Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02020R2002-20230717

    Consolidated text: Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2002 tas-7 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-notifika tal-Unjoni u r-rapportar tal-Unjoni ta’ mard elenkat, tal-formati u l-proċeduri għas-sottomissjoni u għar-rapportar tal-programmi ta’ sorveljanza tal-Unjoni u tal-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard, u tas-sistema ta’ informazzjoni kompjuterizzata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/2002/2023-07-17

    02020R2002 — MT — 17.07.2023 — 002.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2002

    tas-7 ta’ Diċembru 2020

    li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-notifika tal-Unjoni u r-rapportar tal-Unjoni ta’ mard elenkat, tal-formati u l-proċeduri għas-sottomissjoni u għar-rapportar tal-programmi ta’ sorveljanza tal-Unjoni u tal-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard, u tas-sistema ta’ informazzjoni kompjuterizzata

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    (ĠU L 412 8.12.2020, p. 1)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1183 tat-8 ta’ Lulju 2022

      L 184

    6

    11.7.2022

    ►M2

    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1451 tat-13 ta’ Lulju 2023

      L 179

    48

    14.7.2023




    ▼B

    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2002

    tas-7 ta’ Diċembru 2020

    li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-notifika tal-Unjoni u r-rapportar tal-Unjoni ta’ mard elenkat, tal-formati u l-proċeduri għas-sottomissjoni u għar-rapportar tal-programmi ta’ sorveljanza tal-Unjoni u tal-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard, u tas-sistema ta’ informazzjoni kompjuterizzata

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)



    Artikolu 1

    Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli li jikkonċernaw:

    (1) 

    mard tal-kategorija E rilevanti għan-notifika tal-Unjoni tat-tifqigħat u l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta mill-Istati Membri għan-notifika u r-rapportar tal-Unjoni fir-rigward tad-detezzjoni ta’ mard tal-kategorija E;

    (2) 

    l-iskadenzi u l-frekwenzi tan-notifika tal-Unjoni u r-rapportar tal-Unjoni dwar il-mard;

    (3) 

    il-format u l-proċedura għar-rapportar lill-Kummissjoni tar-riżultati tal-programmi ta’ sorveljanza tal-Unjoni u l-informazzjoni, il-format u l-proċedura għar-rapportar lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar ir-riżultati tal-programmi ta’ eradikazzjoni;

    (4) 

    il-format u l-istruttura tad-data msemmija fil-punti 1 u 3 li trid tiddaħħal fis-sistema ta’ informazzjoni kompjuterizzata għan-notifika tal-Unjoni u r-rapportar tal-Unjoni dwar il-mard;

    (5) 

    l-elenkar ta’ reġjuni ta’ notifika u rapportar;

    (6) 

    il-format u l-proċedura għas-sottomissjoni ta’ informazzjoni dwar programmi ta’ sorveljanza tal-Unjoni lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra;

    (7) 

    l-informazzjoni, il-format u r-rekwiżiti proċedurali fir-rigward tas-sottomissjoni ta’ abbozzi ta’ programmi ta’ eradikazzjoni obbligatorji u abbozzi ta’ programmi ta’ eradikazzjoni fakultattivi lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni u fir-rigward tal-indikaturi tal-prestazzjoni meħtieġa biex tiġi evalwata l-effettività tal-applikazzjoni ta’ dawn il-programmi, kif ukoll il-formati u l-proċeduri għal applikazzjonijiet għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard fit-territorju kollu tal-Istati Membri, jew żoni u kompartimenti tagħhom u għal skambji ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar Stati Membri, jew żoni u kompartimenti tagħhom ħielsa mill-mard;

    (8) 

    il-proċeduri għall-istabbiliment u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Mard tal-Annimali (ADIS).

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (1) 

    “marda tal-kategorija B” tfisser marda elenkata li trid tiġi kkontrollata fl-Istati Membri kollha bil-għan li tinqered fl-Unjoni kollha, kif imsemmi fl-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament (UE) 2016/429;

    (2) 

    “marda tal-kategorija C” tfisser marda elenkata li hija ta’ rilevanza għal xi Stati Membri u li għaliha huma meħtieġa miżuri biex ma titħalliex tinfirex lejn partijiet tal-Unjoni li huma uffiċjalment ħielsa mill-mard jew li għandhom programmi ta’ eradikazzjoni għall-marda elenkata kkonċernata, kif imsemmi fl-Artikolu 9(1)(c) tar-Regolament (UE) 2016/429;

    (3) 

    “marda tal-kategorija E” tfisser marda elenkata li għaliha hemm bżonn ta’ sorveljanza fl-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 9(1)(e) tar-Regolament (UE) 2016/429;

    (4) 

    “tifqigħa primarja” tfisser tifqigħa mhux relatata b’mod epidemjoloġiku ma’ tifqigħa preċedenti fl-istess reġjun ta’ notifika u rapportar ta’ Stat Membru jew l-ewwel tifqigħa f’reġjun ta’ notifika u rapportar differenti tal-istess Stat Membru;

    (5) 

    “tifqigħa sekondarja” tfisser tifqigħa li mhix waħda primarja;

    (6) 

    “Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Mard tal-Annimali (ADIS)” tfisser is-sistema ta’ informazzjoni kompjuterizzata għan-notifika tal-Unjoni u r-rapportar tal-Unjoni dwar il-mard imsemmi fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2016/429 li trid tiġi stabbilita u ġestita mill-Kummissjoni;

    (7) 

    “kamp ta’ applikazzjoni territorjali” tfisser it-territorju kopert mill-programm ta’ eradikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 fir-rigward tal-annimali terrestri u f’konformità mal-Artikolu 47 ta’ dak ir-Regolament Delegat fir-rigward tal-annimali akkwatiċi;

    (8) 

    “durata tal-programm ta’ eradikazzjoni” tfisser il-perjodu ta’ applikazzjoni tal-programm ta’ eradikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 fir-rigward tal-annimali terrestri u f’konformità mal-Artikolu 49 ta’ dak ir-Regolament Delegat fir-rigward tal-annimali akkwatiċi.

    Artikolu 3

    Notifika tal-Unjoni

    1.  

    L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra fi żmien 24 siegħa mill-konferma ta’ kwalunkwe tifqigħa primarja fit-territorju tagħhom ta’ marda elenkata msemmija:

    (a) 

    fil-punti 1 u 2 tal-Anness I;

    (b) 

    fil-punt 3 tal-Anness I, jekk it-tifqigħa primarja tkun instabet fil-popolazzjoni tal-annimali fil-mira rilevanti fi Stat Membru jew żona ħielsa mill-mard;

    (c) 

    fil-punti 4 u 5 tal-Anness I, jekk it-tifqigħa primarja tkun instabet fi Stat Membru, żona jew, fejn rilevanti, kompartiment ħieles mill-mard.

    2.  

    L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-ewwel jum ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa li tkopri l-ġimgħa ta’ qabel, minn 0.00 it-Tnejn sa 24.00 il-Ħadd, tifqigħat sekondarji fit-territorju tagħhom ta’ marda elenkata msemmija:

    (a) 

    fil-punti 1 u 2 tal-Anness I;

    (b) 

    fil-punt 3 tal-Anness I, jekk tifqigħat sekondarji bħal dawn instabu fil-popolazzjoni tal-annimali fil-mira rilevanti fi Stat Membru jew żona ħielsa mill-mard;

    (c) 

    fil-punti 4 u 5 tal-Anness I, jekk tifqigħat sekondarji bħal dawn instabu fi Stat Membru, żona jew, fejn rilevanti, kompartiment ħieles mill-mard.

    Jekk il-Kummissjoni ma tirċievi l-ebda informazzjoni, dan jitqies li jfisser li l-ebda tifqigħa sekondarja ma ġiet ikkonfermata matul il-perjodu msemmi fl-ewwel subparagrafu.

    3.  
    In-notifiki msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandu jkun fihom l-informazzjoni speċifikata fl-Anness II u għandhom jiġu sottomessi b’mod elettroniku permezz tal-ADIS.

    Artikolu 4

    Rapportar tal-Unjoni dwar id-detezzjoni tal-mard elenkat

    1.  
    L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra sat-30 ta’ April ta’ kull sena, li tkopri s-sena kalendarja preċedenti, dwar id-detezzjoni ta’ mard tal-kategorija E li ġie kkonfermat fit-territorju tagħhom fi speċijiet elenkati u fi gruppi ta’ speċijiet elenkati msemmija fit-tabella stabbilita fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882.
    2.  
    L-ewwel rapport imsemmi fil-punt 1 irid jasal sat-30 ta’ April 2022.
    3.  
    Ir-rapportar imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun fih l-informazzjoni speċifikata fl-Anness III u għandu jiġi sottomess b’mod elettroniku permezz tal-ADIS.

    Artikolu 5

    Reġjuni ta’ notifika u rapportar

    Ir-reġjuni ta’ notifika u rapportar stabbiliti mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2016/429 huma elenkati fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 6

    Rapportar tal-Unjoni dwar ir-riżultati tal-programmi ta’ sorveljanza tal-Unjoni

    1.  
    L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Marzu ta’ kull sena, li tkopri s-sena kalendarja preċedenti, data dwar ir-riżultati tal-programmi ta’ sorveljanza tal-Unjoni.
    2.  
    Id-data msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi sottomessa b’mod elettroniku permezz tal-ADIS.

    ▼M2

    Artikolu 7

    Rapportar tal-Unjoni dwar ir-riżultati annwali tal-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ eradikazzjoni approvati

    1.  
    Sat-30 ta’ April ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni r-rapporti dwar ir-riżultati tal-implimentazzjoni tal-programmi ta’ eradikazzjoni approvati tagħhom li jkollhom għaddejjin.
    2.  

    Ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1, għal kull sena, li tkopri s-sena kalendarja preċedenti, għandu jkun fihom l-informazzjoni speċifikata:

    (a) 

    fit-Taqsima 1 tal-Anness V għall-programmi ta’ eradikazzjoni għall-mard tal-kategoriji B u C tal-annimali terrestri bbażati fuq l-għoti ta’ status ta’ ħelsien mill-mard fil-livell tal-istabbilimenti;

    (b) 

    fit-Taqsima 2 tal-Anness V għall-programmi ta’ eradikazzjoni tal-infezzjoni bil-virus tar-rabja (RABV);

    (c) 

    fit-Taqsima 3 tal-Anness V għall-programmi ta’ eradikazzjoni tal-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24) (l-infezzjoni bil-BTV);

    (d) 

    fit-Taqsima 4 tal-Anness V għall-programmi ta’ eradikazzjoni għall-mard tal-kategoriji B u C tal-annimali akkwatiċi.

    3.  
    Ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu sottomessi b’mod elettroniku permezz tal-ADIS.

    ▼B

    Artikolu 8

    Rapportar tal-Unjoni dwar ir-riżultati finali tal-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ eradikazzjoni approvati

    1.  
    L-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni r-rapport finali tal-programmi ta’ eradikazzjoni approvati tagħhom fi żmien erba’ xhur mit-tlestija tagħhom.

