Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21989A0315(01)

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Kanada fir-rigward ta' negozju u kummerċ f'xorb alkoħoliku

ĠU L 71, 15.3.1989, p. 42–48 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/09/2017

ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/1989/189/oj

Related Council decision

21989A0315(01)



Official Journal L 071 , 15/03/1989 P. 0042 - 0048
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 15 P. 0004
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 15 P. 0004


Il-Ftehim

bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Kanada fir-rigward ta' negozju u kummerċ f'xorb alkoħoliku

IL-KOMUNITÀ EKONOMIKA EWROPEA U

IL-GVERN TAL-KANADA (hawnhekk iżjed 'il quddiem magħruf bħala "il-partijiet'),"

B'KONT MEĦUD tad-drittijiet u l-obbligi rispettivi tagħhom taħt il-Ftehim Ġenerali dwar Tariffi u Kummerċ fir-rigward tat-trattament ta' merkanzija, u b'mod partikolari xorb alkoħoliku, li joriġina fit-territorju tal-parti l-oħra;

WAQT LI JIFTAKAR fir-riżultati u l-konklużjonijiet tal-Panel tal-GATT dwar l-Importazzjoni, d-Distribuzzjoni u l-Bejgħ ta' Xorb Alkoħoliku mill-Aġenziji Kanadiżi Provinċjali tat-Tqegħdi fis-suq;

WAQT LI JIXTIEQ li jirriżolvi d-differenzi tagħhom fil-kummerċ fis-settur alkoħoliku tax-xorb u sabiex jassigura rispett għal obbligi legali internazzjonali waqt li jirrikonoxxi l-ħtieġa temporanja għal aġġustament strutturali;

WAQT LI JIPPROVA jassigura li l-miżuri li fil-preżent qegħdin jibbenefikaw mill-bejgħ ta' xorb alkoħoliku fil-Komunità Ekonomika Ewropea m'għandhomx isiru iktar restrittivi,

FTEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

F'dan il-Ftehim:

"prezz bażiku" jfisser il-prezz ta' l-iżbark ta' xorb alkoħoliku, li jista' jinkludi l-press ta' servizz, akkumulat minn awtoritajiet Kanadiżi kompetenti;

"inbid imħallat" ifisser inbid magħmul fl-Ontarjo u fil-Kolumbja Brittanika li jikkontjeni inqas minn 100 % iżda mhux inqas minn 30 % għeneb Kanadiż jew prodott ta' l-għeneb;

"100 % inbid Kanadiż"' ifisser inbid li huwa magħmul kompletament minn għeneb Kanadiż jew prodott ta' l-għeneb fil-Kolumbja Brittanika, fin-Nova Scotia jew f'Ontarjo u li huwa mibjugħ fil-provinċja ta' oriġini;

"Awtorità Kanadiża kompetenti"' tfisser kwalunkwe gvern jew kummissjoni, bord jew aġenzija oħra governattiva li huma awtorizzati bil-liġi li jikkontrollaw il-bejgħ ta' spirti distillati, nbid u birra distillati;

"il-prezz tas-servizz"' ifisser l-ispejjeż verifikati inċidenti għax-xiri, l-ħażna, l-kunsinna lill-punti tal-bejgħ, l-itrattar u l-bejgħ ta' xorb alkoħoliku;

"il-Komunità" tfisser "il-Komunità Ekonomika Ewropea";

"delisting" ifisser revokazzjoni ta' elenkar;

"spirti distillati" jfisser spirti, likuri u xorb spirituż ieħor;

"distribuzzjoni"' tfisser aċċess għall-punti ta' bejgħ għal xorb alkoħoliku ta' xort'oħra minn punti ta' bejgħ ta' l-awtoritajiet Kanadiżi kompetenti;

"elenkar" tfisser deċiżjoni minn awtorità Kanadiża kompetenti dwar jekk ditti jew varjetajiet ta' spirti distillati, nbejjed u birer jistgħx jinbiegħu fil-punti ta' bejgħ tagħha;

"mark-up"' ifisser l-ammont miżjud mal-prezz bażiku u ma' dazji u taxxi applikabbli li jirriżulta fl-istabbiliment ta' prezz bl-imnut;

"mark-up differenzjali"' jfisser id-differenza bejn il-mark-up fuq prodott tal-Komunità u l-mark-up fuq l-istess prodott tal-Kanada barra minn spejjeż addizzjonali ta' servizz neċessarjament assoċjati ma' prodotti importati tal-Komunità;

"miżura"' tinkludi kwalunkwe liġi, regolament, proċedura, ħtieġa jew prattika;

"trattament nazzjonali"' jfisser trattament minn awtorità Kanadiża kompetenti ta' prodott tal-Komunità li mhuwiex inqas favorevoli mit-trattament l-iktar favorevoli mogħti minn din l-awtorità kompetenti għal kwalunkwe prodott simili tal-Kanada;

"Bandy ta" Ontarjo ' jfisser brandu li huwa prodott f'Ontarjo minn għeneb jew prodott ta' l-għeneb ta' Ontarjo;

"prodott tal-Kanada" jfisser spirti distillati, nbid jew birra rispettivament li huma prodotti, bbottiljati jew ippakkjati fil-Kandada;

"prodott tal-Komunità" jfisser spirti distillati, nbid jew birra li huma prodotti fit-territorju doganali tal-Komunità.

