Alegeți funcționalitățile experimentale pe care doriți să le testați

Acest document este un extras de pe site-ul EUR-Lex

Document 21995A0419(01)

Ftehim ta' koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Demokratika Soċjalista ta' Sri Lanka dwar is-sħubija u l-iżvilupp

ĠU L 85, 19.4.1995, pp. 33-42 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Kapitolu 11 Volum 011 P. 156 - 165

Edizzjoni(jiet) speċjali oħra (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, HR)

Statutul juridic al documentului care este în vigoare

ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/1995/129/oj

Decizia aferentă a Consiliului

21995A0419(01)



Official Journal L 085 , 19/04/1995 P. 0033 - 0042


Ftehim ta' koperazzjoni

bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Demokratika Soċjalista ta' Sri Lanka dwar is-sħubija u l-iżvilupp

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

min-naħa l-waħda,

IL-GVERN TA' SRI LANKA

Min-naħa l-oħra,

JIKKONSIDRAW ir-relazzjonijiet eċċellenti u r-rabtiet eċċezzjonali ta' ħbiberija bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn hawn il-quddiem referuti bħala "il-Komunità", u r-Repubblika Demokratika Soċjalista ta' Sri Lanka, minn hawn il-quddiem referuta bħala "Sri Lanka";

JIRRIKONOXXU l-importanza tat-tisħieħ tar-rabtiet u t-tkabbir tas-sħubija bejn il-Komunità u Sri Lanka;

JAFFERMAW MILL-ĠDID l-importanza li huma jorbtu mal-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u r-rispett lejn il-prinċipji demokratiċi u d-drittijiet tal-bniedem;

WARA LI QIESU il-pedamenti għal koperazzjoni mill-qrib bejn Sri Lanka u l-Komunità kif stabbiliti bil-Ftehim bejn Sri Lanka u l-Komunità iffermat fit-22 ta' Lulju 1975;

JINNOTAW b'sodisfazzjoni l-akkwisti li jirriżultaw minn dak il-Ftehim;

ISPIRATI bix-xewqa komuni tagħhom li jikkonsolidaw, isaħħu u jiddiversifikaw ir-relazzjonijiet tagħhom fl-oqsma ta' l-interess reċiproku fuq il-bażi ta' egwaljanza, nuqqas ta' diskriminazzjoni u benefiċju reċiproku;

JIRRIKONOXXU il-konsegwenzi pożittivi tal-proċess ta' riformi ekonomiċi għal-liberazzjoni u l-modernizzazzjoni ta' l-ekonomija kif impenjati fi Sri Lanka għat-tisħieħ tar-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi bejn Sri Lanka u l-Komunità;

MIXTIEQA li joħolqu kondizzjonijiet favorevoli għal żvilupp sostanzjali u d-diversifikazzjoni tal-kummerċ u l-industria bejn il-Komunità u Sri Lanka, li għandha tkabbar in-nixxija ta' investiment, koperazzjoni kummerċjali u ekonomika fl-oqsma ta' interess reċiproku, inklużi x-xjenza u t-teknoloġija, għall-inkurraġġiment fil-koperazzjoni kulturali;

JIRRIKONOXXU il-ħtieġa ta' sostenn fl-isforzi ta' Sri Lanka għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali li speċjalment itejjbu l-istandards ta' l-għixien tas-sezzjonijiet foqra u żvantaġġati tal-popolazzjoni;

JIKKONSIDRAW l-importanza mogħtija mill-Komunità u minn Sri Lanka għall-protezzjoni ta' l-ambjent fuq livell globali u lokali u għall-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali, jirrikonoxxu ir-rabta bejn l-ambjent u l-iżvilupp;

JINNOTAW l-interes komuni tagħhom fit-tħeġġiġ u t-tisħieħ ta' koperazzjoni reġjonali u d-djalogu bejn it-tramuntana u nofs-in-nhar;

IQISU l-isħubija tagħhom fil-Ftehim Ġenerali tat-Tariffi u l-Kummerċ (GATT), l-importanza u l-prinċipji tiegħu u l-ħtieġa li jkunu sostnuti u msaħħa r-regoli li jippromwovu il-kummerċ liberu u mingħajr xkiel f'manjera stabbli, trasparenti u mingħajr diskriminazzjoni;

JEMMNU li r-relazzjonijiet bejniethom żviluppaw lill hinn mill-iskop tal-Ftehim konkluż fl-1975,

IDDEĊIDEW, bħala Partijiet Kontraenti, li jikkonkludi dan il-Ftehim u għal dan il-għan innominaw bħala l-Plenipotenzarji tagħhom:

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Klaus Kinkel,

Ministru Federali ta' l-Affarijiet Barranin u Deputat Kanċellier Federali tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja,

President fl-Uffiċċju tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea,

Manuel Marin,

Viċi-President tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej,

IL-GVERN TA' SRI LANKA,

Abdul Cader Shahul Hameed,

Ministru ta' l-Affarijiet Barranin tar-Repubblika Demokratika Soċjalista ta' Sri Lanka,

LI, wara li għamlu skambju bejniethom tal-Poteri Sħaħ tagħhom, li nstabu f'forma tajba u mistħoqqa,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Bażi Demokratika għall-Koperazzjoni

Ir-rabtiet tal-koperazzjoni bejn il-Komunità u Sri Lanka u dan il-Ftehim fl-intier tiegħu huma bbażati fuq ir-rispett lejn il-prinċipji demokratiċi u d-drittijiet umani li jisspiraw politika domestika u esterna kemm tal-Komunità u ta' Sri Lanka u li jikkostitwixxu element essenzali tal-Ftehim.

