Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21988A0085

    Il-Ftehim ta' koperazzjoni li tikkonċerna t-terminoloġija, fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Konfederazzjoni Żvizzera rappreżentata mill-Kunsill Federali Żvizzeru, u l-Komunità Ekonomika Ewropea (KEE), il-Komunità Ewropea dwar il-Faħam u l-Azzar (KEFA), u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika (EURATOM), rappreżentata mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    ĠU L 46, 19.2.1988, p. 34–43 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

    21988A0085



    Official Journal L 046 , 19/02/1988 P. 0034 - 0043


    Il-Ftehim ta' koperazzjoni

    li tikkonċerna t-terminoloġija, fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Konfederazzjoni Żvizzera rappreżentata mill-Kunsill Federali Żvizzeru, u l-Komunità Ekonomika Ewropea (KEE), il-Komunità Ewropea dwar il-Faħam u l-Azzar (KEFA), u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika (EURATOM), rappreżentata mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    (88/85/KEFA, KEE, Euratom)

    (Ittra mil-Kummissjoni)

    Brussell, 13 ta' Novembru 1987

    Sinjur,

    Ir-relazzjonijiet bejn il-pajjiż tiegħek u l-Komunitajiet Ewropej espandew flimkien mal-bini ta' l-Ewropa. Fil-laqgħa f'Lussemburgu fid-9 ta' April 1984, il-Ministri ta' l-Istati Membri tal-Komunitajiet, il-Ministri ta' l-Istati Membri ta' l-Assoċjazzjoni Ewropea dwar il-Kummerċ Ħieles (EFTA), u l-Kummissjoni kkonkludew li l-interdipendenza dejjem tikber tal-Komunitajiet u l-pajjiżi ta' l-EFTA tiġġustifika koperazzjoni partikolari dwar ir-riċerka u l-iżvilupp.

    Mill-1973 ‘l hawn, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej kienet qiegħda tiżviluppa data bank ta' terminoloġija imsejjaħ Eurodicautom, li jipprovdi termini ekwivalenti fil-lingwi uffiċjali u tax-xogħol tal-Komunitajiet Ewropej.

    L-Isvizzera taqsam tlieta mil-lingwi uffiċjali u tax-xogħol tal-Komunità u għamlet sforzi konsiderevoli biex tissistemizza kemm ir-riċerka tagħha ta' terminoloġija u taħriġ u l-koperazzjoni Ewropea f'dan il-qasam.

    Fit-28 ta' Settembru 1979, l-Isvizzera u l-Komunità Ekonomika Ewropea skambjaw ittri li jiddefinixxu l-qafas ġenerali għall-koperazzjoni fil-qasam tas-servizzi ta' l-informatika u b'mod partikolari l-estensjoni fit-territorju Svizzeru tan-network tal-Komunità ta' trasmissjoni ta' data (Euronet).

    Fi żmien meta l-iżvilupp teknoloġiku u ekonomiku fl-Ewropea qiegħed ikun faċilitat bi żviluppi f'attività ta' terminoloġija multilingwali, huwa fl-interessi tal-Kunsill Federali Svizzeru u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej li jikkoperaw ma' xulxin fil-qasam tat-terminoloġija u dak lingwistiku u biex jippromwovu l-użu tal-Eurodicautom u s-software oriġinali tiegħu biex tiġi evitata d-duplikazzjoni ta' l-isforzi, biex jiġi żviluppat il-bażi tat-terminoloġija multilingwali offrut mill-Eurodicautom u biex tiġi assigurata l-armonizzazzjoni l-aktar wiesa' possibbli tad-data.

    Bil-ħsieb li tintlaħaq din il-koperazzjoni, għandi l-unur li nwassal quddiemek dan li ġej:

    Ftehim Ta' Koperazzjoni Li Jikkonċerna T-Teknoloġija Bejn Il-Konfederazzjoni Svizzera, Rappreżentata Mill-Kunisll Federali Svizzeru, U L-Komunità Ekonimika Ewropea (Kee) Il-Komunità Ekonomika Ewropea Dwar Il-Faħam u L-Azzar (Kefa) u L-Komunità Ewropea Dwar Eġerġija Atomika (Euratom), Rappreżentati Mill-Kummissjoni Tal-Komunitajiet Ewropej

    A. Definizzjonijiet

    Artikolu 1

    Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, Eurodicautom għandha tirreferi għad-data bank terminoloġiku tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (hanwhekk iżjed 'l quddiem imsejjħa l-Kummissjoni). Il-pakkett tas-software jikkonsisti f'sett oriġinali ta' programmi maħsuba u żviluppati mid-Dipartimenti tal-Kummissjoni u li huma l-proprjetà esklussiva tagħha. Id-database jikkonsisti fid-data kollha mdaħħla taħt ir-responsabbiltà tad-Dipertiment tal-Kummissjoni dwar Terminoloġija u Applikazzjonijiet tal-Kompjuter.

