illi tinżamm sorveljanza: (a) fuq persuni naturali jew legali illi hemm raġunijiet xierqa biex wieħed jemmen li qegħdin jagħmlu kontravenzjoni jew għamlu kontravenzjoni tal-leġiżlazzjoni tad-dwana, (b) fuq postijiet fejn il-ħażniet tal-merkanzija ġew miġbura, b'tali mod illi jkun hemm raġunijiet xierqa biex wieħed jissopponi illi dawn huma maħsuba bħalha provvisti għal operazzjonijiet kontra l-leġiżlazzjoni tad-dwana tal-Parti l-oħra, (ċ) fuq il-moviment ta' oġġetti notifikat bħala wieħed li jista' possibilment iqajjem kontravenzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tad-dwana, (d) fuq mezzi ta' trasport fejn hemm raġunijiet xierqa biex jitwemmen illi kienu, huma, jew jistgħu jintużaw fil-kontravenzjoni tal-leġiżlazzjoni tad-dwana. Artikolu 4 Assistenza spontanja Fil-kompetenzi tagħhom, il-Partijiet għandhom jipprovdu lill-xulxin b'assistenza mingħajr ma ssir talba qabel meta jikkonsidraw illi dan ikun neċessarju għall-applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni tad-dwana, partikolarment meta jiksbu informazzjoni li tappartjeni: - lill-operazzjonijiet skoperti jew ippjanati, li huma, jidhru, jew ikunu f'kontravenzjoni ta' din il-leġiżlazzjoni, - lill-mezzi jew metodi ġodda użati fit-twettieq ta' dawn l-operazzjonijiet, - lill-merkanzija magħrufa illi hi soġġetta għal kontravenzjoni sostanzjali tal-leġiżlazzjoni tad-dwana fuq l-importazzjoni, l-esportazzjoni, it-tranżitu jew kull proċedura oħra tad-dwana. Artikolu 5 Forma u sustanza tat-talbiet għall-assistenza 1. Talbiet skond dan il-Protokoll għandhom isiru bil-miktub. Dokumenti neċessarji għall-eżekuzzjoni ta' dawn it-talbiet għandhom jinhemżu mat-talba. Meta jkun neċessarju minħabba l-urġenża tas-sitwazzjoni, talbiet orali jistgħu jiġu aċċettati, imma jridu jiġu kkonfermati bil-miktub immedjatament. 2. Talbiet skond paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja: (a) l-awotorità applikanti li qed tagħmel it-talba, (b) il-miżura mitluba, (ċ) l-oġġett tat-talba u r-raġuni għat-talba, (d) il-liġijiet, regoli u elementi legali oħra involuti, (e) indikazzjonijiet li jkunu l-aktar eżatti u komprensivi possibbli fuq il-persuni civili jew legali li huma l-mira ta' l-investigazzjonijiet, (f) ġabra fil-qosor tal-fatti rilevanti. 3. It-talbiet għandhom isiru f'lingwa uffiċjali ta' l-awtorità rikjesta jew f'lingwa aċċettabbli lil din l-awtorità. 4. Jekk talba ma tkunx konformi mar-rekwiżiti formali, tista' tintalab il-korrezzjoni jew il-konklużjoni tagħha; madankollu, jistgħu jiġu ordnati miżuri ta' prekawzjoni. Artikolu 6 Eżekuzzjoni tat-talbiet 1. Talbiet għal assistenza jiġu eżekutati skond il-liġijiet, regoli u strumenti legali oħra tal-Parti rikjesta. 2. Sabiex tiġi mħarsa t-talba għall-assistenza, l-awtorità rikjesta għandha tipproċedi, fl-ambitu tal-kompetenzi u tar-riżorsi disponibbli tagħha, daqs li kieku kienet qed taġixxi minn jedda jew fuq talba ta' l-awtoritajiet l-oħra ta' l-istess Parti, billi tipprovdi informazzjoni li diġa għandha, billi tagħmel stħarriġ xieraq jew billi tagmel arranġamenti sabiex dawn isiru. 3. Uffiċjali ta' Parti debitament awtorizzati, bi ftehim tal-Parti loħra involuta u fl-ambitu tal-kondizzjonijiet stabbiliti minn din ta' l-aħħar, tjistgħu jiksbu mill-uffiċċji ta' l-awtorità rikjesta jew awtorità oħra taħt ir-resonsabbiltà ta' l-awrotità rikjesta, informazzjoni dwar il-kontravenzjoni tal-leġiżlazzjoni tad-dwana li l-awtorità applikanti għandha bżonn għall-għanijiet ta' dan il-Protokoll. 