Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02011D0030-20160727

    Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 19 ta’ Jannar 2011 dwar l-ekwivalenza tas-sorveljanza pubblika, l-aċċertament tal-kwalità u s-sistemi ta’ investigazzjoni u penali għall-awdituri u l-entitajiet tal-awditjar ta’ ċerti pajjiżi terzi kif ukoll dwar perjodu tranżizzjonali għall-attivitajiet tal-awditjar ta’ awdituri u entitajiet tal-awditjar minn ċerti pajjiżi terzi fl-Unjoni Ewropea (notifikata bid-dokument numru C(2011) 117) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2011/30/UE)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/30(1)/2016-07-27

    2011D0030 — MT — 27.07.2016 — 002.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tad-19 ta’ Jannar 2011

    dwar l-ekwivalenza tas-sorveljanza pubblika, l-aċċertament tal-kwalità u s-sistemi ta’ investigazzjoni u penali għall-awdituri u l-entitajiet tal-awditjar ta’ ċerti pajjiżi terzi kif ukoll dwar perjodu tranżizzjonali għall-attivitajiet tal-awditjar ta’ awdituri u entitajiet tal-awditjar minn ċerti pajjiżi terzi fl-Unjoni Ewropea

    (notifikata bid-dokument numru C(2011) 117)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2011/30/UE)

    (ĠU L 015 20.1.2011, p. 12)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 519/2013 tal-21 ta’ Frar 2013

      L 158

    74

    10.6.2013

    ►M2

    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2013/288/UE tat-13 ta’ Ġunju 2013

      L 163

    26

    15.6.2013

    ►M3

    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1223 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tal-25 ta' Lulju 2016

      L 201

    23

    27.7.2016




    ▼B

    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tad-19 ta’ Jannar 2011

    dwar l-ekwivalenza tas-sorveljanza pubblika, l-aċċertament tal-kwalità u s-sistemi ta’ investigazzjoni u penali għall-awdituri u l-entitajiet tal-awditjar ta’ ċerti pajjiżi terzi kif ukoll dwar perjodu tranżizzjonali għall-attivitajiet tal-awditjar ta’ awdituri u entitajiet tal-awditjar minn ċerti pajjiżi terzi fl-Unjoni Ewropea

    (notifikata bid-dokument numru C(2011) 117)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2011/30/UE)



    Artikolu 1

    Għall-fini tal-Artikolu 46(1) tad-Direttiva 2006/43/KE, is-sorveljanza pubblika, l-aċċertament tal-kwalità, is-sistemi tal-investigazzjoni u l-penali għall-awdituri u l-entitajiet tal-awditjar tal-pajjiżi terzi li ġejjin għandhom jitqiesu bħala ekwivalenti għas-sorveljanza pubblika, l-aċċertament tal-kwalità u s-sistemi tal-investigazzjoni u l-penali għall-awdituri u d-ditti tal-awditjar tal-Istati Membri fir-rigward tal-attivitajiet tal-awditjar marbuta mal-kontijiet annwali jew konsolidati għas-snin finanzjarji li jibdew mit-2 ta’ Lulju 2010:

    1. l-Awstralja

    2. Il-Kanada

    3. Iċ-Ċina

    ▼M1 —————

    ▼B

    5. Il-Ġappun

    6. Singapor

    7. L-Afrika t’Isfel

    8. Il-Korea t’Isfel

    9. L-Isvizzera

    10. L-Istati Uniti tal-Amerika

    ▼M2

    Għall-fini tal-Artikolu 46(1) tad-Direttiva 2006/43/KE, is-sistemi tas-sorveljanza pubblika, l-aċċertament tal-kwalità, tal-investigazzjoni u l-penali għall-awdituri u l-entitajiet tal-awditjar tal-pajjiżi u t-territorji terzi li ġejjin għandhom jitqiesu bħala ekwivalenti għas-sistemi tas-sorveljanza pubblika, l-aċċertament tal-kwalità, tal-investigazzjoni u l-penali għall-awdituri u d-ditti tal-awditjar tal-Istati Membri fir-rigward tal-attivitajiet tal-awditjar marbuta mal-kontijiet annwali jew konsolidati għas-snin finanzjarji li jibdew mill-1 ta’ Awwissu 2012:

    (1) Abu Dhabi

    (2) Il-Brażil

    (3) Dubai International Financial Centre

    (4) Guernsey

    (5) L-Indoneżja

    (6) L-Isle of Man

    (7) Jersey

    (8) Il-Malasja

    (9) It-Tajwan

    (10) it-Tajlandja

    ▼M3

    Għall-finijiet tal-Artikolu 46(1) tad-Direttiva 2006/43/KE, is-sistemi tas-sorveljanza pubblika, tal-aċċertament tal-kwalità, tal-investigazzjoni u penali għall-awdituri u l-entitajiet tal-awditjar tal-pajjiżi terzi li ġejjin jissodisfaw ir-rekwiżiti li għandhom jitqiesu bħala ekwivalenti għal dawk tal-Artikoli 29, 30 u 32 ta' dik id-Direttiva fir-rigward tal-attivitajiet tal-awditjar marbuta mal-kontijiet annwali jew konsolidati għas-snin finanzjarji li jibdew mill-1 ta' Awwissu 2016:

    (1) Mauritius

    (2) New Zealand

    (3) it-Turkija.

    ▼B

    Artikolu 2

    1.  L-Istati Membri ma għandhomx japplikaw l-Artikolu 45 tad-Direttiva 2006/43/KE fir-rigward tal-awdituri u l-entitajiet tal-awditjar li jipprovdu rapporti tal-awditjar dwar il-kontijiet annwali jew konsolidati ta’ kumpaniji kostitwiti fil-pajjiżi terzi u t-territorji elenkati ►M2  fl-Anness I ◄ għal din id-Deċiżjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 45(1) ta’ dik id-Direttiva, għas-snin finanzjarji li jibdew matul il-perjodu bejn it-2 ta’ Lulju 2010 u l-31 ta’ Lulju 2012, fil-każijiet meta l-awditur jew mill-entità tal-awditjar konċernata tipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru b’dan kollu li ġej:

    (a) l-isem u l-indirizz tal-awditur jew l-entità tal-awditjar konċernata u l-informazzjoni dwar l-istruttura legali tagħha;

    (b) meta l-awditur jew l-entità tal-awditjar tkun tagħmel parti minn xi netwerk, deskrizzjoni tan-netwerk;

    (c) l-istandards tal-awditjar u r-rekwiżiti tal-indipendenza li ġew applikati għall-awditjar konċernat;

    (d) deskrizzjoni tas-sistema interna ta’ kontroll tal-kwalità tal-entità tal-awditjar;

    (e) indikazzjoni ta’ jekk u meta sar l-aħħar eżami tal-aċċertament tal-kwalità tal-awditur jew tal-entità tal-awditjar u sakemm din l-informazzjoni ma tkunx qiegħda tingħata mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz, l-informazzjoni meħtieġa dwar l-eżitu tal-eżami. Meta l-informazzjoni meħtieġa dwar ir-riżultat tal-aħħar eżami tal-aċċertament tal-kwalità ma jkunx pubbliku, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jittrattaw din l-informazzjoni fuq bażi kunfidenzjali.

    ▼M3

    2.  Stat Membru ma għandux japplika l-Artikolu 45 tad-Direttiva 2006/43/KE fir-rigward tal-awdituri u l-entitajiet tal-awditjar li jipprovdu rapporti tal-awditjar dwar il-kontijiet annwali jew konsolidati ta' kumpaniji inkorporati fil-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni u li t-titoli transferibbli tagħhom huma ammessi għan-negozjar fuq is-suq regolat ta' dak l-Istat Membru fl-ambitu tat-tifsira tal-punt 14 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), għas-snin finanzjarji li jibdew matul il-perjodu bejn it-2 ta' Lulju 2010 u l-31 ta' Lulju 2018, ladarba l-awditur jew l-entità tal-awditjar ikkonċernata tipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru b'dan kollu li ġej:

    (a) l-isem u l-indirizz tal-awditur jew l-entità tal-awditjar kkonċernata u l-informazzjoni dwar l-istruttura legali tagħha;

    (b) meta l-awditur jew l-entità tal-awditjar tkun tagħmel parti minn xi netwerk, deskrizzjoni tan-netwerk;

    (c) l-istandards tal-awditjar u r-rekwiżiti tal-indipendenza li ġew applikati għall-awditu konċernat;

    (d) deskrizzjoni tas-sistema interna ta' kontroll tal-kwalità tal-entità tal-awditjar;

    (e) indikazzjoni ta' jekk u meta sar l-aħħar eżami tal-aċċertament tal-kwalità tal-awditur jew tal-entità tal-awditjar u, sakemm din l-informazzjoni ma tkunx qiegħda tingħata mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz, l-informazzjoni meħtieġa dwar l-eżitu tal-eżami. Meta l-informazzjoni meħtieġa dwar l-eżitu tal-aħħar eżami tal-aċċertament tal-kwalità ma tkunx pubblika, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jittrattaw din l-informazzjoni fuq bażi kunfidenzjali.

