This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02010R0206-20130925
Commission Regulation (EU) No 206/2010 of 12 March 2010 laying down lists of third countries, territories or parts thereof authorised for the introduction into the European Union of certain animals and fresh meat and the veterinary certification requirements (Text with EEA relevance)
Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 tat- 12 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 tat- 12 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
2010R0206 — MT — 25.09.2013 — 013.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 206/2010 tat-12 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 073, 20.3.2010, p.1) |
Emendat bi:
Ikkoreġut b'
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 206/2010
tat-12 ta’ Marzu 2010
li jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l- ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(1) tad-Direttiva 90/425/KEE ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikoli 17(2)(b) u 17(3)(a), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 17(3)(c), ir-raba’ inċiż tal-Artikolu 18(1) u l-Artikolu 19 tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman ( 2 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 8, l-Artikolu 9(2)(b) u l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2004/68/KE tas-26 ta’April 2004 li tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni lejn u t-tranżitu fil-Komunità għal ċerti annimali ungulati ħajjin, u temenda d-Direttivi 90/426/KEE u 92/65/KEE u tħassar id-Direttiva 72/462/KEE ( 3 ), u b’mod partikolari l-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 3(1), l-ewwel subpragrafu tal-Artikolu 6(1), l-Artikolu 7(e), l-Artikolu 8, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 10 u l-Artikolu 13(1) tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tad-29 ta’April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel ( 4 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tad-29 ta’April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali ( 5 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tad-29 ta’April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman ( 6 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(1) u l-Artikolu 16 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, is-saħħa tal-annimali u r-regoli dwar il-benessri tal-annimali ( 7 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 48(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 72/462/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1972 dwar il-problemi tal-ispezzjonijiet tas-saħħa u veterinarji fl-importazzjoni tal-annimali taċ-ċanga, tan-nagħaġ, tal-mogħoż, u tal-majjal, tal-laħam frisk u tal-prodotti tal-laħam minn pajjiżi terzi ( 8 ) għamlet provvediment għat-tħejjija ta’ lista tal-pajjiżi jew partijiet minnhom li minnhom l-Istati Membri jistgħu jippermettu l-importazzjoni ta’ ċerti annimali ħajjin u l-laħam frisk ta’ ċerti annimali. |
(2) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni 79/542/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1976 li telenka lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minnhom, u li tistipola l-kundizzjonijiet ta' ċertifikazzjoni tas-saħħa pubblika u veterinarja għal importazzjoni fil-Komunità ta' ċerti annimali ħajjin u l-laħam frisk tagħhom ( 9 ) ġiet adottata. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-kondizzjonijiet sanitarji għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ annimali ħajjin bl-eċċezzjoni ta’ ekwidi, u għall-importazzjoni tal-laħam frisk ta’ dawn it-tip ta’ annimali, li jinkludu l-ekwidi, iżda jeskludu preparazzjonijiet tal-laħam. L-Annessi I u II ma' din id-Deċiżjoni jistabbilixxu wkoll listi ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minnhom minn fejn ċerti annimali ħajjin u l-laħam frisk tagħhom jistgħu jiġu impurtati fl-Unjoni, kif ukoll mudelli ta’ ċertifikati veterinarji. |
(3) |
Mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, ġew stabbiliti numru ta’ rekwiżiti ġodda relatati mas-saħħa tal-annimali u mas-saħħa pubblika f’liġijiet oħra tal-Unjoni, li jikkostitwixxu qafas regolatorju ġdid f’dan il-qasam. Id-Direttiva 72/462/KE ġiet ukoll abrogata permezz tad-Direttiva 2004/68/KE. |
(4) |
L-Artikolu 20 tad-Direttiva 2004/68/KE jistabbilixxi li r-regoli dwar l-importazzjoni li għandhom jiġu implimentati stabbiliti b’konformità mad-Deċiżjonijiet adottati skont id-Diretiiva 72/462/KEE, fost l-oħrajn id-Deċiżjoni 79/542/KEE, għandhom jibqgħu fis-seħħ sakemm jiġu sostitwiti mill-miżuri adottati bil-qafas regolatorju l-ġdid. |
(5) |
B’konformità mal-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-21 ta’ April 2004 li tabroga ċerti Direttivi dwar l-iġjene tal-ikel u l-kondizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u l-ħruġ fis-suq ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali intenzjonati għall-konsum mill-bniedem u li jemenda d-Direttivi 89/662/KEE u 92/118/KEE u d-Deċiżjoni 95/408/EC ( 10 ), ladarba d-dispożizzjonijiet meħtieġa fuq il-bażi tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004, (KE) Nru 853/2004, (KE) Nru 854/2004 jew id-Direttiva 2002/99/KE jiġu adottati, ir-regoli għall-implimentazzjoni fuq il-bażi tad-Direttiva 72/462/KEE ma jibqgħux japplikaw. |
(6) |
Id-Deċiżjoni 79/542/KEE ġiet emendata diversi drabi u dispożizzjonijiet dwar l-importazzjoni bbażati fuq il-qafas regolatorju l-ġdid diġà ġew introdotti fid-Deċiżjoni 79/542/KEE. Sabiex ikun hemm ċarezza u trasparenza, il-miżuri stabbiliti fid-Deċiżjoni 79/542/KEE għandhom jiġu stabbiliti f’att legali ġdid. Dan ir-Regolament jinkludi d-dispożizzjonijiet kollha tad-Deċiżjoni 79/542/KEE. Konsegwentement, permezz tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament preżenti, id-Deċiżjoni 79/542/KEE tiġi preskritta u għalhekk ma tapplikax aktar, sa ma tiġi espliċitament abrogata. |
(7) |
Id-Direttiva 92/65/KEE tistabbilixxi l-ħtiġijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ fl-Unjoni u l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ annimali ħajjin, semen, ova u embrijuni li mhumiex soġġetti għall-ħtiġijiet tas-saħħa tal-annimali stabbiliti f’regoli speċifiċi tal-Unjoni msemmija fl-Anness F ma' din id-Direttiva. B’konformità ma’ din id-Direttiva dawk l-annimali ħajjin, is-semen, l-ova u l-embrijuni jistgħu jiġu impurtati fl-Unjoni biss minn pajjiżi terzi li jinsabu fil-lista mħejjija skont il-proċedura msemmija f’din id-Direttiva. Barra minn hekk, dawn it-tip ta’ annimali ħajjin għandhom ikunu akkumpanjati b’ċertifikat tas-saħħa li jikkorrispondi għall-mudell imħejji skont il-proċedura msemmija fiha. |
(8) |
Id-Direttiva 96/93/KE tas-17 ta’ Diċembru 1996 dwar iċ-ċertifikazzjoni ta’ annimali u ta’ prodotti tal-annimali ( 11 ) tistabbilixxi r-regoli li għandhom jiġu osservati meta jinħarġu ċertifikati meħtieġa skont il-liġi veterinarja sabiex jiġu evitati ċertifikazzjonijiet li jiżgwidaw jew qarrieqa. Huwa xieraq li jiġi żgurat li għall-inqas ir-regoli u l-prinċipji ekwivalenti għal dawk stabbiliti f’din id-Direttiva jiġu applikati mill-ispetturi uffiċjali jew mill-veterinarji tal-pajjiżi terzi. Ċerti pajjiżi terzi, li huma elenkati fl-Anness II ma' dan ir-Regolament, taw garanziji suffiċjenti relatati mal-eżistenza u mal-implimentazzjoni ta’ dawn ir-regoli u prinċipji. Għalhekk huwa xieraq li l-introduzzjoni ta’ ċerti annimali ħajjin fl-Unjoni minn dawn il-pajjiżi terzi tiġi awtorizzata, jekk ma jkunux meħtieġa aktar restrizzjonijiet relatati mas-sitwazzjoni tal-mard speċifika għal kull wieħed. |
(9) |
Id-Direttiva 2002/99/KE tistabbilixxi r-regoli dwar is-saħħa tal-annimali li jikkonċernaw l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali jew prodotti akkwistati mill-annimali għall-konsum mill-bniedem. B’konformità ma’ din id-Direttiva, għandhom jiġu mħejjija listi tal-pajjiżi terzi jew tar-reġjuni f’pajjiżi terzi li minnhom l-importazzjoni ta’ prodotti speċifiċi li joriġinaw mill-annimali hija permessa u dawn l-importazzjonijiet għandhom ikunu konformi ma’ ċerti rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja. |
(10) |
Id-Direttiva 2004/68/KE tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni lejn u t-tranżitu fl-Unjoni għal ċerti annimali ungulati ħajjin. L-importazzjoni ta’ dawn l-annimali ungulati ħajjin u t-tranżitu tagħhom fl-Unjoni huma awtorizzati biss minn pajjiżi terzi u territorji li jidhru fil-lista jew listi mħejjija b’konformità mal-proċedura msemmija f’din id-Direttiva u dawn l-importazzjonijiet għandhom ikunu konformi ma’ ċerti rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja. |
(11) |
Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 17(2) l-aħħar subparagrafu tad-Direttiva 92/65/KEE, annimali ħajjin u prodotti li joriġinaw mill-annimali, li għalihom japplikaw id-Direttivi 92/65/KEE, 2002/99/KE u 2004/68/KE għandhom jiġu impurtati lejn jew isir tranżitu tagħhom fl-Unjoni biss jekk dawn ikunu akkumpanjati minn ċertifikat veterinarju u jkunu konformi mal-ħtiġijiet rilevanti stabbiliti fil-Liġi tal-Unjoni. |
(12) |
Għalhekk għall-implimentazzjoni tad-Direttivi 92/65/KEE, 2002/99/KE u 2004/68/KE, huwa xieraq li f’dan ir-Regolament jiġu stabbiliti listi ta’pajjiżi terzi, territorji u partijiet tagħhom u l-kondizzjonijiet speċifiċi għall-importazzjoni inklużi mudelli ta’ ċertifikati veterinarji għal ċerti annimali ħajjin u għal-laħam frisk ta’ ċerti annimali. |
(13) |
Għall-fini tal-konsistenza fil-Liġi tal-Unjoni, dan ir-Regolament għandu jikkunsidra wkoll ir-rekwiżiti relatati mas-saħħa pubblika stabbiliti f’liġijiet oħra tal-Unjoni u b’mod partikolari fir-Regolamenti (KE) Nri 852/2004, 853/2004 u 854/2004 li jistabbilixxu regoli dwar l-iġjene ta’ oġġetti tal-ikel u ikel li joriġina minn annimali u r-regoli għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali għal prodotti li joriġinaw minn annimali għall-konsum mill-bniedem, kif ukoll ir-rekwiżiti tad-Direttiva 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri sabiex jiġu ssorveljati ċerti sustanzi u residwi tagħhom f'annimali ħajjin u prodotti tal-annimali ( 12 ), u tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċerti enċefalopatiji sponġiformi li jinxterdu ( 13 ). |
(14) |
Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 jistabbilixxi regoli ġenerali dwar it-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fl-oqsma tal-ikel u tal-għalf, tas-saħħa u l-benesseri tal-annimali. L-Artikolu 48 tiegħu jawtorizza lill-Kummissjoni sabiex tadotta lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom jistgħu jiġu impurtati prodotti speċifiċi fl-Unjoni. Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali għall-konsum mill-bniedem, inkluża l-istabbilizzazzjoni ta’ listi ta’ pajjiżi terzi li minnhom hija awtorizzata l-importazzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali. Dawn ir-regoli jistipulaw l-użu ta’ dawn il-listi flimkien ma’ listi oħra mħejjija għal skopijiet tas-saħħa pubblika u tas-saħħa tal-annimali. |
(15) |
Il-mudelli taċ-ċertifikati mniżżla fl-Annessi ma' dan ir-Regolament għalhekk għandhom jinkludu attestazzjonijiet li jiċċertifikaw li r-rekwiżiti għas-saħħa pubblika stabbiliti fid-Direttiva 96/23/KE u r-Regolamenti (KE) Nri 999/2001, 852/2004, 853/2004 u 854/2004 qed jiġu sodisfatti. |
(16) |
Il-mudelli taċ-ċertifikati mniżżla fl-Annessi ma' dan ir-Regolament għandhom jinkludu wkoll attestazzjonijiet li jiċċertifikaw li r-rekwiżiti għall-benessri tal-annimali stabbiliti fid-Direttiva 93/119/KE tat-22 ta’ Diċembru 1993 dwar il-protezzjoni tal-annimali fil-ħin tat-tbiċċir jew tal-qtil ( 14 ) u fir-Regolamemt (KE) Nru 1/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati ( 15 ) jiġu sodisfatti. |
(17) |
Sabiex jiġi żgurat li s-saħħa ta’ annimali ħajjin introdotti fl-Unjoni ma tiġix ipperikolata waqt it-trasport tagħhom mill-pajjiż terz ta’ oriġini lejn l-Unjoni, ċerti rekwiżiti relatati mat-trasport ta’ annimali ħajjin għandhom jiġu stabbiliti, inklużi rekwiżiti dwar ċentri tal-ġbir. |
(18) |
Sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tas-saħħa ta’ annimali fl-Unjoni, l-annimali ħajjin għandhom jiġu ttrasportati direttament lejn id-destinazzjoni tagħhom fl-Unjoni. |
(19) |
Laħam frisk introdott fl-Unjoni għat-tranżitu lejn pajjiż terz ieħor ma’ joħloqx riskju sinjifikanti għas-saħħa pubblika. Madanakollu dan il-laħam għandu jkun konformi mar-rekwiżiti kollha rilevanti għas-saħħa tal-annimali. Għalhekk, għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi dwar it-tranżitu, u l-ħażna qabel it-tranżitu ta’ laħam frisk. |
(20) |
Minħabba s-sitwazzjoni ġeografika ta’ Kaliningrad li taffettwa biss lil-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja, għandhom jiġu stipulati kondizzjonijiet speċifiċi għat-tranżitu fl-Unjoni ta’ konsenji lejn u mir-Russja. |
(21) |
Konsenji ta’ laħam frisk, eskluż il-ġewwieni u laħam ikkapuljat ta’ annimali mhux domestiċi mrobbija tal-ordni Artiodactyla, li joriġinaw minn annimali selvaġġi għandhom jiġu awtorizzati għall-introdużżjoni fl-Unjoni. Sabiex jiġu eliminati riskji possibbli għas-saħħa tal-annimali li jistgħu jinħolqu permezz ta’ din l-introduzzjoni, huwa xieraq li dawn l-annimali jiġu separati minn annimali selvaġġi għal perjodu ta’ tliet xhur qabel l-introduzzjoni ta’ dawn il-konsenji fl-Unjoni. Għalhekk, il-mudell taċ-ċertifikat veterinarju għal dawn il-konsenji (RUF) għandu jikkunsidra dan. |
(22) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/881/KE tal-11 ta’ Diċembru 2003 dwar is-saħħa tal-annimali u kondizzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni għall-importazzjoni ta’ naħal (Apis mellifera u Bombus spp.) minn ċerti pajjiżi terzi ( 16 ) tistabbilixxi l-kondizzjonijiet dwar is-saħħa tal-annimali u l-kondizzjonijiet ta’ċertifikazzjoni għall-importazzjoni ta’ naħal minn ċerti pajjiżi terzi. Sabiex tiġi semplifikata l-liġi tal-Unjoni, il-miżuri stabbiliti f’din id-Deċiżjoni għandhom jiġu inklużi f’dan ir-Regolament. Konsegwentement, id-Deċiżjoni 2003/881/KE tiġi abrogata. |
(23) |
Huwa xieraq li jiġi introdott perjodu ta’ tranżizzjoni li jippermetti lill-Istati Membri u lill-industrija sabiex jieħdu l-miżuri neċessarji għall-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
(24) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
SUĠĠETT, AMBITU U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Is-Suġġett u l-Ambitu
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ konsenji li fihom l-annimali ħajjin jew il-laħam frisk li ġejjin:
(a) annimali ungulati;
(b) l-annimali elenkati fil-Parti 2 tal-Anness IV;
(c) laħam frisk għall-konsum mill-bniedem, li jeskludi preparazzjonijiet tal-laħam, ta’ annimali ungulati u ekwidi.
2. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet tagħhom li minnhom jistgħu jiġu introdotti fl-Unjoni l-konsenji msemmija fil-paragrafu 1.
▼M18 —————
4. Dan ir-Regolament japplika bla ebda preġudizzju għar-rekwiżiti kollha taċ-ċertifikazzjoni speċifiċi stabbiliti f’atti oħra tal-Unjoni jew f’kull ftehim konkluż bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) “annimali ungulati” tfisser annimali ungulati kif definita fl-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 2004/68/KE;
(b) “laħam frisk” tfisser laħam frisk kif definita fil-punt 1.10 tal-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 853/2004;
(c) “ekwidi” tfisser ekwidi kif definita fl-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 90/426/KEE ( 17 );
(d) “stabbiliment” tfisser razzett jew intrapriżi oħra agrikoli, industrijali jew kummerċjali uffiċjalment sorveljati, li jinkludu ġonna żooloġiċi, parks tad-divertiment u riservi naturali jew għall-kaċċa fejn annimali ħajjin huma miżmuma u mrobbija b’mod regolari.
KAPITOLU II
KONDIZZJONIJIET GĦALL-INTRODUZZJONI TA’ ANNIMALI ĦAJJIN FL-UNJONI
Artikolu 3
Kondizzjonijiet ġenerali għall-introduzzjoni ta’ annimali ungulati fl-Unjoni
Konsenji ta’ annimali ungulati għandhom jiġu biss introdotti fl-Unjoni jekk huma konformi mal-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) huma ġejjin minn pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom elenkati fil-kolonni 1, 2 u 3 tat-tabella mniżżla fil-Parti 1 tal-Anness I li għalihom hemm mudell ta’ ċertifikat veterinarju għall-kunsinna kkonċernata elenkata fil-kolonna 4 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I;
(b) huma akkumpanjati minn ċertifikat veterinarju adattat, imħejji b’konformità mal-mudell taċ-ċertifikat veterinarju rilevanti stipulat fil-Parti 2 tal-Anness 1 b’kunsiderazzjoni tal-kondizzjonijiet speċifiċi indikati fil-kolonna 6 tat-tabella fil-Parti 1 ta’ dan l-Anness, u li huwa komplut u ffirmat minn veterinarju uffiċjali tal-pajjiż terz li qed jesporta;
(c) huma konformi mar-rekwiżiti stipulati fiċ-ċertifikat veterinarju msemmi fil-punt (b), inklużi:
(i) il-garanziji supplimentari stabbiliti f’dak iċ-ċertifikat fejn indikat fil-kolonna 5 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I;
(ii) ir-rekwiżiti kollha addizzjonali għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja li l-Istat Membru bħala l-pajjiż tad-destinazzjoni jista’ jimponi b’konformità mal-leġiżlazzjoni veterinarja tal-Unjoni u li huma inklużi fiċ-ċertifikat.
Artikolu 3a
Kundizzjonijiet għad-dħul ta' annimali ungulati maħsubin għal korp, istitut jew ċentru approvat
1. B'deroga mill-Artikolu 3, l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tista' tawtorizza d-dħul fit-territorju tiegħu ta' konsenji ta' annimali ungulati tal-ispeċijiet elenkati fit-Tabelli 1, 2 u 3 tal-Parti 1 tal-Anness VI meta dawn il-konsenji jkunu destinati għal korp, istitut jew ċentru approvat, sakemm jiġu ssodisfatti dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) tkun twettqet valutazzjoni tar-riskji għas-saħħa tal-annimali li tista' tippreżenta kull konsenja għall-Unjoni, mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' destinazzjoni;
(b) il-konsenji kkonċernati jkunu ġejjin minn pajjiż terz, minn territorju jew parti minnu li jkun elenkat f'waħda mil-listi stabbiliti:
(i) fil-Parti 1 tal-Anness I jew fil-Parti 1 tal-Anness II ta' dan ir-Regolament,
(ċ) l-annimali ungulati jkunu joriġinaw minn korp, istitut jew ċentru f'pajjiż terz, f'territorju jew parti minnu msemmi fil-punt (a), li jkun elenkat f'lista stabbilita skont l-Artikolu 3c;
(d) l-annimali ungulati jkunu ddaħħlu għall-kwarantina f'faċilità protetta mill-vetturi fl-istabbiliment tal-korp, tal-istitut jew taċ-ċentru msemmi fil-punt (c) għall-perjodu stipulat fiċ-ċertifikati rilevanti;
(e) l-annimali ungulati jitwasslu direttament lejn korp, istitut jew ċentru fl-Istat Membru ta' destinazzjoni;
(f) l-annimali ungulati jkollhom magħhom ċertifikat veterinarju validu, miktub skont il-mudell rilevanti taċ-ċertifikati veterinarji msemmijin fit-Tabelli 1, 2 u 3 fil-Parti 1 tal-Anness VI u stabbiliti fil-Parti 2 ta' dak l-Anness;
(g) l-annimali ungulati jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-mudell taċ-ċertifikat veterinarju msemmi fil-punt (f).
L-Istat Membru ta' destinazzjoni għandu jgħarraf lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali bl-awtorizzazzjoni mogħtija skont l-ewwel sottoparagrafu, qabel ma jiddaħħlu l-annimali ungulati fit-territorji tagħhom.
2. Fejn tkun impossibbli l-konformità mal-punti (c) u (d) tal-paragrafu 1 minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' destinazzjoni tista' tawtorizza d-dħul fit-territorju tiegħu ta' annimali ungulati tal-ispeċijiet elenkati fit-Tabelli 1, 2 u 3 tal-Parti 1 tal-Anness VI minn impriżi oħrajn li mhumiex konformi mar-rekwiżiti stipulati f'dawk il-punti, sakemm jiġu ssodisfatti r-rekwiżiti stipulati fil-punti (a), (b) u (e) sa (g) tal-paragrafu 1 kif ukoll il-kundizzjonijiet addizzjonali li ġejjin:
(a) tkun saret applikazzjoni minn qabel mis-sid jew minn persuna fiżika li tirrappreżenta lis-sid, u l-Istat Membru ta' destinazzjoni jkun ta l-permess wara li jkun wettaq valutazzjoni tar-riskji li tkun uriet li d-dħul tal-annimali ungulati inkwistjoni fit-territorju tiegħu ma jikkostitwix riskju għas-saħħa tal-annimali fl-Unjoni;
(b) l-annimali ungulati jkunu ddaħħlu fil-kwarantina fil-pajjiż terz, fit-territorju jew fil-parti tat-territorju tal-oriġini taħt superviżjoni uffiċjali għat-tul ta' żmien meħtieġ biex jissodisfaw il-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali stipulati fil-mudell taċ-ċertifikat veterinarju msemmi fil-punt (f):
(i) f'post approvat mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz, tat-territorju jew ta' parti mit-territorju tal-oriġini tal-annimali;
(ii) skont l-arranġamenti preskritti fil-permess li għandu jistipula mill-inqas l-istess garanziji bħal dawk stipulati fil-punti (a), (b) u (e) sa (g) tal-paragrafu 1.
Meta l-annimali ungulati jiddaħħlu fl-Unjoni skont l-ewwel sottoparagrafu, għandhom jiddaħlu għall-kwarantina f'post ta' korp, istitut jew ċentru approvat ta' destinazzjoni għal mill-inqas sitt xhur minn meta jiddaħħlu fl-Unjoni, u matul dan il-perjodu, ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 8(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE jistgħu jiġu applikati mill-awtoritajiet kompetenti.
L-Istat Membru li jkun qed jawtorizza d-dħul tal-annimali ungulati skont l-ewwel sottoparagrafu għandu jgħarraf lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali bl-awtorizzazzjoni qabel ma jiddaħħlu l-annimali ungulati fit-territorji tiegħu.
Artikolu 3b
Il-kundizzjonijiet għad-dħul u t-transitu tal-annimali ungulati maħsubin għal korp, istitut jew ċentru approvat, mit-territorju ta' Stati Membri li mhumiex l-Istat Membru ta' destinazzjoni
It-transitu tal-annimali ungulati msemmijin fl-Artikolu 3a minn Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru ta' destinazzjoni jingħata permess biss suġġett għall-awtorizzazzjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' transitu. Din l-awtorizzazzjoni tista' tingħata biss abbażi ta' valutazzjoni tar-riskji minn dik l-awtorità kompetenti, fuq l-informazzjoni li tingħata mill-Istat Membru ta' destinazzjoni.
L-Istat Membru ta' destinazzjoni għandu jgħarraf lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, qabel ma jseħħ it-transitu, meta jawtorizza d-dħul tal-annimali skont il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 3a."
Artikolu 3c
Lista ta' korpi, istituti jew ċentri approvati f'pajjiżi terzi, f'territorji u f'partijiet minn territorji
1. Wara valutazzjoni tal-konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2, kull Stat Membru jista' jistabbilixxi lista ta' korpi, istituti u ċentri li minnhom jista' jiġi awtorizzat id-dħul ta' annimali ungulati fit-territorju tiegħu skont l-Artikolu 3a(1).
2. Korp, istitut jew ċentru f'pajjiż terz, f'territorju jew f'parti minnu jista' biss jiġi elenkat fil-lista msemmija fil-paragrafu 1 meta jkunu ssodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) il-korp, l-istitut jew iċ-ċentru jikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fil-Parti 3 tal-Anness VI;
(b) il-korp, l-istitut jew iċ-ċentru jkun approvat mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz, tat-territorju jew ta' parti mit-territorju fejn ikun ikkollokat dak il-korp, l-istitut jew iċ-ċentru;
(ċ) l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz, tat-territorju jew ta' parti mit-territorju tagħti biżżejjed garanziji li l-kundizzjonijiet dwar l-approvazzjoni ta' korpi, istituti jew ċentri stabbiliti fil-Parti 4 tal-Anness VI huma ssodisfatti.