Artikolu 2

L-Għanijiet Ġenerali

1. L-għanijiet ġenerali ta' dan il-Ftehim huma li jsaħħu u jiżviluppaw, permezz ta' djalogu u sħubija, l-aspetti varji ta' koperazzjoni bejn il-Partijiet kontraenti sabiex tintlaħaq relazzjoni aġġornata u aktar mill-qrib.

Din il-koperazzjoni sejra tiffoka partikolarment dwar:

- aktar żvilupp u diversifikazzjoni tal-kummerċ u l-investiment fl-interess reċiproku tagħhom, billi jkunu meqjusa s-sitwazzjonijiet ekonomiċi rispettivi tagħhom,

- l-iżvilupp fl-interessi reċiproki eżistenti tagħhom u ta' għamliet ġodda ta' koperazzjoni ekonomika diretta lejn it-tħeġġiġ u l-faċilità ta' skambji u rabtiet bejn il-kommunitajiet kummerċjali tagħhom, billi tkun meqjusa l-implementazzjoni tar-riformi ekonomiċi ta' Sri Lanka u l-opportunitajiet għall-ħolqien ta' ambjent xieraq għall-investiment,

- il-faċilizzazzjoni ta' l-għarfien reċiproku u t-tisħieħ tar-rabtiet fir-rigward ta' materji tekniċi, ekonomiċi u kulturali,

- il-bini tal-kapaċità ekonomika ta' Sri Lanka li jkollha interazzjoni aktar effettiva mal-Komunità,

- l-aċċelerazzjoni tal-pass tal-iżvilupp ta' Sri Lanka, is-sostenn ta' l-isforzi ta' Sri Lanka fil-bini ta' l-ekonomija tagħha u partikolarment it-tittjib tal-kondizzjonijiet ta' l-għixien tas-sezzjonijiet l-aktar fqar tal-popolazzjoni,

- is-sostenn tal-protezzjoni ambjentali u l-amministrazzjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali.

2. Il-Partijiet Kontraenti jirrikonoxxu il-valur fid-dawl ta' l-għanijiet ta' dan il-Ftehim, li jikkonsultaw bejniethom dwar kwistjonijiet internazzjonali ta' interess reċiproku.

Artikolu 3

Koperazzjoni fin-Negozju u l-Kummerċ

1. Il-Komunità u Sri Lanka għandhom jibqgħu li jagħtu lil xulxin it-trattament tal-pajjiż-l-aktar-favorit b'konformità mad-disposizzjonijiet tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ.

2. Fl-interess tat-tisħieħ ta' relazzjonijiet ġodda b'mod dinamiku u komplimentarju, li b'hekk jipprovdi għal benefiċji reċiproki, il-Partijiet Kontraenti jintrabtu li jiżviluppaw u jiddiversifikaw l-iskambji kummerċjali tagħhom u li jtejjbu l-aċċess għas-suq, sa l-għola grad possibbli, f'manjiera kompatibbli mas-sitwazzjonijiet ekonomiċi tagħhom.

3. Il-Partijiet Kontraenti huma impenjati lejn strateġija tat-titjib tat-termini ta' l-aċċess għall-prodotti tagħhom lejn is-swieq tal-Parti l-oħra. Għandhom jagħtu lil xulxin l-għola grad ta' liberalizzazzjoni ta' l-importazzjoni u l-esportazzjoni li huma ġeneralmnt japplikaw ma pajjiżi terzi u jaqblu li jeżaminaw metodi u meżżi sabiex progressivament jeliminaw il-barrieri għall-kummerċ bejniethom, notevolment barrieri mhux-tat-tariffi, billi jkun meqjus ix-xogħol diġa mwettaq b'din il-konnessjoni minn organizzazzjonijiet internazzjonali.

4. Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li jħeġġu l-iskambju tal-informazzjoni rigward l-opportunitajiet reċiprokament ta' benefiċju fis-suq u li jżommu konsultazzjonijiet fi spirtu kostruttiv dwar il-punti tat-tariffi, mhux-tat-tariffi, servizzi, saħħa, sigurtà jew miżuri ambjentali, u l-ħtiġiet tekniċi.

5. Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li jtejjbu l-koperazzjoni f'materji doganali bejn l-awtoritajiet rispettivi tagħhom, speċjalment fit-taħriġ professjonali, is-simplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-proċeduri doganali, u l-prevenzjoni, l-investigazzjoni u t-trażżin ta' infrazzjonijiet tar-regolamenti doganali.

6. Il-Partijiet Kontraenti jintrabtu wkoll li jagħtu konsiderazzjoni, kull waħda skond il-liġijiet tagħha, għal eżenzjoni mid-dazju, taxxa u imposti oħrajn, ta' l-oġġetti importati temporanjament fit-territorji tagħhom għall-esportazzjoni mill-ġdid mingħajr tibdil jew għal oġetti li jidħlu mill-ġdid fit-territorji tagħhom wara proċessar fil-Parti Kontraenti l-oħra li ma jkunux biż-żejjed sabiex l-oġġetti jkunu ittratati bħala li joriġinaw mit-territorju ta' dik il-Parti Kontraenti.

7. Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li jikkonsultaw lil xulxin, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi tagħhom permezz tal-GATT, dwar xi kwistjoni li tista tinqala' b'rabta mal-kummerċ. Jekk il-Komunità jew is-Sri Lanka jitolbu għal konsultazzjoni tali, din għandha sseħħ fl-opportunità l-aktar kmieni possibbli. Il-Parti Kontraenti li tressaq it-talba għandha tipprovdi lill-Parti l-oħra bl-informazzjoni kollha meħtieġa għal eżami dettaljat ta' dik is-sitwazzjoni. Attentati għandhom isiru permezz ta' dawk il-konsultazzjonijiet sabiex jirrisolvu l-kwistjonijiet tal-kummerċ malajr kemm jista jkun possibbli.

Artikolu 4

Koperazzjoni Ekonomika

1. Il-Partijiet Kontraenti jintrabtu, skond l-istrateġiji u l-għanijiet rispettivi tagħhom u fi ħdan il-meżżi finanzjarji disponibbli, li jħeġġu l-koperazzjoni ekonomika għal benefiċju reċiproku.

2. Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li l-koperazzjoni ekonomika tkun tinvolvi tlett oqsma wiesa ta' azzjoni:

(a) it-tittjib fl-ambjent ekonomiku fi Sri Lanka bil-faċilizzazzjoni ta' l-aċċess tat-tagħrif, teknoloġija u kapital tal-Komunità;

(b) l-iffaċċilitar ta' kuntatti bejn l-operaturi ekonomiċi u miżuri oħrajn iddisinjati sabiex iħeġġu l-iskambju u l-investimenti kummerċjali;

(ċ) it-tisħieħ ta' rikonoxximent reċiproku ta' l-ambjenti rispettivi tagħhom fl-ekonomija, soċjali u kulturali bħala bażi ta' koperazzjoni effettiva.

3. Fl-oqsma wiesa deskritti hawn fuq, u mingħajr ma tkun eskluża xi żona mill-bidu nett, il-miri tal-Partijiet Kontraenti għandhom, partikolarment, ikunu:

- li jtejjbu l-ambjent ekonomiku u l-klima kummerċjali,

- li jikkoperaw fil-ħarsien ta' l-ambjent u tar-riżorsi naturali,

- li jikkoperaw fil-qasam ta' l-enerġija, inklużi sorsi mhux konvenzjonali u l-effiċjenza ta' l-enerġija,

- li jikkoperaw fil-qasam tat-telekommunikazzjonijiet, tat-teknoloġija ta' l-informazzjoni, u l-materji relatati,

- li jikkoperaw fil-qasam tal-metroloġija u n-normi industriali,

- li jikkoperaw fil-qasam tal-propjetà intellettwali,

- li jikkoperaw fiż-żona ta' l-integrazzjoni reġjonali, permezz tat-trasferiment ta' l-esperjenza,

- li jinkoraġixxu t-trasferiment tat-teknoloġija f'setturi oħrajn ta' benefiċju reċiproku,

- li jagħmlu skambju ta' l-informazzjoni dwar materji monetarji u l-ambjent makro-ekonomiku,

- li jsaħħu u jiddiversifikaw ir-rabtiet ekonomiċi bejniethom,

- li jinkoraġixxu, permezz ta' klima favorevoli, it-tnixxija lejn iż-żewġ naħat bejn il-Komunità-Sri Lanka ta' kummerċ u investiment,

- li jħeġġu koperazzjoni sabiex ikunu żviluppati l-agrikoltura, is-sajd, il-minieri, it-trasport u l-komunikazzjoni, is-saħħa, il-kontroll ta' l-abbuż tad-droga, il-banek u l-assigurazzjoni, it-turiżmu u servizzi oħrajn,

- li jiffaċilitaw l-istabbiliment ta' kondizzjonijiet konduttivi għall-ħolqien ta' l-impiegi,

- i jinkoraġġixxu koperazzjoni mil-qrib bejn is-setturi privati tagħhom,

- li jħeġġu koperazzjoni bejn impriżi żgħar u ta' daqs medju,

- li jattivaw koperazzjoni fis-settur industriali, inkluża l-industria agro-industriali u l-industria b'impenn ta' teknologija qawwija,

- li jħeġġu koperazzjoni fl-ekoloġija industriali u urbana,

- li jsostnu l-isforzi ta' Sri Lanka fil-qasam tal-promuzzjoni tal-kummerċ u l-iżvilupp tas-suq,

- li jħeġġu l-koperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet ta' l-edukazzjoni u tat-taħriġ,

- li jħeġġu l-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika,

- li jinkoraġixxu koperazzjoni fil-qasam tal-privatizzazzjoni fi Sri Lanka,

- li jikkoperaw fl-oqsma tal-informazzjoni u l-kultura.

Koperazzjoni f'uħud mis-setturi msemmija hawn fuq hija elenkata f'aktar dettal fl-Artikoli 5 sa 12 ta' dan il-Ftehim.

4. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jikkonsidraw, kull waħda fl-interesi reċiproki tagħhom u b'konformità mal-istrateġiji u għanijiet rispettivi tagħhom, il-meżżi li ġejjin sabiex ikunu milħuqa dawn l-għanijiet:

- skambju ta' l-informazzjoni u l-edejat,

- preparazzjoni ta' studji,

- provvediment ta' għajnuna teknika,

- programmi ta' taħriġ, inkluż taħriġ vokazzjonali,

- l-istabbiliment ta' rabtiet bejn iċ-ċentri ta' riċerka u taħriġ, l-aġenziji speċjalizzati, l-organizzazzjonijiet tal-kummerċ,

- it-tħeġġiġ ta' investiment u impriżi konġunti,

- l-iżvilupp istituzzjonali ta' l-aġenziji u amministrazzjonijiet pubbliċi u privati,

- aċċess lejn id-databases eżistenti ta' xulxin u l-ħolqien ta' oħrajn ġodda,

- workshops u seminars,

- skambju ta' esperti.

5. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jiddeterminaw flimkien u għall-vantaġġ reċiproku tagħhom l-oqsma u l-prijoritajiet li għandhom ikunu koperti b'azzjonijiet konkreti tal-koperazzjoni ekonomika, b'konformità ma l-objettivi ta' terminu fit-tul tagħhom.

Artikolu 5

Investiment

1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jinkoraġixxu żieda f'investiment reċiprokament ta' benefiċju bl-istabbiliment ta' klima aktar favorevoli għall-investimenti privati, inklużi kondizzjonijiet aħjar għat-trasferiment ta' kapital u l-iskambju ta' l-informazzjoni dwar l-opportunitajiet ta' l-investiment.

2. Billi jkun meqjus ix-xogħol magħmul f'dan il-qasam fil-fora internazzjonali relevanti, ir-ri-organizzazzjoni ta' trattati bilaterali ta' l-investimenti konklużi bejn Sri Lanka u numru ta' Stati Membri tal-Komunità, li tagħhom Sri Lanka hija Parti Kontraenti għall-Konvenzjoni ta' l-Aġenzija tal-Garanzija ta' l-Investiment Multilaterali (MIGA), u firmatarja fil-Konvenzjoni Internazzjonali għat-Twettieq ta' Kwistjonijiet dwar l-Investimenti (ICSID), il-Partijiet Kontraenti għandhom isostnu ftehim ulterjuri għat-tħeġġiġ u l-protezzjoni ta' l-investimenti bejn l-Istati Membri tal-Komunità u Sri Lanka fuq il-bażi tal-prinċipji ta' nuqqas ta' diskriminazzjoni u reċipriċità.

3. Il-Partijiet Kontraenti jintrabtu li jinkoraġixxu koperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet finanzjarji rispettivi tagħhom.

Artikolu 6

Is-Settur Privat

1. Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li jħeġġu l-involviment tas-settur privat fil-programmi tagħhom ta' koperazzjoni sabiex isaħħu il-koperazzjoni ekonomika u industriali ta' bejniethom.

Il-Partijiet Kontraenti għandhom jieħdu miżuri sabiex:

(a) jinkoraġixxu s-setturi privati taż-żewġ reġjuni ġeografiċi li jsibu meżżi effettivi ta' konsultazzjonijiet konġunti, li r-rirżultati tagħhom ikunu mbagħad jistgħu jiġu trasmessi lejn il-Kummissjoni Konġunta, referuta fl-Artikolu 20 ta' dan il-Ftehim, għall-azzjoni meħtieġa għas-segwiment;

(b) jinvolvu s-setturi privati tal-Partijiet Kontraenti fl-attivitajiet żviluppati fi ħdan il-qafas ta' dan il-Ftehim.

2. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jiffaċilitaw fi ħdan ir-regoli relevanti, aċċess għall-informazzjoni disponibbli u l-faċilitajiet tal-kapital sabiex jinkoraġixxu proġetti u operazzjonijiet li jħeġġu koperazzjoni bejn ditti, bħal ma huma joint ventures, trasferiment ta' teknoloġija permezz ta' sub-contracting, liċenzji, riċerka applikata u franchises.

Artikolu 7

Normi

Mingħajr preġudizzju għall-obbligi internazzjonali tagħhom, fi ħdan l-iskop tar-responsabbiltajiet tagħhom u b'konformità mal-liġijiet tagħhom, il-Partijiet Kontraenti għandhom jieħdu passi sabiex inaqqsu d-differenzi fir-rigward tal-metroloġija, standardizzazzjoni u ċertifikazzjoni billi jħeġġu l-użu ta' sistemi kompatibbli ta' standards u ċertifikazzjoni. Għal dak il-għan, huma għandhom jinkoraġixxu partikolarment dawn li ġejjin:

- l-istabbiliment ta' rabtiet bejn esperti sabiex jiffaċċilitaw skambji ta' informazzjoni u studju dwar il-metroloġija, standards, kontroll tal-kwalità u promozzjoni u ċertifikazzjoni,

- jinkoraġixxu l-inter-skambju u l-kuntatt bejn korpi u istituzzjonijiet li jispeċjalizzaw f'dawn l-oqsma, inklużi konsultazzjonijiet sabiex jassiguraw li standards ma jkunux jikkostitwixxu barriera għall-kummerċ,

- li jħeġġu miżuri immirati għall-akwist ta' sistemi ta' rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikazzjoni tal-kwalità,

- li jiżviluppaw għajnuna teknika b'konnessjoni mal-metroloġija, standards u ċertifikazzjoni, u b'konnessjoni ma programmi li jħeġġu l-kwalità,

- li jipprovdu għajnuna teknika għall-żvilupp istituzzjonali sabiex jaġġornaw l-organizzazzjonijiet ta' standards u taċ-ċertifikazzjoni ta' kwalità kif ukoll sabiex tkun stabbilita skema nazzjonali ta' akkreditazzjoni għall-assessjar tal-konformità ġewwa Sri Lanka.