    Id-dokumenti wżati fit-twaqqif ta' dan id-data bank ma humiex inklużi.

    B. Għan tal-ftehim

    Artikolu 2

    L-għan ta' dan il-Ftehim huwa li jippermetti lil kull wieħed mill-partiiet li jaqsmu x-xogħol tagħhom fl-iżvilupp tas-settur tat-terminoloġija, partikolarment proċessar awtomat ta' terminoloġija, permezz ta' studju sperimentali akbar tal-bażi Eurodicautom, biex jinkisbu benefiċċi massimi mir-riżorsi disponibbli għall-kompiti rispettivi tagħhom, biex tiġi evitata d-duplikazzjoni ta' sforzi u b'hekk jinħolqu il-kondizzjonijiet ottimi għal kompilazzjoni u l-użu tad-databank terminoloġiku Eurodicautom.

    Artikolu 3

    Biex jintlaħaq dan il-għan, il-partijiet fil-Ftehim għandhom jassoċjaw il-programmi rispettivi tagħhom ta' riċerka terminoloġika skond proċeduri komunement miftehma.

    Artikolu 4

    Il-koperazzjoni msemmija fl-Artikolu 2 għandha tinkiseb permezz ta':

    - l-użu tal-pakkett tas-software ta' pproċessar ta' data terminoloġika ta' l-Eurodicautom,

    - id-dritt ta' aċċess komuni għad-data terminoloġika li diġà tesisti jew li għandha tiġi żviluppata, bl-eċċezzjoni ta' data klassifikata.

    Ċ. Korpi stabbiliti biex jilħqu l-għan tal-Ftehim

    Artikolu 5

    5.1. Kumitat konġunt għandu jitwaqqaf imsejjaħ "il-Kumitat Svizzeru/Kummissjoni Eurodicautom" u għandu jikkonsisti minn rappreżentanti tal-Kummissjoni u ta' l-Isvizzera.

    5.2. Il-Kumitat Svizzeru/Kummissjoni Eurodicautom għandu jassiġura l-applikazzjoni kif jixraq ta' dan il-Ftehim. Għandu jistudja kull miżura li x'aktarx ittejjeb u tiżviluppa l-koperazzjoni fil-qasam tat-terminoloġija. Fit-tmiem ta' kull sena għandu jivverifika li l-programmi ikunu qegħdin jitwettqu kif jixraq skond il-5.3.

    5.3. Il-Kumitat Svizzeru/Kummissjoni Eurodicautom għandu jkun assistit fir-rigward ta' l-aspetti tekniċi minn korp amministrattiv magħmul minn rappreżentanti dipartimentali nominati mill-Kummissjoni u mill-Kunsill Federali li l-kompitu tagħhom għandu jkun li jiżviluppaw programmi tax-xogħol li jieħdu sewwa in kunsiderazzjoni l-interessi tal-partijiet għal dan il-Ftehim fil-qasam tal-terminoloġija, li jarmonizzaw il-metodi wżati biex tittejjeb u jiġi arrikkit id-data base, u biex tiġi assigurata s-serjetà u l-kompatibilità ta' l-adattazzjonijiet proposti tal-pakkett tas-software.

    5.4. Il-Kumitat Svizzera/Kummissjoni ta' l-Eurodicautom għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura. Il-presidenza għandha tinżamm alternattivament mill-Isvizzera u mill-Kummissjoni.

    5.5. Il-Kumitat Svizzera/Kummissjoni ta' l-Eurodicautom għandu jiltaqa' fuq it-talba ta' xi wieħed mill-partijiet, ta' l-anqas darba fis-sena.

    D. Drittijiet u obbligi fir-rigward ta' proprjetà intellattwali u użu

    Artikolu 6

    6.1. Taħt it-termini ta' dan il-Ftehim, żviluppi fis-software u kontribuzzjonijiet terminoloġoċi għandhom jibqgħu l-proprjetà tal-parti li tintroduċihom u għandhom ikunu integrati fl-Eurodicautom taħt kondizzjonijiet li għandhom ikunu definiti mill-korp ta' amministrazzjoni.