    ▼M2 —————

    ▼B

    3.  

    Ir-rapport finali msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun fih l-informazzjoni speċifikata fil-punti (e) sa (n) tal-Artikolu 11(1) u fl-Artikolu 11(2), kif rilevanti, bl-eċċezzjoni tal-informazzjoni pprovduta preċedentement fir-rapporti msemmija fl-Artikolu 7(1), meta l-Istati Membri jitolbu:

    (a) 

    ir-rikonoxximent ta’ status ta’ ħelsien mill-mard; jew

    (b) 

    l-estensjoni tal-perjodu tal-applikazzjoni tal-programmi ta’ eradikazzjoni f’konformità mat-tieni sentenza tal-Artikolu 15(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 jew it-tieni sentenza tal-Artikolu 49(2) ta’ dak ir-Regolament Delegat.

    4.  
    Meta l-Istat Membru ma jitlobx ir-rikonoxximent għal marda tal-kategorija C ta’ status ta’ ħelsien mill-mard jew l-estensjoni tal-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ programmi ta’ eradikazzjoni kif imsemmi fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 3, l-Istat Membru ma għandux jissottometti r-rapport finali msemmi fil-paragrafu 1. Minflok, l-Istat Membru għandu jissottometti dikjarazzjoni lill-Kummissjoni li tikkonferma li l-programm ta’ eradikazzjoni ma kisibx l-eradikazzjoni tal-marda u li l-estensjoni tal-perjodu ta’ applikazzjoni tiegħu mhijiex mitluba.
    5.  
    Ir-rapport finali msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi sottomess b’mod elettroniku permezz tal-ADIS.

    Artikolu 9

    Sottomissjoni u modifiki sostanzjali tal-programmi ta’ sorveljanza tal-Unjoni

    1.  
    L-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni l-programmi ta’ sorveljanza tal-Unjoni tagħhom sal-31 ta’ Mejju tas-sena ta’ qabel is-sena tal-bidu tal-applikazzjoni tagħhom.
    2.  

    Il-programmi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom:

    (a) 

    jinkludu tal-inqas l-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689;

    (b) 

    jiġu sottomessi b’mod elettroniku, permezz tal-mudelli elettroniċi standard ipprovduti għal dan l-iskop.

    3.  
    Il-programmi msemmija fil-paragrafu 1 li ġew sottomessi lill-Kummissjoni bħala l-parti teknika tal-applikazzjonijiet għal finanzjament mill-Unjoni huma kkunsidrati li tressqu f’konformità mal-paragrafu 1.
    4.  
    F’każ ta’ modifiki sostanzjali tal-programmi ta’ sorveljanza tal-Unjoni li jkunu għaddejjin, l-Istati Membri għandhom jaġġornawhom u jerġgħu jissottomettuhom.

    Artikolu 10

    Sottomissjoni ta’ programmi ta’ eradikazzjoni

    1.  

    ►M2  Lill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jissottomettulha għall approvazzjoni: ◄

    (a) 

    il-programmi ta’ eradikazzjoni obbligatorji tagħhom sal-31 ta’ Mejju tas-sena ta’ qabel is-sena tal-bidu tal-applikazzjoni tagħhom;

    (b) 

    il-programmi ta’ eradikazzjoni fakultattivi tagħhom, fi kwalunkwe ħin.

    2.  

    Il-programmi ta’ eradikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu l-informazzjoni rilevanti stabbilita:

    (a) 

    fit-Taqsima 1 tal-Anness VII għal programmi ta’ eradikazzjoni għal mard tal-kategorija B u C ta’ annimali terrestri bbażati fuq l-għoti ta’ status ta’ ħelsien mill-mard fil-livell ta’ stabbiliment;

    (b) 

    fit-Taqsima 2 tal-Anness VII għal programmi ta’ eradikazzjoni għal infezzjoni bl-RABV;

    (c) 

    fit-Taqsima 3 tal-Anness VII għal programmi ta’ eradikazzjoni għal infezzjoni bil-BTV;

    (d) 

    fit-Taqsima 4 tal-Anness VII għal programmi ta’ eradikazzjoni għal mard tal-kategorija B u C ta’ annimali akkwatiċi.

    ▼M2

    3.  
    Il-programmi ta’ eradikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu sottomessi b’mod elettroniku permezz tal-ADIS

    ▼B

    Artikolu 11

    Applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard ta’ Stati Membri u żoni fir-rigward ta’ mard ta’ annimali terrestri u akkwatiċi u tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard ta’ kompartimenti fir-rigward ta’ mard ta’ annimali akkwatiċi

    1.  

    ►M2  Meta japplikaw lill-Kummissjoni għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard f’konformità mat-Taqsimiet 1 u 2 tal-Kapitolu 4 tal-Parti II tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689, fl-applikazzjonijiet tagħhom, bl-eċċezzjoni tal-informazzjoni li tkun ingħatat fir-rapporti msemmija fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jinkludu l-informazzjoni rilevanti speċifikata fi: ◄

    (a) 

    fit-Taqsimiet 1 u 2 tal-Anness VI jekk l-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard hija bbażata fuq l-assenza ta’ speċijiet elenkati;

    (b) 

    fit-Taqsimiet 1 u 3 tal-Anness VI jekk l-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard hija bbażata fuq l-inkapaċità ta’ sopravivenza tal-aġent tal-marda;

    (c) 

    fit-Taqsimiet 1 u 4 tal-Anness VI jekk l-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard hija bbażata fuq l-inkapaċità ta’ sopravivenza ta’ vetturi elenkati għal mard elenkat ta’ annimali terrestri;

    (d) 

    fit-Taqsimiet 1 u 5 tal-Anness VI jekk l-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard hija bbażata fuq data storika u ta’ sorveljanza;

    (e) 

    fit-Taqsima 1 u fil-punt 1 tat-Taqsima 6 tal-Anness VI jekk l-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard hija bbażata fuq programmi ta’ eradikazzjoni għal infezzjoni bil-Brucella abortus, B. melitensis u B. suis fir-rigward ta’ annimali bovini miżmuma;

    (f) 

    fit-Taqsima 1 u fil-punt 2 tat-Taqsima 6 tal-Anness VI jekk l-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard hija bbażata fuq programmi ta’ eradikazzjoni għal infezzjoni bil-Brucella abortus, B. melitensis u B. suis fir-rigward ta’ annimali ovini u kaprini miżmuma;

    (g) 

    fit-Taqsima 1 u fil-punt 3 tat-Taqsima 6 tal-Anness VI jekk l-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard hija bbażata fuq programmi ta’ eradikazzjoni għal infezzjoni bl-MTBC;

    (h) 

    fit-Taqsima 1 u fil-punt 4 tat-Taqsima 6 tal-Anness VI jekk l-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard hija bbażata fuq programmi ta’ eradikazzjoni għal-lewkożi enzootika bovina (EBL);

    (i) 

    fit-Taqsima 1 u fil-punt 5 tat-Taqsima 6 tal-Anness VI jekk l-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard hija bbażata fuq programmi ta’ eradikazzjoni għal rinotrakeite bovina infettiva/vulvovaġinite pustulari infettiva (IBR/IPV);

    (j) 

    fit-Taqsima 1 u l-punt 6 tat-Taqsima 6 tal-Anness VI jekk l-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard hija bbażata fuq programmi ta’ eradikazzjoni għal infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Aujeszky (ADV);

    (k) 

    fit-Taqsima 1 u fil-punt 7 tat-Taqsima 6 tal-Anness VI jekk l-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard hija bbażata fuq programmi ta’ eradikazzjoni għad-dijarea virali bovina (BVD);

    (l) 

    fit-Taqsima 1 u fil-punt 8 tat-Taqsima 6 tal-Anness VI jekk l-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard hija bbażata fuq programmi ta’ eradikazzjoni għal infezzjoni bl-RABV;

    (m) 

    fit-Taqsima 1 u fil-punt 9 tat-Taqsima 6 tal-Anness VI jekk l-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard hija bbażata fuq programmi ta’ eradikazzjoni għal infezzjoni bil-BTV;

    (n) 

    fit-Taqsima 1 u, fejn rilevanti, fil-punt 10 tat-Taqsima 6 tal-Anness VI jekk l-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard hija bbażata fuq programmi ta’ eradikazzjoni għal mard ta’ annimali akkwatiċi.

    2.  

    L-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard ta’ kompartimenti għandu jkun fihom, flimkien mal-informazzjoni msemmija fil-punt (n) tal-paragrafu 1, l-informazzjoni li ġejja:

    (a) 

    fil-każ ta’ kompartimenti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 73(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689, id-dokumentazzjoni li tissostanzja l-konformità mar-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 79(3), (4) u (5) ta’ dak ir-Regolament Delegat;

    (b) 

    fil-każ ta’ kompartimenti msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 73(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689, il-valutazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 73(3) ta’ dak ir-Regolament Delegat u d-dettalji ta’ kwalunkwe miżura, li ddaħħlu fis-seħħ biex jipprevjenu l-introduzzjoni tal-marda kkonċernata fil-kompartiment kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 73(3) ta’ dak ir-Regolament Delegat.

    3.  
    L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni immedjatament dwar kwalunkwe każ ikkonfermat tal-marda rilevanti li jinstab fit-territorju kkonċernat wara d-data tas-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard u qabel id-data ta’ rikonoxximent ta’ dan l-istatus.
    4.  
    L-applikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu sottomessi b’mod elettroniku permezz tal-ADIS.

    Artikolu 12

    Skambju ta’ informazzjoni dwar Stati Membri, jew iż-żoni u l-kompartimenti tagħhom ħielsa mill-mard

    1.  
    Il-lista ta’ territorji, żoni jew kompartimenti bi status ta’ ħelsien mill-mard kif imsemmi fl-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) 2016/429 għandha tiġi kkumpilata permezz tal-mudell elettroniku standard ipprovdut fuq is-sit web tal-Kummissjoni.
    2.  
    L-Istati Membri għandhom jemendaw il-lista msemmija fil-paragrafu 1 fi żmien jumejn ta’ xogħol, jekk l-istatus ta’ ħelsien mill-mard tat-territorju, taż-żoni jew tal-kompartimenti jinbidel minħabba nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti għaż-żamma ta’ dan l-istatus.
    3.  
    L-Istati Membri għandhom jagħmlu d-dikjarazzjonijiet provviżorji għal żoni jew kompartimenti għal ċertu mard tal-annimali akkwatiċi kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 83(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 permezz tal-mudell elettroniku standard ipprovdut fuq is-sit web tal-Kummissjoni.

    Artikolu 13

    Proċeduri għall-istabbiliment u għall-użu tal-ADIS

    L-Istati Membri għandhom jużaw l-ADIS jew kwalunkwe parti minnha għad-dħul u t-trasferiment ta’ data f’konformità ma’ dan ir-Regolament mid-data kkomunikata lilhom mill-Kummissjoni.