Artikolu 8

Propjetà Intelletwali

1. Sal-limiti ta' kif jippermettu l-kompetenzi, ir-regolamenti u l-politika tagħhom, il-Partijiet Kontraenti għandhom:

(a) li jkollhom il-għan li jtejbu il-kondizzjonijiet għal protezzjoni adekwata u effettiva u għat-tisħieħ ta' drittijiet propjetarji intelletwali, industrijali u kummerċjali b'konformità ma l-għola normi internazzjonali;

(b) li jikkoperaw sabiex ikunu assigurati dawn l-obbjettivi.

2. Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li huma għandhom jevitaw trattament diskriminatorju b'relazzjoni mad-drittijiet propjetarji intelletwali u li jinvolu rwieħhom, jekk meħtieġ, f'konsultazzjonijiet jekk problemi jinħolqu li jaffettwaw il-propjetà intelletwali fil-kummerċ.

Artikolu 9

Xjenza u Teknoloġija

1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom, b'konformità ma l-interess reċiproku tagħhom u ma l-għanijiet tal-istrateġija tagħhom għall-iżvilupp f'dan il-qasam, li jħeġġu il-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bil-għan sabiex:

(a) jinkoraġixxu t-trasferiment ta' għerf u jistimulaw l-innovazzjoni;

(b) id-dissiminazzjoni ta' l-informazzjoni u l-esperjenza fix-xjenza u t-teknoloġija;

(ċ) il-ftuħ ta' l-opportunitajiet għal koperazzjoni futura fl-ekonomija, l-industria u l-kummerċ.

2. Il-Partijiet Kontraenti jintrabtu li jistabbilixxu il-proċeduri xierqa sabiex jiffaċilitaw l-akbar grad possibbli ta' parteċipazzjoni mix-xjenzati u miċ-ċentri tagħhom f'koperazzjoni bejniethom.

Artikolu 10

Agrikoltura u Sajd

Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li jħeġġu koperazzjoni fl-agrikoltura, inkluża l-oltikoltura u l-ipproċessar ta' l-ikel u fis-sajd, inkluż l-ipproċessar tal-ħut. Għal dan il-għan u fi spirtu ta' koperazzjoni u rieda tajba u billi jkunu meqjusa il-liġijiet taż-żewġ Partijiet dwar tali suġġetti, huma jintrabtu li jeżaminaw, partikolarment:

(a) l-opportunitajiet għaż-żieda fil-kummerċ fil-prodotti ta' l-agrikoltura u tas-sajd;

(b) is-saħħa, il-pjanti u s-saħħa ta' l-annimali u miżuri ambjentali sabiex ma jħallux li dawn ifixklu l-kummerċ;

(ċ) ir-rabta bejn l-agrikoltura u l-ambjent rurali;

(d) ir-riċerka fl-agrikoltura u s-sajd.

Artikolu 11

Turiżmu

IL-Partijiet Kontraenti jaqblu li jikkoperaw dwar it-turiżmu, permezz ta' miżuri, li għandhom jagħtu każ ta' suġġetti ambjentali u li jkunu jinkludu inter-skambju ta' informazzjoni li jinvolvu studji, taħriġ u tħeġġiġ ta' l-investiment inklużi joint ventures.

Artikolu 12

Informazzjoni, Kultura u Komunikazzjoni

Il-Partijiet Kontraenti għandhom jikkoperaw fil-qasam tal-informazzjoni, kultura u komunikazzjoni, kemm sabiex joħolqu rikonoxximent reċiproku aħjar u sabiex isaħħu r-rabtiet kulturali ta' bejniethom, bħala ma huma studji preparatorji u għajnuna teknika għall-reservazzjoni tal-wirt kulturali.

Artikolu 13

Koperazzjoni għal Żvilupp

1. Il-Komunità tirrikonoxxi il-ħtieġa ta' Sri Lanka għal għajnuna fl-iżvilupp u hija lesta li ssaħħaħ il-koperazzjoni tagħha u tkabbar l-effiċjenza tagħha sabiex tikkontribwixxi għall-isforzi minn Sri Lanka sabiex tilħaq żvilupp ekonomiku sostenibbli u progress soċjali tal-poplu tagħha permezz ta' proġetti u programmi sodi. Is-sostenn tal-Komunità għandu jkun b'konformità mal-istrateġiji, regolamenti u l-limiti tal-meżżi finanzjarji tal-Komunià li huma disponibbli għall-koperazzjoni.

2. Il-proġetti u l-programmi għandhom ikomplu li jkunu immirati lejn is-sezzjonijiet l-aktar fqar tal-popolazzjoni. Attenzjoni partikolari għandha tkun mogħtija lejn l-iżvilupp rurali bil-parteċipazzjoni tal-gruppi li għandhom ikunu immirati u, meta xieraq, l-involviment ta' organizzazzjonijiet kwalifikati mhux-governamentali, reċiprokament aċċettabbli għall-Partijiet Kontraenti. Koperazzjoni f'dan il-qasam għandha wkoll tkopri l-politika fuq il-popolazzjoni u fuq l-inkurraġġiment ta' l-impieg fi bliet rurali, u r-rwol tal-mara bil-bini ta' żvilupp u taħriġ u ta' l-istituzzjoni għall-ħarsien u l-promuzzjoni tad-drittijiet umani.

3. Il-koperazzjoni għandha tikkonċentra fuq prijoritajiet reċiprokament mifthiema, inkluża t-tnaqqis tal-faqar kif definita fl-Artikolu 14, li għandhom jassiguraw l-effiċjenza u s-sostenabbilità tal-programm.