    6.2. Il-Kummissjoni għandha żżomm id-drittijiet ta' proprjetà fil-programm tas-software ta' l-Eurodicautom fil-forma oriġinali tiegħu u verżjonijiet ta' dan il-programm adattati għal ambjenti ta' proċessar ġdid ta' data; hi għandha wkoll iżżomm id-drittijiet kollha fir-rigward tad-data terminoloġika.

    6.3. Biex ikun konċess lilha li toganizza aċċess għall-Eurodicautom fuq sit wieħed jew aktar tagħha. L-Isvizzera għandha tirċievi kopja tal-pakkett tas-software Eurodicautom u d-data kif teżisti fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim u fil-forma miftehma mill-korp ta' amministrazzjoni.

    6.4. Id-data Eurodicautom tista' tintuża liberament, kemm għall-użu intern u għall-konsultazzjoni mhux kummerċjali, mill-korpi uffuċjali tal-Konfederazzjoni Svizzera, id-Distretti Awtonomi u l-Komuni u mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u l-korpi uffiċjali ta' l-Istati Membri. B'żieda, l-Kummissjoni tista' tkompli toffri aċċess għall-Eurodicautom fuq bażi sperimentali u mhux kummerċjali permezz ta' networks ta' telekomunikazzjonijiet.

    Artikolu 7

    It-trasferiment lill-partijiet terzi tad-drittijiet l-oħra kollha ta' użu jew konsultazzjoni ta' programmi ta' pproċessar ta' data jew data terminoloġika mħejjija fi ħdan il-qafas ta' dan il-Ftehim għandu jseħħ biss bil-kunsens tal-parti li tkun ħejjiet l-imsemmija programmi jew data.

    Artikolu 8

    Servizzi kompjuterizzati terminoloġiċi offruti lil xulxin mill-partijiet għal dan il-Ftehim għandhom jissodisfaw fl-aspetti kollha l-ħtiġiet tas-soltu kif definiti mill-korp ta' Amministrazzjoni. Il-partijiet m'għandhomx, iżda, jassumu xi garanzija jew responsabbiltà fir-rigward tar-riżultati ta' l-użu ta' l-ipproċessar tagħhom ta' data jew kontribuzzjonijiet terminoloġiċi.

    Artikolu 9

    Jekk il-Ftehim jiġi terminat, kull parti għandha tkun meħtieġa li tirritorna lill-oħra l-ipproċessar tad-data u d-data terminoloġika li, taħt il-prinċipji u l-kriterji li għandhom jitħejjew mill-bord ta' amministrazzjoni, ma jitqisux li jkunu l-proprjetà sħiħa tagħha.

    E. Dispożizzjonijiet finanzjarji u ta' taxxa tal-ftehim

    Artikolu 10

    10.1. Il-Kontribuzzjoni finanzjarja waħdanija magħmula mill-Isvizzera għandha tkun proporzjonali għall-prodott ta' l-ekwazzjoni: Il-GDP ta' l-Isvizzera diviż bil-GDPs ta' l-Istati Membri miżjud bil-GDP ta' l-Isvizzera skond il-prezzijiet tas-suq fl-1985, u bażat fuq in-nefqa finanzjarja tal-Kummissjoni fl-iżvilupp ta' l-Eurodicautom, stmata bħala 10500000 ECU. Id-dettalji tal-mezzi tal-ħlas huma annessi ma' dan il-Ftehim.

    10.2. In-nefqiet li jirrelataw ma' l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim għandhom jitħallsu minn kull wieħed mill-partijiet fir-rigward tar-riċerka tiegħu stess. Ebda obbligu finanzjarju ma għandu jinħoloq għall-parti l-oħra, sakemm ma tittieħidx deċiżjoni għall-kuntrarju.

    Artikolu 11

    11.1. Il-partijiet għal dan il-Ftehim għandhom jieħdu passi biex jiżguraw li ebda wieħed minnhom ma jkun suġġett għal dazji doganali jew dazji oħra fuq importazzjonijiet jew esportazzjonijiet, jew għal projbizzjonijiet u restrizzjonijiet fuq importazzjonijiet jew esportazzjonijiet ta' oġġetti li għandhom jintużaw fl-Isvizzera u l-Komunitajiet fi ħdan il-qafas ta' l-attivitajiet koperti b'dan il-Ftehim.

    11.2. Oġġetti importati fi, jew mixtrija fit-territorju ta' parti jista' jsir disponiment minnhom hemm, sew jekk bħala ħlas sew jekk le, biss taħt il-kondizzjonijiet preskritti fil-leġislazzjoni adattata.