3. Stat Membru jista' jinkludi fil-lista msemmija fil-paragrafu (1) il-korpi, l-istituti jew iċ-ċentri f'pajjiżi terzi li diġà qegħdin inklużi f'lista bħal din stabbilita minn Stat Membru ieħor, mingħajr ma jkun ivvaluta l-konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2.
4. L-Istati Membri għandhom iżommu l-listi msemmijin fil-paragrafu (1) aġġornati, u b'mod partikolari jqisu kull sospensjoni jew irtirar tal-approvazzjoni mogħtija mill-awtorità kompetenti ta' pajjiż terz, ta' territorju jew ta' parti minnu tal-korpi, tal-istituti jew taċ-ċentri kkollokati hemm u inklużi f'dawk il-listi.
5. Permezz ta' paġni ta' tagħrif imqiegħda fuq l-internet, l-Istati Membri għandhom ipoġġu l-listi msemmijin fil-paragrafu 1 għad-disponibbiltà tal-pubbliku, u għandhom iżommu dawn il-paġni aġġornati.
6. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-indirizz tal-Internet tal-paġni ta' tagħrif tagħhom imqiegħda fuq l-internet.
Artikolu 4
Kundizzjonijiet għaċ-ċentri tal-ġbir għal ċerti konsenji ta’ annimali ungulati
1. Konsenji ta’ annimali ungulati li fihom annimali ħajjin li ġejjin minn aktar minn stabbiliment wieħed jistgħu jiddaħħlu fl-Unjoni biss jekk jinġabru f’ċentri tal-ġbir approvati mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz, tat-territorju jew ta' parti mit-territorju tal-oriġini b’konformità mar-rekwiżiti stipulati fil-Parti 5 tal-Anness I.
2. Il-konsenji tal-annimali ungulati mdaħħlin fl-Unjoni skont l-Artikolu 3a jew l-Artikolu 6 ma għandhomx joriġinaw minn iktar minn stabbiliment wieħed u ma għandhomx jinġabru f'ċentri tal-ġbir.
Artikolu 5
Protokolli għall-istandardizzazzjoni ta’ materjali u għall-proċeduri għall-ġabra ta’ kampjuni u għall-ittestjar ta’ annimali ungulati
Fejn jeħtieġ li jinġabru kampjuni u jsir ittestjar għaċ-ċertifikati veterinarji elenkati fil-kolonna 4 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I għall-mard elenkat fil-Parti 6 ta’ dan l-Anness, għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ annimali ungulati, dan il-ġbir ta’ kampjuni u l-ittestjar għandhom jsiru minn jew bil-kontroll ta’ awtorità kompetenti mill-pajjiż terz ta’ oriġini b’konformità mal-protokolli għall-istandardizzazzjoni ta’ materjali u proċeduri għall-ittestjar stipulati fil-Parti 6 ta’ dan l-Anness.
Artikolu 6
Kondizzjonijiet speċjali għal ċerti konsenji ta’ annimali ungulati importati f’St Pierre u Miquelon u introdotti fl-Unjoni
Konsenji ta’ annimali ungulati tal-ispeċi elenkati fit-tabella fil-Parti 7 tal-Anness I u li ddaħħlu f’St Pierre u Miquelon inqas minn sitt xhur qabel id-data tal-ġarr bil-baħar tagħhom minn St Pierre u Miquelon lejn l-Unjoni jistgħu jiġu biss introdotti fl-Unjoni jekk
(a) huma konfromi mar-rekwiżiti tar-residenza u tal-kwarantina stipulati fil-Kapitolu 1 ta’ dik il-Parti;
(b) ġew ittestjati b’konformità mar-rekwiżiti għall-ittestjar tas-saħħa tal-annimali stipulati fil-Kapitolu 2 ta’ din il-Parti.
Artikolu 7
Kondizzjonijiet ġenerali għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ ċerti speċi ta’ naħal
1. Konsenji ta’ naħal tal-ispeċi elenkati fit-tabella 1 tal-Parti 2 tal-Anness IV għandhom jiġu introdotti biss fl-Unjoni minn pajjiżi terzi jew territorji:
(a) elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II;
(b) jekk il-preżenza ta’ batteri tal-larvi tan-naħal (foulbrood) Amerikani, il-ħanfusa ż-żgħira tad-doqqajs (Aethina tumida) u d-dudu Tropilaelaps (Tropilaelaps spp.) huma soġġetti għal notfikazzjoni obbligatorja fit-territorju kollu tal-pajjiż terz jew tat-territtorju kkonċernat.
2. B’deroga għall-paragrafu 1(a), il-konsenji ta’ naħal jistgħu jiġu introdotti fl-Unjoni minn parti ta’ pajjiż terz jew minn territorju elenkat fil-Parti 1 tal-Anness II li huwa:
(a) parti ġeografikament u epidemjoloġikament iżolata minn pajjiż terz jew territorju
(b) elenkat fit-tielet kolonna fit-tabella fit-Taqsima 1 tal-Parti 1 tal-Anness IV.
Meta din id-deroga tiġi applikata, l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ naħal għandha tiġi pprojbita mill-partijiet l-oħra kollha tal-pajjiż terz jew tat-territorju kkonċernat mhux elenkat fit-tielet kolonna tat-tabella fit-Taqsima 1 tal-Parti 1 tal-Anness IV.
3. Konsenji ta’ naħal tal-ispeċi elenkati fit-tabella 1 tal-Parti 2 tal-Anness IV għandhom jikkonsistu jew minn:
(a) gaġeġ ta’ naħal irġejjen (Apis mellifera u Bombus spp.), kull waħda fiha naħla reġina waħda b’massimu ta’ 20 attendent li jakkumpanjawha; jew
(b) kontenituri ta’ naħal bagħal (Bombus spp.), kull wieħed fih kolonja ta’ massimu ta’ 200 naħla bagħla adulti.
4. Konsenji ta’ naħal tal-ispeċi elenkati fit-tabella 1 tal-Parti 2 tal-Anness IV għandhom:
(a) ikunu akkumpanjati minn ċertifikat veterinarju adattat, imħejji b’konformità mal-mudell taċ-ċertifikat veterinarju rilevanti stipulat fil-Parti 2 tal-Anness IV, u li huwa komplut u ffirmat minn spettur uffiċjali tal-pajjiż terz li qed jesporta;
(b) ikunu konformi mar-rekwiżiti veterinarji stipulati fiċ-ċertifikat veterinarju msemmi fil-punt (a).
Artikolu 8
Kondizzjonijiet ġenerali dwar it-trasport ta’ annimali ħajjin lejn l-Unjoni
Waqt il-perjodu wara t-tagħbija fil-pajjiż terz tal-oriġini u qabel il-wasla mal-istazzjon tal-ispezzjoni fuq il-fruntiera għall-introduzzjoni fl-Unjoni, konsenji ta’ annimali ħajjin m’għandhomx:
(a) jiġu trasportati flimkien ma’ annimali ħajjin oħra li:
(i) mhumiex intenzjonati għall-introduzzjoni fl-Unjoni; jew
(ii) li għandhom stat ta’ saħħa aktar baxx.
(b) imħattin, jew, meta dawn jitwasslu bl-ajru, ittrasferiti f'inġenju tal-ajru ieħor, jew jiġu ttrasportati f'vettura tat-triq, fuq ferrovija, jew bil-mixi minn pajjiż terz, territorju jew parti minnu li ma jkunx awtorizzat għall-importazzjoni tal-annimali kkonċernati fl-Unjoni.
Artikolu 9
Limitu ta’ żmien għall-perjodu tat-trasport ta’ annimali ħajjin lejn l-Unjoni
Konsenji ta’ annimali ħajjin jistgħu jiġu biss introdotti fl-Unjoni jekk il-kunsinna tasal l-istazzjon tal-ispezzjoni fuq il-fruntiera għall-introduzzjoni fl-Unjoni fi żmien 10 ijiem mid-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat veterinarju adattat.
Fil-każ ta’ trasport bil-baħar, dan il-perjodu ta’ 10 ijiem jiġi estiż b’perjodu addizzjonali li jikkorrispondi għat-tul tal-vjaġġ bil-baħar, kif ċertifikat permezz ta’ dikjarazzjoni ffirmata minn sid il-vapur, imħejjija b’konformità mal-Parti 3 tal-Anness I li tiġi mehmuża fil-forma oriġinali tagħha maċ-ċertifikat veterinarju.
Artikolu 10
Kondizzjonijiet speċjali dwar il-bexx ta’ konsenji ta’ annimali ħajjin trasportati bl-ajru lejn l-Unjoni
Jekk konsenji ta’ annimali ħajjin, bl-eċċezzjoni ta’ konsenji ta’ naħal, jiġu trasporti bl-ajru, il-kaxxa jew kontenitur li fih jiġu trasportati u ż-żona fil-madwar għandhom jiġu mibxuxa b’insettiċida adattat.
Dan il-bexx għandu jsir immedjatament qabel ma jingħalqu l-bibien tal-ajruplan wara t-tagħbija, u wara kull ftuħ sussegwenti tal-bibien f’pajjiż terz, sakemm l-ajruplan jasal fid-destinazzjoni finali.
Il-kaptan tal-ajruplan għandu jiċċertifika li l-bexx ikun sar billi jiffirma dikjarazzjoni, imħejjija b’konformità mal-Parti 4 tal-Anness I u tiġi mehmuża fil-forma oriġinali tagħha maċ-ċertifikat veterinarju.
Artikolu 11
Kondizzjonijiet li għandhom jiġu applikati wara l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ ċerti konsenji ta’ annimali ungulati
1. Wara li jiddaħħlu fl-Unjoni, il-konsenji tal-annimali ungulati, minbarra dawk imsemmijin fl-Artikolu 3a, għandhom jitwasslu b'mezz tat-trasport li hu protett mill-vetturi mingħajr dewmien lejn l-istabbiliment tad-destinazzjoni.
Dawk l-annimali ungulati għandhom jibqgħu f’dan l-istabbilment għall-perjodu ta’ mill-inqas 30 jum, sakemm ma jintbagħtux direttament lejn biċċerija.
2. Wara l-introduzzjoni fl-Unjoni, konsenji ta’ annimali ungulati intenzjonati li jinqatlu għal-laħam b’mod immedjat għandhom jinbagħtu bla telf ta’ żmien lejn il-biċċerija destinatarja fejn huma għandhom jinqatlu fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mid-data tal-wasla tagħhom fil-biċċerija.
Artikolu 12
Kondizzjonijiet speċifiċi dwar it-tranżitu minn pajjiżi terzi ta’ ċerti konsenji ta’ annimali ungulati
Fejn il-kondizzjoni I tal-Parti I tal-Anness I tapplika b’mod speċifiku, sabiex jiġu permessi konsenji tal-annimali ungulati msemmija f’dik il-kondizzjoni li joriġinaw minn Stat Membru wieħed u huma destinati lejn Stat Membru ieħor li jgħaddu minn pajjiż terz, territorju jew parti tiegħu li huma elenkati fit-tabella 1 fil-Parti 1 tal-Anness I iżda li għalhom m’hemm l-ebda mudell ta’ ċertifikat veterinarju korrisponedenti għal konsenji tal-annimali ungulati konċernati indikati fil-kolonna 4 ta’ dik it-tabella, japplikaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) għal annimali bovini tas-simna:
(i) l-istabbilimenti tad-destinazzjoni finali għandhom jiġu indikati minn qabel minn awtorità kompetenti bħala d-destinazzjoni finali;
(ii) l-annimali ħajjin li jagħmlu parti mill-kunsinna m’għandhomx jiġu trasferiti mill-istabbiliment għall-aħħar destinazzjoni jekk mhux ser jiġu maqtula għal-laħam immedjatament;
(iii) iċ-ċaqliq kollu tal-annimali ħajjin ġewwa u barra l-istabbiliment tad-destinazzjoni finali stess jew 'l barra minnu għandhom isiru bil-kontroll tal-awtorità kompetenti sakemm l-annimali li jagħmlu parti mill-kunsinna jibqgħu jinżammu fl-istabbiliment
(b) għal annimali ungulati għall-qtil immedjat għal-laħam għandu japplika l-Artikolu 11(2).