Artikolu 2

Spirti distillati

1. Awtoritajiet Kanadiżi kompetenti għandhom jagħtu trattament nazzjonali lil spirti distillati li huma l-prodott tal-Komunità fir-rigward ta' miżuri li jeffettwaw l-elenkar, id-delisting, id-distribuzzjoni u l-mark-up ta' dawn il-prodotti.

2. Minkejja s-subparagrafu 1:

(a) l-awtorità kompetenti f'Ontarjo tista' tagħti preferenza lil brandy ta' Ontario fir-rigward tal-mark up ta' dan il-brandy, għaż-żmien u fil-miżura prevista fl-Anness D;

(b) awtoritajiet Kanadiżi kompetenti jistgħu jillimitaw bejgħ permezz ta' distillerija fil-post tagħhom għal spirti distillati prodotti hemmhekk.

Artikolu 3

Birra

Awtoritajiet Kanadiżi kompetenti:

(a) għandhom jagħtu trattament nazzjonali lil birra li hija l-prodott tal-Komunità fir-rigward ta' miżuri li jeffettwaw l-elenkar jew delisting ta' din il-birra;

(b) m'għandhomx iżidu kwalunkwe mark up differenzjali li jeżisti fl-1 ta' Diċembru 1988 bejn birra li hija l-prodott tal-Komunità u birra li hija l-prodott tal-Kanada.

Artikolu 4

Nbid

1. Awtoritajiet Kanadiżi kompetenti għandhom jagħtu trattament nazzjonali lil inbid li huwa l-prodott tal-Komunità fir-rigward ta' miżuri li jeffettwaw l-elenkar, id-delisting u d-distribuzzjoni ta' dan l-inbid.

2. Minkejja s-subparagrafu 1, l-awtorità Kanadiża kompetenti approprjata tista':

(a) tillimita bejgħ minn kantina ta' l-inbid fil-post tagħha għal inbejjed prodotti hemmhekk;

(b) teħtieġ li punti tal-bejgħ provati ta' l-inbid f'Ontarjo ibigħu biss inbejjed prodotti minn kantini ta' l-inbid Kanadiżi;

(ċ) teħtieġ li nbid mibjugħ fi ħwienet tal-grocer f'Quebec taħt regolamenti applikabbli jiġu bbottiljati f'Quebec, sakemm jiġu pprovduti punti ta' bejgħ alternattivi f'Quebex għall-bejgħ ta' nbid li huwa l-prodott tal-Komunità, kemm jekk dan l-inbid huwa bbottiljat fi Quebec kif ukoll jekk le.

3. Awtoritajiet Kanadiżi kompetenti għandhom jelimimaw il-mark up differenzjali bejn inbid li huwa l-prodott tal-Komunità u nbid li huwa l-prodott tal-Kanada skond l-iskedi fl-Annessi A, B, u Ċ. Kwalunkwe żieda fil-mark-up differenzjali wara t-22 ta' Marzu 1988 għandha tiġi eliminata qabel ma jseħħ it-tnaqqis skedat.

Artikolu 5

Miżuri ta' elenkar u delisting

1. Kwalunkwe miżura ta' l-awtoritajiet Kanadiżi kompetenti li tirrelata għall-elenkar jew id-delisting ta' prodotti Komunitarji għandha:

(a) tkun non diskriminatorja;

(b) tkun ibbażata fuq konsiderazzjonijiet normali kummerċjali;

(ċ) tkun trasparenti; u ma toħloqx barrieri mmaskrati għall-kummerċ; u tiġi

(d) ppubblikata u tkun magħmula disponibbli lil persuni b'interess fil-kummerċ u fl-elenkar jew deċiżjonijiet sabiex jiġu delisted dawn il-prodotti.