    F. Dispożizzjonijiet ġenerali

    Artikolu 12

    L-Annessi li jinsabu ma' dan il-Ftehim, li jikkonċernaw id-dikjarazzjoni konġunta ta' l-intenzjoni u l-mezzi ta' ħlas, għandhom jiffurmaw parti integrali tagħhom.

    Artikolu 13

    13.1. Dan il-Ftehim għandu jkun approvat mill-partijiet kontraenti skond il-proċeduri proprji tagħhom Huwa għandu jidħol fis-seħħ malli l-partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin li l-proċedura relevanti tkun ġiet konkluża.

    13.2. Dan il-Ftehim għandu jibqa' fis-seħħ indefinittivament. Kull parti tista' f'kull żmien tiċħdu jew titlob ir-reviżjoni tiegħu, bla ħsara li jingħata avviż ta' sitt xhur.

    13.3. Dan il-Ftehim huwa mħejji fil-lingwa Daniża, Olandiża, Ingliża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Taljana, Portugiża u Spanjola.

    ANNESS I

    Dikjarazzjoni konġunta ta' intenzjoni

    Bil-ħsieb li tinkiseb il-koperazzjoni msemmija f'dan il-Ftehim, il-partijiet fil-Ftehim ftehmu kif ġej:

    Il-partijiet għandhom ifittxu l-mezzi biex jiksbu l-għanijiet ta' dan il-Ftehim. Huma għandhom, b'mod partikolari:

    - jipprovdu lil xulxin informazzjoni regolari dwar żviluppi teknoloġiċi u adattazzjonijiet fl-ipproċessar ta' data, jew kull informazzjoni oħra meħtieġa biex tiggarantixxi l-iżvilupp sodisfaċenti u effiċjenza akbar ta' l-Eurodicautom,

    - jeżaminaw u jikkonferixxu dwar kwistjonijiet li jirrelataw ma' patti ta' ftehim ta' koperazzjoni ma' pajjiżi oħra, awtoritajiet pubbliċi jew korpi speċjalizzati, fil-qasam tat-terminoloġija u l-lingwistika,

    - jeżaminaw il-possibbiltajiet għall-marketing ta' l-Eurodicautom u jipprovdu lil xulxin b'garanziji komuni ta' karattru mhux diskriminatorju u kompletament reċiproku dawk l-opportuntajiet taħt dispożizzjonijiet esistenti internazzjonali u nazzjonali,

    - jikkonferixxu flimkien qabel xi deċiżjoni dwar il-marketing mhux kummerċjali ta' l-Eurodicautom, mingħajr ma jipperikolaw id-drittijiet u l-obbligi konnessi ma' l-aministrazzjoni tiegħu,

    - iħejju flimkien il-prinċipji ta' sistema ta' proprjetà u użu applikabbli għad-data terminoloġika dwar il-mezz tad-data.

    ANNESS II

    Mezzi ta' ħlas

    1. Taħt l-Artikolu 10.1 il-kontribuzzjoni finanzjarja ta' l-Izvizzera hija ffissata fi 413700 ECU.

    2. Din il-kontribuzzjoni għandha titħallas skond id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

    2.1. Il-ħlas għandu jsir f'għaxar pagament annwali, li għalihom ġew iffissati l-ammonti li ġejjin bi ftehim komuni:

    l-ewwel sena: | 80700 |

    it-tieni sena: | 60000 |

    it-tielet sena: | 45000 |

    ir-raba' sena: | 45000 |

    il-ħames sena: | 29000 |

    is-sitt sena: | 29000 |

    is-seba' sena: | 29000 |

    it-tmien sena: | 29000 |

    id-disa' sena: | 29000 |

    l-għaxar sena: | 29000 |

    | 413700 |

    2.2. L-ewwel pagament għandu jsir pagabbli mat-twassil tal-pakkett tas-software u d-data.

    2.3. Jekk il-Ftehim jiġi miċħud qabel it-tmiem tal-perjodu ta' għaxar snin, il-pagamenti dovuti m'għandhomx ikunu aktar pagabbli.

    2.4. Ħlasijiet f'ECU għal kull pagament għandhom ikunu kreditati fil-kont tal-bank indikat mil-Kummissjoni mhux aktar minn 12-il xahar wara l-ħlas tal-pagament ta' qabel.

    Jekk tikkonferma bil-miktub li taqbel ma' dan ta' hawn fuq, iż-żewġ partijiet jikkonsidraw dan l-iskambju ta' ittri bħala li jiddefinixxu l-għanijiet u l-forom tal-koperazzjoni tagħhom dwar it-terminoloġija.