4. Uffiċjali ta' Parti, bi ftehim tal-Parti loħra involuta u fl-ambitu tal-kondizzjonijiet stabbiliti minn din ta' l-aħħar, jistgħu jkunu preżenti waqt stħarriġ li jkunu qed isiru fit-territorju ta' din ta' l-aħħar. 5. Meta, fiċ-ċirkostanzi previsti taħt dan il-Protokoll, uffiċjali ta' Parti waħda jkunu preżenti waqt stħarriġ li jkun qed isir fit-territorju tal-Parti l-oħra, iridu, f'kull ħin, jkunu kapaċi juru l-prova tal-kapaċità uffiċjali tagħhom. La jistgħu jilbsu uniformi u lanqas iġorru armi. Artikolu 7 Il-forma li biha għandha tiġi komunikata l-informazzjoni 1. Taħt il-kondizzjonijiet u fil-limiti stabbiliti f'dan il-Protokoll, il-Partijiet għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni lill-xulxin fil-forma ta' dokumenti, kopji ċertifikati, rapporti u simili. 2. Fajl u dokumenti oriġinali jistgħu jiġu trażmessi fuq talba biss f'każijiet fejn kopji ċertifikati jkunu insuffiċjenti. Dawk il-files u dokumenti għandhom jiġu rritornati lura mill-aktar fis possibbli. 3. Id-dokumenti previsti fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu sostitwiti minn informazzjoni kompjuterizzata f'kwalunkwe forma għall-istess skop. L-informazzjoni rilevanti kollha għall-utilizzar tal-materjal għandha tiġi provvista fuq talba. Artikolu 8 Eċċezzjonijiet għall-obbligu li tingħata assistenza 1. Il-Partijiet jistgħu jirrifjutaw illi jagħtu assistenza kif prevvist f'dan il-Protokoll, previs parzjalment jew previst skond ċertu kondizzjonijiet jew rekwiżiti, billi dan: (a) x'aktarx ikun jippreġudika s-sovranità, il-politika pubblika, is-sigurtà jew interessi essenzali oħra; jew (b) ikun imur kontra sigriet industrijali, kummerċjali jew professjonali. 2. Meta l-awtorità applikanti titlob għal assistenza li hi stess ma tkunx kapaċi tagħti li kieku tiġi mitluba tagħmel dan minn Parti oħra, għandha tistqarr dan il-fatt fit-talba tagħha. Imbgħad ikun f'idejn l-awtorità rikjesta biex tiddeċiedi kif tirrispondi għal din it-talba. 3. Jekk l-assistenza tiġi mwaqqfa jew miċħuda, id-deċiżjoni u r-raġunijiet għaliha iridu jiġu notifikati bil-miktub lill-awtortà applikanti mingħajr dewmien. Artikolu 9 L-obbligu li tiġi notifikata l-kunfidenzalità 1. Kull informazzjoni komunikata fi kwalunkwe forma skond dan il-Protokoll għandha tkun ta' natura kunfidenzali. Għandha tiġi koperta mill-obbligu tas-segretezza uffiċjali u għandha tgawdi l-protezzjoni mogħtija lil informazzjoni simili taħt il-leġiżlazzjoni rilevanti applikabbli fil-Parti li rċevietha u d-disposizzjonijiet korrispondenti li japplikaw għall-istituzzjonijiet tal-Komunità. 2. Data nominattiva m'għandhiex tiġi transmessa kull meta jkun hemm raġunijiet xierqa biex jitwemmen illi t-trasferiment jew l-użu li sar mid-data trasmessa tkun kontra il-prinċipji legali bażiċi ta' waħda mill-Partijiet, u, b'mod partikolari, jekk il-persuna kkonċernata tkunx se ssofri preġudizzju tad-drittijiet fondamentali tal-bniedem. Fuq talba, il-Parti li tkun qed tirċievi għandha tinforma lill-Parti li tkun qed tagħti dwar l-użu li jkun qed isir mill-informazzjoni li tkun ġiet mogħtija u dwar ir-riżultati miksuba. 