    Artikolu 14

    Dħul fis-seħħ u data ta’ applikazzjoni

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Huwa għandu jibda japplika mill-21 ta’ April 2021.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




    ANNESS I

    MARD ELENKAT SOĠĠETT GĦAL NOTIFIKA TAL-UNJONI

    1.    Mard elenkat tal-annimali terrestri soġġett għal notifika tal-Unjoni f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 3(1) u mal-punt (a) tal-Artikolu 3(2)

    — 
    Marda tal-ilsien u d-dwiefer
    — 
    Infezzjoni bil-virus tal-pesta bovina
    — 
    Infezzjoni bil-virus tad-deni tal-Wied tar-Rift
    — 
    Infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda
    — 
    Infezzjoni bil-Mycoplasma mycoides subsp. mycoides SC (Plewropulmonite bovina li tittieħed)
    — 
    Ġidri tan-nagħaġ u ġidri tal-mogħoż
    — 
    Infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar
    — 
    Plewropulmonite kaprina li tittieħed
    — 
    Marda Afrikana taż-żwiemel
    — 
    Infezzjoni bil-Burkholderia mallei (Glanders)
    — 
    Deni klassiku tal-ħnieżer
    — 
    Deni Afrikan tal-ħnieżer
    — 
    Influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja
    — 
    Infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle, ħlief meta ssir dijanjożi tagħha fi:
    — 
    Columbiformes, sakemm ma jkunux miżmuma bħala tjur; jew
    — 
    annimali selvaġġi ta’ speċijiet elenkati
    — 
    Infezzjoni bil-virus tar-rabja
    — 
    Infezzjoni bil-virus tal-marda emorraġika epiżootika
    — 
    Antraċe
    — 
    Surra (Trypanosoma evansi)
    — 
    Marda tal-virus tal-Ebola
    — 
    Anemija ekwina infettiva
    — 
    Durina
    — 
    Enċefalomijelite ekwina tal-Venezwela
    — 
    Infestazzjoni b’Aethina tumida (Ħanfusa żgħira tal-ġabsala)
    — 
    Infestazzjoni bit-Tropilaelaps spp.
    — 
    Infezzjoni bil-Batrachochytrium salamandrivorans
    — 
    Enċefalite Ġappuniża
    — 
    Deni tal-Punent tan-Nil
    — 
    Enċefalomijelite ekwina (tal-Lvant u tal-Punent)

    2.    Mard elenkat tal-annimali akkwatiċi soġġett għal notifika tal-Unjoni f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 3(1) u mal-punt (a) tal-Artikolu 3(2)

    — 
    Nekrożi ematopojetika epiżootika
    — 
    Infezzjoni bil-Mikrocytos mackini
    — 
    Infezzjoni bil-Perkinsus marinus
    — 
    Infezzjoni bil-virus tas-sindromu ta’ Taura
    — 
    Infezzjoni bil-virus tal-marda tar-ras safra

    3.    Mard elenkat tal-annimali terrestri soġġett għal notifika tal-Unjoni f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 3(1) u mal-punt (b) tal-Artikolu 3(2)

    — 
    Infezzjoni bil-Brucella abortus, B. melitensis, B. suis
    — 
    Infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (M. bovis, M. caprae, M. tuberculosis) (MTBC)
    — 
    Rinotrakeite bovina infettiva/vulvovaġinite pustulari infettiva (IBR/IPV)
    — 
    Dijarea virali bovina (BVD)
    — 
    Lewkożi enzootika bovina (EBL)
    — 
    Infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Aujeszky (ADV)

    4.    Mard elenkat tal-annimali terrestri soġġett għal notifika tal-Unjoni f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 3(1) u mal-punt (c) tal-Artikolu 3(2)

    — 
    Infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (serotipi 1-24) (“infezzjoni b’BTV”) skont is-serotip
    — 
    Infestazzjoni bil-Varroa spp.
    — 
    Infestazzjoni bl-Echinococcus multilocularis

    5.    Mard elenkat tal-annimali akkwatiċi soġġett għal notifika tal-Unjoni f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 3(1) u mal-punt (c) tal-Artikolu 3(2)

    — 
    Settiċimija emorraġika virali
    — 
    Nekrożi ematopojetika infettiva
    — 
    Infezzjoni bil-virus tal-anemija infettiva tas-salamun b’delezzjoni f’HPR
    — 
    Infezzjoni bil-Marteilia refringens
    — 
    Infezzjoni bil-Bonamia exitiosa
    — 
    Infezzjoni bil-Bonamia ostreae
    — 
    Infezzjoni bil-virus tas-sindromu tal-ponot bojod (“infezzjoni bid-WSSV”)




    ANNESS II

    INFORMAZZJONI LI TRID TIĠI PPROVDUTA GĦAL NOTIFIKA TAL-UNJONI DWAR TIFQIGĦAT TA’ MARD ELENKAT F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 3(3)

    1. Data tad-dispaċċ.

    2. Ħin tad-dispaċċ.

    3. Isem tal-pajjiż.

    4. Isem tal-marda u t-tip ta’ patoġenu, fejn ikun xieraq.

    5. Numru tas-serje tat-tifqigħa.

    6. Tip ta’ tifqigħa (tifqigħa primarja/sekondarja).

    7. Numru ta’ referenza tat-tifqigħa marbut ma’ din it-tifqigħa (fejn ikun applikabbli).

    ▼M1

    8. Ir-reġjun u l-post ġeografiku tat-tifqigħa. Għall-mard kollu tal-kategorija A kif definit fl-Artikolu 1, il-punt (1), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882, indika jekk it-tifqigħa seħħitx f’post diġà soġġett għar-restrizzjonijiet wara l-istabbiliment ta’ żoni ristretti għall-istess marda tal-kategorija A f’konformità mal-Artikoli 64, 71, 70, 257, 258 jew 259 tar-Regolament (UE) 2016/429.

    ▼B

    9. Data tas-suspett.

    10. Data tal-konferma.

    11. Metodi dijanjostiċi użati.

    12. Oriġini tal-marda.

    13. Miżuri ta’ kontroll meħuda.

    14. Annimali involuti fit-tifqigħa:

    (a) 

    Annimali terrestri (skont l-ispeċi) ħlief in-naħal tal-għasel u n-naħal bagħli:

    (i) 

    għadd ta’ annimali suxxettibbli, inklużi annimali selvaġġi fejn ikun applikabbli;

    (ii) 

    għadd stmat ta’ annimali infettati jew infestati klinikament jew subklinikament inklużi annimali selvaġġi, fejn ikun applikabbli;

    (iii) 

    għadd stmat ta’ annimali li mietu jew, fil-każ ta’ annimali selvaġġi, li nstabu mejta;

    (iv) 

    għadd ta’ annimali maqtula;

    (v) 

    għadd ta’ annimali mbiċċra;

    (b) 

    Naħal tal-għasel u naħal bagħli:

    (i) 

    għadd ta’ kolonji suxxettibbli;

    (ii) 

    għadd ta’ kolonji li huma klinikament jew subklinikament infettati jew infestati;

    (iii) 

    għadd ta’ kolonji mejta;

    (iv) 

    għadd ta’ kolonji li nqerdu;

    (c) 

    Annimali akkwatiċi (skont l-ispeċi):

    (i) 

    għadd stmat jew bijomassa ta’ annimali suxxettibbli, inklużi annimali selvaġġi fejn ikun applikabbli;

    (ii) 

    għadd stmat jew bijomassa ta’ annimali klinikament jew subklinikament infettati, inklużi annimali selvaġġi fejn ikun applikabbli;

    (iii) 

    għadd stmat jew bijomassa ta’ annimali li mietu jew fil-każ ta’ annimali selvaġġi, li nstabu mejta;

    (iv) 

    għadd stmat jew bijomassa ta’ annimali maqtula;

    (v) 

    għadd stmat jew bijomassa ta’ annimali mbiċċra.

    ▼M1

    15. Id-data tat-tlestija tat-tindif u d-diżinfezzjoni preliminari wara tifqigħa fl-annimali miżmuma ta’ kwalunkwe marda tal-kategorija A kif definit fl-Artikolu 1, il-punt (1), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882.

    ▼B




    ANNESS III

    INFORMAZZJONI LI TRID TIĠI PPROVDUTA GĦAR-RAPPORTAR TAL-UNJONI DWAR ID-DETEZZJONI TAL-MARD ELENKAT F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 4(3)

    1. Data tar-rapport.

    2. Perjodu ta’ rappurtar.

    3. Isem tal-pajjiż.

    4. Isem tal-marda u t-tip ta’ patoġenu, fejn ikun xieraq.

    5. Għadd ta’ tifqigħat ta’ speċijiet ta’ annimali elenkati jew ta’ gruppi ta’ speċijiet matul il-perjodu ta’ rapportar.

    6. Data tal-konferma tal-aħħar tifqigħa.




    ANNESS IV

    REĠJUNI FL-ISTATI MEMBRI GĦALL-FINI TA’ NOTIFIKA U RAPPURTAR F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 5



    ▼M1

    L-Istat Membru (1)

    Reġjuni ta’ notifika u rapportar

    ▼B

    Il-Belġju

    provinċja — provincie

    Il-Bulgarija

    област

    Iċ-Ċekja

    okres

    Id-Danimarka

    unitajiet jew muniċipalitajiet veterinarji

    Il-Ġermanja

    Kreis, Regierungsbezirk oder Bundesland

    L-Estonja

    maakond

    L-Irlanda

    kontea

    Il-Greċja

    περιφερειακή ενότητα

    Spanja

    provincia

    Franza

    département

    Il-Kroazja

    županija

    L-Italja

    provincia

    Ċipru

    επαρχία

    Il-Latvja

    novads

    Il-Litwanja

    apskritis

    Il-Lussemburgu

    il-pajjiż kollu

    L-Ungerija

    megye

    Malta

    il-pajjiż kollu

    In-Netherlands

    gemeente

    L-Awstrija

    Bezirk

    Il-Polonja

    powiat

    Il-Portugall

    il-pajjiż kontinentali: distrito

    partijiet oħra tat-territorju: região autónoma

    Ir-Rumanija

    județ

    Is-Slovenja

    območni urad

    Is-Slovakkja

    kraj

    Il-Finlandja

    maakunta/landskap

    L-Iżvezja

    kommun

    ▼M1

    ir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq)

    Divisional Veterinary Office

    ▼B

    (1)   

    F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-iskopijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għall-Istati Membri jinkludu r-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.




    ANNESS V

    INFORMAZZJONI DWAR IR-RIŻULTATI TAL-IMPLIMENTAZZJONI TA’ PROGRAMMI TA’ ERADIKAZZJONI OBBLIGATORJI U FAKULTATTIVI LI JRIDU JIĠU PPROVDUTI F’KONFORMITÀ MAL-PUNT (A) TAL-ARTIKOLU 7(2)

    TAQSIMA 1

    Riżultati tal-programmi ta’ eradikazzjoni għal mard tal-kategorija B u C ta’ annimali terrestri bbażati fuq l-għoti ta’ status ta’ ħielsa mill-mard fil-livell ta’ stabbilimenti

    Informazzjoni li trid tiġi pprovduta dwar il-programmi ta’ eradikazzjoni għal mard tal-kategoriji B u C ta’ annimali terrestri bbażati fuq l-għoti ta’ status ta’ ħielsa mill-mard fil-livell ta’ stabbilimenti:

    1. 