    Jekk jogħġbok aċċetta, sinjur, l-assigurazzjoni ta' l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi.

    Għall-Kummissjoni

    Willy De Clercq

    Membru tal-Kummissjoni

    (Ittra mill-Kunsill Federali Svizzeru)

    Brussel, 13 ta' Novembru 1987

    Sinjur,

    Għandi l-unur nikkonferma li rċevejt l-ittra tiegħek bid-data ta' llum, li taqra kif ġej:

    "Ir-relazzjonijiet bejn il-pajjiż tiegħek u l-Komunitajiet Ewropej espandew flimkien mal-bini ta' l-Ewropa. Fil-laqgħa f'Lussemburgu fid-9 ta' April 1984, il-Ministri ta' l-Istati Membri tal-Komunitajiet, il-Ministri ta' l-Istati Membri ta' l-Assoċjazzjoni Ewropea dwar il-Kummerċ Ħieles (EFTA), u l-Kummissjoni kkonkludew li l-interdipendenza dejjem tikber tal-Komunitajiet u l-pajjiżi ta' l-EFTA tiġġustifika koperazzjoni partikolari dwar ir-riċerka u l-iżvilupp.

    Mill-1973 ‘l hawn, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej kienet qiegħda tiżviluppa data bank ta' terminoloġija imsejjaħ Eurodicautom, li jipprovdi termini ekwivalenti fil-lingwi uffiċjali u tax-xogħol tal-Komunitajiet Ewropej.

    L-Isvizzera taqsam tlieta mil-lingwi uffiċjali u tax-xogħol tal-Komunità u għamlet sforzi konsiderevoli biex tissistemizza kemm ir-riċerka tagħha ta' terminoloġija u taħriġ u l-koperazzjoni Ewropea f'dan il-qasam.

    Fit-28 ta' Settembru 1979, l-Isvizzera u l-Komunità Ekonomika Ewropea skambjaw ittri li jiddefinixxu l-qafas ġenerali għall-koperazzjoni fil-qasam tas-servizzi ta' l-informatika u b'mod partikolari l-estensjoni fit-territorju Svizzeru tan-network tal-Komunità ta' trasmissjoni ta' data (Euronet).

    Fi żmien meta l-iżvilupp teknoloġiku u ekonomiku fl-Ewropea qiegħed ikun faċilitat bi żviluppi f'attività ta' terminoloġija multilingwali, huwa fl-interessi tal-Kunsill Federali Svizzeru u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej li jikkoperaw ma' xulxin fil-qasam tat-terminoloġija u dak lingwistiku u biex jippromwovu l-użu tal-Eurodicautom u s-software oriġinali tiegħu biex tiġi evitata d-duplikazzjoni ta' l-isforzi, biex jiġi żviluppat il-bażi tat-terminoloġija multilingwali offrut mill-Eurodicautom u biex tiġi assigurata l-armonizzazzjoni l-aktar wiesa' possibbli tad-data.

    Bil-ħsieb li tintlaħaq din il-koperazzjoni, għandi l-unur li nwassal quddiemek dan li ġej:

    "

    Ftehim Ta' Koperazzjoni Li Jikkonċerna T-Teknoloġija Bejn Il-Konfederazzjoni Svizzera, Rappreżentata Mill-Kunisll Federali Svizzeru, u L-Komunità Ekonimika Ewropea (Kee) Il-Komunità Ekonomika Ewropea Dwar Il-Faħam U L-Azzar (Kefa) u L-Komunità Ewropea Dwar Eġerġija Atomika (Euratom), Rappreżentati Mill-Kummissjoni Tal-Komunitajiet Ewropej

    A. Definizzjonijiet

    Artikolu 1

    Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, Eurodicautom għandha tirreferi għad-data bank terminoloġiku tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (hanwhekk iżjed ‘l quddiem imsejjħa l-Kummissjoni). Il-pakkett tas-software jikkonsisti f'sett oriġinali ta' programmi maħsuba u żviluppati mid-Dipartimenti tal-Kummissjoni u li huma l-proprjetà esklussiva tagħha. Id-database jikkonsisti fid-data kollha mdaħħla taħt ir-responsabbiltà tad-Dipertiment tal-Kummissjoni dwar Terminoloġija u Applikazzjonijiet tal-Kompjuter.

    Id-dokumenti wżati fit-twaqqif ta' dan id-data bank ma humiex inklużi.