Artikolu 12a
Deroga għat-tranżitu mil-Litwanja ta' ċerti konsenji ta' annimali bovini ħajjin għat-trobbija u għall-produzzjoni
1. It-tranżitu bit-triq mil-Litwanja ta' konsenji ta' annimali bovini ħajjin għat-trobbija u l-produzzjoni ġejjin mir-reġjun Russu ta' Kaliningrad u kkonsenjati f'destinazzjoni barra mill-Unjoni għandu jkun awtorizzat suġġett għall-konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) l-annimali jidħlu l-Litwanja fil-post ta' spezzjoni fil-fruntiera fi triq Kybartai u joħorġu mil-Litwanja fil-post ta' spezzjoni fil-fruntiera f'Medininkai;
(b) l-annimali jiġu ttrasportati f'kontejners fuq vetturi tat-triq ssiġillati b’siġill b’numru ta’ serje fl-istazzjon għall-ispezzjoni fuq il-fruntiera għall-introduzzjoni fl-Unjoni fi triq Kybartai, mis-servizzi veterinarji tal-awtorità kompetenti tal-Litwanja;
(c) id-dokumenti msemmija fit-tielet inċiż tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE, inkluż iċ-ċertifikat veterinarju mimli kif xieraq skont iċ-ċertifikat veterinarju mudell “BOV-X-TRANSIT-RU” stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament u li jakkumpanjaw l-annimali mill-post ta' spezzjoni fil-fruntiera fi triq Kybartai sal-post ta' spezzjoni fil-fruntiera Medininkai jkunu ttimbrati “GĦAT-TRANŻITU BISS MINN ĠOL-LITWANJA META ĠEJ MIR-REĠJUN RUSSU TA' KALININGRAD” fuq kull paġna mill-veterinarju uffiċjali tal-awtorità kompetenti responsabbli għall-post ta' spezzjoni fil-fruntiera fi triq Kybartai;
(d) ikun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KE;
(e) il-konsenja tkun iċċertifikata bħala aċċettabbli għat-tranżitu mil-Litwanja fuq id-dokument komuni veterinarju tad-dħul imsemmi fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 282/2004 ( 23 ) u ffirmat mill-veterinarju uffiċjali tal-post ta' spezzjoni fil-fruntiera fi triq Kybartai;
(f) l-annimali jkunu akkumpanjati b'ċertifikat tas-saħħa li jippermetti dħul bla xkiel fil-Bjelorussja u b'ċertifikat veterinarju maħruġ għall-post ta' destinazzjoni tal-annimali fir-Russja.
2. Il-konsenja ma għandhiex tinħatt fl-Unjoni u għandha tittieħed direttament għall-post ta' spezzjoni fil-fruntiera għall-ħruġ ta' Medininkai.
Il-veterinarju uffiċjali fil-post ta' spezzjoni fil-fruntiera ta' Medininkai għandu jimla l-parti 3 tad-Dokument tad-Dħul Veterinarju Komuni wara l-kontrolli tal-ħruġ fuq il-konsenja jkunu vverifikaw li tkun l-istess konsenja li daħlet fil-Litwanja fil-post ta' spezzjoni fil-fruntiera fi “triq Kybartai”.
3. F'każ ta' kwalunkwe irregolarità jew emerġenza waqt it-tranżitu, l-Istat Membru tat-tranżitu għandu japplika l-miżuri stipulati fit-tieni inċiż tal-Artikolu 8(1)(b) tad-Direttiva 90/425/KEE ( 24 ) kif xieraq.
4. L-awtorità kompetenti tal-Litwanja għandha tivverifika regolarment li l-għadd ta' konsenji li jidħlu u jħallu t-territorju tal-Unjoni jkun jaqbel.
Artikolu 13
Kondizzjonijiet għall-applikazzjoni wara l-introduzzjonifl-Unjoni ta’ konsenji ta’ naħal imsemmija fl-Artikolu 7
1. Konsenji ta’ naħal irġejjen imsemmija fl-Artikolu 7(3)(a) għandhom jiġu trasportati bla telf ta’ żmien lejn il-post maħsub bħala id-destinazzjoni finali fejn il-ġarar għandhom jitqiegħdu taħt il-kontroll tal-awtorità kompetenti u n-naħal irġejjen jiġu trasferiti f’gaġeġ ġodda qabel ma jiġu introdotti f’kolonji lokali.
2. Il-gaġeġ, l-attendenti u materjal ieħor li akkumpanja n-naħal irġejjen mill-pajjiż terz tal-oriġini għandhom jinbagħtu f’laboratorju indikat mill-awtorità kompetenti għall-eżaminazzjoni għall-preżenza:
(a) tal-ħanfusa ż-żgħira tad-doqqajs (Aethina tumida), il-bajd jew il-larva tagħha;
(b) sinjali tad-dudu ta’ Tropilaelaps (Tropilaelaps spp.)
Wara din l-eżaminazzzjoni fil-laboratorju, il-gaġeġ, l-attendenti u l-materjal għandhom jiġu meqruda.
3. Konsenji ta’ naħal bagħal (Bombus spp.) imsemmi fl-Artikolu 7(3)(b) għandhom jiġu trasportat mingħajr telf ta’ żmien lejn il-post ta’ destinazzjoni indikat.
Dan in-naħal bagħla jista’ jibqa’ fil-kontenitur li fih ġie introdott fl-Unjoni sakemm iddum ħajja l-kolonja.
Dan il-kontenituri u l-materjal li akkumpanja n-naħal bagħal mill-pajjiż terz ta’ oriġini għandhom jiġu meqruda l-aktar tard fl-aħħar tal-perjodu kemm iddum ħajja l-kolonja.
Artikolu 13a
Il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu applikati wara d-dħul ta' konsenji ta' annimali ungulati maħsubin għal korpi, istituti jew ċentri approvati
1. Wara li jiddaħħlu fl-Unjoni, il-konsenji tal-annimali ungulati maħsubin għal korpi, istituti jew ċentri approvati, għandhom jitwasslu mingħajr dewmien lill-korp, l-istitut jew liċ-ċentru tad-destinazzjoni approvat b'mezz ta' trasport li jkun protett mill-vetturi u mibni b'mod li l-annimali ma jistgħux jaħarbu minn ġo fih, u r-rawt, l-awrina, l-imfierex, l-għalf, l-iskart jew kull materjal ieħor ma jkunx jista' jnixxi jew jaqa' minn ġol-vettura jew mill-kontejner waqt it-trasportazzjoni.
2. L-annimali għandhom jinżammu fil-kwarantina f'faċilitajiet protetti mill-vetturi fl-istabbiliment tal-korp, tal-istitut jew taċ-ċentru approvat tal-Istat Membru tad-destinazzjoni għal mill-inqas 30 jum. Wara l-perjodu ta' kwarantina ta' 30 jum, l-annimali jistgħu jintbagħtu lil korp, istitut jew ċentru approvat ieħor.
3. L-annimali li jiddaħħlu għand korp, istitut jew ċentru approvat jistgħu jintbagħtu f'destinazzjoni li ma tkunx korp, istitut jew ċentru approvat ieħor, sakemm:
(a) ikunu għaddew mill-inqas sitt xhur minn meta ddaħħlu fl-Unjoni, u
(b) it-trasferiment isir skont il-paragrafu 4 tal-Anness C tad-Direttiva 92/65/KEE.
4. B'deroga mill-paragrafu 3, l-annimali jistgħu joħorġu mingħand korp, istitut jew ċentru approvat qabel ma jispiċċa l-perjodu ta' sitt xhur stipulat f'dak il-paragrafu, biss jekk jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) l-annimali jiġu esportati f'pajjiż terz, f'territorju jew f'parti minnu;
(b) biex jiġu esportati, kif imsemmi f'a), l-annimali jridu jiġu trasportati f'mezzi ta' trasport li jkunu protetti kontra l-vetturi u li jkunu mibnija b'mod li l-annimali ma jkunux jistgħu jaħarbu, u r-rawt, l-awrina, l-imfierex, l-għalf, l-iskart jew kull materjal ieħor ma jkunx jista' jnixxi jew jaqa' minn ġol-vettura jew mill-kontejner waqt it-trasportazzjoni.
KAPITOLU III
KONDIZZJONIJIET GĦALL-INTRODUZZJONI TA’ LAĦAM FRISK FL-UNJONI
Artikolu 14
Kondizzjonijiet ġenerali għall-importazzjoni ta’ laħam frisk
Konsenji ta’ laħam frisk għall-konsum mill-bniedem jistgħu jiġu biss impurtati fl-Unjoni jekk huma konformi mal-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) huma ġejjin minn pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom elenkati fil-kolonni 1, 2 u 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness II li għalihom hemm mudell ta’ ċertifikat veterinarju li jikkorrispondi għall-kunsinna kkonċernata elenkata fil-kolonna 4 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness II;
(b) huma jiġu preżentati fl-istazzjon tal-ispezzjoni fuq il-fruntiera għall-introduzzjoni fl-Unjoni akkumpanjati b’ċertifikat veterinarju adattat, imħejji b’konformità mal-mudell ta’ ċertifikat veterinarju rilevanti stipulat fil-Parti 2 tal-Anness II, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-kondizzjonijiet speċifiċi indikati fil-kolonna 6 tat-tabella fil-Parti 1 ta’ dan l-Anness, u jiġi komplut u ffirmat minn veterinarju uffiċjali mill-pajjiż terz li qed jesporta;
(c) ikunu konformi mar-rekwiżiti stipulati fiċ-ċertifikat veterinarju msemmi fil-punt (b), li jinkludu:
(i) il-garanziji supplimentari stabbiliti f’dak iċ-ċertifikat, kienu indikati fil-kolonna 5 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness II;
(ii) ir-rekwiżiti kollha addizzjonali għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja li l-Istat Membru bħala l-pajjiż tad-destinazzjoni jista’ jimponi b’konformità mal-leġiżlazzjoni veterinarja tal-Unjoni u li huma inklużi fiċ-ċertifikat.
Artikolu 15
Kondizzjonijiet applikabbli wara l-importazzjoni ta’ karkassi mhux imqaxxra ta’ bhejjem tal-kaċċa bid-difer mifruq
Skont l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 97/78/KE ( 25 ), konsenji ta’ karkassi mhux imqaxxra ta’ bhejjem tal-kaċċa bid-difer mifruq għall-konsum mill-bniedem wara aktar ipproċessar għandhom jiġu ttrasportati mingħajr telf ta’ żmien lejn l-istabbiliment destinat għall-ipproċessar.
Artikolu 16
Tranżitu u ħażna ta’ laħam frisk
L-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ laħam frisk mhux intenzjonati għall-importazzjoni fl-Unjoni iżda destinati għal pajjiż terz jew permezz ta’ tranżitu immedjat jew wara l-ħażna fl-Unjoni skont l-Artikolu 12(4) u l-Artikolu 13 tad-Direttiva 97/78/KE, jistgħu jiġu biss awtorizzati jekk il-konsenji huma konformi mal-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) ġejjin minn pajjiżi terzi, territorji jew partijiet tagħhom elenkati fil-kolonni 1, 2 u 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness II, li għalihom hemm mudell ta’ ċertifikat veterinarju li jikkorrispondi għall-kunsinna konċernata elenkata fil-kolonna 4 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness II;
(b) huma konformi mar-rekwiżiti speċifiċi għas-saħħa tal-annimali għall-kunsinna konċernata, kif stipulat fil-mudell ta’ ċertifikat veterinarju rilevanti msemmi fil-punt (a);
(c) jiġu akkumpanjati b’ċertifikat veterinarju, mħejjija b’konformità mal-mudell taċ-ċertifikat veterinarju stipulat fl-Anness III, u li jiġi komplut u ffirmat minn veterinarju uffiċjali mill-pajjiż terz;
(d) huma ċertifikati bħala aċċettabbli għat-tranżitu, inkluż għall-ħażna kif meħtieġ, fid-dokument veterinarju komuni għad-dħul imsemmi fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 136/2004 ( 26 ), li ġie ffirmat minn veterinarju uffiċjali tal-istazzjon tal-ispezzjoni fuq il-fruntiera għall-introduzzjoni fl-Unjoni.
Artikolu 17
Deroga għat-tranżitu fil-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja
1. B’deroga għall-Artikolu 16 it-tranżitu bit-triq jew bil-ferrovija mill-Unjoni, bejn l-istazzjonijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera indikati fil-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja elenkati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE ( 27 ), ta’ konsenji ġejjin minn jew destinati lejn ir-Russja direttament jew billi jgħaddu minn pajjiż terz ieħor jista’ jiġi awtorizzat, jekk ikun hemm konformità mal-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) il-kunsinna tiġi ssiġillata b’siġill b’numru ta’ serje fl-istazzjon għall-ispezzjoni fuq il-fruntiera għall-introduzzjoni fl-Unjoni mis-servizzi veterinarji tal-awtorità kompetenti;
(b) id-dokumenti li jakkumpanjaw il-kunsinna u msemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 97/78/KE għandhom jiġu ttimbrati b’timbru “GĦAT-TRANŻITU LEJN IR-RUSSJA BISS MILL-UE” fuq kull paġna mill-veterinarju uffiċjali tal-awtorità kompetenti responsabbli għall-istazzjon tal-ispezzjoni fuq il-fruntiera tal-introduzzjoni fl-Unjoni;;
(c) hemm konformità mar-rekwiżiti proċedurali stipulati fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 97/78/KE;
(d) il-kunsinna hija ċertifikata bħala aċċettabbli għat-tranżitu fid-dokument veterinarju komuni għad-dħul iffirmat mill-veterinarju uffiċjali tal-istazzjon tal-ispezzjoni fuq il-fruntiera għall-introduzzjoni fl-Unjoni.
2. Ħatt jew ħażna, kif definiti fl-Artikolu 12(4) jew fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 97/78/KE, ta’ dawn il-konsenji fuq it-territorju tal-Unjoni m’għandux jiġi permess.
3. Għandhom isiru reviżjonijiet regolari mill-awtorità kompetenti sabiex jiġi żgurat li n-numru ta’ konsenji u l-kwantitajiet ta’ prodotti li ser jitilqu mill-Unjoni jaqblu man-numru u l-kwantitajiet li daħlu.