    Data tar-rapport.

    2. 

    Perjodu ta’ rappurtar.

    3. 

    Isem tal-pajjiż.

    4. 

    Isem tal-marda.

    5. 

    Kamp ta’ applikazzjoni territorjali (fil-każ ta’ bidla fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali f’konformità mal-punt 4 tat-Taqsima 1 tal-Anness VII).

    ▼M2

    6. 

    Informazzjoni dwar l-istabbilimenti u l-annimali kkonċernati li jinsabu fit-territorju f’konformità mal-punt 5, skont iż-żona, jekk ikun hemm aktar minn żona waħda fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm:

    (a) 

    l-għadd ta’ stabbilimenti li jżommu l-annimali mill-popolazzjoni ta’ annimali fil-mira, ħlief l-istabbilimenti li jaqgħu taħt id-deroga f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 ( 1 ) fil-31 ta’ Diċembru;

    (b) 

    l-għadd ta’ annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira li jinżammu fl-istabbilimenti msemmija fil-punt (a) fil-31 ta’ Diċembru;

    (c) 

    l-għadd ta’ stabbilimenti bi status ta’ ħelsien mill-mard, inklużi l-istabbilimenti bi status ta’ ħelsien mill-mard sospiż, bit-tilqim jew mingħajru, meta jkun rilevanti, mill-għadd ta’ stabbilimenti msemmija fil-punt (a) fil-31 ta’ Diċembru;

    (d) 

    l-għadd ta’ annimali miżmuma fl-istabbilimenti msemmija fil-punt (c);

    (e) 

    l-għadd ta’ stabbilimenti li ġew ikkonfermati li kienu infettati waqt il-perjodu ta’ rappurtar.

    ▼B

    TAQSIMA 2

    Ir-riżultati tal-programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bl-RABV

    Informazzjoni li trid tiġi pprovduta dwar il-programmi ta’ eradikazzjoni għal infezzjoni bl-RABV:

    1. 

    Data tar-rapport.

    2. 

    Perjodu ta’ rappurtar.

    3. 

    Isem tal-pajjiż.

    4. 

    Il-kamp ta’ applikazzjoni territorjali (fil-każ ta’ bidla fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali f’konformità mal-punt 3 tat-Taqsima 2 tal-Anness VII).

    5. 

    Informazzjoni dwar is-sorveljanza għal kull żona jew reġjun jekk ikun hemm aktar minn reġjun wieħed inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm, inkluż mill-inqas mapep bid-data ta’:

    (a) 

    Għadd ta’ annimali indikaturi ttestjati għal kull speċi;

    (b) 

    Għadd ta’ każijiet ikkonfermati skont l-ispeċi.

    6. 

    Informazzjoni dwar it-tilqim ta’ annimali selvaġġi, għal kull żona jew reġjun jekk ikun hemm aktar minn reġjun wieħed inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm:

    (a) 

    Għadd u dati tal-kampanji ta’ tilqim;

    (b) 

    Densità tal-lixka tal-vaċċin miksuba u, jekk id-daqs totali taż-żona tat-tilqim għal kull kampanja tat-tilqim ikun ta’ aktar minn 20 000 km2, il-mapep tad-densità tal-lixka tal-vaċċin;

    (c) 

    Fuq talba tal-Kummissjoni, fajls elettroniċi li jkun fihom:

    (i) 

    Rotot ta’ titjir irreġistrati matul id-distribuzzjoni tal-lixka tal-vaċċin;

    (ii) 

    Distribuzzjoni tal-lixka tal-vaċċin (il-ħin u l-pożizzjoni ta’ kull lixka rilaxxata) irreġistrata matul id-distribuzzjoni mill-ajru jekk id-daqs totali taż-żona tat-tilqim għal kull kampanja tat-tilqim ikun akbar minn 20 000 km2;

    (d) 

    Informazzjoni dwar il-monitoraġġ tal-effettività tat-tilqim, b’mapep bid-data ta’:

    (i) 

    għadd ta’ annimali pożittivi għat-test tal-bijomarkatur/għadd ta’ testijiet tal-bijomarkatur imwettqa;

    (ii) 

    għadd ta’ annimali li huma pożittivi għal testijiet seroloġiċi/għadd ta’ testijiet seroloġiċi mwettqa.

    TAQSIMA 3

    Riżultati tal-programmi ta’ eradikazzjoni għal infezzjoni bil-BTV

    Informazzjoni li trid tiġi pprovduta dwar il-programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-BTV:

    1. 

    Data tar-rapport.

    2. 

    Perjodu ta’ rappurtar.

    3. 

    Isem tal-pajjiż.

    4. 

    Il-kamp ta’ applikazzjoni territorjali (fil-każ ta’ bidla fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali f’konformità mal-punt 3 tat-Taqsima 3 tal-Anness VII).

    5. 

    Informazzjoni dwar is-sorveljanza fit-territorju f’konformità mal-punt 4, skont iż-żona jew ir-reġjun jekk ikun hemm aktar minn reġjun wieħed inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm:

    (a) 

    għadd ta’ stabbilimenti li jżommu annimali tal-popolazzjoni ta’ annimali fil-mira fil-31 ta’ Diċembru;

    (b) 

    għadd ta’ annimali tal-popolazzjoni tal-annimali fil-mira li jinżammu fl-istabbilimenti msemmija fil-punt (a) tal-31 ta’ Diċembru;

    (c) 

    għadd ta’ stabbilimenti li jżommu annimali tal-popolazzjoni ta’ annimali fil-mira fejn ikun sar it-tilqim kontra l-infezzjoni bil-BTV u għadd ta’ annimali mlaqqma matul il-perjodu ta’ rappurtar, skont l-ispeċi u, jekk rilevanti, skont is-serotipi tal-BTV;

    (d) 

    għadd ta’ tifqigħat skont is-serotip tal-BTV ikkonfermat matul il-perjodu ta’ rappurtar;

    (e) 

    għadd u post ta’ stabbilimenti protetti mill-vetturi, fejn ikun rilevanti;

    (f) 

    deskrizzjoni taż-żoni staġjonalment ħielsa mill-BTV u dati tal-bidu u tmiem tal-perjodu ħieles mill-vetturi, fejn ikun rilevanti.

    TAQSIMA 4

    Riżultati tal-programmi ta’ eradikazzjoni għal mard tal-kategoriji B u C tal-annimali akkwatiċi

    Informazzjoni li trid tiġi pprovduta dwar il-programmi ta’ eradikazzjoni għal mard tal-kategoriji B u C tal-annimali akkwatiċi:

    1. 

    Data tar-rapport.

    2. 

    Perjodu ta’ rappurtar.

    3. 

    Isem tal-pajjiż.

    4. 

    Isem tal-marda.

    5. 

    Il-kamp ta’ applikazzjoni territorjali (fil-każ ta’ bidla fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali f’konformità mal-punt 4 tat-Taqsima 4 tal-Anness VII).

    ▼M2

    6. 

    Informazzjoni dwar l-istabbilimenti tal-akkwakultura u l-annimali kkonċernati li jinsabu fit-territorju msemmi fil-punt 5 skont l-Istat Membru, iż-żona jew il-kompartiment:

    (a) 

    l-għadd ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura approvati u l-għadd ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura rreġistrati li jżommu annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira, u fejn ikun rilevanti, l-għadd ta’ punti ta’ kampjunar fil-popolazzjonijiet selvaġġi, li huma inklużi fil-programm ta’ eradikazzjoni, fil-31 ta’ Diċembru;

    (b) 

    l-għadd ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura, u fejn ikun rilevanti, l-għadd ta’ punti ta’ kampjunar fil-popolazzjonijiet selvaġġi, mill-għadd ta’ stabbilimenti jew mill-punti ta’ kampjunar imsemmija fil-punt (a), li mhumiex infettati fil-31 ta’ Diċembru;

    (c) 

    l-għadd ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura infettati, u fejn ikun rilevanti, l-għadd ta’ punti ta’ kampjunar fil-popolazzjonijiet selvaġġi b’każ(ijiet) ikkonfermat(i) mill-għadd ta’ stabbilimenti u mill-punti ta’ kampjunar imsemmija fil-punt (a) fil-31 ta’ Diċembru;

    (d) 

    l-għadd ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura infettati ġodda, u fejn ikun rilevanti, l-għadd ta’ punti ta’ kampjunar fil-popolazzjonijiet selvaġġi, b’każ(ijiet) ikkonfermat(i) mill-għadd ta’ stabbilimenti u punti ta’ kampjunar imsemmija fil-punt (a) fil-31 ta’ Diċembru.

    ▼B




    ANNESS VI

    ▼M2

    INFORMAZZJONI LI TRID TIĠI INKLUŻA FL-APPLIKAZZJONIJIET GĦAR-RIKONOXXIMENT TAL-ISTATUS TA’ ĦELSIEN MILL-MARD TAL-ISTATI MEMBRI JEW TA’ ŻONI RIGWARD IL-MARD TA’ ANNIMALI TERRESTRI U AKKWATIĊI, U FL-APPLIKAZZJONIJET GĦAR-RIKONOXXIMENT TAL-ISTATUS TA’ ĦELSIEN MILL-MARD TA’ KOMPARTIMENTI FIR-RIGWARD TA’ MARD TAL-ANNIMALI AKKWATIĊI, F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 11

    ▼B

    TAQSIMA 1

    Konformità mal-kriterji ġenerali

    Informazzjoni ġenerali li trid tiġi inkluża fl-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent ta’ status ta’ ħielsa mill-mard:

    1. 

    Data tal-applikazzjoni.

    2. 

    Isem tal-pajjiż.

    3. 

    Isem tal-marda.

    4. 

    Kamp ta’ applikazzjoni territorjali fir-rigward tar-rikonoxximent ta’ status ta’ ħielsa mill-mard.

    5. 

    Dikjarazzjoni li tikkonferma l-konformità mal-kriterji ġenerali rilevanti f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 66 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 għall-Istati Membri jew għaż-żoni, jew mal-punt (a) tal-Artikolu 73(1) ta’ dan ir-Regolament Delegat għall-kompartimenti akkwatiċi.

    TAQSIMA 2

    Status ta’ ħielsa mill-mard ibbażat fuq in-nuqqas ta’ speċijiet elenkati

    Informazzjoni li trid tiġi inkluża fl-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent ta’ status ta’ ħielsa mill-mard ibbażat fuq in-nuqqas ta’ speċijiet elenkati:

    Dokumentazzjoni f’konformità mal-Artikoli 67(2) jew 74(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689.