    B. Għan tal-ftehim

    Artikolu 2

    L-għan ta' dan il-Ftehim huwa li jippermetti lil kull wieħed mill-partiiet li jaqsmu x-xogħol tagħhom fl-iżvilupp tas-settur tat-terminoloġija, partikolarment proċessar awtomat ta' terminoloġija, permezz ta' studju sperimentali akbar tal-bażi Eurodicautom, biex jinkisbu benefiċċi massimi mir-riżorsi disponibbli għall-kompiti rispettivi tagħhom, biex tiġi evitata d-duplikazzjoni ta' sforzi u b'hekk jinħolqu il-kondizzjonijiet ottimi għal kompilazzjoni u l-użu tad-databank terminoloġiku Eurodicautom.

    Artikolu 3

    Biex jintlaħaq dan il-għan, il-partijiet fil-Ftehim għandhom jassoċjaw il-programmi rispettivi tagħhom ta' riċerka terminoloġika skond proċeduri komunement miftehma.

    Artikolu 4

    Il-koperazzjoni msemmija fl-Artikolu 2 għandha tinkiseb permezz ta':

    - l-użu tal-pakkett tas-software ta' pproċessar ta' data terminoloġika ta' l-Eurodicautom,

    - id-dritt ta' aċċess komuni għad-data terminoloġika li diġà tesisti jew li għandha tiġi żviluppata, bl-eċċezzjoni ta' data klassifikata.

    Ċ. Korpi stabbiliti biex jilħqu l-għan tal-Ftehim

    Artikolu 5

    5.1. Kumitat konġunt għandu jitwaqqaf imsejjaħ "il-Kumitat Svizzeru/Kummissjoni Eurodicautom" u għandu jikkonsisti minn rappreżentanti tal-Kummissjoni u ta' l-Isvizzera.

    5.2. Il-Kumitat Svizzeru/Kummissjoni Eurodicautom għandu jassiġura l-applikazzjoni kif jixraq ta' dan il-Ftehim. Għandu jistudja kull miżura li x'aktarx ittejjeb u tiżviluppa l-koperazzjoni fil-qasam tat-terminoloġija. Fit-tmiem ta' kull sena għandu jivverifika li l-programmi ikunu qegħdin jitwettqu kif jixraq skond il-5.3.

    5.3. Il-Kumitat Svizzeru/Kummissjoni Eurodicautom għandu jkun assistit fir-rigward ta' l-aspetti tekniċi minn korp amministrattiv magħmul minn rappreżentanti dipartimentali nominati mill-Kummissjoni u mill-Kunsill Federali li l-kompitu tagħhom għandu jkun li jiżviluppaw programmi tax-xogħol li jieħdu sewwa in kunsiderazzjoni l-interessi tal-partijiet għal dan il-Ftehim fil-qasam tal-terminoloġija, li jarmonizzaw il-metodi wżati biex tittejjeb u jiġi arrikkit id-data base, u biex tiġi assigurata s-serjetà u l-kompatibilità ta' l-adattazzjonijiet proposti tal-pakkett tas-software.

    5.4. Il-Kumitat Svizzera/Kummissjoni ta' l-Eurodicautom għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura. Il-presidenza għandha tinżamm alternattivament mill-Isvizzera u mill-Kummissjoni.

    5.5. Il-Kumitat Svizzera/Kummissjoni ta' l-Eurodicautom għandu jiltaqa' fuq it-talba ta' xi wieħed mill-partijiet, ta' l-anqas darba fis-sena.

    D. Drittijiet u obbligi fir-rigward ta' proprjetà intellattwali u użu

    Artikolu 6

    6.1. Taħt it-termini ta' dan il-Ftehim, żviluppi fis-software u kontribuzzjonijiet terminoloġoċi għandhom jibqgħu l-proprjetà tal-parti li tintroduċihom u għandhom ikunu integrati fl-Eurodicautom taħt kondizzjonijiet li għandhom ikunu definiti mill-korp ta' amministrazzjoni.

    6.2. Il-Kummissjoni għandha żżomm id-drittijiet ta' proprjetà fil-programm tas-software ta' l-Eurodicautom fil-forma oriġinali tiegħu u verżjonijiet ta' dan il-programm adattati għal ambjenti ta' proċessar ġdid ta' data; hi għandha wkoll iżżomm id-drittijiet kollha fir-rigward tad-data terminoloġika.

    6.3. Biex ikun konċess lilha li toganizza aċċess għall-Eurodicautom fuq sit wieħed jew aktar tagħha. L-Isvizzera għandha tirċievi kopja tal-pakkett tas-software Eurodicautom u d-data kif teżisti fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim u fil-forma miftehma mill-korp ta' amministrazzjoni.

