This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 21982D0621(06)
Decision No 5/81 of the EEC-Switzerland Joint Committee of 1 December 1981 amending Protocols 1 and 2
Id-Deċiżjoni Nru 5/81 tal-Kumitat Konġunt ta' l-1 ta' Diċembru 1981 li temenda l-Protokolli 1 u 2
Id-Deċiżjoni Nru 5/81 tal-Kumitat Konġunt ta' l-1 ta' Diċembru 1981 li temenda l-Protokolli 1 u 2
ĠU L 174, 21.6.1982, p. 21–22
(DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Adopted by | 31982R1534 |
Official Journal L 174 , 21/06/1982 P. 0021 - 0022
Id-Deċiżjoni Nru 5/81 tal-Kumitat Konġunt ta' l-1 ta' Diċembru 1981 li temenda l-Protokolli 1 u 2 IL-KUMITAT KONĠUNT, Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera iffirmat fi Brussel fit-22 ta' Lulju 1972, u b'mod partikolari l-Artikolu 12a tiegħu, Billi l-Komunità, b'konsegwenza ta' l-implimentazzjoni tar-riżultati tan-negozjati multilaterali tal-kummerċ GATT (li saru f'Tokyo), emendat in-nomenklatura ta' l-intestatura tat-Tariffa Doganali Komuni Nri 21.04 u 48.07; Billi l-Komunità ssostitwiet l-unità tal-kont bl-ECU fl-istrumenti legali tal-Komunità; billi din is-sostituzzjoni taffettwa ukoll l-intestatura tat-Tariffa Doganali Komuni Nri 21.07 u 22.09 li jidhru fit-Tabella I annessa mal-Protokoll 2; Billi n-nomenklatura tal-prodotti msemmija fil-Ftehim għandhom għalhekk jiġu aġġustati skond l-imsemmija emendi, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 1. It-tabelli li jinsabu fl-Artikolu 1(1) u (3) tal-Protokoll 1 huma hawnhekk emendati kif ġej: - fl-intestatura tat-tieni kolonna, is-subintestatura "48.07 D" għandha tiddaħħal wara s-subintestatura "48.07 Ċ". 2. In-nomenklatura ta' l-Anness A li jinsab mal-Protokoll 1 huwa hawnhekk emendat kif ġej: "TDK intestatura Nru | Deskrizzjoni | Il-Kapitolu 48 | (mhux mibdul) | 48.01 | (mhux mibdul) | 48.03 | (mhux mibdul) | 48.07 | (mhux mibdul): ex Ċ.Karta bliċjata u kartun, miksija bil-kaolin, jew miksija jew imxappa b'materjali ta' plastik artifiċjali, li jiżnu 160 gramma jew aktar kull m2:Karta miksija għall-istampar jew għall-kitbaex D.Oħrajn:Karta miksija għall-istampar jew għall-kitbaex Ċ.Karta bbliċjata u kartun, miksija bil-kaolin, jew miksija jew imxappa b'materjali ta' plastik artifiċjali, li jiżnu 160 gramma jew aktar kull m2:Oħrajn, eskluża karta miksija għall-istampar jew għall-kitbaex D.Oħrajn:Oħrajn, eskluża karta miksija għall-istampar jew għall-kitba | 48.16 | (mhux mibdul) | 48.21 | (mhux mibdul) | ex Kapitolu 48 | (mhux mibdul) | ex Kapitolu 49 | (mhux mibdul)" | 3. It-Tabella I annessa mal-Protokoll 2 hija hawnhekk emendata kif ġejja: "KOMUNITA EKONOMIKA EWROPEA TDK intesatatura Nru | Deskrizzjoni | Dazji bażiċi | Dazju applikabbli fl-1 ta' Lulju 1977 | 15.10 sa 21.02 | (mhux mibdul) | (mhux mibdul) | (mhux mibdul) | 21.04 | (mhux mibdul): | | | B.Zlazi bil-bażi ta' kunserva tat-tadam | 18 % | 10 % | Ċ.Oħrajn | | | li ikun fihom it-tadam | 18 % | 10 % | oħrajn | 18 % | 6 % | 21.05 sa 21.06 | (mhux mibdul) | (mhux mibdul) | (mhux mibdul) | 21.07 | (mhux mibdul): | | | A.(mhux mibdul) | (mhux mibdul) | (mhux mibdul) | B.(mhux mibdul) | (mhux mibdul) | (mhux mibdul) | Ċ.(mhux mibdul) | (mhux mibdul) | (mhux mibdul) | D.(mhux mibdul) | (mhux mibdul) | (mhux mibdul) | E.(mhux mibdul) | (mhux mibdul) | vc b'massimu ta' 25 EKU kull 100 kg piż nett | Ġ.(mhux mibdul) | (mhux mibdul) | (mhux mibdul) | 22.02 — 22.06 | (mhux mibdul) | (mhux mibdul) | (mhux mibdul) | 22.09 | (mhux mibdul): | | | Ċ.Xorb spirituż: | | | V.Oħrajn, f'kontenituri li jesgħu: | | | ex a)Żewġ litri jew anqas: | | | li ikun fihom il-bajd jew l-isfar tal-bajd jew zokkor (sukrożju jew zokkor invertit | (mhux mibdul) | 1 EKU kull hl % skond il-volum ta' alkoħol + 6 EKU kull hl | ex b)Aktar minn żewġ litri: | | | li ikun fihom il-bajd jew l-isfar tal-bajd jew zokkor (sukrożju jew zokkor invertit | (mhux mibdul) | 1 EKU kull hl % skond il-volum ta' alkoħol | 29.04 sa 39.06 | (mhux mibdul) | (mhux mibdul) | (mhux mibdul)" | Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1982. Magħmul fi Brussel, fl-1 ta' Diċembru 1981. Ghall-Kumitat Konġunt Il-President P. Duchateau --------------------------------------------------