3. Data nominattiva tista' tingħata biss lill-awtoritajiet tad-dwana u, fil-każ ta' bżonn għal skopijiet ta' prosekuzzjoni, lill-prosekuzzjoni pubblika u l-awtoritajiet ġudizzjarji. Persuni jew awtoritajiet oħra jistgħu jiksbu din l-informazzjoni biss bl-awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità li tkun qed tagħtiha. 4. Il-Parti li tkun qed tagħti għandha tivverifika l-akkuratezza ta' l-informazzjoni li tkun se tiġi trasferita. Meta jidher illi l-informazzjoni mogħtija kienet inakkurata jew li għandha titħassar, il-Parti li qed tirċievi għandha tiġi notifikata mingħajr dewmien. Din ta' l-aħħar għandha tiġi obbligata twettaq il-korrezzjoni jew it-tħassir. 5. Mingħajr preġudizzju għall-każijiet prevalenti l-interess pubbliku, il-persuna kkonċernata tista' tikseb, fuq talba, informazzjoni fuq il-ħażniet ta' data u l-iskop ta' din il-ħażna. Artikolu 10 Użu ta' informazzjoni 1. L-informazzjoni miksuba għandha tintuża biss għall-iskop ta' dan il-Protokoll u tista' tintuża ġewwa kull Parti għal għanijiet oħra biss bil-kunsens bil-miktub minn qabel ta' l-awtorità amministrattiva li tat l-informazzjoni ugħandha tkun soġġetta għal kull restrizzjoni ta' dik l-awtorità. 2. Paragrafu 1 m'għandux iwaqqaf l-użu ta' informazzjoni f'kull proċedura judizzjarja jew amministrattiva istitwita wara minħabba nuqqas ta' ħarsien mal-leġizlazzjoni doganali. 3. Il-Partijiet, fir-rekords tax-xiehda,rapporti u testimonji tagħhom u fil-proċeduri u bidliet miġjuba quddiem il-Qrati, jistgħu jużaw bħalha xiehda informazzjoni miksuba u dokumenti kkonsuktati skond id-disposizzjonijiet ta' dan il-Protokoll. Artikolu 11 Esperti u xhieda Uffiċjal ta' awtorità rikjesta jista' jiġi awtorizzat jidher, fl-ambitu tal-limitazzjonijiet mogħtija, bħalha espert jew xhud fil-proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi dwar il-kwistjonijiet li jinsabu f'dan il-Protokoll fil-ġuriżdizzjoni ta' Parti oħra, u jipproduċi oġġetti bħal dokumenti jew kopji awtentikati tagħhom, li jistgħu jiġu bżonnjużi matul il-proċeduri. It-talba għal apparenza trid tindika speċifikatament il-kwistjonijiet, u it-titolu jew kwalifikazzjoni li tagħti lok għalihom, fuq liema l-uffiċjal sejjer jiġi interrogat. Artikolu 12 Spejjeż ta' assistenza Il-Partijiet għandhom jirrinunzjaw kull pretensjoni fuq xulxin għall-għoti lura ta' spejjeż li ntefqu skond dan il-Protokoll, ħlief, kif xieraq, għal spejjeż lill-esperti u xhieda u lill-interpreti u tradutturi li ma jappartjenux mas-servizzi pubbliċi. Artikolu 13 Implimentazzjoni 1. L-amministrazzjoni ta' dan il-Protokoll għandha tiġi fdata lis-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u, meta approprjat, lill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri fuq naħa waħda u lill-awtoritajiet ċentrali tad-dwana Russa minn naħa l-oħra. Għandhom jiddeċiedu fuq kull miżura u arranġament prattiku neċessarju sabiex jiġi applikat, filwaqt illi jittieħed kunsiderazzjoni tar-regoli fil-qasam tal-protezzjoni tad-data. jistgħu jirrakkomandaw emendi lill-Kumitat Konġunt li huma jqisu li għandhom isiru lil dan il-Protokoll. 2. Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin u sussegwentement iżommu lil xulxin infurmati bir-regoli dettaljati ta' l-implimentazzjoni li ġew meħuda skond id-disposizzjonijiet ta' dan il-Protokoll. Artikolu 14 Kumplimentarità 1. Dan il-Protokoll għandu jikkumplimenta u mhux jimpedixxi l-applikazzjoni ta' xi ftehim fuq l-assistenza reċiproka li ġie konkluż bejn l-Istati Membri individwali jew bosta u r-Russja. L-anqas m'għandu jipprekludi assistenza reċiproka aktar estensiva mogħtija taħt dan il-ftehim konkluż jew li għandu jiġi konkluż. 