    6.4. Id-data Eurodicautom tista' tintuża liberament, kemm għall-użu intern u għall-konsultazzjoni mhux kummerċjali, mill-korpi uffuċjali tal-Konfederazzjoni Svizzera, id-Distretti Awtonomi u l-Komuni u mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u l-korpi uffiċjali ta' l-Istati Membri. B'żieda, l-Kummissjoni tista' tkompli toffri aċċess għall-Eurodicautom fuq bażi sperimentali u mhux kummerċjali permezz ta' networks ta' telekomunikazzjonijiet.

    Artikolu 7

    It-trasferiment lill-partijiet terzi tad-drittijiet l-oħra kollha ta' użu jew konsultazzjoni ta' programmi ta' pproċessar ta' data jew data terminoloġika mħejjija fi ħdan il-qafas ta' dan il-Ftehim għandu jseħħ biss bil-kunsens tal-parti li tkun ħejjiet l-imsemmija programmi jew data.

    Artikolu 8

    Servizzi kompjuterizzati terminoloġiċi offruti lil xulxin mill-partijiet għal dan il-Ftehim għandhom jissodisfaw fl-aspetti kollha l-ħtiġiet tas-soltu kif definiti mill-korp ta' Amministrazzjoni. Il-partijiet m'għandhomx, iżda, jassumu xi garanzija jew responsabbiltà fir-rigward tar-riżultati ta' l-użu ta' l-ipproċessar tagħhom ta' data jew kontribuzzjonijiet terminoloġiċi.

    Artikolu 9

    Jekk il-Ftehim jiġi terminat, kull parti għandha tkun meħtieġa li tirritorna lill-oħra l-ipproċessar tad-data u d-data terminoloġika li, taħt il-prinċipji u l-kriterji li għandhom jitħejjew mill-bord ta' amministrazzjoni, ma jitqisux li jkunu l-proprjetà sħiħa tagħha.

    E. Dispożizzjonijiet finanzjarji u ta' taxxa tal-ftehim

    Artikolu 10

    10.1. Il-Kontribuzzjoni finanzjarja waħdanija magħmula mill-Isvizzera għandha tkun proporzjonali għall-prodott ta' l-ekwazzjoni: Il-GDP ta' l-Isvizzera diviż bil-GDPs ta' l-Istati Membri miżjud bil-GDP ta' l-Isvizzera skond il-prezzijiet tas-suq fl-1985, u bażat fuq in-nefqa finanzjarja tal-Kummissjoni fl-iżvilupp ta' l-Eurodicautom, stmata bħala 10500000 ECU. Id-dettalji tal-mezzi tal-ħlas huma annessi ma' dan il-Ftehim.

    10.2. In-nefqiet li jirrelataw ma' l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim għandhom jitħallsu minn kull wieħed mill-partijiet fir-rigward tar-riċerka tiegħu stess. Ebda obbligu finanzjarju ma għandu jinħoloq għall-parti l-oħra, sakemm ma tittieħidx deċiżjoni għall-kuntrarju.

    Artikolu 11

    11.1. Il-partijiet għal dan il-Ftehim għandhom jieħdu passi biex jiżguraw li ebda wieħed minnhom ma jkun suġġett għal dazji doganali jew dazji oħra fuq importazzjonijiet jew esportazzjonijiet, jew għal projbizzjonijiet u restrizzjonijiet fuq importazzjonijiet jew esportazzjonijiet ta' oġġetti li għandhom jintużaw fl-Isvizzera u l-Komunitajiet fi ħdan il-qafas ta' l-attivitajiet koperti b'dan il-Ftehim.

    11.2. Oġġetti importati fi, jew mixtrija fit-territorju ta' parti jista' jsir disponiment minnhom hemm, sew jekk bħala ħlas sew jekk le, biss taħt il-kondizzjonijiet preskritti fil-leġislazzjoni adattata.

    F. Dispożizzjonijiet ġenerali

    Artikolu 12

    L-Annessi li jinsabu ma' dan il-Ftehim, li jikkonċernaw id-dikjarazzjoni konġunta ta' l-intenzjoni u l-mezzi ta' ħlas, għandhom jiffurmaw parti integrali tagħhom.

    Artikolu 13

    13.1. Dan il-Ftehim għandu jkun approvat mill-partijiet kontraenti skond il-proċeduri proprji tagħhom Huwa għandu jidħol fis-seħħ malli l-partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin li l-proċedura relevanti tkun ġiet konkluża.