    TAQSIMA 3

    Status ta’ ħielsa mill-mard ibbażat fuq l-inkapaċità tal-aġent tal-marda li jgħix

    Informazzjoni li trid tiġi inkluża fl-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent ta’ status ta’ ħielsa mill-mard ibbażat fuq l-inkapaċità tal-aġent tal-marda li jgħix:

    Dokumentazzjoni f’konformità mal-Artikoli 68(2) jew 75(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689.

    TAQSIMA 4

    Status ta’ ħielsa mill-mard ibbażat fuq l-inkapaċità ta’ sopravivenza ta’ vetturi elenkati għal mard elenkat ta’ annimali terrestri

    Informazzjoni li trid tiġi inkluża fl-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent ta’ status ta’ ħielsa mill-mard ibbażat fuq l-inkapaċità ta’ sopravivenza ta’ vetturi elenkati għal mard elenkat ta’ annimali terrestri:

    Dokumentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 69(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689.

    TAQSIMA 5

    Status ta’ ħielsa mill-mard ibbażat fuq data storika u ta’ sorveljanza

    1. Informazzjoni li trid tiġi inkluża mill-awtorità kompetenti fl-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent ta’ status ta’ ħielsa mill-mard ibbażat fuq data storika u ta’ sorveljanza, dment li l-marda qatt ma tkun ġiet irrapportata fit-territorju kkonċernat jew tkun ġiet eradikata u ma ġietx irrapportata għal mill-inqas 25 sena qabel l-applikazzjoni għar-rikonoxximent ta’ status ta’ ħielsa mill-mard f’dan it-territorju:

    (a) 

    jekk jintalab ir-rikonoxximent tal-istatus ħielsa mill-infestazzjoni b’Varroa spp.:

    evidenza dokumentata dwar l-issodisfar tar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a) sa (f) tat-Taqsima 1 tal-Parti III tal-Anness V tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689;

    (b) 

    jekk jintalab ir-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħielsa mill-infezzjoni b’Bonamia exitiosa:

    (i) 

    ir-riżultati ta’ stħarriġ li jkun sar għal mill-inqas sena fl-istabbilimenti jew fil-gruppi kollha ta’ stabbilimenti li jżommu speċijiet elenkati fi ħdan l-Istat Membru, żona jew kompartiment, u fejn ikun meħtieġ, punti ta’ kampjunar fil-popolazzjonijiet selvaġġi. Dawn iridu jkunu ġew ittestjati bl-użu ta’ daqs ta’ kampjun li jippermetti li tiġi identifikata infezzjoni bil-Bonamia exitiosa b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 %, jekk l-aġent tal-marda jkun preżenti fil-popolazzjoni b’rata ta’ prevalenza ta’ 2 %;

    (ii) 

    miżuri applikati għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni tal-Bonamia exitiosa fit-territorju kkonċernat;

    (iii) 

    miżuri ta’ kontroll tal-mard applikati f’każ ta’ tifqigħa;

    (c) 

    jekk jintalab rikonoxximent tal-istatus ta’ ħielsa mill-infezzjoni bid-WSSV:

    (i) 

    ir-riżultati ta’ stħarriġ li jkun sar għal mill-inqas sena fl-istabbilimenti jew fil-gruppi kollha ta’ stabbilimenti li jżommu speċijiet elenkati fi ħdan l-Istat Membru, żona jew kompartiment, u fejn ikun meħtieġ, punti ta’ kampjunar fil-popolazzjonijiet selvaġġi. Dawn għandhom ikunu ġew ittestjati bl-użu ta’ daqs ta’ kampjun li jippermetti d-detezzjoni ta’ infezzjoni bid-WSSV b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 %, jekk l-aġent tal-marda jkun preżenti fil-popolazzjoni b’rata ta’ prevalenza ta’ 2 %;

    (ii) 

    miżuri applikati għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni tad-WSSV fit-territorju kkonċernat;

    (iii) 

    miżuri ta’ kontroll tal-mard applikati f’każ ta’ tifqigħa.

    2. Informazzjoni li tkopri mill-inqas l-10 snin ta’ qabel li trid tiġi inkluża fl-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħielsa mill-BVD ibbażat fuq data storika u ta’ sorveljanza, meta ġiet irrappurtata f’dawn l-aħħar 25 sena u ġiet eradikata mit-territorju kkonċernat:

    (a) 

    l-għadd ta’ stabbilimenti li jżommu l-annimali bovini skont l-istat tas-saħħa ( 2 ) u l-għadd ta’ annimali bovini li jinżammu f’dawn l-istabbilimenti fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena;

    (b) 

    strateġija/reġimi tal-ittestjar u metodi dijanjostiċi użati biex jiddeterminaw l-istatus tal-BVD tal-istabbilimenti li jżommu l-annimali bovini (infettati, mhux infettati);

    (c) 

    strateġija/reġimi ta’ ttestjar u metodi dijanjostiċi użati biex jagħtu prova taż-żamma tal-istatus ta’ stabbilimenti mhux infettati li jżommu l-annimali bovini;

    (d) 

    miżuri għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni tal-virus BVD fit-territorju kkonċernat;

    (e) 

    miżuri ta’ kontroll tal-mard applikati f’każ ta’ tifqigħa;

    (f) 

    l-għadd ta’ tifqigħat kull sena;

    (g) 

    l-għadd ta’ każijiet ikkonfermati matul it-18-il xahar ta’ qabel;

    (h) 

    l-istorja tat-tilqim u d-data tal-projbizzjoni tat-tilqim kontra l-BVD għal annimali bovini miżmuma.

    3. Informazzjoni li trid tiġi inkluża fl-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent ta’ status ta’ ħielsa mill-mard ibbażat fuq data storika u ta’ sorveljanza jekk jintalab rikonoxximent tal-istatus ta’ ħielsa minn infezzjoni tal-virus tal-marda ta’ Newcastle mingħajr tilqim:

    evidenza dokumentata dwar l-issodisfar tar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a) sa (e) tat-Taqsima 1 tal-Parti IV tal-Anness V tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689.

    TAQSIMA 6

    Status ta’ ħielsa mill-mard ibbażat fuq programmi ta’ eradikazzjoni

    Informazzjoni li trid tiġi inkluża fl-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent ta’ status ta’ ħielsa mill-mard ibbażat fuq programmi ta’ eradikazzjoni, skont is-sena kalendarja:

    ▼M2

    1. 

    fil-każ ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fir-rigward ta’ annimali bovini miżmuma, skont iż-żona, jekk ikun hemm aktar minn żona waħda li tkun inkluża fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm:

    (a) 

    l-għadd ta’ stabbilimenti li jżommu l-annimali bovini, ħlief l-istabbilimenti li jaqgħu taħt id-deroga f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;

    (b) 

    l-għadd ta’ annimali bovini miżmuma fl-istabbilimenti msemmija fil-punt (a) fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;

    (c) 

    l-għadd ta’ stabbilimenti li jżommu l-annimali bovini bl-istatus ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis mingħajr tilqim, inklużi l-istabbilimenti bi status ta’ ħelsien mill-mard sospiż fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;

    (d) 

    l-għadd ta’ annimali bovini miżmuma fl-istabbilimenti msemmija fil-punt (c) fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;

    (e) 

    l-għadd ta’ stabbilimenti li jżommu l-annimali bovini ttestjati b’test seroloġiku għall-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis kull sena fl-aħħar tliet snin;

    (f) 

    l-għadd ta’ stabbilimenti fejn hemm suspett wara l-ittestjar imsemmi fil-punt (e) kull sena fl-aħħar tliet snin;

    (g) 

    l-għadd ta’ każijiet ta’ abort minn annimali bovini miżmuma li setgħu ġew ikkawżati minn infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis investigati kull sena għall-aħħar tliet snin;

    (h) 

    id-data tal-aħħar każ ikkonfermat ta’ infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis f’annimali bovini miżmuma;

    (i) 

    id-data tal-aħħar tilqima kontra l-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis ta’ annimali bovini miżmuma;

    2. 

    fil-każ ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fir-rigward ta’ annimali ovini u kaprini miżmuma, skont iż-żona, jekk ikun hemm aktar minn żona waħda inkluża fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm:

    (a) 

    l-għadd ta’ stabbilimenti li jżommu l-annimali ovini jew kaprini, ħlief l-istabbilimenti li jaqgħu taħt id-deroga f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 fil-31 ta’ Diċembru fl-aħħar tliet snin;

    (b) 

    l-għadd ta’ annimali ovini u kaprini miżmuma fl-istabbilimenti msemmija fil-punt (a) fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;

    (c) 

    l-għadd ta’ stabbilimenti li jżommu l-annimali ovini jew kaprini bl-istatus ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis mingħajr tilqim, inklużi l-istabbilimenti bi status ta’ ħelsien mill-mard sospiż fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;

    (d) 

    l-għadd ta’ annimali ovini u kaprini miżmuma fl-istabbilimenti msemmija fil-punt (c) fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;

    (e) 

    l-għadd ta’ stabbilimenti li jżommu l-annimali ovini jew kaprini li ġew ittestjati għall-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis kull sena fl-aħħar tliet snin;

    (f) 

    l-għadd ta’ stabbilimenti fejn hemm suspett wara l-ittestjar imsemmi fil-punt (e) kull sena fl-aħħar tliet snin;

    (g) 

    l-għadd ta’ każijiet ta’ abort ta’ annimali ovini jew kaprini li setgħu ġew ikkawżati mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis li ġew investigati kull sena fl-aħħar tliet snin;

    (h) 

    id-data tal-aħħar każ ikkonfermat ta’ infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis ta’ annimali ovini jew kaprini miżmuma;

    (i) 

    id-data tal-aħħar tilqima kontra l-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis ta’ annimali ovini jew kaprini miżmuma;

    3. 

    fil-każ ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bl-MTBC, skont iż-żona, jekk ikun hemm aktar minn żona waħda inkluża fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm:

    (a) 

    l-għadd ta’ stabbilimenti li jżommu l-annimali bovini, ħlief l-istabbilimenti li jaqgħu taħt id-deroga f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;

    (b) 

    l-għadd ta’ annimali bovini miżmuma fl-istabbilimenti msemmija fil-punt (a) fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;

    (c) 

    l-għadd ta’ stabbilimenti li jżommu l-annimali bovini bl-istatus ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-MTBC inkluż l-istabbilimenti bi status ta’ ħelsien mill-mard sospiż fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;

    (d) 

    l-għadd ta’ annimali bovini miżmuma fl-istabbilimenti msemmija fil-punt (c) fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;

    (e) 

    l-għadd ta’ stabbilimenti li jżommu l-annimali bovini ttestjati għall-MTBC kull sena fl-aħħar tliet snin;

    (f) 

    l-għadd ta’ stabbilimenti fejn hemm suspett wara l-ittestjar imsemmi fil-punt (e) kull sena fl-aħħar tliet snin;

    (g) 

    l-għadd ta’ annimali bovini mbiċċra, li jippreżentaw feriti li hu ssuspettat li huma kkawżati mill-infezzjoni bl-MTBC, li jkunu ġew investigati kull sena fl-aħħar tliet snin;