2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10, dawn l-arranġamenti ma jippreġudikawx disposizzjonijiet Komunitarji li jirregolaw il-komunikazzjoni bejn is-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u l-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri ta' kull informazzjoni miksuba fil-kwistjonijiet tad-dwana li tista' tkun ta' interess Komunitarju. -------------------------------------------------- ATT FINALI Il-plenipotenzarji tal-KOMUNITÀ EWROPEA, il-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-FAĦAM U L-AZZAR u l-KOMUNITÀ EWROPEA TA' L-ENERĠIJA ATOMIKA, hawnhekk iżjed "il quddiem msejħa" il-Komunità', minn naħa l-waħda, u il-plenipotenzarju tal-FEDERAZZJONI RUSSA, minn naħa l-oħra, fil-laqgħa ġewwa Brussel fis-17 ta' Lulju 1995 għall-frima tal-Ftehim Interinali fuq il-kummerċ u l-kwistjonijiet relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, minn naħa l-waħda, u l-Federazzjoni Russa, minn naħa l-oħra, hawnhekk iżjed "il quddiem msejħa" il-Ftehim', adottaw it-testi li ġejjin: il-Ftehim u l-Protokolli li ġejjin: Protokoll 1 fuq l-istabbiliment ta' Grupp ta' Kuntatt fuq il-faħam u l-azzar Protokoll 2 fuq l-assistenza amministrattiva reċiproka għall-applikazzjoni korretta tal-leġislazzjoni doganali Il-plenipotenzarji tal-Komunità u il-plenipotenzarju tal-Federazzjoni Russa adottaw it-testi tad-Dikjarazzjonijiet Konġunti mniżżla hawn isfel u annessi ma' dan l-Att Finali: Dikjarazzjoni Konġunta dwar it-Titolu II u l-Artikolu 23 tal-Ftehim Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 3 tal-Ftehim Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 5 tal-Ftehim Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 10 tal-Ftehim Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 11 tal-Ftehim Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 15(1), it-tieni inċiż, tal-Ftehim Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 16 tal-Ftehim Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 17 (2.2) tal-Ftehim Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 18 tal-Ftehim Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 25 tal-Ftehim Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 27 tal-Ftehim Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 32 tal-Ftehim Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 32(2) tal-Ftehim Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 1 u 32 tal-Ftehim Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 36 tal-Ftehim Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 6 tal-Protokoll 2 Il-plenipotenzarji tal-Komunità u l-plenipotenzarju tal-Federazzjoni Russa għamlu notament ta' l-Iskambjar ta' Ittri skond l-Artikolu 15 tal-Ftehim anness ma' dan l-Att Finali Il-plenipotenzarju tal-Federazzjoni Russa għamel notament tad-dikjarazzjonijiet mniżżla hawn isfel u annessi ma' dan l-Att Finali: Dikjarazzjoni tal-Komunità dwar l-Artikolu 17 tal-Ftehim Dikjarazzjoni tal-Komunità dwar l-Artikolu l-Artikolu 18 tal-Ftehim Il-plenipotenzarji tal-Komunità għamlu notament tad-dikjarazzjonijiet mniżżla hawn isfel u annessi ma' dan l-Att Finali: Dikjarazzjoni mill-Federazzjoni Russa dwar l-Artikolu 6 tal-Ftehim Dikjarazzjoni mill-Federazzjoni Russa dwar l-Artikolu 18 tal-Ftehim Dikjarazzjoni mill-Federazzjoni Russa dwar l-Artikolu 24 tal-Ftehim Hecho en Bruselas, el diecisiete de julio de mil novecientos noventa y cinco.Udfærdiget i Bruxelles, den syttende juli nitten hundrede og femoghalvfems.Geschehen zu Brüssel am siebzehnten Juli neunzehnhundertfünfundneunzig.