Artikolu 14

It-Tnaqqis tal-Faqar

Il-Partijiet Kontraenti jintrabtu li jidderieġu l-attivitajiet tagħhom ta' koperazzjoni, kull meta possibbli, lejn it-tnaqqis tal-faqar ġewwa Sri Lanka. F'dan ir-rigward il-Komunità tista ssosstni, permezz ta' koperazzjoni fl-iżvilupp, miżuri ippreparati mill-Gvern ta' Sri Lanka.

Artikolu 15

Ambjent

1. Il-Partijiet Kontraenti jirrikonoxxu li rispett lejn suġġetti ambjentali ikunu jiffurmaw parti integrali fil-koperazzjoni ta' l-ekonomija u l-iżvilupp. Aktar minn hekk, huma jaċċennaw l-importanza ta' kwistjonijiet ambjentali u r-rieda tagħhom li jistabbilixxu, fil-qafas ta' dan il-Ftehim, il-koperazzjoni fil-ħarsien u t-tittjib fl-ambjent billi jkun meqjus ix-xogħol imwettaq f'fora internazzjonali.

2. Attenzjoni partikolari għandha tingħata għal:

(a) l-amministrazzjoni sostenibbli ta' l-eko-sistemi naturali;

(b) il-protezzjoni u l-konservazzjoni ta' foresti naturali;

(ċ) it-tisħieħ ta' l-istituti tal-foresterija;

(d) is-sejba ta' soluzzjonijiet prattċi għall-problemi ta' l-enerġija rurali u urbana;

(e) il-prevenzjoni ta' tniġġiż industriali;

(f) il-protezzjoni ta' l-ambjent urban.

Artikolu 16

L-Iżvilupp tar-Riżorsi Umani

Il-Partijiet Kontraenti jirrikonoxxu l-importanza tal-iżvilupp tar-riżorsi umani fit-tittjib tal-iżvilupp ekonomiku u tal-kondizzjonijiet ta' l-għixien fis-sezzjonijiet żvantaġġati tal-popolazzjoni. Huma jaqblu li l-iżvilupp tar-riżorsi umani għandu jikkostitwixxi parti integrali tal-koperazzjoni kemm ekonomika u wkoll tal-iżvilupp.

Artikolu 17

Kontroll ta' l-Abbuż tad-Droga

Il-Partijiet Kontraenti jaffermaw ir-riżoluzzjoni tagħhom, b'konformità mal-kompetenzi rispettivi tagħhom, li jżidu l-effiċjenza tal-istrateġija u l-miżuri, sabiex jiġġieldu kontra l-forniment u t-tqassim ta' narkotiċi kif ukoll il-prevenzjoni ta' l-abbuż tad-droga, meta meħtieġ permezz ta' l-offerta ta' għajnuna teknika, sabiex ikun meqjus ix-xogħol magħmul f'dan ir-rigward minn korpi internazzjonali.

Artikolu 18

Koperazzjoni Reġjonali

Il-koperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti għandha testendi għall-azzjoni meħudha fi ħdan il-kuntest ta' koperazzjoni jew ta' ftehim ta' l-integrazzjoni ma pajjiżi oħrajn fl-istess reġjun, basta li tali azzjoni tkun kompatibbli ma dawk il-ftehim.

Mingħajr ma tkun eskluża l-ebda żona, dan li ġej jista jkun mogħti konsiderazzjoni partikolari:

(a) għajnuna teknika (servizz ta' esperti barranin, taħriġ ta' persunal tekniku f'ċerti aspetti prattiċi ta' l-integrazzjoni);

(b) it-tħeġġiġ ta' kummerċ inter-reġjonali;

(ċ) is-sostenn ta' l-istituzzjonijiet reġjonali u għal proġetti konġunti u l-inizjattivi stabbiliti permezz ta' l-organizzazzjonijiet reġjonali bħal ma huwa il-Ftehim ta' l-Asja ta' Nofs-in-Nhar dwar Koperazzjoni Reġjonali (SAARC);

(d) l-istudji li jikkonċernaw rabtiet reġjonali u komunikazzjonijiet.

Artikolu 19

Riżorsi għat-Teħid ta' Koperazzjoni

Il-Partijiet Kontraenti għandhom, fil-limiti tal-meżżi finanzjarji disponibbli tagħhom u fi ħdan il-qafas tal-proċeduri u l-istrumenti rispettivi tagħhom, jagħmlu disponibbli fondi sabiex jiffaċilitaw l-akwista ta' l-għanijiet stabbiliti f'dan il-Ftehim speċjalment f'dak li jikkonċerna il-koperazzjoni ekonomika.

F'dak li jirrigwardja l-għajnuna għall-iżvilupp, u fil-qafas tal-programm tagħha favur il-pajjiżi Ażjatiċi u ta' l-Amerika Latina (ALA), il-Komunità għandha tagħti sostenn lill-programm ta' żvilupp ta' Sri Lanka, permezz ta' trasferiment konċessjonali, kif ukoll permezz ta' riżorsi instituzzjonali u sosrsi finanzjari oħrajn b'konformità mar-regoli u l-prattiċi ta' tali istituzzjonijiet tal-Komunità Ewropea.

Artikolu 20

Kummissjoni Konġunta

1. Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li jżommu l-Kummissjoni Konġunta stabbilita permezz ta' l-Artikolu 8 tal-Ftehim ta' Koperazzjoni Kummerċjali bejn il-Komunità u Sri Lanka tal-1975.