    (h) 

    l-għadd ta’ stabbilimenti li ġew ikkonfermati li kienu infettati bl-MTBC kull sena fl-aħħar tliet snin;

    4. 

    fil-każ ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għall-EBL, skont iż-żona, jekk ikun hemm aktar minn żona waħda inkluża fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm:

    (a) 

    l-għadd ta’ stabbilimenti li jżommu l-annimali bovini, ħlief l-istabbilimenti li jaqgħu taħt id-deroga f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;

    (b) 

    l-għadd ta’ annimali bovini miżmuma fl-istabbilimenti msemmija fil-punt (a) fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;

    (c) 

    l-għadd ta’ stabbilimenti li jżommu l-annimali bovini bl-istatus ta’ ħelsien mill-EBL inklużi l-istabbilimenti bi status ta’ ħelsien mill-mard sospiż fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;

    (d) 

    l-għadd ta’ annimali bovini miżmuma fl-istabbilimenti msemmija fil-punt (c) fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;

    (e) 

    l-għadd ta’ stabbilimenti li jżommu l-annimali bovini ttestjati għall-EBL kull sena fl-aħħar tliet snin;

    (f) 

    l-għadd ta’ stabbilimenti fejn hemm suspett wara l-ittestjar imsemmi fil-punt (e) kull sena fl-aħħar tliet snin;

    (g) 

    l-għadd ta’ kampjuni minn annimali bovini li meta tbiċċru kellhom aktar minn 24 xahar, u kellhom tumuri li setgħu kienu kkawżati mill-EBL u li ġew eżaminati fil-laboratorju biex tiġi kkonfermata jew eskluża l-preżenza tal-EBL kull sena fl-aħħar tliet snin;

    (h) 

    l-għadd ta’ stabbilimenti li ġie kkonfermat li kienu infettati bl-EBL, kull sena fl-aħħar tliet snin;

    5. 

    fil-każ ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għall-IBR/IPV, skont iż-żona, jekk ikun hemm aktar minn żona waħda inkluża fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm:

    (a) 

    l-għadd ta’ stabbilimenti li jżommu l-annimali bovini, ħlief l-istabbilimenti li jaqgħu taħt id-deroga f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;

    (b) 

    l-għadd ta’ annimali bovini miżmuma fl-istabbilimenti msemmija fil-punt (a) fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;

    (c) 

    l-għadd ta’ stabbilimenti bl-istatus ta’ ħelsien mill-IBR/IPV inklużi l-istabbilimenti bi status ta’ ħelsien mill-mard sospiż fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;

    (d) 

    l-għadd ta’ annimali bovini miżmuma fl-istabbilimenti msemmija fil-punt (c) fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;

    (e) 

    l-għadd ta’ stabbilimenti ttestjati għall-IBR/IPV kull sena fl-aħħar tliet snin;

    (f) 

    l-għadd ta’ stabbilimenti fejn hemm suspett wara l-ittestjar imsemmi fil-punt (e) kull sena fl-aħħar tliet snin;

    (g) 

    l-għadd ta’ stabbilimenti kkonfermati infettati bl-IBR/IPV kull sena fl-aħħar tliet snin;

    (h) 

    id-data tal-projbizzjoni tat-tilqim kontra l-IBR/IPV tal-annimali bovini miżmuma;

    6. 

    fil-każ ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bl-ADV, skont iż-żona, jekk ikun hemm aktar minn żona waħda inkluża fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm:

    (a) 

    l-għadd ta’ stabbilimenti li jżommu l-annimali porċini, ħlief l-istabbilimenti li jaqgħu taħt id-deroga f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;

    (b) 

    l-għadd ta’ annimali porċini miżmuma fl-istabbilimenti msemmija fil-punt (a) fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;

    (c) 

    l-għadd ta’ stabbilimenti bi status ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ADV, inklużi l-istabbilimenti bi status ta’ ħelsien mill-mard sospiż fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;

    (d) 

    l-għadd ta’ annimali porċini miżmuma fl-istabbilimenti msemmija fil-punt (c) fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;

    (e) 

    l-għadd ta’ stabbilimenti fejn tkun twettqet sorveljanza biex tiġi skoperta kull evidenza klinika, viroloġika jew seroloġika ta’ infezzjoni bl-ADV kull sena fl-aħħar tliet snin;

    (f) 

    l-għadd ta’ annimali porċini ttestjati fl-istabbilimenti msemmija fil-punt (e) kull sena fl-aħħar tliet snin;

    (g) 

    l-għadd ta’ stabbilimenti li ġie kkonfermat li kienu infettati bil-ADV kull sena fl-aħħar tliet snin;

    (h) 

    id-data tal-projbizzjoni tat-tilqim kontra l-ADV tal-annimali porċini miżmuma;

    7. 

    fil-każ ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għall-BVD, skont iż-żona, jekk ikun hemm aktar minn żona waħda inkluża fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm:

    (a) 

    l-għadd ta’ stabbilimenti li jżommu l-annimali bovini, ħlief l-istabbilimenti li jaqgħu taħt id-deroga f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;

    (b) 

    l-għadd ta’ annimali bovini miżmuma fl-istabbilimenti msemmija fil-punt (a) fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;

    (c) 

    l-għadd ta’ stabbilimenti bl-istatus ta’ ħelsien mill-BVD inklużi l-istabbilimenti bi status ta’ ħelsien mill-mard sospiż fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;

    (d) 

    l-għadd ta’ annimali bovini miżmuma fl-istabbilimenti msemmija fil-punt (c) fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena fl-aħħar tliet snin;

    (e) 

    l-għadd ta’ stabbilimenti ttestjati għall-BVD kull sena fl-aħħar tliet snin;

    (f) 

    l-għadd ta’ stabbilimenti fejn hemm suspett wara l-ittestjar imsemmi fil-punt (e) kull sena fl-aħħar tliet snin;

    (g) 

    l-għadd ta’ stabbilimenti li ġie kkonfermat li kienu infettati bil-BVD kull sena fl-aħħar tliet snin;

    (h) 

    id-data tal-projbizzjoni tat-tilqim kontra l-BVD tal-annimali bovini miżmuma.

    ▼B

    8. 

    fil-każ ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għal infezzjoni bl-RABV, skont iż-żona jew ir-reġjun, jekk aktar minn reġjun wieħed ikun inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm, informazzjoni dwar:

    (a) 

    is-sorveljanza, inkluż tal-anqas mapep bid-data ta’:

    (i) 

    annimali indikaturi ttestjati għal kull speċi;

    (ii) 

    każijiet ikkonfermati skont l-ispeċi;

    (b) 

    it-tilqim ta’ annimali selvaġġi:

    (i) 

    l-għadd u d-dati tal-kampanji ta’ tilqim;

    (ii) 

    id-densità tal-lixka tal-vaċċin miksuba għal kull żona jew reġjun u, jekk id-daqs totali taż-żona tat-tilqim għal kull kampanja ta’ tilqim ikun ta’ aktar minn 20 000 km2, il-mapep tad-densità tal-lixka tal-vaċċin;

    (iii) 

    fuq talba tal-Kummissjoni, fajls elettroniċi bi:

    — 
    rotot ta’ titjir irreġistrati matul id-distribuzzjoni tal-lixka tal-vaċċin;
    — 
    id-distribuzzjoni tal-lixka tal-vaċċin: il-ħin u l-pożizzjoni ta’ kull lixka rilaxxata matul id-distribuzzjoni mill-ajru jekk id-daqs totali taż-żona tat-tilqim għal kull kampanja ta’ tilqim ikun akbar minn 20 000 km2;
    (iv) 

    il-monitoraġġ tal-effettività tat-tilqim, b’mapep bid-data ta’:

    — 
    għadd ta’ annimali pożittivi għat-test tal-bijomarkatur/għadd ta’ testijiet tal-bijomarkatur imwettqa;
    — 
    l-għadd ta’ annimali li huma pożittivi għat-testijiet seroloġiċi/l-għadd ta’ testijiet seroloġiċi;
    (v) 

    l-għadd u r-riżultati tat-titrazzjoni tat-testijiet tal-lixka tal-vaċċin li jkunu saru;

    (c) 

    l-għadd ta’ każijiet ikkonfermati li għalihom ma kienx hemm infezzjoni bl-RABV fit-territorju kkonċernat (każijiet importati);

    (d) 

    jekk ikunu ġew identifikati rabtiet epidemjoloġiċi fil-każijiet imsemmija fil-punt (c), ir-riżultati tas-sorveljanza miżjuda mwettqa fuq perjodu ta’ sitt xhur wara l-mewt tal-annimal ikkonċernat, fejn ikun rilevanti.

    9. 

    fil-każ ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bl-BTV:

    (a) 

    kamp ta’ applikazzjoni territorjali b’mappa u deskrizzjoni u demarkazzjoni taż-żoni ġeografiċi u amministrattivi koperti mill-programm ta’ eradikazzjoni u l-ismijiet taż-żoni u tar-reġjuni, jekk aktar minn reġjun wieħed ikun inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm; fejn ikun rilevanti, ir-raġunijiet għall-applikazzjoni tad-deroga prevista fl-Artikolu 37(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 u l-evoluzzjoni taż-żona matul il-programm;

    (b) 

    l-għadd ta’ stabbilimenti li jżommu annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira fil-31 ta’ Diċembru;

    (c) 

    l-għadd ta’ annimali tal-popolazzjoni tal-annimali fil-mira li jinżammu fl-istabbilimenti msemmija fil-punt (b) fil-31 ta’ Diċembru;

    (d) 

    l-iskemi ta’ kampjunar implimentati kull sena: l-unità ta’ mmappjar u l-kriterji tal-għażla implimentati, il-frekwenza tal-ittestjar, l-għadd ta’ testijiet, it-tip ta’ metodi dijanjostiċi u r-riżultati;

    (e) 

    l-għadd ta’ każijiet ikkonfermati skont iż-żona, l-ispeċi, is-sena/xhur u s-serotip(i) tal-BTV;

    (f) 

    l-għadd ta’ annimali mlaqqma skont is-sena, l-ispeċi u s-serotip(i) tal-BTV;

    (g) 

    id-derogi għall-movimenti mogħtija, l-għadd ta’ annimali kkonċernati u, fejn ikun rilevanti, l-adattament tas-sorveljanza implimentata;

    (h) 

    il-miżuri kkoordinati ma’ Stati Membri oħra jew ma’ pajjiżi terzi, fejn ikun rilevanti, u l-adattament tas-sorveljanza għal sorsi esterni ta’ infezzjoni bil-BTV.