Artikolu 17a
Deroga għat-tranżitu fil-Kroazja, ta’ konsenji li jkunu ġejjin mill-Bosnja-Ħerzegovina u destinati lejn pajjiżi terzi
1. B’deroga mill-Artikolu 16, it-tranżitu dirett bit-triq fl-Unjoni, bejn il-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera ta’ Nova Sela u Ploče, ta’ konsenji li jkunu ġejjin mill-Bosnja-Ħerzegovina u destinati lejn pajjiżi terzi, għandu jiġi awtorizzat jekk ikun hemm konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) il-konsenja tkun issiġillata b’siġill innumerat f’serje mill-veterinarju uffiċjali fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul;
(b) id-dokumenti li jakkumpanjaw il-konsenja u li jissemmew fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 97/78/KE jkunu ttimbrati “GĦAL TRANŻITU FL-UE LEJN PAJJIŻI TERŻI, BISS” fuq kull paġna mill-veterinarju uffiċjali fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul;
(c) ikun hemm konformità mar-rekwiżiti proċedurali previsti fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 97/78/KE;
(d) il-konsenja tkun iċċertifikata bħala aċċettabbli għat-tranżitu fid-Dokument Veterinarju Komuni ta’ Dħul imsemmi fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 136/2004 mill-veterinarju uffiċjali tal-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul.
2. Il-ħatt jew il-ħżin, kif definiti fl-Artikolu 12(4) jew fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 97/78/KE, ta’ dawn il-konsenji fit-territorju tal-Unjoni ma għandux jiġi permess.
3. L-awtorità kompetenti trid twettaq verifiki b’mod regolari biex tiżgura li l-għadd ta’ konsenji u l-kwantitajiet ta’ prodotti li jħallu l-Unjoni jaqbel mal-għadd u l-kwantitajiet li jkunu qed jidħlu fl-Unjoni.
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI, TRANŻITORJI U FINALI
Artkolu 18
Ċertifikazzjoni
Iċ-ċertifikati veterinarji meħtieġa minn dan ir-Regolament għandhom jiġu kompluti b’konformità man-noti ta’ spjegazzjoni stipulati fl-Anness V.
Madanakollu din il-kondizzjoni ma tippermettix l-użu ta’ ċertifikazzjoni elettronika jew minn sistemi oħra miftehma, armonizzati f uq il-livell tal-Unjoni.
Artikolu 19
Dispożizzjonijiet tranżitorji
Għal perjodu ta’ transizzjoni, dawk il-kunsinni ta’ annimali ħajjin, bl-eċċezzjoni ta’ naħal li jkun ġej mill-Istat tal-Ħawaii, u laħam frisk maħsub għall-konsum mill-bniedem iċċertifikat qabel it-30 ta’ Novembru 2010 skont id-Deċiżjonijiet 79/542/KEE u 2003/881/KE jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fl-Unjoni sal-31 ta’ Mejju 2011.
Artikolu 20
Abrogazzjoni
Id-Deċiżjoni 2003/881/KE ġiet abrogata.
Artikolu 21
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
ANNIMALI UNGULATI
PARTI 1
Lista ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom (1)
Kodiċi ISO u isem il-pajjiż terz |
Kodiċi tat-Territorju |
Deskrizzjoni tal-pajjiż terz, territorju jew parti minnu |
Ċertifikat veterinarju |
Kundizzjonijiet speċifiċi |
|
Mudell(i) |
SG |
||||
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
CA – Il-Kanada |
CA-0 |
Il-pajjiż kollu |
POR-X |
IVb IX V |
|
CA-1 |
Il-pajjiż kollu, għajr ir-reġjun ta’ Okanagan Valley tal-British Columbia kif deskritt hawn isfel: — Minn punt fuq il-fruntiera bejn il-Kanada u l-Istati Uniti 120°15′ ta’ lonġitudni u 49° ta’ latitudni — Lejn it-Tramuntana fil-punt ta’ 119°35′ ta’ lonġitudni u 50°30′ ta’ latitudni — Lejn il-Grigal fil-punt ta’ 119° ta’ lonġitudini u 50°45′ ta’ latitudini — Lejn in-Nofsinhar minn punt fuq il-fruntiera bejn il-Kanada u l-Istati Uniti 118°15′ ta’ lonġitudni u 49° ta’ latitudini |
BOV-X, OVI-X, OVI-Y RUM (2) |
A |
||
CH – l-Isvizzera |
CH-0 |
Il-pajjiż kollu |
|||
CL – iċ-Ċilì |
CL-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV-X,OVI-X, RUM |
||
POR-X, SUI |
B |
||||
GL – il-Groenlandja |
GL-0 |
Il-pajjiż kollu |
OVI-X, RUM |
V |
|
▼M16 ————— |
|||||
IS – l-Islanda |
IS-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV-X, BOV-Y RUM, OVI-X, OVI-Y |
||
POR-X, POR-Y |
B |
||||
ME – il-Montenegro |
ME-0 |
Il-pajjiż kollu |
I |
||
MK – Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. (4) |
MK-0 |
Il-pajjiż kollu |
I |
||
NZ – in-New Zealand |
NZ-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV-X, BOV-Y, RUM, POR-X, POR-Y OVI-X, OVI-Y |
III V |
|
PM – St Pierre u Miquelon |
PM-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV-X, BOV-Y, RUM, OVI-X, OVI-Y CAM |
||
RS – Is-Serbja (5) |
RS-0 |
Il-pajjiż kollu |
I |
||
RU – ir-Russja |
RU-0 |
Il-pajjiż kollu |
|||
RU-1 |
Il-pajjiż kollu ħlief ir-reġjun ta' Kaliningrad |
||||
RU-2 |
Ir-Regjun ta’ Kaliningrad |
BOV-X-TRANSIT-RU |
X |
||
US – L-Istati Uniti |
US-0 |
Il-pajjiż kollu |
POR-X |
D |
|
(1) Bla ħsara għar-rekwiżiti speċifiċi taċ-ċertifikazzjoni pprovduti minn kwalunkwe ftehim rilevanti bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi. (2) Esklużivament għal annimali ħajjin li mhumiex annimali li jagħmlu parti mill-ispeċi taċ-cervidae. (3) Iċ-ċertifikati huma skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.). (4) Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja: in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż se tiġi miftiehma wara n-negozjati attwali fil-livell tan-Nazzjonijiet Uniti. (5) Ma tinkludix il-Kosovo b'konformità ma' UNSCR 1244/99. |
Kundizzjonijiet Speċifiċi (ara n-noti tal-qiegħ f’kull ċertifikat):
“I” |
: |
għat-tranżitu mit-territorju ta’ pajjiż terz ta’ annimali ħajjin għall-qtil immedjat jew ta’ annimali bovini ħajjin għas-simna li jiġu kkonsenjati minn Stat Membru u li jkunu ddestinati għal Stat Membru ieħor fi trakkijiet li jkunu ġew issiġillati permezz ta’ siġill innumerat b’numru ta’ serje. In-numru tas-siġill għandu jitniżżel fuq iċ-ċertifikat tas-saħħa maħruġ skont il-mudell li jidher fl-Anness F tad-Direttiva 64/432/KEE ( 28 ) għal annimali bovini ħajjin għall-qtil u skont il-Mudell I tal-Anness E tad-Direttiva 91/68/KEE ( 29 ) għal annimali ovini u kaprini għall-qtil. Barra minn hekk, is-siġill għandu jkun sħiħ meta jasal fl-istazzjon tal-ispezzjoni fuq il-fruntiera indikat għad-dħul fl-Unjoni u n-numru tas-siġill għandu jiġi rreġistrat fis-sistema integrata veterinarja kompjuterizzata tal-Unjoni (TRACES). Iċ-ċertifikat għandu jiġi ttimbrat fil-post tal-ħruġ mill-Unjoni mill-awtoritajiet veterinarji kompetenti qabel it-tranżitu lejn pajjiż terz jew iktar bil-kliem li ġej “ESKLUŻIVAMENT GĦAL TRANŻITU BEJN PARTIJIET DIFFERENTI TAL-UNJONI EWROPEA BI TRANŻITU MINN DIK LI KIENET IR-REPUBBLIKA JUGOSLAVA TAL-MAĊEDONJA/MILL-MONTENEGRO/MIS-SERBJA ( 30 ) ( 31 )”. Annimali bovini għas-simna għandhom jiġu ttrasportati direttament lejn l-istabbiliment destinatarju indikat mill-awtorità veterinarja kompetenti għad-destinazzjoni. Dawn l-annimali m’għandhomx jinħarġu mill-istabbiliment jekk ma jkunux għall-qtil immedjat. |
“II” |
: |
territorju rikonoxxut bħala uffiċjalment ħieles mit-tuberkolożi għal skopijiet ta’ esportazzjoni lejn l-Unjoni ta’ annimali ċċertifikati skont il-mudell taċ-ċertifikat BOV-X. |
“III” |
: |
territorju rikonoxxut bħala uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi enżootika bovina għal finijiet ta’ esportazzjoni lejn l-Unjoni ta’ annimali ħajjin iċċertifikati skont il-mudell taċ-ċertifikat BOV- X. |
“IVa” |
: |
territorju rikonoxxut li huwa uffiċjalment ħieles mil-lewkożi enżootika bovina (EBL) għal finijiet ta’ esportazzjoni lejn l-Unjoni ta’ annimali ħajjin iċċertifikati skont il-mudell taċ-ċertifikat BOV-X. |
“IVb” |
: |
rikonoxxut li għandu merħliet uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi bovina enżootika ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness D tad-Direttiva 64/432/KEE għal finijiet ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni ta’ annimali ħajjin iċċertifikati skont il-mudell taċ-ċertifikat BOV–X. |
“V” |
: |
territorju rikonoxxut bħala uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi enżootika bovina għal finijiet ta’ esportazzjoni lejn l-Unjoni ta’ annimali ħajjin iċċertifikati skont il-mudell taċ-ċertifikat OVI- X. |
“VI” |
: |
Restrizzjonijiet ġeografiċi: |
“VII” |
: |
territorju rikonoxxut bħala uffiċjalment ħieles mit-tuberkolożi għal finijiet ta' esportazzjonijiet lejn l-Unjoni ta' annimali ħajjin iċċertifikati skont il-mudell taċ-ċertifikat RUM. |
“VIII” |
: |
territorju rikonoxxut bħala uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi għal finijiet ta' esportazzjonijiet lejn l-Unjoni ta' annimali ħajjin iċċertifikati skont il-mudell taċ-ċertifikat RUM. |
“IX” |
: |
territorju rikonoxxut bħala uffiċjalment ħieles mill-marda ta’ Aujeszky għal finijiet ta’ esportazzjonjiet lejn l-Unjoni ta’ annimali ħajjin iċċertifikati skont il-mudell taċ-ċertifikat POR-X |
“X” |
: |
Għat-tranżitu mil-Litwanja ta' annimali bovini għat-trobbija u/jew għall-produzzjoni mir-reġjun ta' Kaliningrad għal reġjuni oħra fir-Russja. |
PARTI 2
Mudelli taċ-Ċertifikati Veterinarji
Mudelli:
“BOV-X” |
: |
Mudell ta' ċertifikat veterinarju għall-annimali bovini domestiċi (inklużi l-ispeċi Bubalus u Bison u r-razez imħalltin tagħhom) maħsuba għat-trobbija u/jew għall-produzzjoni wara l-importazzjoni. |
“BOV-Y” |
: |
Mudell ta' ċertifikat veterinarju għall-annimali bovini domestiċi (inklużi l-ispeċi Bubalus u Bison u r-razez imħalltin tagħhom) maħsuba għall-qtil immedjat wara l-importazzjoni. |
“BOV-X-TRANSIT-RU” |
: |
Mudell ta' ċertifikat veterinarju għall-annimali bovini domestiċi (inklużi l-ispeċi Bubalus u Bison u r-razez imħalltin tagħhom) maħsuba għat-tranżitu mir-reġjun ta' Kaliningrad lejn reġjuni oħra tar-Russja minn ġot-territorju tal-Litwanja. |
“OVI-X” |
: |
Mudell ta' ċertifikat veterinarju għall-annimali ovini (Ovis aries) u annimali kaprini (Capra hircus) domestiċi maħsuba għat-trobbija u/jew għall-produzzjoni wara l-importazzjoni. |
“OVI-Y” |
: |
Mudell ta' ċertifikat veterinarju għall-annimali ovini (Ovis aries) u annimali kaprini (Capra hircus) domestiċi maħsuba għall-qtil immedjat wara l-importazzjoni. |
“POR-X” |
: |
Mudell ta’ ċertifikat veterinarju għall-annimali porċini domestiċi (Sus scrofa) maħsuba għat-tgħammir u/jew għall-produzzjoni wara l-importazzjoni jew maħsuba għat-tranżitu mill-Unjoni minn pajjiż terz għall-ieħor. |
“POR-Y” |
: |
Mudell ta' ċertifikat veterinarju għall-annimali porċini domestiċi (Sus scrofa) maħsuba għall-qtil immedjat wara l-importazzjoni. |
“RUM” |
: |
Mudell ta’ ċertifikat veterinarju għal annimali tal-ordni Artiodactyla (bl-eċċezzjoni ta’ annimali bovini (inklużi l-ispeċi Bubalus u Bison u r-razez imħalltin tagħhom), Ovis aries, Capra hircus, Suidae u Tayassuidae), u tal-familji Rhinocerotidae u Elephantidae. |
“SUI” |
: |
Mudell ta' ċertifikat veterinarju għal Suidae mhux domestiċi, Tayassuidae u Tapiridae. |
“CAM” |
: |
Mudell ta' attestazzjoni speċifika għal annimali impurtati minn St Pierre u Miquelon bil-kundizzjonijiet stipulati fil-Parti 7 tal-Anness I. |
SG (Garanziji supplementari):
“A” |
: |
garanziji dwar testijiet għall-Bluetongue u l-marda Epiżootika emorraġika fuq annimali ċċertifikati skont il-mudell taċ-ċertifikati veterinarji BOV-X (il-punt II.2.8 B), OVI-X (il-punt II.2.6 D) u RUM (il-punt II.2.6) |
“B” |
: |
garanziji dwar testijiet għall-marda vesikulari tal-ħnieżer u l-marda klassika tal-ħnieżer fuq annimali ċċertifikati skoni il-mudell taċ-ċertifikati veterinarji POR-X (il-punt II.2.4 B) u SUI (il-punt II.2.4 B). |
“C” |
: |
garanziji rigward it-test tal-Bruċellożi fuq l-annimali ċċertifikati skont il-mudell taċ-ċertifikati veterinarji POR-X (il-punt II.2.4 C) u SUI (il-punt II.2.4 C). |
“D” |
: |
garanziji fir-rigward tat-test tal-istomatite vesikulari fuq annimali ċċertifikati skont il-mudell taċ-ċertifikat veterinarju POR-X (il-punt II.2.1 (b)). |
Il-Mudell BOV-X-TRANSIT-RU
Mudell OVI-X
Mudell POR-X
PARTI 3
Addendum għat-trasport ta’ annimali bil-baħar
(Għandha timtela u tinhemeż maċ-ċertifikat veterinarju meta t-trasport lejn il-fruntiera tal-Unjoni jinkludi, anke jekk biss bħala parti mill-vjaġġ, trasport b’vapur.)
