This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 21977A0315(01)
Agreement on fisheries between the European Economic Community, of the one part, and the Government of Denmark and the Home Government of the Faeroe Islands, of the other part
Ftehim dwar is-sajd bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, fuq in-naħa l-waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Lokali tal-Gżejjer Faroe, fuq in-naħa l-oħra
Ftehim dwar is-sajd bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, fuq in-naħa l-waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Lokali tal-Gżejjer Faroe, fuq in-naħa l-oħra
ĠU L 226, 29.8.1980, p. 12–15
(DA, DE, EN, FR, IT, NL) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/1980/2211/oj
Official Journal L 226 , 29/08/1980 P. 0012 - 0015
Finnish special edition: Chapter 4 Volume 1 P. 0049
Swedish special edition: Chapter 4 Volume 1 P. 0049
Greek special edition: Chapter 11 Volume 21 P. 0122
Spanish special edition: Chapter 04 Volume 1 P. 0111
Portuguese special edition Chapter 04 Volume 1 P. 0111
Ftehim dwar is-sajd bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, fuq in-naħa l-waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Lokali tal-Gżejjer Faroe, fuq in-naħa l-oħra IL-KOMUNITÀ EKONOMIKA EWROPEA (hawn iżjed ‘il quddiem msejħa "il-Komunità"), fuq in-naħa l-waħda, u IL-GVERN TAD-DANIMARKA U L-GVERN LOKALI TAL-GŻEJJER FAROE, fuq in-naħa l-oħra, FILWAQT LI JIRRIEVOKAW l-istatus tal-Gżejjer Faroe bħala parti integrali li tiggverna lilha nfisha ta’ wieħed mill-Istati Membri tal-Komunità; FILWAQT LI JIRRIEVOKAW ir-riżoluzzjoni tal-Kunsill ta’ l-4 ta’ Frar 1974 dwar il-problemi tal-Gżejjer Faroe; FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW l-importanza vitali għall-Gżejjer Faroe tas-sajd li jikkostitwixxi l-attivita ekonomikta essenzali tagħhom; FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW ix-xewqa komuni tagħhom li jiżguraw il-konservazzjoni u l-immaniġġar razzjonali tal-ħażniet tal-ħut fl-ilmijiet li jmissu mal-kosti tagħhom; FILWAQT LI JQISU l-fatt li parti mir-riżorsi ħajjin ta’ ċerti naħat taż-żoni tas-sajd rispettivi tagħhom tikkonsisti minn ħażniet ħafna relatati ma’ xulxin (interrelatati) esplojtjati minn sajjieda taż-żewġ partijiet; FILWAQT LI JINNOTAW li l-estenzjoni ta’ żoni tas-sajd fir-reġjun ta’ l-Atlantiku tista’ tikkawża trasferiment ta’ sforz tas-sajd li jista’ jolqot (jaffettwa) ħażin l-istat ta’ dawn ir-riżorsi; FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li f’dawn iċ-ċirkostanzi l-istati kostali fiż-żona għandhom interess primarju li jiżguraw b’mezzi xierqa l-konservazzjoni u l-immaniġġar razzjonali tar-riżorsi ħajjin; FILWAQT LI JQISU x-xogħol tat-Tielet Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar; FILWAQT LI JAFFERMAW li l-estenzjoni mill-istati kostali taż-żoni ta’ ġurisdizzjoni tagħhom fuq ir-riżorsi ħajjin, u l-eżerċizzju f’dawn iż-żoni ta’ drittijiet sovrani għall-fini ta’ l-esplorazzjoni, esplojtazzjoni, konservazzjoni u mmaniġġar ta’ dawn ir-riżorsi, għandha ssir konformi ma’ u skond prinċipji tal-liġi internazzjonali; FILWAQT LI KKUNSIDRAW il-fatt li kien deċiż li tkun stabbilita madwar il-Gżejjer Faroe, b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 1977, żona tas-sajd li testendi għal 200 mil nawtiku barra l-kosta li fiha l-Gżejjer Faroe għandhom jeżerċitaw drittijiet sovrani għall-fini ta’ l-esplorazzjoni, esplojtazzjoni, konservazzjoni u mmaniġġar tar-riżorsi ħajjin tagħha u li l-Komunità qablet li l-limiti taż-żoni tas-sajd ta’ l-Istati Membri tagħha (hawn iżjed ‘il quddiem issir referenza għaliha bħala ż-żona ta’ ġurisdizzjoni fuq is-sajd tal-Komunità) għandhom jestendu għal 200 mil nawtiku, bis-sajd f’dawn il-limiti jkun suġġett