2. Il-Kummissjoni Konġunta hija partikolarment meħtieġa li:

(a) tassigura il-funzjonament u l-implementazzjoni sewwa tal-Ftehim;

(b) tagħmel rakkommandazzjonijiet xierqa għat-tħeġġiġ ta' l-għanijiet tal-Ftehim;

(ċ) tistabbilixxi prijoritajiet fir-rigward ta' l-għanijiet tal-Ftehim;

(d) teżamina metodi u meżżi għat-tisħieħ tal-koperazzjoni fl-oqsma koperti permezz tad-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim.

3. Il-Kummissjoni Konġunta għandha tkun iffurmata minn rapreżentanti taż-żewġ Partijiet Kontraenti, f'livel għoli kif xieraq. Il-Kummissjoni Konġunta għandha normalment tiltaqgħa darba fis-sena, alternattivament fi Brussel u f'Colombo, f'data stabbilita bi ftehim reċiproku. Laqgħat straordinarji jistgħu jinżammu bi ftehim bejn il-Partijiet Kontraenti.

4. Il-Kummissjoni Konġunta tista tistabbilixxi sub-gruppi speċjalizzati sabiex jgħinu fit-twettieq tad-doveri tagħha u għall-koordinazzjoni tal-formulazzjoni u l-implementazzjoni ta' proġetti u programmi fi ħdan il-qafas ta' dan il-Ftehim.

5. L-aġenda għal-laqgħat tal-Kummissjoni Konġunta għandha tkun iddeterminata bi ftehim bejn il-Partijiet Kontraenti.

6. Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li għandu jkun id-dover tal-Kummissjoni Konġunta li tassigura il-funzjonar sewwa ta' xi ftehim settorjali konklużi jew li jistgħu ikunu konklużi bejn il-Komunità u Sri Lanka.

7. Konsultazzjonijiet fl-oqsma koperti bil-Ftehim jistgħu jinżammu jekk jinqalgħu xi problemi fl-intervall bejn il-laqgħat tal-Kummissjoni Konġunta. Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom ikunu ittrattati mis-sub-gruppi speċjalizzati skond ir-responsabbilitajiet tagħhom u għandhom ikunu s-suġġett ta' konsultazzjonijiet ad hoc.

Artikolu 21

Żviluppi fil-Ġejjieni

1. Il-Partijiet Kontraenti jistgħu, bi qbil reċiproku, jespandu dan il-Ftehim sabiex isaħħu il-livell ta' koperazzjoni u jżidu miegħu permezz ta' ftehim dwar setturi jew attivitaiet speċifiċi.

2. Fil-qafas ta' dan il-Ftehim, kwalunkwe Parti Kontraenti tista tressaq suġġerimenti għall-espanzjoni tal-iskop tal-koperazzjoni, billi tkun meqjusa l-esperjenza akwistata mill-applikazzjoni tiegħu.

Artikolu 22

Ftehim Ieħor

1. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet relevanti tat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej, la dan il-Ftehim u l-anqas xi azzjoni meħudha permezz tiegħu m'għandhom bl-ebda mod jaffettwaw il-poteri tal-Istati Membri tal-Komunitajiet li jinvolvu rwieħhom f'attivitajiet bilaterali ma Sri Lanka fil-qasam tal-koperazzjoni ekonomika u li jikkonkludu, meta xieraq, ftehim ġodda ta' koperazzjoni ekonomika ma Sri Lanka.

2. Suġġett għad-disposizzjonijiet fil-paragrafu 1 li jikkonċernaw il-koperazzjoni ekonomika, id-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim għandhom jieħdu post id-disposizzjonijiet tal-Ftehim konklużi bejn l-Istati Membri tal-Komunitajiet u Sri Lanka meta tali disposizzjonijiet jew ikunu inkompatibbli ma jew inkella identiċi għad-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 23

Faċilitajiet

Sabiex tkun iffaċilitata l-koperazzjoni fi ħdan il-qafas ta' dan il-Ftehim, l-awtoritajiet ta' Sri Lanka għandhom jagħtu lill-uffiċjali u lill-esperti tal-Komunità Ewropea il-garanziji normali u l-faċilitajiet meħtieġa għat-twettieq tal-funzjonijiet tagħhom. Id-disposizzjonijiet dettaljati għandhom ikunu stabbiliti separatament bħala skambju ittri.

Artikolu 24

Applikazzjoni Territorjali

Dan il-Ftehim għandu jkun applikabbli, minn naħa l-waħda, għat-territorji li fihom it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea huwa applikat permezz tal-kondizzjonijiet stabbiliti f'dak it-Trattat u, minn naħa l-oħra, fit-territorju ta' Sri Lanka.

Artikolu 25

Annessi

L-Annessi mhemuża ma dan il-Ftehim għandhom jiffurmaw parti ntegrali mal-Ftehim.

Artikolu 26

Dħul fis-seħħ u tiġdid

Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xhar li jsegwi d-data li fiha il-Partijiet Kontraenti jkunu nnotifikaw lill-xulxin bit-twettieq tal-proċeduri meħtieġa għal dan l-iskop. Mad-dħul fis-seħħ, dan għandu jieħu post il-Ftehim ta' Koperazzjoni Kummerċjali iffermat fit-22 ta' Lulju 1975.

Dan il-Ftehim huwa konkluż għal perijodu ta' ħames snin. Għandu jkun imġedded awtomatikament fuq bażi ta' kull sena sakemm waħda mill-Partijiet Kontraenti ma tkunx iddenunzjat minnu sitt xhur qabel id-data ta' l-iskadenza.