2. L-Awtoritajiet Kanadiżi kompetenti għandhom, fir-rigward ta' applikazzjonijiet għall-elenkar jew ta' deċiżjonijiet sabiex jiġu delisted prodotti tal-Komunità, jipprovdu:

(a) notifika malajr, bil-miktub ta' deċiżjonijiet lil applikanti;

(b) raġunijiet bil-miktub għal dawk id-deċiżjonijiet;

(ċ) proċeduri amministrattivi ta' appell sabiex jiġu assigurati reviżjonijiet malajr, oġġettivi ta' deċiżjoni għar-rifjut ta' elenkar jew deċiżjoni għal delisting.

Artikolu 6

Konsultazzjonijiet

Il-Partijiet għandhom jagħmlu monitoraġġ fuq l-implimentazzjoni tal-Ftehim u għandhom jikkonsultaw, malajr fuq it-talba ta' kwalunkwe wieħed minnhom, fir-rigward ta' kwalunkwe kwistjoni li tirrelata għall-interpetazzjoni jew l-implimentazzjoni tagħha. Dan jinkludi konsultazzjonijiet fuq miżuri li fil-preżent qegħdin jibbenefikaw mill-bejgħ tal-prodott tal-Komunità.

Artikolu 7

Relazzjoni mal-GATT

Il-Partijiet għandhom iżommu d-drittijiet u l-obbligi tagħhom taħt il-Ftehim Ġenerali dwar Tariffi u Kummerċ.

Artikolu 8

Durata

Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ mal-firma.

Dan il-Ftehim għandu jkun ta' durata indefinita. Jista' jiġi terminat minn kwalukwe parti fuq notifika ta' 30 jum.

Hecho en doble ejemplar en Bruselas, el veintiocho de febrero de mil novecientos ochenta y nueve.Udfærdiget i to eksemplarer i Bruxelles den otteogtyvende februar nitten hundrede og niofirs.Geschehen zu Brüssel am achtundzwanzigsten Februar neunzehnhundertneunundachtzig in zwei Urschriften.Έγινε σε δύο αντίτυπα στις Βρυξέλλες, την εικοστή ογδόη Φεβρουαρίου χίλια εννιακόσια ογδόντα εννέα.Done in duplicate at Brussels this twenty-eighth day of February in the year one thousand nine hundred and eighty-nine.Fait en double exemplaire à Bruxelles, le vingt-huit février mille neuf cent quatre-vingt neuf.Fatto in duplice esemplare a Bruxelles, il ventotto febbraio millenovecentottantanove.Gedaan in tweevoud, te Brussel, op achtentwintig februari negentienhonderd negenenachtig.Feito em duplo exemplar em Bruxelas, aos vinte e oito de Fevereiro de mil novecentos e oitenta e nove.

Por el Consejo de las Comunidades EuropeasFor Rådet for De Europæiske FællesskaberFür den Rat der Europäischen GemeinschaftenΓια το Συμβούλιο των Ευρωπαϊκών ΚοινοτήτωνFor the Council of the European CommunitiesPour le Conseil des Communautés européennesPer il Consiglio delle Comunità europeePelo Conselho das Comunidades Europeias

+++++ TIFF +++++

Por el Gobierno de CanadáFor Canadas regeringFür die Regierung CanadasΓια την κυβέρνηση του ΚαναδάFor the Government of CanadaPour le gouvernement du CanadaPer il governo del CanadaVoor de Regering van CanadaPelo Governo do Canadá

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS A

1. Ħlief kif ipprovdut xort'oħra fl-Annessi B u Ċ, awtoritajiet Kanadiżi kompetenti għandhom jeliminaw, skond l-Artikolu 4(3), il-mark up differenzjali li jeżisti bejn inbid li huwa l-prodott tal-Komunità u nbid li huwa l-prodott tal-Kanada skond l-iskeda li ġejja:

(a) f'data mhux iktar tard mill-1 ta' April 1989, 25 % tad-differenzjali;

(b) fl-1 ta' Jannar 1990, 25 % tad-differenzjali;

(ċ) fl-ewwel jum ta' Jannar ta' kull sena mill-1991 sa l-1995 inklużivi, 10 % tad-differenzjali.

2. Xejn f'dan il-Ftehim ma għandu jipprevjeni lill-awtoritajiet Kanadiżi kompetenti milli jeliminaw id-differenzjali iktar malajr milli previst fl-iskeda fil-paragrafu 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS B

L-Awtoritajiet Kanadiżi kompetenti f'Ontarjo u fil-Kolumbja Britanija għandhom inaqqsu l-mark up differenzjali bejn inbid imħallat u nbid li huwa l-prodott tal-Komunità skond l-iskeda li ġejja:

(a) f'data mhux iktar tard mill-1 ta' April 1989, 19 % tad-differenzjali;

(b) fl-1 ta' Jannar 1990, 19 % tad-differnzjali;

(ċ) fl-ewwel ta' Jannar ta' kull sena mill-1991 sa l-1995 inklużivi, 12,4 % tad-differenzjali.