    13.2. Dan il-Ftehim għandu jibqa' fis-seħħ indefinittivament. Kull parti tista' f'kull żmien tiċħdu jew titlob ir-reviżjoni tiegħu, bla ħsara li jingħata avviż ta' sitt xhur.

    13.3. Dan il-Ftehim huwa mħejji fil-lingwa Daniża, Olandiża, Ingliża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Taljana, Portugiża u Spanjola.

    ""

    ANNESS I

    Dikjarazzjoni konġunta ta' intenzjoni

    Bil-ħsieb li tinkiseb il-koperazzjoni msemmija f'dan il-Ftehim, il-partijiet fil-Ftehim ftehmu kif ġej:

    Il-partijiet għandhom ifittxu l-mezzi biex jiksbu l-għanijiet ta' dan il-Ftehim. Huma għandhom, b'mod partikolari:

    - jipprovdu lil xulxin informazzjoni regolari dwar żviluppi teknoloġiċi u adattazzjonijiet fl-ipproċessar ta' data, jew kull informazzjoni oħra meħtieġa biex tiggarantixxi l-iżvilupp sodisfaċenti u effiċjenza akbar ta' l-Eurodicautom,

    - jeżaminaw u jikkonferixxu dwar kwistjonijiet li jirrelataw ma' patti ta' ftehim ta' koperazzjoni ma' pajjiżi oħra, awtoritajiet pubbliċi jew korpi speċjalizzati, fil-qasam tat-terminoloġija u l-lingwistika,

    - jeżaminaw il-possibbiltajiet għall-marketing ta' l-Eurodicautom u jipprovdu lil xulxin b'garanziji komuni ta' karattru mhux diskriminatorju u kompletament reċiproku dawk l-opportuntajiet taħt dispożizzjonijiet esistenti internazzjonali u nazzjonali,

    - jikkonferixxu flimkien qabel xi deċiżjoni dwar il-marketing mhux kummerċjali ta' l-Eurodicautom, mingħajr ma jipperikolaw id-drittijiet u l-obbligi konnessi ma' l-aministrazzjoni tiegħu,

    - iħejju flimkien il-prinċipji ta' sistema ta' proprjetà u użu applikabbli għad-data terminoloġika dwar il-mezz tad-data.

    ""

    ANNESS II

    Mezzi ta' ħlas

    1. Taħt l-Artikolu 10.1 il-kontribuzzjoni finanzjarja ta' l-Izvizzera hija ffissata fi 413700 ECU.

    2. Din il-kontribuzzjoni għandha titħallas skond id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

    2.1. Il-ħlas għandu jsir f'għaxar pagament annwali, li għalihom ġew iffissati l-ammonti li ġejjin bi ftehim komuni:

    l-ewwel sena: | 80700 |

    it-tieni sena: | 60000 |

    it-tielet sena: | 45000 |

    ir-raba' sena: | 45000 |

    il-ħames sena: | 29000 |

    is-sitt sena: | 29000 |

    is-seba' sena: | 29000 |

    it-tmien sena: | 29000 |

    id-disa' sena: | 29000 |

    l-għaxar sena: | 29000 |

    | 413700 |

    2.2. L-ewwel pagament għandu jsir pagabbli mat-twassil tal-pakkett tas-software u d-data.

    2.3. Jekk il-Ftehim jiġi miċħud qabel it-tmiem tal-perjodu ta' għaxar snin, il-pagamenti dovuti m'għandhomx ikunu aktar pagabbli.

    2.4. Ħlasijiet f'ECU għal kull pagament għandhom ikunu kreditati fil-kont tal-bank indikat mil-Kummissjoni mhux aktar minn 12-il xahar wara l-ħlas tal-pagament ta' qabel.

    "

    Jekk tikkonferma bil-miktub li taqbel ma' dan ta' hawn fuq, iż-żewġ partijiet jikkonsidraw dan l-iskambju ta' ittri bħala li jiddefinixxu l-għanijiet u l-forom tal-koperazzjoni tagħhom dwar it-terminoloġija."

    Għandi l-unur li nikkonferma li l-Kunsill Federali Svizzeru huwa fi qbil mal-kontenut ta' l-ittra tiegħek.

    Jekk jogħġbok aċċetta, sinjur, l-assigurazzjoni ta' l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi.

    Għall-Konfederazzjoni Svizzera

    Jean-Pascal Delamuraz

    Membru tal-Kunsill Federali

    --------------------------------------------------

    Top