Dikjarazzjoni mill-kaptan tal-vapur |
|
Jiena, il-Kaptan tal-vapur, iffirmat hawn taħt (isem …), niddikjara li l-annimali msemmija fiċ-ċertifikat veterinarju mehmuż Nru … baqgħu fuq il-vapur waqt il-vjaġġ minn … fi … (pajjiż tal-esportazzjoni) lejn … fl-Unjoni u li l-vapur ma waqaf fl-ebda post ‘l barra minn … (pajjiż tal-esportazzjoni) waqt il-vjaġġ tiegħu lejn l-Unjoni ħlief: … (portijiet ta’ żjara waqt il-vjaġġ). Barra minn hekk waqt il-vjaġġ, dawn l-annimali ma kellhom l-ebda kuntatt ma’ annimali oħra fuq il-vapur, li għandhom stat ta’ saħħa inferjuri. Magħmula fi … fil- … |
|
(Port tal-wasla) |
(Data tal-wasla) |
(timbru) |
(firma tal-Kaptan) |
(isem b’ittri kapitali u titlu) |
PARTI 4
Addendum għat-trasport ta’ annimali bl-ajru
(Għandha timtela u tinhemeż maċ-ċertifikat veterinarju meta t-trasport lejn il-fruntiera tal-Unjoni jinkludi, anke jekk biss bħala parti mill-vjaġġ, trasport bl-ajru.)
Dikjarazzjoni tal-Kaptan tal-ajruplan |
|
Jiena, il-kaptan tal-ajruplan, iffirmat hawn taħt (isem …), niddikjara li l-kontenitur jew il-kontejner u ż-żona ta’ madwar l-kontenitur jew il-kontejner li fih hemm l-annimal(i) (i)msemmi(ja) fiċ-ċertifkat veterinarju mehmuż Nru … ġew sprejati b’insettiċida. Magħmula fi … fil- … |
|
(Ajruport tat-tluq) |
(Data tal-wasla) |
(timbru) |
(firma tal-Kaptan) |
(isem b’ittri kapitali u titlu) |
PARTI 5
Kondizzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ċentri tal-ġbir (imsemmija fl-Artikolu 4)
Sabiex jiġu approvati, ċentri tal-ġbir għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
I. Huma għandhom ikunu sorveljati minn veterinarju uffiċjali.
II. Kull wieħed għandu jinsab fiċ-ċentru ta’ żona li għandha dijametru minimu ta’ 20 km, li fiha skont riżultati uffiċjali, ma kien hemm l-ebda każ tal-marda tal-islien u d-dwiefer għal perjodu minimu ta’ 30 ġurnata qabel l-użu tagħhom bħala ċentri tal-ġbir approvati.
III. Qabel kull użu tagħhom bħala ċentri tal-ġbir approvati, huma għandhom jiġu mnaddfa u ddiżinfettati b’diżinfettant awtorizzat uffiċjalment fil-pajjiż tal-esportazzjoni bħala miżura effettiva għall-kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer.
IV. B’kunsiderazzjoni tal-kapaċità tagħhom ta’ kemm iżommu annimali, huma għandu jkollhom:
(a) faċilità esklussivament ddedikata għall-użu bħala ċentru tal-ġbir;
(b) faċilitajiet adattati, li jiġu faċilment imnaddfa u ddiżinfettati, adattati għat-tagħbija, il-ħatt, u l-akkomodazzjoni adattati ta’ standard xieraq għall-annimali għat-tisqija u l-għalf taghom u biex jingħataw kwalunkwe trattament meħtieġ;
(c) faċilitajiet adattati għall-ispezzjoni u l-iżolament;
(d) tagħmir adattat għat-tindif u d-diżinfezzjoni ta’ kmamar u trakkijiet;
(e) żona għall-ħażna adattata ta’ għalf, ħmieġ u demel;
(f) sistema adattata għall-ġabra u r-rimi ta’ ilma użat;
(g) uffiċċju għall-veterinarju uffiċjali.
V. Meta joperaw, huma għandu jkollhom numru suffiċjenti ta’ veterinarji sabiex iwettqu d-dmirijiet kollha stipulati fil-Parti 5;
VI. Huma għandhom ukoll jdaħħlu annimali li huma individwalment identifkati sabiex tiġi ggarantita t-traċċabilità. Għal dan il-għan, meta jiddaħħlu l-annimali s-sid jew il-persuna nkarigata li tmexxi ċ-ċentru għandhom jiżguraw li l-annimali huma identifikati tajjeb u li huma akkumpanjati minn dokumenti jew ċertifikati dwar is-saħħa għall-ispeċi u l-kategoriji involuti.
Barra minn hekk, is-sid jew il-persuna nkarigata li tmexxi ċ-ċentru għandhom iniżżlu f’reġistru jew f’dejtabejż u jżommuhom għal minimu ta’ tliet snin, l-isem tas-sid, l-oriġini tal-annimali, id-dati tad-dħul u tal-ħruġ, in-numru ta’ identifikazzjoni tal-annimali jew in-numru ta’ reġistrazzjoni tal-merħla ta’ oriġini u l-istabbiliment tad-destinazzjoni, u, in-numru tar-reġistrazzjoni tal-mezz li ġarrhom u n-numru tar-reġistrazzjoni tat-trakk li wassal jew li ġabar l-annimali minn dak iċ-ċentru tal-ġbir.
VII. L-annimali kollha li jgħaddu miċ-ċentru tal-ġbir għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet tas-saħħa stabbiliti għall-introduzzjoni tal-kategorija ta’ annimali rilevanti fl-Unjoni.
VIII. Annimali li ser jiġu introdotti fl-Unjoni li jgħaddu minn ċentru tal-ġbir għandhom, fi żmien sitt ijiem mill-wasla tagħhom fiċ-ċentru tal-ġbir, jiġu mgħobbija u mibgħuta direttament lejn il-fruntiera tal-pajjiż li qed jesporta:
(a) mingħajr ma jiġu f’kuntatt ma’ annimali bid-difer mifruq ħlief dawk l-annimali li jissodisfaw il-kondizzjonijiet tas-saħħa stabbiliti għall-introduzzjoni tal-kategorija ta’ annimali rilevanti fl-Unjoni;
(b) separati f’konsenji sabiex l-ebda kunsinna ma jkun fiha kemm annimali għat-tgħammir jew għall-produzzjoni kif ukoll annimali għall-qtil immedjat;
(c) f’vetturi jew kontejners tat-trasport li qabel ikunu ġew imnaddfa u ddiżinfettati b’diżinfettant awtorizzat uffiċjalment fil-pajjiż li qed jesporta bħala miżura effettiva għall-kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer u li huma mibnija b’tali mod li l-ħmieġ, l-awrina, l-imfierex jew l-għalf ma jkunux jistgħu jnixxu jew jaqgħu barra mill-vettura jew mill-kontejner waqt it-trasportazzjoni.
IX. Fejn il-kondizzjonijiet għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni jeħtieġu li jsir test fi żmien perjodu speċifiku qabel it-tagħbija, dak il-perjodu għandu jinkludi kwalunkwe perjodu tal-ġbir, sa sitt ijiem, mid-data tal-wasla tal-annimali fiċ-ċentru tal-ġbir approvati.
X. Il-pajjiż terz li qed jesporta għandu jindika ċ-ċentri li huma approvati għal annimali għat-tgħammir u għall-produzzjoni u dawk iċ-ċentri li huma approvati għal annimali għall-qtil u għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet ċentrali kompetenti tal-Istati Membri dwar l-ismijiet u l-indirizzi ta’ dawn it-tip ta’ postijiet. Din l-informazzjoni għandha tiġi aġġornata regolarment.
XI. Il-pajjiż terz li qed jesporta għandu jiddetermina l-proċedura għas-sorveljanza uffiċjali ta’ ċentri tal-ġbir approvati u għandu jiżgura li din is-sorveljanza ssir.
XII. Iċ-ċentri tal-ġbir approvati għandhom jiġu spezzjonati regolarment mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz, sabiex jiġi vverifikat li r-rekwiżiti għall-approvazzjoni stipulati fil-punti I sa XI jibqgħu jiġu sodisfatti.
Jekk dawn l-ispezzjonijiet juru li dawn il-kondizzjonijiet m’għadhomx jiġu sodisfatti, l-approvazzjoni taċ-ċentru għandha tiġi sospiża. L-approvazzjoni tista’ terġa tingħata biss meta l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz tkun sodisfatta li ċ-ċentru huma totalment konformi mal-kondizzjonijiet stipulati fil-punti I sa XI.
PARTI 6
Protokolli għall-istandardizzazzjoni ta’ materjali u proċeduri għall-ittestjar
(imsemmija fl-Artikolu 5)
Tuberkolożi (TBL)
It-test intradermali tat-tuberkulina uniku bl-użu ta’ tuberkulina bovina għandu jsir skont l-Anness B tad-Direttiva 64/432/KEE. Fil-każ ta’ annimali Suidae t-test intradermali tat-tuberkulina uniku bl-użu ta’ tuberkulina tal-għasafar għandu jsir skont l-Anness B għall-64/432/KEE, bl-eċċezzjoni li l-post tal-injezzjoni għandu jkun il-ġilda żejda taħt il-widna
It-test tal-agglutinazzjoni tas-serum, it-test ta’ fissazzjoni komplimentari, it-test antiġen immewwet tal-bruċella, it-testijiet tal-analiżi immunosorbenti konnessi mal-enżimi (ELISA) u l-analiżi bi fluworexxenza polarizzata (FPA) għandhom isiru skont l-Anness Ċ tad-Direttiva 64/432/KEE.
Bruċellożi (Brucella melitensis) (BRL)
It-testijiet għandhom isiru skont l-Anness C mad-Direttiva 91/68/KEE
Il-Lewkożi Enżootika Bovina (EBL)
L-agar gel immuno-diffusion test u l- enzyme linked immuno-absorbent assay test (ELISA) għandhom isiru skont il-paragrafi A u C tal-Kapitolu II tal-Anness D mad-Direttiva 64/432/KEE.