    ▼M2

    3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pubbliku jiġi infurmat dwar l-isem u l-indirizz tal-awdituri u tal-entitajiet tal-awditjar li jipprovdu r-rapporti tal-awditjar dwar il-kontijiet annwali jew konsolidati ta’ kumpaniji inkorporati fil-pajjiżi elenkati fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni u dwar il-fatt li s-sistemi tas-sorveljanza pubblika, l-aċċertament tal-kwalità, tal-investigazzjoni u l-penali ta’ dawk il-pajjiżi u t-territorji għadhom mhumiex rikonoxxuti bħala ekwivalenti skont l-Artikolu 46(2) tad-Direttiva 2006/43/KE. Għal dawn l-għanijiet, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 45 tad-Direttiva 2006/43/KE jistgħu wkoll jirreġistraw lill-awdituri u l-entitajiet tal-awditjar li jwettqu awditi tal-kontijiet annwali jew konsolidati ta’ kumpaniji inkorporati fil-pajjiżi elenkati fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

    4.  Minkejja l-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu japplikaw is-sistemi tagħhom ta’ investigazzjoni u penali għall-awdituri u l-entitajiet tal-awditjar li jwettqu awditi tal-kontijiet annwali jew konsolidati ta’ kumpaniji inkorporati fil-pajjiżi elenkati fl-Anness II.

    ▼M2

    5.  Il-paragrafu 2 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti kooperattivi dwar l-eżamijiet tal-aċċertament tal-kwalità bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru u l-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiż elenkat fl-Anness II sakemm dan l-arranġament jilħaq l-kriterji kollha li ġejjin:

    (a) jinkludi t-twettiq ta’ eżamijiet tal-aċċertament tal-kwalità abbażi ta’ trattament ugwali;

    (b) ġie kkomunikat lill-Kummissjoni minn qabel;

    (c) ma jippreġudika l-ebda deċiżjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 47 tad-Direttiva 2006/43/KE.

    ▼B

    Artikolu 3

    Il-Kummissjoni għandha timmonitorja s-sitwazzjoni tal-pajjiżi terzi u t-territorji elenkati fl-Anness. B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha timmonitorja jekk l-awtoritajiet kompetenti ta’ dawn il-pajjiżi terzi u t-territorji elenkati fl-Anness li ħadu impenn pubbliku mal-Kummissjoni li jistabilixxu sorveljanza pubblika, aċċertament tal-kwalità, sistemi tal-investigazzjoni u l-penali għall-awdituri u d-ditti tal-awditjar ikunu stabbilew dawn is-sistemi, abbażi tal-prinċipji li ġejjin:

    (a) is-sistemi huma indipendenti mill-professjoni tal-awditjar;

    (b) jiżguraw sorveljanza adegwata għall-awditi ta’ kumpaniji elenkati;

    (c) l-operat tagħhom huwa trasparenti u jiżgura l-affidabbiltà tar-riżultat tal-eżamijiet tal-aċċertament tal-kwalità;

    (d) huma sostnuti minn investigazzjonijiet u penalitajiet b’mod effikaċi.

    Fir-rigward tal-Bermuda, il-Gżejjer Kajman, l-Iżrael u n-New Zealand, il-Kummissjoni għandha, b’mod partikolari, tirrevedi l-progress li sar fl-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni li tistabbilixxi sorveljanza pubblika, aċċertament tal-kwalità u sistema ta’ investigazzjoni u penali għall-awdituri u l-entitajiet tal-awditjar fl-2011. Meta neċessarju, il-Kummissjoni għandha temenda l-Anness għal din id-Deċiżjoni skont il-każ.

    ▼M2

    Artikolu 4

    Il-punt (10) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 1 ma jibqax japplika mill-31 ta’ Lulju 2013.

    ▼B

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    ▼M2




    ANNESS I

    LISTA TA’ PAJJIŻI U TERRITORJI TERZI

    Abu Dhabi

    Il-Brażil

    Dubai International Financial Centre

    Guernsey

    Ħong Kong

    L-Indja

    L-Indoneżja

    L-Isle of Man

    Iżrael

    Jersey

    Il-Malasja

    It-Tajwan

    It-Tajlandja

    ▼M3




    ANNESS II

    LISTA TA' PAJJIŻI TERZI

    Il-Bermuda

    Il-Gżejjer Cayman

    L-Eġittu

    Ir-Russja



    ( 1 ) Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1).

    Top