għall-politika tas-sajd komuni tal-Komunità; XEWQANIN li jistabbilixxu t-termini u l-kondizzjonijiet li jappartienu lis-sajd ta’ interess reċiproku, FTIEHMU KIF ĠEJ: Artikolu 1 Kull Parti għandha tagħti aċċess lill-bastimenti tas-sajd tal-Parti l-oħra biex jistadu fiż-żona tal-ġurisdizzjoni tas-sajd tagħha skond id-disposizzjonijiet miġjuba hawn iktar ‘l isfel. Artikolu 2 Kull Parti għandha, kif xieraq, tiddetermina annwalment għaż-żona tal-ġurisdizzjoni tas-sajd tagħha, suġġetta għal aġġustament meta meħtieġ biex tilqa’ għal ċirkostanzi imprevvisti, u fuq il-bażi tal-ħtieġa għall-immaniġġar razzjonali tar-riżorsi ħajjin: (a) il-qabda totali permessa għal ħażniet individwali jew komplessi ta’ ħażniet, filwaqt li tqis l-aħjar evidenza xjentifika disponibbli għaliha, l-interdipendenza tal-ħażniet, ix-xogħol ta’ l-organizzazzjonijiet internazzjonali porprji u fatturi relevanti oħra; (b) wara konsultazzjoni xierqa, l-assenjazzjonijiet għal bastimenti tas-sajd tal-Parti l-oħra u ż-żoni li fihom dawn l-assenjazzjonijiet jistagħu jinstadu. Iż-żewġ Partijiet għandhom ikollhom bħala l-mira tagħhom ir-realizzazzjoni ta’ bilanċ sodifaċenti bejn il-possibiltajiet tas-sajd tagħhom fiż-żoni tas-sajd rispettivi tagħhom. Fl-iddeterminar ta’ dawn il-possibbiltajiet tas-sajd, kull Parti għandha tqis: (i) il-qabdiet abitwali taż-żewġ Partijiet, (ii) il-ħtieġa li jkunu mminimizzati d-diffikultajiet għaż-żewġ Partijiet fil-każ fejn il-possibbiltajiet tas-sajd ikollhom jitnaqqsu, (iii) il-fatturi relevanti l-oħra. Il-miżuri biex jirregolaw is-sajd meħuda minn kull Parti għall-għan tal-konservazzjoni billi jinżammu ħażniet ta’ ħut fi, jew jerġgħu jgħolluhom għal, livelli li jistgħu jipproduċu ħsad sostenibbli m’għandhomx ikunu ta’ natura tali li jipperikolaw l-eżerċizzju sħiħ tad-drittijiet tas-sajd allokati taħt il-Ftehim. Artikolu 3 Kull Parti tista’ tirrikjedi li sajd fiż-żona tas-sajd tagħha minn bastimenti tas-sajd tal-Parti l-oħra għandu jkun suġġett għal liċenza. L-awtorita kompetenti ta’ kull Parti għandha, kif xieraq, tikkomunika fiż-żmien dovut lill-Parti l-oħra l-isem, in-numru ta’ reġistrazzjoni, u partikolaritajiet relevanti oħra tal-bastimenti tas-sajd fiż-żona tal-ġurisdizzjoni tas-sajd tal-Parti l-oħra. It-tieni Parti għandha mħabba dan toħroġ liċenzi tali f’manjiera proporzjonata għall-possibbiltajiet tas-sajd mogħtija taħt id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 2(b). Artikolu 4 1. Bastimenti tas-sajd ta’ Parti waħda għandhom, meta jistadu fiż-żona tal-ġuridizzjoni tas-sajd tal-Parti l-oħra, josservaw il-miżuri ta’ konservazzjoni u termini u kondizzjonijiet oħra stabbiliti minn dik il-Parti u r-regoli u regolamenti ta’ dik il-Parti rigward is-sajd. 2. Notifika bil-quddiem xierqa għandha tingħata ta’ kull termini, kondizzjonijiet, liġijiet jew regolamenti ġodda. Artikolu 5 1. Kull Parti għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura l-osservanza tad-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim u regolamenti relevanti oħra mill-bastimenti tagħha. 2. Kull Parti tista’ tieħu fiż-żona tal-ġurisdizzjoni tas-sajd tagħha miżuri tali, f’konformità mal-liġi internazzjonali, kif jista’ jkun meħtieġ biex tiżgura l-osservanza tad-disposizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim minn bastimenti tal-Parti l-oħra. Artikolu 6 Il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jikkoperaw biex jiżguraw l-immaniġġar u konservazzjoni xierqa tar-riżorsi ħajjin tal-baħar, u li jiffaċilitaw ir-riċerka xjentifika meħtieġa f’dan ir-rigward, b’mod partikolari fir-rigward ta’: (a) ħażniet li jkunu fiż-żoni tal-ġurisdizzjoni tas-sajd taż-żewġ Partijiet, bil-ħsieb li jiksbu, sakemm hu prattikabbli, l-armonizzazzjoni ta’ miżuri għar-regolazzjoni tas-sajd fir-rigward