    ▼M2

    10. 

    fil-każ ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għall-mard tal-kategoriji B u C tal-annimali akkwatiċi, agħti l-informazzjoni li ġejja għal kull sena tal-programm, skont l-Istat Membru, iż-żona jew il-kompartiment, skont ir-rilevanza għall-kamp ta’ applikazzjoni territorjali:

    (a) 

    l-għadd ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura approvati, u fejn ikun rilevanti, l-għadd ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura rreġistrati li jżommu annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira u l-għadd ta’ punti ta’ kampjunar fil-popolazzjonijiet selvaġġi, li huma inklużi fil-programm ta’ eradikazzjoni, kif ukoll mapep li juru l-post fejn jinsabu l-istabbilimenti u l-punti ta’ kampjunar fil-popolazzjonijiet selvaġġi;

    (b) 

    l-għadd ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura u, fejn ikun rilevanti, l-għadd ta’ punti ta’ kampjunar fil-popolazzjonijiet selvaġġi, mill-għadd ta’ stabbilimenti u punti ta’ kampjunar imsemmija fil-punt (a), li mhumiex infettati;

    (c) 

    l-għadd ta’ żjarat tas-saħħa tal-annimali għal kull stabbiliment tal-akkwakultura approvat u fejn ikun rilevanti, għal kull stabbiliment tal-akkwakultura rreġistrat;

    (d) 

    l-għadd ta’ drabi li ttieħdu l-kampjuni għal kull stabbiliment tal-akkwakultura approvat u fejn ikun rilevanti, għal kull stabbiliment tal-akkwakultura rreġistrat u għal kull punt ta’ kampjunar fil-popolazzjonijiet selvaġġi, kif ukoll id-dettalji tal-ispeċijiet, ir-riżultati tal-kampjunar (pożittiv/negattiv) u t-temperatura tal-ilma fil-ħin tal-kampjunar;

    (e) 

    l-għadd ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura infettati u, fejn ikun rilevanti, l-għadd ta’ punti ta’ kampjunar fil-popolazzjonijiet selvaġġi b’każ(ijiet) ikkonfermat(i) mill-għadd ta’ stabbilimenti msemmija fil-punt (a);

    (f) 

    l-għadd ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura infettati ġodda u, fejn ikun rilevanti, l-għadd ta’ punti ta’ kampjunar fil-popolazzjonijiet selvaġġi b’każ(ijiet) ikkonfermat(i) mill-għadd ta’ stabbilimenti msemmija fil-punt (a).

    ▼B




    ANNESS VII

    INFORMAZZJONI MEĦTIEĠA GĦAS-SOTTOMISSJONI TA’ PROGRAMMI TA’ ERADIKAZZJONI F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 10

    TAQSIMA 1

    Sottomissjoni ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għal mard tal-kategoriji B u C ta’ annimali terrestri bbażati fuq l-għoti ta’ status ta’ ħielsa mill-mard fil-livell ta’ stabbilimenti

    Informazzjoni li trid tiġi inkluża fil-programmi ta’ eradikazzjoni għal mard tal-kategoriji B u C ta’ annimali terrestri bbażati fuq l-għoti ta’ status ta’ ħielsa mill-mard fil-livell ta’ stabbilimenti:

    1. 

    Data tas-sottomissjoni.

    2. 

    Isem tal-pajjiż.

    3. 

    Isem tal-marda.

    4. 

    Kamp ta’ applikazzjoni territorjali b’deskrizzjoni u demarkazzjoni taż-żoni ġeografiċi u amministrattivi koperti mill-programm ta’ eradikazzjoni u l-ismijiet taż-żoni u tar-reġjuni, jekk aktar minn reġjun wieħed ikun inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm.

    5. 

    Deskrizzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika għal kull żona jew reġjun, jekk aktar minn reġjun wieħed ikun inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm:

    (a) 

    l-għadd ta’ stabbilimenti li jżommu annimali tal-popolazzjoni tal-annimali fil-mira skont l-istatus tas-saħħa ( 3 ) ħlief stabbilimenti li jaqgħu taħt id-deroga msemmija fil-punt (6)(f) fil-31 ta’ Diċembru;

    (b) 

    l-għadd ta’ annimali tal-popolazzjoni tal-annimali fil-mira li jinżammu fl-istabbilimenti msemmija fil-punt (a) skont l-istatus tas-saħħa;

    (c) 

    mapep li jindikaw id-densità tal-popolazzjoni tal-annimali fil-mira msemmija fil-punt (b) skont l-istatus tas-saħħa;

    (d) 

    skeda ta’ żmien bi prevalenza, data ta’ inċidenza u, fejn rilevanti, storja ta’ tilqim li tkopri mill-inqas l-aħħar ħames snin; u

    (e) 

    informazzjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika f’popolazzjonijiet addizzjonali tal-annimali, fejn ikun rilevanti.

    6. 

    Deskrizzjoni tal-istrateġija ta’ kontroll tal-mard tal-programm ta’ eradikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689, inkluż mill-inqas:

    (a) 

    l-iskemi ta’ kampjunar u l-metodi dijanjostiċi li jridu jintużaw f’konformità mal-Anness IV tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689:

    (i) 

    għall-għoti ta’ status ta’ ħielsa mill-mard lil stabbilimenti u ż-żamma ta’ dan l-istatus;

    (ii) 

    biex tiġi kkonfermata jew eskluża l-marda fil-każ ta’ każ suspettat;

    (b) 

    il-miżuri ta’ kontroll tal-mard li jridu jiġu applikati fil-każ ta’ każ ikkonfermat;

    (c) 

    il-miżuri ta’ bijosigurtà u mitigazzjoni tar-riskji li jridu jiġu implimentati;

    (d) 

    it-tip ta’ vaċċin(i) li jrid(u) jintuża(w) u l-iskema ta’ tilqim, jekk ikun rilevanti;

    (e) 

    il-miżuri li jridu jiġu implimentati fir-rigward tal-popolazzjonijiet addizzjonali tal-annimali, jekk ikun rilevanti;

    (f) 

    id-derogi li jridu jiġu applikati f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689, jekk ikun rilevanti;

    (g) 

    il-miżuri kkoordinati ma’ Stati Membri oħra jew ma’ pajjiżi terzi, jekk ikun rilevanti.

    7. 

    Deskrizzjoni tal-organizzazzjoni, tas-superviżjoni u tar-rwoli tal-partijiet involuti fil-programm ta’ eradikazzjoni inkluż mill-inqas:

    (a) 

    l-awtoritajiet responsabbli mill-koordinazzjoni u mis-superviżjoni tal-implimentazzjoni tal-programm;

    (b) 

    ir-responsabbiltajiet tal-partijiet ikkonċernati kollha involuti.

    8. 

    It-tul ta’ żmien stmat tal-programm ta’ eradikazzjoni.

    ▼M2

    9. 

    Il-miri intermedji tal-programm ta’ eradikazzjoni b’rabta mal-kriterji speċifiċi għall-marda biex jinkiseb l-istatus ta’ ħelsien mill-mard, inklużi mill-inqas:

    (a) 

    it-tnaqqis annwali mistenni fl-għadd ta’ stabbilimenti infettati;

    (b) 

    iż-żieda annwali mistennija fl-għadd ta’ stabbilimenti ħielsa mill-mard.

    ▼B

    TAQSIMA 2

    Sottomissjoni ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għal infezzjoni bl-RABV

    Informazzjoni li trid tiġi inkluża fil-programmi ta’ eradikazzjoni għal infezzjoni bl-RABV:

    1. 

    Data tas-sottomissjoni.

    2. 

    Isem tal-pajjiż.

    3. 

    Kamp ta’ applikazzjoni territorjali b’deskrizzjoni u demarkazzjoni taż-żoni ġeografiċi u amministrattivi koperti mill-programm ta’ eradikazzjoni u ismijiet taż-żoni u tar-reġjuni, jekk aktar minn reġjun wieħed ikun inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm.

    4. 

    Deskrizzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika matul mill-anqas l-aħħar ħames snin, inkluż:

    (a) 

    l-għadd ta’ każijiet ikkonfermati skont l-ispeċijiet ta’ annimali elenkati;

    (b) 

    mapep li jindikaw id-distribuzzjoni ta’ każijiet ikkonfermati msemmija fil-punt (a) fis-sena;

    (c) 

    strateġija ta’ kontroll tal-mard u r-riżultati ta’ miżuri ta’ kontroll.

    5. 

    Deskrizzjoni tal-istrateġija ta’ kontroll tal-mard tal-programm ta’ eradikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 32 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689:

    (a) 

    is-sorveljanza, inkluż mill-inqas:

    (i) 

    il-popolazzjoni tal-annimali fil-mira;

    (ii) 

    l-iskemi ta’ kampjunar u dettalji dwar il-ġbir ta’ annimali mejtin;

    (iii) 

    il-metodi dijanjostiċi;

    (b) 

    jekk ikun rilevanti, it-tilqim, inkluż mill-inqas:

    (i) 

    it-tilqim ta’ annimali miżmuma fil-qafas tal-programm ta’ eradikazzjoni;

    — 
    it-tip ta’ vaċċin(i) li jrid(u) jintuża(w);
    — 
    il-popolazzjoni fil-mira;
    (ii) 

    it-tilqim ta’ annimali selvaġġi:

    — 
    definizzjoni/demarkazzjoni taż-żona tat-tilqim;
    — 
    il-frekwenza u d-dati mistennija tal-kampanji ta’ tilqim;
    — 
    il-lixka(i) tal-vaċċin li trid/jridu tintuża(jintużaw);
    — 
    il-metodu ta’ distribuzzjoni tal-lixka tal-vaċċin u d-densità mfassla tal-lixka tal-vaċċin;
    — 
    deskrizzjoni tal-metodi li jridu jintużaw biex tiġi vvalutata d-distribuzzjoni korretta tal-lixka tal-vaċċin;
    — 
    deskrizzjoni tal-istrateġija għall-monitoraġġ tal-effettività tat-tilqima fir-rigward tas-seroloġija u l-użu tal-lixka tal-vaċċin fil-popolazzjoni tal-annimali fil-mira, l-iskemi ta’ kampjunar, b’dettalji dwar il-ġbir ta’ annimali mejta, u metodi dijanjostiċi;
    — 
    deskrizzjoni tal-miżuri biex jiżguraw iż-żamma tal-kwalità tal-lixka tal-vaċċin qabel ma titqassam b’mod partikolari fir-rigward tat-titrazzjoni tal-lixki tal-vaċċin u l-kontrolli tal-katina ta’ tkessiħ;
    — 
    it-tilqim ta’ klieb li jiġru fit-toroq bit-tip ta’ vaċċin(i) li jrid/jridu jintuża(w) u l-popolazzjoni fil-mira;
    (c) 

    il-miżuri ta’ kontroll tal-mard li jridu jiġu applikati fil-każ ta’ każ ikkonfermat;

    (d) 

    il-kampanji ta’ informazzjoni pubblika li jridu jiġu implimentati;

    (e) 

    il-miżuri li jridu jiġu implimentati biex jitnaqqas il-kuntatt ma’ annimali infettati;

    (f) 

    il-miżuri kkoordinati ma’ Stati Membri oħra jew ma’ pajjiżi terzi, fejn ikun rilevanti.

    6. 