Έγινε στις Βρυξέλλες, στις δέκα επτά Ιουλίου χίλια εννιακόσια ενενήντα πέντε.Done at Brussels on the seventeenth day of July in the year one thousand nine hundred and ninety-five.Fait à Bruxelles, le dix-sept juillet mil neuf cent quatre-vingt-quinze.Fatto a Bruxelles, addì diciassette luglio millenovecentonovantacinque.Gedaan te Brussel, de zeventiende juli negentienhonderd vijfennegentig.Feito em Bruxelas, em dezassete de Julho de mil novecentos e noventa e cinco.Tehty Brysselissä seitsemäntenätoista päivänä heinäkuuta vuonna tuhatyhdeksänsataayhdeksän-kymmentäviisi.Som skedde i Bryssel den sjuttonde juli nittonhundranittiofem.Совершено в Брюсселе семнадцатого июля тысяча девятьсот девяносто пятого года. Por las Comunidades EuropeasFor De Europæiske FællesskaberFür die Europäischen GemeinschaftenΓια τις Ευρωπαϊκές ΚοινότητεςFor the European CommunitiesPour les Communautés européennesPer le Comunità europeeVoor de Europese GemeenschappenPelas Comunidades EuropeiasEuroopan yhteisöjen puolestaPå Europeiska gemenskapernas vägnar +++++ TIFF +++++ За Правительство Российской Федерации +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- BARRA L-FTEHIM BDIL TA' ITTRI fuq il-konsegwenzi tat-tkabbir A. Itta mingħand il-Komunità Sinjur …, Nagħmel referenza gaħll-Ftehim Interinali iffirmat illum u nikkonferma illi jekk ikun neċessarju illi dan il-Ftehim jiġi emendat bħalha riżultat tat-tkabbir tal-Komunità, dan isir is-suġġett ta' konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet skond l-Artikolu 21 u f'dan il-kuntest jittieħed kont, sakemm ikun possibbli, tal-krattru tar-relazzjonijiet bilaterali tal-kummerċ u ekonomija eżistenti bejn ir-Russja u l-Istati Membri l-ġodda. Inkun obbligat jekk inti tikkonferma il-ftehim tal-Gvern tiegħek għall-kontenut ta' din l-ittra. Jekk jogħġbok aċċetta, Sinjur, l-assigurazzjoni ta' l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi. F'isem il-Komunitajiet Ewropej +++++ TIFF +++++ B. Ittra mingħand ir-Russja Sinjur …, Grazzi għall ittra tiegħek tal-ġurnata tal-lum li taqra kif ġej: "Nagħmel referenza gaħll-Ftehim Interinali iffirmat illum u nikkonferma illi jekk ikun neċessarju illi dan il-Ftehim jiġi emendat bħalha riżultat tat-tkabbir tal-Komunità, dan isir is-suġġett ta' konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet skond l-Artikolu 21 u f'dan il-kuntest jittieħed kont, sakemm ikun possibbli, tal-krattru tar-relazzjonijiet bilaterali tal-kummerċ u ekonomija eżistenti bejn ir-Russja u l-Istati Membri l-ġodda. Inkun obbligat jekk inti tikkonferma il-ftehim tal-Gvern tiegħek għall-kontenut ta' din l-ittra.'" Nikkonferma illi l-Ittra tiegħek u r-risposta tiegħi jistabilixxu ftehim formali bejnietna. Jekk jogħġbok aċċetta, Sinjur, l-assigurazzjoni ta' l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi. Għall-Gvern tal-Federazzjoni Russa +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------