ta’ ħażniet tali; (b) ħażniet ta’ interess komuni li jkunu fiż-żoni tal-ġurisdizzjoni tas-sajd taż-żewġ Partijiet u fiż-żoni lilhinn u jmissu ma dawk iż-żoni. Artikolu 7 Il-Partijiet jaqblu li jikkonsultaw dwar kwistjonijiet konnessi ma’ l-implimentazzjoni u l-iffunzjonar xieraq ta’ dan il-Ftehim. Fil-każ ta’ tilwima dwar l-interpretazzjoni jew applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim, tilwima tali għandha tkun suġġetta għal konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet. Artikolu 8 Xejn mill-kontenut tal-Ftehim preżenti m’għandu jaffettwa jew jippreġudika b’xi manjiera l-veduti ta’ kull Parti rigward kull kwistjoni konnessa mal-Liġi tal-Baħar. Artikolu 9 Dan il-Ftehim għandu jkun mingħajr preġudizzju għal drittijiet fir-Renju tad-Danimarka ta’ ċittadini Daniżi li jgħixu fil-Gżejjer Faroe. Artikolu 10 Il-Ftehim preżenti għandu japplika, min-naħa l-waħda, għat-territorji li għalihom it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea huwa applikat, taħt il-kondizzjonijiet preskritti f’dak it-Trattat u, min-naħa l-oħra, għall-Gżejjer Faroe. Artikolu 11 Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet Kontraenti jinnotifikaw lil xulxin bil-kompletezza tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan. Sakemm isir id-dħul fis-seħħ tiegħu huwa għandu jkun applikat provviżorjament b’effett mill-1 ta’ Jannar 1977. Artikolu 12 Dan il-Ftehim għandu jibqa’ fis-seħħ għal perjodu inizjali ta’ 10 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu. Fil-każ li l-Ftehim ma jkunx itterminat minn xi waħda mill-Partijiet permezz ta’ notifika ta’ terminazzjoni mogħtija għall-inqas disa’ xhur qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, huwa għandu jibqa’ fis-seħħ għal perjodi addizzjonali ta’ tul ta’ żmien ta’ sitt xhur wara dan, sakemm notifika ta’ terminazzjoni ma tkunx ingħatat għall-inqas sitt xhur qabel l-iskadenza ta’ perjodu tali. Artikolu 13 Il-Partijiet jaqblu li jeżaminaw dan il-Ftehim wara l-konklużjoni tan-negozjati għal Trattat Multilaterali li jirriżulta mit-Tielet Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar. Artikolu 14 Dan il-Ftehim huwa miktub f’żewġ kopji fil-lingwi Daniża, Olandiża, Ingliża, Franċiża, Ġermaniża, Taljana u tal-Faroes, kull wieħed minn dawn it-testi huwa ugwalment awtentiku. B’XHIEDA TA’ DAN, il-firmatarji ta’ hawn iktar ‘l isfel, awtorizzati dovutement għal dan il-għan, iffirmaw dan il-Ftehim. Udfærdiget i Bruxelles, den femtende marts nitten hundrede og syvoghalvfjerds. Geschehen zu Brüssel am fünfzehnten März neunzehnhundertsiebenundsiebzig. Done at Brussels on the fifteenth day of March in the year one thousand nine hundred and seventy-seven. Fait à Bruxelles, le quinze mars mil neuf cent soixante-dix-sept. Fatto a Bruxelles, addì quindici marzo millenovecentosettantasette. Gedaan te Brussel, de vijftiende maart negentienhonderd zevenenzeventig. Skriva í Bruxelles, tann fimtandi mars 1977. For Rådet for De europæiske FællesskaberFür den Rat der Europäischen GemeinschaftenFor the Council of the European CommunitiesPour le Conseil des Communautés européennesPer il Consiglio delle Comunità europeeVoor de Raad van de Europese GemeenschappenFyri Europeiska Búskaparliga Felagsskapin +++++ TIFF +++++ For den danske regering og det færøske landsstyreFür die Regierung von Dänemark und die Landesregierung der FäröerFor the Government of Denmark and the Home Government of the Faroe IslandsPour le gouvernement du Danemark et le gouvernement local des îles FéroéPer il governo danese e il governo locale delle isole FærøerVoor de Regering van Denemarken en de plaatselijke Regering van de FaeröerFyri Donsku stjórnina og Føroye Landsst’ýri +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------