Bluetongue (BTG)
(A) |
It-test ELISA li jibblokka jew kompetittiv għandu jsir skont il-protokoll li ġej: L-ELISA kompetittiv bl-użu tal-antikorp monoklonu 3-17-A3 huwa kapaċi jiddentifika antikorpi għas-serotipi kollha magħrufa tal-vajrus tal-bluetongue (BTV). Il-prinċipju tat-test huwa l-interuzzjoni tar-reazzjoni bejn l-antiġen BTV u l-antikorp monoklonu (3-17-A3) għall-grupp speċifiku permezz taż-żieda ta’ serum tal-ittestjar. Antikorpi għall-BTV preżenti fis-serum tat-test jibblukkaw ir-reattività tal-antikorp monoklonu (Mab) u jirrużultaw fi tnaqqis fl-iżvilupp mistenni tal-kulur wara iż-żieda tal-enżima mmarkata aċidu kontra l-ġrieden, u chromogen/sottostrat. Seri jistgħu jiġu ttestjati b’sustanza dilwita waħda ta’ 1 f’5 (spot test – Appendiċi 1) jew jistgħu jiġu ttitrati (titrazzjoni tas-serum – Appendiċi 2) biex jagħtu dilution end-point. Valuri ta’ inibizzjoni għola minn 50 % jistgħu jiġu meqjusa bħala pożittivi. Materjali u Reaġenti: 1. Pjanċi mikrotitrati adattati għall-ELISA. 2. Antiġen: fornit bħala konċentrat estratt minn ċellula, preparat kif deskrit aktar ‘l isfel, u maħżun jew f’temperatura ta’– 20 °C jew – 70 °C. 3. Buffer li jibblokka: soluzzjoni ta’ melħ immewwta bil-fosfat (PBS) li fiha 0,3 % BTV serum negattiv ta’ bovini adulti, 0,1 % (v/v) Tween-20 (fornit bħala għasel polyoxyethylene sorbiton monolaurate) fil-PBS. 4. Antikorp monoklonu: 3-17-A3 (fornit bħala hybridoma tissue-culture supernatant) dirett lejn polypeptide VP7 speċifiku għall-grupp, maħżun f’temperatura ta’ – 20 °C jew imnixxef iffriżat u ddilwat 1/100 b'buffer li jibblokka qabel l-użu. 5. Ikkonjuga: globulina tal-fenek kontra l-ġrieden (b'assorbiment u b'elużjoni) ikkonjugata għal peroxidise tal-għerq tal-mustarda u miżmuma fid-dlam f'temperatura ta’ 4 °C. 6. Chromogen u sottostrat: Orthophenylene diamine (OPD-chromogen) b'konċentrazzjoni aħħarija ta' 0,4 mg/ml f'ilma sterili ddistillat. Perossidu tal-idroġenu (30 % w/v-sottostrat) 0,05 % v/v miżjud immedjatament qabel l-użu (5μl H2O2 għal kull 10 ml OPD). (Uża l-OPD b’attenzjoni – ilbes ingwanti tal-lakstu – mutaġen issuspettat). 7. Aċidu sulfiriku ta’ massa 1 ta’sustanza: 26,6 ml ta’ aċidu miżjud ma’ 473,4 ml ta’ ilma ddistillat. (Ftakar dejjem żid l-aċidu mal-ilma u qatt l-llma mal-aċidu) 8. Orbital shaker. 9. Tagħmir għall-qari tal-pjanċi ELISA (it-test jista’ jinqara viżwalment). Format tat-test Cc: kontroll tal-konjugazzjoni (l-ebda serum/l-ebda antikorp monoklonu); C++: kontroll ta' serum posittiv b'saħħtu; C+: kontroll ta' serum posittiv dgħajjef; C-: kontroll ta' serum negattiv; cm: kontroll tal-antikorp monoklonu (l-ebda serum).
APPENDIX 1 Spot dilution (1:5) format (40 sera/plate)
APPENDIĊI 2 Format tat-titrazzjoni tas-serum (10 seri/pjanċa)
Protokoll tal-ittestjar:
Proċeduri: 1. Iddilwa l-antiġen BTV mal-konċentrazzjoni qabel it-titrazzjoni f’PBS, ivvibra għal ftit ħin ħalli l-vajrus aggregat jitħallat (jekk sonicator mhux disponibbli, traferixxi l-likwidu b’pipetta vigorożament) u żid 50 μl fil-bjar kollha tal-pjanċa tal- ELISA. Taptap fuq il-ġnub tal-pjanċa ħalli jitħallat l-antiġen 2. Inkuba b’temperatura ta’ 37 °C għal 60 minuta fuq orbital shaker. Aħsel il-pjanċi tliet darbiet billi tfawwar u tbattal il-bjar b’PBS mhux sterili u nixxef b’karta assorbenti. 3. Bjar tal-kontroll: Żid 100 μl ta' buffer li jibblokka għall-bjar ta' Cc. Żid 50 μl ta' serum tal-kontroll pożittiv u negattiv, f'sustanza dilwita ta' 1:5 (10 μl serum + 40 μl buffer li jibblokka), għall-bjar rispettivi C–, C+ u C++. Żid 50 μl ta' buffer li jibblokka ml-bjar tal-kontroll tal-Mab. Metodu spot titration: Żid sustanza dilwita 1:5 ta’ kull serum għall-ittestjar fil-buffer li jibblokka sabiex jiġu duplikati l-bjar tal-kolonni 3 sa 12 (10μl seri + 40μl buffer li jibblokka), jew Metodu tat-titrazzjoni tas-serum: Prepara serje ta’ sustanzi dilwiti doppji għal kull kampjun għall-ittestjar (1:5 sa 1:640) fil-buffer li jibblokka fuq it-tmint ibjar tal-kolonni waħedhom minn 3 sa 12. 4. Immedjatment wara ż-żieda tas-seri għall-ittestjar, iddilwa mab 1:100 f’buffer li jibblokka u żid 50 μl mal-bjar kollha tal-pjanċa ħlief ma’ dawk għall-kontroll bla kampjuni. 5. Inkuba b’temperatura ta’ 37 °C għal 60 minuta fuq orbital shaker. Aħsel tliet darbiet b’PBS u nixxef b’materjal assorbenti. 6. Iddilwa l-konċentrat tal-aċidu tal-fenek kontra l-ġrieden għal 1/5 000 fil-buffer li jibblokka u żid 50 μl fil-bjar kollha tal-pjanċa. 7. Inkuba b’temperatura ta’ 37 °C għal 60 minuta fuq orbital shaker. Aħsel tliet darbiet b’PBS u nixxef b’materjal assorbenti. 8. Ħoll l-O-Phenylenediamine dihydrochloride (OPD) u immedjatament qabel l-użu żid 5μl ta’ 30 % perossidu tal-idroġenu ma’ kull 10 ml ta’ OPD. Żid 50 μl fil-bjar kollha tal-pjanċa. Ħalli l-kulur jiżviluppa għal madwar 10 minuti u waqqaf ir-reazzjoni b’1 Molar ta’ aċidu sulfuriku (50 μl għal kull bir). Il-kulur għandu jiżviluppa fil-bjar tal-kontroll tal-mab u f’dawk il-bjar li fihom seri bl-ebda antikorp għall-BTV. 9. Eżamina u rreġistra l-iżvilupp tal-pjanċi jew viżwalment jew bl-użu ta’ tagħmir spettrofotometriku għall-qari. Analiżi tar-riżultati: Bl-użu tal-pakkett tas-softwer stampa l-valuri tad-densità ottika (OD), u l-persentaġġ tal-inibizzjoni (PI) għat-test u għas-serum tal-kontroll ibbażat fuq il-valur medju rreġistrat fil-bjar tal-kontroll tal-antiġen. Id-dejta espressa bħala valuri ta' OD u PI jintużaw biex jiġi stabbilit jekk t-test twettaq fil-limiti aċċettabbli. L-ogħla limiti tal-kontroll (UCL) u l-anqas limiti tal-kontroll (LCL) għall-kontroll tal-Mab (l-antiġen flimkien mal-Mab fl-assenza ta’ seri tal-kontroll) huma bejn il-valuri 0,4 u 1,4 tal-OD. Kull pjanċa li tonqos li tkun konformi mal-kriterji ta' hawn fuq trid titneħħa. Jekk mhux disponibbli pakkett ta’ softwer tal-kompjuter, stampa l-valuri tal-OD bl-użu ta’ printer tal-ELISA. Ikkalkula l-valur medju tal-OD għall-bjar tal-kontroll tal-antiġen, li huma ekwivalenti għall-valur ta' 100 %. Stabbilixxi l-valur ta' 50 % tal-OD u manwalment ikkalkula l-pożittività u n-negattività ta' kull kampjun. Il-valur tal-inibizzjoni f’persentaġġ (PI) = 100 - (OD ta' kull kontroll waqt l-ittestjar/medja tal-OD ta' cm) × 100. Il-bjar duplikati tas-serum tal-kontroll negattiv u l-bjar duplikati mingħajr kampjuni għandhom jirreġistraw valuri tal-PI ta' bejn + 25 % u – 25 %, u bejn + 95 % u + 105 %, rispettivament. Jekk dawn ma jkunux f'dawn il-limiti l-pjanċa ma titqiesx invalida iżda tissuġġerixxi li l-kulur fl-isfond qed jiżviluppa. Is-seri tal-kontroll pożittivi b'saħħthom u dgħajfa għandhom jirreġistraw valuri tal-PI ta' bejn + 81 % u + 100 %, u bejn + 51 % u + 80 %, rispettivament. Il-limitu dijanjostiku għal seri għall-ittestjar huwa 50 % (PI 50 % jew OD 50 %). Kampjuni li jirreġistraw valuri tal-PI > 50 % huma rreġistrati negattivi. Kampjuni li jirreġistraw valuri tal-PI 'il fuq u taħt il-limitu għal bjar duplikati jitqiesu dubbjużi; dawn il-kampjuni jistgħu jkunu ttestjati mill-ġdid fl-ispot test u/jew fit-titrazzjoni. Kampjuni pożittivi jistgħu wkoll jiġu ttitrati sabiex jipprovdu indikazzjoni tal-livell ta' pożittività. Qari viżwali: Kampjuni pożittivi u negattivi jintgħarfu faċilment bl-għajnejn; kampjuni pożittivi dgħajfa jew negattivi b'saħħithom jistgħu jkunu diffiċli aktar biex jiġu interpretati bl-għajnejn. Preparazzjoni tal-antiġen BTV għall-ELISA: 1. Aħsel 40-60 roux ta' ċelluli konfluenti BHK-21 tliet darbiet b’sustanza tal-Eagle libera mis-serum u infetta bis-serotip 1 tal-vajrus tal-bluetongue fis-sustanza tal-Eagle libera mis-serum. 2. Inkuba b’temperatura ta’ 37 °C u eżamina kuljum għall-effett ċitopatiku (CPE). 3. Meta s-CPE jkunu komplut f’90 % sa 100 % tal-folja taċ-ċelluli ta’ kull roux, neħħi l-vajrus billi ċċaqlaq kwalunkwe ċelluli li għadhom imwaħħla biex jinqalgħu minn mal-ħġieġ. 4. Dawwar b’2 000 sa 3 000 rpm biex iċ-ċelluli jiffurmaw fi griebeb. 5. Armi s-supernatant u ssospendi mill-ġdid iċ-ċelluli f’madwar 30 ml ta’ PBS li fih 1 % “Sarkosyl” u 2 ml phenylmethylsulphonyl fluoride (lysis buffer). Dan jista’ jikkawża l-formazzjoni taċ-ċelluli f’ġel u iżjed lysis buffer jista’ jiżdied ħalli jonqos dan l-effett. (NB: phenylmethylsulphonyl fluoride huwa perikoluż – uża b’attenzjoni kbira.) 6. Iddisturba ċ-ċelluli għal 60 sekonda bl-użu ta’ sonda ultrasonika b’wisa’ ta’ 30 microns. 7. Dawwar b’10 000 rpm għal 10 minuti. 8. Aħżen is-supernatant f’temperatura ta’ + 4 °C u ssospendi mill-ġdid iċ-ċelluli fil-forma ta’ griebeb li jifdal f’10 sa 20 ml ta’ lysis buffer. 9. Ivvibra u ċċara, aħżen is-supernatant f’kull stadju, total ta’ tliet darbiet. 10. Agħaqqad is-supernatants u dawwar b’24 000 rpm (100,000 g) għal 120 minuta f’temperatura ta’ + 4 °C fuq massa ta’ 5 ml ta’ 40 % zokkor tal-kannamieli (w/v f’PBS) bl-użu ta’ tubi ċentrifugi Beckmann tat-30 ml u rotor SW 28. 11. Armi s-supernatant, battal it-tubi sew u ssospendi mill-ġdid il-gerbuba fil-PBS permezz tal-vibrazzjoni. Aħżen l-antiġen f’alikwoti f’temperatura ta’ – 20 °C. Titrazzjoni tal-antiġen BTV għall-ELISA: Antiġen tal-ELISA għall-bluetongue jiġi ttitrat permezz ta’ ELISA indiretta. L-iddilwar doppju tal-antiġen huwa ttitrat kontra sustanza dilwita kostanti (1/100) tal-antikorp monoklonu 3-17-A3. Il-protokoll huwa kif ġej: 1. Ittitra s-sustanza dilwita 1:20 tal-antiġen BTV f’PBS tul pjanċa mikrotitrata f’serje ta’ sustanzi ddilwati doppji (50 μl/bir) bl-użu ta’ pipetta b’iżjed minn tubu wieħed. 2. Inkuba għal siegħa f’temperatura ta’ 37 °C fuq orbital shaker. 3. Aħsel il-pjanċi tliet darbiet b’PBS. 4. Żid 50 μl tal-antikorp monoklonu 3-17-A3 (iddilwat 1/100) ma kull pjanċa mikrotitrata. 5. Inkuba għal siegħa f’temperatura ta’ 37 °C fuq orbital shaker. 6. Aħsel il-pjanċi tliet darbiet b’PBS. 7. Żid 50 μl ta’ globulin kontra l-ġrieden ikkonjugata għal peroxidase tal-għerq tal-mustarda, iddilwata għal konċentrazzjoni ottimali ittitrata minn qabel, f’kull bir tal-pjanċa mikrotitrata. 8. Inkuba għal siegħa f’temperatura ta’ 37 °C on fuq orbital shaker. 9. Żid sottostrat u chromogen kif deskritt qabel. Waqqaf ir-reazzjoni wara 10 minuti billi żżid 1 Molar ta’ aċidu sulfuriku (50 μl/bir). Fl-analiżi kompetittiva, għandu jkun hemm iżżejjed mill-antikorp monoklonu, għalhekk tintagħażel sustanza dilwita ta’ antiġen, li tinsab fuq il-kurva tat-titrazzjoni (mhux fuq ir-reġjun tal-parti stabbli) li tagħti madwar 0,8 OD wara 10 minuti. |
(B) |
It-test għall-immuno-taħlit ta’ agar gel għandu jsir skont il-protokoll li ġej: Antiġen: Antiġen fi stat ta' preċipitazzjoni jitħejja f'kull sistema ta' kultivazzjoni ta' ċelluli li ssostni l-multiplikazzjoni mgħaġġla ta' tensjoni molekolari tal-vajrus tal-bluetongue. Iċ-ċelluli BHK jew Vero huma rakkomandati. L-antiġen huwa preżenti fil-fluwidu supernatant fit-tmiem tat-tkabbir tal-vajrus iżda sabiex ikun effettiv, jeħtieġ konċentrazzjoni ta' 50 sa 100 darba. Din tista' tinkiseb permezz ta’ kull proċedura standard għall-konċentrazzjoni ta’ proteini; il-vajrus fl-antiġen jista' ma jkunx attivat billi miegħu jiżdied ta' 0,3 % (v/v) beta-propiolactone. Serum tal-kontroll pożittiv magħruf: Bl-użu ta’ serum u antiġen ta’ referenza internazzjonali jiġi prodott serum standard nazzjonali, standardizzat għall-proporzjon ottimu fil-konfront tas-serum ta’ referenza internazzjonali, imnixxef bil-friża u użat bħala is-serum tal-kontroll magħruf f’kull test. Is-serum għall-ittestjar
|
Marda epiżootika emorraġika (EHD)
It-test għall-immuno-taħlit ta’ agar gel għandu jsir skont il-protokoll li ġej:
Antiġen:
Antiġen fi stat ta' preċipitazzjoni jitħejja f'kull sistema ta' kultivazzjoni ta' ċelluli li ssostni l-multiplikazzjoni mgħaġġla tas-serotip(i) adattati tal-vajrus tal-marda epiżootika emorraġika. Iċ-ċelluli BHK jew Vero huma rakkomandati. L-antiġen huwa preżenti fil-fluwidu supernatant fit-tmiem tat-tkabbir tal-vajrus iżda sabiex ikun effettiv, jeħtieġ konċentrazzjoni ta' 50 sa 100 darba. Din tista' tinkiseb permezz ta’ kull proċedura standard għall-konċentrazzjoni ta’ proteini; il-vajrus fl-antiġen jista' ma jkunx attivat billi miegħu jiżdied ta' 0,3 % (v/v) beta-propiolactone.