--------------------------------------------------

ANNEX Ċ

L-awtoritajiet Kanadiżi kompetenti fil-Kolumbja Brittanika, in-Nova Scotia u Ontarjo għandhom inaqqsu l-mark up differenzjali li jeżisti bejn 100 % nbid Kanadiż u nbid li huwa l-prodott tal-Komunità skond l-iskeda li ġejja:

(a) f'data mhux iktar tard mill-1 ta' April 1989, 10 % tad-differenzjali;

(b) fl-ewwel jum ta' Jannar ta' kull sena mill-1990 sa l-1998, 10 % tad-differenzjali.

--------------------------------------------------

L-ANNESS D

L-Awtorità Kanadiża kompetenti f'Ontarjo għandha telimina l-mark up differenzjali bejn brandy ta' Ontarjo u l-prodott simili tal-Komunità skond l-iskeda li ġejja:

(a) f'data mhux iktar tard mill-1 ta' April 1989, 20 % tad-differenzjali;

(b) fl-ewwel jum ta' Jannar ta' kull sena mill-1990 sa l-1993 inklużivi, 20 % tad-differenzjali.

--------------------------------------------------

SKAMBJI TA' ITTRI

Ittra Nru 1

Brussell, it-28 ta' Frar 1989

Sinjur,

Nirreferi għall-ftehim bejn il-Kanada u l-Komunità Ekonomika Ewropea li jikkonċerna Negozju u Kummerċ f'Xorb Alkoħoliku li kien iffirmat illum.

Nixtieq nikkonferma li l-Prim Ministru tal-Kanada u l-Premiers tal-Provinċji tal-Kanada ftehmu li jibdew negozjati, li jinvolvu l-gvernijiet federali u provinċjali, li jikkonċernaw it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni ta' barrieri interprovinċjali għal kummerċ f'xorb alkoħoliku, inkluża l-birra.

Il-Kanada ġġib il-miżuri għall-ipprezzar tal-birra in konformità ma' l-obbligi tagħha tal-GATT wara konklużjoni ta' suċċess ta' dan il-proċess.

Jekk jogħġbok, Sinjur, aċċetta l-assigurazzjoni ta' l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi.

Għall-Gvern tal-Kanada

Ittra Nru 2

Brussell, it-28 ta' Frar 1989

Sinjur,

Nirrikonoxxi l-irċevuta ta' l-ittra tiegħek tad-data ta' llum fir-rigward ta' differenzjali ta' mark up fuq il birra.

Nagħraf li hija l-intenzjoni tal-Gvern tal-Kanada li jġib il-miżuri fuq l-ipprezzar tal-birra in konformità ma' l-obbligi tiegħu tal-GATT.

Jekk jogħġbok, Sinjur, aċċetta l-assigurazzjoni ta' l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi.

Għan-nom tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej

Ittra Nru 1

Brussell, it-28 ta' Frar 1989

Sinjur,

Fil-kuntest tar-riżoluzzjoni bilaterali tad-disputazzjonijiet bejn il-Kanada u l-Komunità fir-rigward tal-prattiki ta' bordijiet provinċjali ta' likuri fil-Kanada li ffirmajna llum, jiena hawnhekk nikkonferma l-ħeġġa tal-Komunità li tidħol f'negozjati mal-Kanada fis-sorveljanza reċiproka u fil-protezzjoni ta' appellazzjonijiet ta' xorb spirituż. Nagħraf li l-Gvern tal-Kanada huwa wkoll lest li jidħol f'negozjati paralleli fl-ewwel kwart ta' l-1989. Napprezza l-konferma tiegħek tal-ftehim tal-Gvern tal-Kanada skond it-termini ta' din l-ittra.

Jekk jogħġbok, Sinjur, aċċetta l-assigurazzjoni ta' l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi.

Għan-nom tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej

Ittra Nru 2

Brussell, it-28 ta' Frar 1989

Sinjur,

Grazzi ta' l-ittra tiegħek bid-data ta' llum li tikkonċerna l-ħeġġa tal-Komunità li tidħol f'negozjati dwar is-sorveljanza reċiproka u l-protezzjoni ta' appellazzjonijiet ta' xorb spirituż u dwar rikonoxximent reċiproku ta' appellazzjonijiet oriġinali għall-inbid. Jiena hawnhekk nikkonferma l-ħeġġa tal-Gvern tal-Kanada li jidħol fin-negozjati proposti.

Jekk jogħġbok, Sinjur, aċċetta l-assigurazzjoni ta' l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi.

Għall-Gvern tal-Kanada

--------------------------------------------------

Top