Artikolu 27

Testi Awtentiċi

Dan il-Ftehim huwa mħejjiji f'żewġ kopji, fil-lingwi Daniż, Olandiż, Ingliż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Taljan, Portugiż, Spanjol u Sinhala, kull test huwa egwalment awtentiku.

+++++ TIFF +++++

En fe de lo cual, los abajo firmantes suscriben el presente Acuerdo.Til bekræftelse heraf har undertegnede underskrevet denne aftale.Zu Urkund dessen haben die Unterzeichneten dieses Abkommen unterschrieben.Σε πίστωση των ανωτέρω, οι υπογράφοντες έθεσαν την υπογραφή τους κάτω από την παρούσα συμφωνία.In witness whereof the undersigned have signed this Agreement.En foi de quoi, les soussignés ont apposé leur signature au bas du présent accord.In fede di che, i sottoscritti hanno firmato il presente accordo.Ten blijke waarvan de ondergetekenden hun handtekening onder deze Overeenkomst hebben gesteld.Em fé do que, os abaixo-assinados apuseram as suas assinaturas no final do presente acordo.

+++++ TIFF +++++

Hecho en Bruselas, el dieciocho de julio de mil novecientos noventa y cuatro.Udfærdiget i Bruxelles, den attende juli nitten hundrede og fireoghalvfems.Geschehen zu Brüssel am achtzehnten Juli neunzehnhundertvierundneunzig.Έγινε στις Βρυξέλλες, στις δέκα οκτώ Ιουλίου χίλια εννιακόσια ενενήντα τέσσερα.Done at Brussels on the eighteenth day of July in the year one thousand nine hundred and ninety-four.Fait à Bruxelles, le dix-huit juillet mil neuf cent quatre-vingt-quatorze.Fatto a Bruxelles, addì diciotto luglio millenovecentonovantaquattro.Gedaan te Brussel, de achttiende juli negentienhonderd vierennegentig.Feito em Bruxelas, em dezoito de Julho de mil novecentos e noventa e quatro.

+++++ TIFF +++++

Por el Consejo de la Unión EuropeaFor Rådet for Den Europæiske UnionFür den Rat der Europäischen UnionΓια το Συμβούλιο της Ευρωπαϊκής ΈνωσηςFor the Council of the European UnionPour le Conseil de l'Union européennePer il Consiglio dell'Unione europeaVoor de Raad van de Europese UniePelo Conselho da União Europeia

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

Por el Gobierno de Sri LankaFor regeringen for Sri LankaFür die Regierung Sri LankasΓια την κυβέρνηση της Σρι ΛάνκαFor the Government of Sri LankaPour le gouvernement du Sri LankaPer il governo dello Sri LankaVoor de Regering van Sri LankaPelo Governo do Sri Lanka

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS

Dikjarazzjoni mill-Komunità li tikkonċerna l-aġġustament tat-tariffi

Il-Komunità tafferma mill-ġdid id-dikjarazzjoni tagħha annesa mal-Ftehim ta' Koperazzjoni iffermat fit-22 ta' Lulju 1975 dwar l-Iskema Ġeneralizzata tal-Preferenzi (GSP) awtonomament imdaħħla fis-seħħ mill-Komunità Ekonomoka Ewropea fl-1 ta' Lulju 1971 fuq il-bażi tar-Riżoluzzjoni 21 (II) tat-Tieni Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp miżmumha fil-1968.

Il-Komunità tintrabat ukoll li teżamina proposti jew suġġetti relatati mar-regoli oriġinali mqajjma minn Sri Lanka li għandhom jiffaċilitaw lill-Sri Lanka li tagħmel l-aħjar użu mill-opportunitajiet kif ippreżentati bis-sistema.

Il-Komunità hija wkoll lesta li torganizza laqgħat ta' ħidma fi Sri Lanka għall-utenti privati u pubbliċi tas-sistema bl-iskop li tassigura l-akbar użu tagħha.

Dikjarazzjonijiet tal-Komunità u Sri Lanka

1. Fil-korsa tan-negozjati dwar il-Ftehim ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u Sri Lanka dwar is-Sħubija u l-Iżvilupp, il-Partijiet Kontraenti iddikjaraw li d-disposizzjonijiet tal-Ftehim għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi tagħhom permezz tal-GATT, u li, b'konformità ma l-Artikolu 30(4) tal-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar il-Liġi tat-Trattati tal-1969, xi ftehim sussegwenti li jiffurmaw parti mir-riżultat finali tal-Laqgħa ta' l-Urugway tan-Negozjati Multilaterali tal-Kummerċ u li tagħhom it-tnejn li huma saru partijiet għandhom ikunu prevalenti fil-każ ta' xi inkonsistenza.

2. Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li għall-iskop ta' dan il-Ftehim "propjetà intellettwali, industriali u kummerċjali" tinkludi partikolarment il-protezzjoni tad-drittijiet ta' l-awtur (inkluża s-software tal-kompjuter) u d-drittijiet relatati; il-marki tal-kummerċ u tas-servizz; l-indikazzjonijiet ġeografiċi, inklużi l-indikazzjonijiet ta' l-oriġini; id-disinji industriali; il-privattivi; it-tqassim tad-disinji ta' ċirkwiti integrati kif ukoll il-protezzjoni ta' l-informazzjoni mhux żvelata u l-protezzjoni kontra kompetizjoni mhux ġusta.

--------------------------------------------------

Sus