    Deskrizzjoni tal-organizzazzjoni, tas-superviżjoni u tar-rwoli tal-partijiet involuti fil-programm ta’ eradikazzjoni inkluż mill-inqas:

    (a) 

    l-awtoritajiet responsabbli mill-koordinazzjoni u mis-superviżjoni tal-implimentazzjoni tal-programm;

    (b) 

    ir-responsabbiltajiet tal-partijiet ikkonċernati kollha involuti.

    7. 

    It-tul ta’ żmien stmat tal-programm ta’ eradikazzjoni.

    8. 

    Il-miri intermedji tal-programm ta’ eradikazzjoni li jinkludu mill-inqas:

    (a) 

    it-tnaqqis annwali mistenni fl-għadd ta’ tifqigħat;

    (b) 

    l-għadd mistenni ta’ tifqigħat ikkonfermati f’żoni b’tifqigħat matul is-sena ta’ qabel;

    (c) 

    il-perċentwal mistenni ta’ serokonverżjoni f’popolazzjonijiet tal-annimali fil-mira;

    (d) 

    il-perċentwal mistenni tat-teħid tal-vaċċin fl-annimali tal-ispeċijiet fil-mira.

    TAQSIMA 3

    Sottomissjoni ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għal infezzjoni bil-BTV

    Informazzjoni li trid tiġi inkluża fil-programmi ta’ eradikazzjoni għal infezzjoni bil-BTV:

    1. 

    Data tas-sottomissjoni.

    2. 

    Isem tal-pajjiż.

    3. 

    Kamp ta’ applikazzjoni territorjali b’deskrizzjoni u demarkazzjoni taż-żoni ġeografiċi u amministrattivi koperti mill-programm ta’ eradikazzjoni u l-ismijiet taż-żoni u tar-reġjuni, jekk aktar minn reġjun wieħed ikun inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm: u r-raġunijiet għall-applikazzjoni tad-deroga prevista fl-Artikolu 37(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689, fejn ikun rilevanti.

    4. 

    Deskrizzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika għal kull żona jew reġjun, jekk aktar minn reġjun wieħed ikun inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm:

    (a) 

    l-għadd ta’ stabbilimenti li jżommu annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira fil-31 ta’ Diċembru;

    (b) 

    l-għadd ta’ annimali tal-popolazzjoni tal-annimali fil-mira li jinżammu fl-istabbilimenti msemmija fil-punt (a);

    (c) 

    mapep li jindikaw:

    (i) 

    id-densità tal-popolazzjoni tal-annimali fil-mira msemmija fil-punt (b); u

    (ii) 

    id-distribuzzjoni ġeografika ta’ każijiet ta’ infezzjoni bil-BTV skont is-serotipi li jkopru mill-inqas l-aħħar ħames snin;

    (d) 

    skeda ta’ żmien bi prevalenza, data ta’ inċidenza u, fejn rilevanti, storja ta’ tilqim li tkopri mill-inqas l-aħħar ħames snin;

    (e) 

    ir-riżultati tas-sorveljanza tal-vetturi li mill-inqas ikopru l-ħames snin li għaddew;

    (f) 

    informazzjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika f’popolazzjonijiet addizzjonali tal-annimali, fejn ikun rilevanti.

    5. 

    Deskrizzjoni tal-istrateġija ta’ kontroll tal-mard tal-programm ta’ eradikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 inkluż mill-inqas:

    (a) 

    id-dettalji tas-sorveljanza attiva li trid tiġi implimentata f’konformità mat-Taqsima 4 tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Anness V tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 bi:

    (i) 

    mapep li jindikaw l-unitajiet ġeografiċi;

    (ii) 

    għażla ta’ siti ta’ kampjunar, skemi ta’ kampjunar u metodi dijanjostiċi użati għall-monitoraġġ ta’ annimali sentinella;

    (iii) 

    għażla ta’ siti ta’ kampjunar, skemi ta’ kampjunar u metodi dijanjostiċi użati għall-istħarriġ ta’ prevalenza strutturata;

    (b) 

    tip ta’ vaċċin(i) li jrid/jridu jintuża(w) u skemi ta’ tilqim għat-tilqim tal-popolazzjoni tal-annimali fil-mira rilevanti, fejn ikun rilevanti;

    (c) 

    proċedura u metodi dijanjostiċi biex tiġi kkonfermata jew eskluża l-marda fil-każ ta’ każ suspettat;

    (d) 

    il-miżuri ta’ kontroll tal-mard li jridu jiġu applikati fil-każ ta’ każ ikkonfermat;

    (e) 

    restrizzjonijiet fuq il-moviment implimentati għal movimenti ta’ annimali miżmuma u prodotti ġerminali;

    (f) 

    il-miżuri ta’ bijosigurtà u mitigazzjoni tar-riskji li jridu jiġu implimentati;

    (g) 

    dettalji dwar is-sorveljanza tal-vetturi u, fejn ikun rilevanti, l-istabbiliment ta’ żoni staġjonalment ħielsa mill-BTV;

    (h) 

    dettalji dwar l-għoti lill-istabbilimenti tal-istatus ta’ “stabbiliment protett mill-vetturi”, fejn ikun rilevanti;

    (i) 

    miżuri kkoordinati ma’ Stati Membri oħra jew ma’ pajjiżi terzi, fejn ikun rilevanti.

    6. 

    Deskrizzjoni tal-organizzazzjoni, tas-superviżjoni u tar-rwoli tal-partijiet involuti fil-programm ta’ eradikazzjoni inkluż mill-inqas:

    (a) 

    l-awtoritajiet responsabbli mill-koordinazzjoni u mis-superviżjoni tal-implimentazzjoni tal-programm;

    (b) 

    ir-responsabbiltajiet tal-partijiet ikkonċernati kollha involuti.

    7. 

    It-tul ta’ żmien stmat tal-programm ta’ eradikazzjoni.

    8. 

    Il-miri intermedji tal-programm ta’ eradikazzjoni li jinkludu mill-inqas:

    (a) 

    it-tnaqqis annwali mistenni fl-għadd ta’ każijiet ikkonfermati fil-popolazzjoni tal-annimali fil-mira;

    (b) 

    iż-żieda annwali mistennija fl-għadd ta’ unitajiet ġeografiċi ħielsa mill-mard;

    (c) 

    il-kopertura tat-tilqim mistennija, fejn ikun rilevanti.

    TAQSIMA 4

    Sottomissjoni tal-programmi ta’ eradikazzjoni għal mard tal-kategoriji B u C tal-annimali akkwatiċi

    Informazzjoni li trid tiġi inkluża fil-programmi ta’ eradikazzjoni għal mard tal-kategoriji B u C tal-annimali akkwatiċi:

    1. 

    Data tas-sottomissjoni.

    2. 

    Isem tal-pajjiż.

    3. 

    Isem tal-marda.

    4. 

    Kamp ta’ applikazzjoni territorjali b’deskrizzjoni u demarkazzjoni taż-żoni ġeografiċi u amministrattivi koperti mill-programm ta’ eradikazzjoni u l-ismijiet taż-żoni jew tal-kompartimenti.

    ▼M2

    5. 

    Deskrizzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Istat Membru, fiż-żona jew fil-kompartiment, skont ir-rilevanza għall-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm, inklużi:

    (a) 

    l-għadd ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura approvati u l-għadd ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura rreġistrati li jżommu annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira, skont it-tip ta’ produzzjoni u l-istatus tas-saħħa;

    (b) 

    l-ispeċijiet elenkati miżmuma fl-istabbilimenti tal-akkwakultura msemmija fil-punt (a) skont l-istatus tas-saħħa;

    (c) 

    mapep li jindikaw:

    (i) 

    il-pożizzjoni ġeografika tal-istabbilimenti tal-akkwakultura msemmija fil-punt (a) u ż-żoni rilevanti tal-magħqad tal-ilma; u

    (ii) 

    id-distribuzzjoni ġeografika tal-każijiet ta’ infezzjoni bil-mard rilevanti tal-kategoriji B jew C għal perjodu ta’ mill-inqas l-aħħar ħames snin;

    (d) 

    informazzjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-annimali akkwatiċi selvaġġi, fejn ikun rilevanti.

    6. 

    Deskrizzjoni tal-istrateġija ta’ kontroll tal-mard tal-programm ta’ eradikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 li tinkludi mill-inqas:

    (a) 

    l-iskemi ta’ kampjunar u l-metodi dijanjostiċi li jridu jintużaw f’konformità mal-Anness VI tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 għal:

    (i) 

    żjarat tas-saħħa u kampjunar fi stabbilimenti tal-akkwakultura;

    (ii) 

    is-sorveljanza mmirata fil-popolazzjonijiet selvaġġi, fejn ikun rilevanti;

    (b) 

    il-miżuri ta’ kontroll tal-mard li jridu jiġu applikati fil-każ ta’ każ ikkonfermat;

    (c) 

    il-miżuri ta’ bijosigurtà u mitigazzjoni tar-riskji li jridu jiġu implimentati;

    (d) 

    skemi ta’ tilqim, fejn ikun rilevanti;

    (e) 

    il-miżuri li jridu jiġu implimentati fir-rigward tal-annimali akkwatiċi selvaġġi u l-għadd u l-lokalità ġeografika tal-punti ta’ kampjunar fejn ikun rilevanti;

    (f) 

    id-derogi li jridu jiġu applikati f’konformità mal-Artikolu 47(4), mal-Artikolu 51(2) jew mal-Artikolu 53 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689, fejn ikun rilevanti;

    (g) 

    il-miżuri kkoordinati ma’ Stati Membri oħra jew ma’ pajjiżi terzi, fejn ikun rilevanti.

    ▼B

    7. 

    Deskrizzjoni tal-organizzazzjoni, tas-superviżjoni u tar-rwoli tal-partijiet involuti fil-programm ta’ eradikazzjoni inkluż mill-inqas:

    (a) 

    l-awtoritajiet responsabbli mill-koordinazzjoni u mis-superviżjoni tal-implimentazzjoni tal-programm;

    (b) 

    ir-responsabbiltajiet tal-partijiet ikkonċernati kollha involuti.

    8. 

    It-tul ta’ żmien stmat tal-programm ta’ eradikazzjoni.

    9. 

    Il-miri intermedji tal-programm ta’ eradikazzjoni u l-istrateġiji għall-kontroll tal-mard għall-implimentazzjoni tiegħu, inkluż mill-inqas:

    (a) 

    it-tnaqqis annwali mistenni fl-għadd ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura infettati u fejn ikun rilevanti, il-punti ta’ kampjunar fil-popolazzjonijiet selvaġġi;

    (b) 

    iż-żieda annwali mistennija fl-għadd ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura u, fejn ikun rilevanti, il-punti ta’ kampjunar fil-popolazzjonijiet selvaġġi li ttestjaw negattivi;

    (c) 

    il-kopertura tat-tilqim mistennija, fejn ikun rilevanti.



    ( 1 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għas-sorveljanza, għall-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-istat ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 211).

    ( 2 ) Infettat, mhux infettat, mhux magħruf.

    ( 3 ) Ħieles mill-mard, infettat jew mhux magħruf.

    Top