Serum tal-kontroll pożittiv magħruf:
Bl-użu ta’ serum u antiġen ta’ referenza internazzjonali jiġi prodott serum standard nazzjonali, standardizzat għall-proporzjon ottimu fil-konfront tas-serum ta’ referenza internazzjonali, imnixxef bil-friża u użat bħala is-serum tal-kontroll magħruf f’kull test.
Is-serum għall-ittestjar
Proċedura |
: |
1 % agarose preparata f’buffer veronal tal-borat jew tas-sodju, pH 8,5 sa 9,0, jitferra' f’dixx Petri b'fond minimu ta' 3,0 mm. Disinn għall-ittestjar ta' sebat ibjar ħielsa mill-umdità, kull wieħed b'dijametru ta' 5,0 mm, jinqata' fl-agar. Id-disinn huwa magħmul minn bir ċentrali u sitt ibjar irranġati madwaru f'ċirku b'raġġ ta' 3 cm. Il-bir ċentrali jimtela bl-antiġen standard. Il-bjar periferali 2, 4 u 6 jimtlew bis-serum magħruf pożittiv, il-bjar 1,3 u 5 jimtlew bis-serum tal-kontroll. Is-sistema hija inkubata sa 72 siegħa f’temperatura tal-kamra f'kamra umduża magħluqa. |
Interpretazzjoni |
: |
Is-serum għall-ittestjar huwa pożittiv jekk jifforma linja speċifika ta' precipitin mal-antiġen u jifforma linja kompluta ta' identità mas-serum tal-kontroll. Is-serum għall-ittestjar huwa negattiv jekk ma jiffurmax linja speċifika mal-antiġen u ma jgħawwiġx il-linja tas-serum tal-kontroll. Dixxijiet Petri għandhom ikunu eżaminati fuq sfond skur u bl-użu ta' illuminazzjoni indiretta |
Rhinotracheitis tal-bovini infettiva (IBR) / pustular vulvo-vaginitis infettiva (IPV)
(A) |
It-test għan-newtralizzazzjoni tas-serum għandu jsir skont il-protokoll li ġej:
|
(B) |
Kull test ieħor rikonnoxxut fil-qafas tad-Deċiżjoni 2004/558/KE ( 32 ). |
Il-marda tal-ilsien u d-dwiefer (FMD)
(A) |
Il-ġabra ta’ kampjuni oesophageal/pharyngeal u l-ittestjar għandhom isiru skont il-protokoll li ġej:
Mezzi tat-trasport rakkomandati: 1. 0,08M buffer tal-fosfat pH 7,2 li fih 0,01 % albumina tas-serum bovin, 0,002 % aċidu karboliku aħmar u antibijotiċi. 2. Mezzi għall-kultivazzjoni ta’ tessuti (bħal MEM ta’ Eagle) li fihom 0,04M Hepes buffer, 0,01 % albumina tas-serum bovin u antibijotiċi, pH 7,2. 3. Antibijotiċi (għal kull ml finali) għandhom jiżdiedu mal-mezz tat-trasport bħal penicillin1 000 IU, neomycin sulphate100 IU, polymyxin B sulphate50 IU, mycostatin100 IU. |
(B) |
It-test għan-newtralizzazzjoni tal-vajrus għandu jsir skont il-protokoll li ġej:
|
(C) |
Is-sejba u l-kwantifikazzjoni tal-antikorp permezz tal-ELISA għandu jsir skont il-protokoll li ġej:
Proċedura: 1. Il-pjanċi ELISA jiġu miksija b’50 μl ta’ seri antivirali tal-fenek matul il-lejl f’kamra umda f’temperatura tal-kamra. 2. Ħamsin mikrolitru ta’ serje doppja duplikata ta’ kull serum għall-ittestjar b’1/4 jiġu mħejjija fi pjanċi bil-qiegħ forma ta’ U b’ħafna bjar (pjanċi ġarriera). Ħamsin mikrolitru ta’ dożi kostanti ta’ antiġen jiġu miżjuda f’kull bir u t-taħlitet jitħallew matul il-lejl f’temperatura ta’ 4 °C. Iż-żieda tal-antiġen tnaqqas l-iddilwar tas-serum tal-bidu għal 1/8. 3. Il-pjanċi ELISA jinħaslu ħames darbiet b’PBST. 4. Ħamsin mikrolitru ta’ taħlitiet ta’ serum/antiġen imbagħad jiġu trasferiti mill-pjanċi ġarriera lejn il-pjanċi ELISA miksija bis-serum tal-fenek u jiġu inkubati f’temperatura ta’ 37 °C għal siegħa fuq tagħmir rototarju li jħallat. 5. Wara l-ħasil, 50 μl ta’ antiserum tal-fenek tal-Indi għall-antiġen użat fil-punt 4 jiġi miżjud f’kull bir. Il-pjanċi jiġu inkubati f’temperatura ta’ 37 °C għal siegħa fuq tagħmir rototarju li jħallat. 6. Il-pjanċi jiġu maħsula u 50 μl ta’ immunoglobulina tal-fenek kontra l-fenek tal-Indi kkonjugata għal peroxidase tal-għerq tal-mustarda tiġi miżjuda f’kull bir. Il-pjanċi jiġu inkubati f’temperatura ta’ 37 °C għal siegħa fuq tagħmir rototarju li jħallat. 7. Il-pjanċi jiġu maħsula u 50 μl ta’ orthophenylene diamine li fih 0,05 % H2O2 (30 %) w/v jiġu miżjuda f’kull bir. 8. Ir-reazzjoni titwaqqaf wara 15 –il minuta b’1.25M ta’ H2SO4. Il-pjanċi jinqraw b’mod spettrofotometriku b'492 nm fuq tagħmir għall-qari tal-ELISA konness ma' mikrokompjuter.
|
Il-Marda tal-Aujeszky (AJD)
(A) |
It-test għan-newtralizzazzjoni tas-serum għandu jsir skont il-protokoll li ġej:
|
(B) |
Kull test ieħor rikonoxxut fil-qafas tad-Deċiżjoni 2008/185/EC ( 33 ). |
Gastro-enterite li titieħed (TGE)
It-test għan-newtralizzazzjoni tas-serum għandu jsir skont il-protokoll li ġej:
Serum |
: |
Is-seri kollha jiġu inattivati bis-sħana b’temperatura ta’ 56 °C għal 30 minuta qabel l-użu |
Proċedura |
: |
It-test għan-newtralizzazzjoni tas-serum b’vajrus li jvarja b'mod kostanti fuq pjanċi mikrotitrati japplika ċ-ċelluli A 72 (tumur tal-klieb) jew sistemi sensittivi oħra ta' ċelluli. Il-vajrus tat-TGE jintuża fi 100 TCID50 għal kull 0,025 ml; kampjuni inattivi tas-serum mhux dilwit jitħalltu ma' volum ugwali (0,025 ml) tal-vajrus fil-forma likwida b’partiċelli solidi. It-taħlitet tal-vajrus/serum jiġu inkubati għal 30 sa 50 minuta f’temperatura ta’ 37 °C fil-pjanċi mikrotitrati qabel jiġu miżjuda ċ-ċelluli adattati. Iċ-ċelluli jintużaw f'konċentrazzjoni li tifforma saff wieħed komplut wara 24 siegħa. Kull ċellula tirċievi 0,1 ml tal-likwidu b’partiċelli solidi taċ-ċellula. |
Kontrolli |
: |
(i) analiżi tal-infettività tal-virus, (ii) kontroll tat-tossiċità tas-serum, (iii) kontrolli tal-kultivazzjoni taċ-ċelluli mhux imlaqqma, (iv) antisera ta' referenza. |
Interpretazzjoni |
: |
Ir-riżultati tat-test għan-newtralizzazzjoni u t-titra tal-vajrus użata waqt it-test jiġu rreġistrati wara tliet sa ħamest ijiem ta’ inkubazzjoni f’temperatura ta’ 37 °C. It-titri tas-serum anqas minn 1/2 (sustanza dilwita finali) jitqiesu negattivi. Jekk kampjuni tas-serum mhux dilwit huma tossiċi għall-kultivazzjoni tat-tessuti, dawn is-seri jistgħu jiġu iddilwati 1/2 qabel ma jintużaw fit-test. Dan huwa ekwivalenti għal 1/4 tas-sustanza dilwita finali tas-serum. It-titri tas-serum inqas minn 1/4 (sustanza dilwita finali) f’dawn il-każijiet jitqiesu negattivi. |
Marda Veskulari tal-Ħnieżer (SVD)
Testijiet għall-marda veskulari tal-ħnieżer (SVD) għandhom isiru skont id-Deċiżjoni 2000/428/KE ( 34 ).
Id-Deni Klassiku tal-Ħnieżer (CSF)
Testijiet għad-deni klassiku tal-ħnieżer (CSF) għandhom isiru skont id-Deċiżjoni 2002/106/KE ( 35 ).
It-twettiq tat-testijiet għas-CSF għandhom isegwu l-linji gwida stabbiliti fil-Kapitolu relevanti tal-Manwal tal-OIE għal Testijiet Dijanjostiċi u għal Tilqim għal Annimali Terrestri.
Il-valutazzjoni tas-sensittività u l-ispeċifiċità tat-test seroloġiku għas-CSF għandhom isiru f'laboratorju nazzjonali bi skema stabbilita ta' assigurazzjoni tal-kwalità. It-testijiet li jsiru jridu jintwerew sabiex tiġi rikonoxxuta medda ta' seri ta' referenza pożittivi dgħajfa u b’saħħithom u li jippermettu s-sejba ta’ antikorp fil-fażi tal-bidu u l-konvalexxenza.
It-test tan-newtralizzazzjoni tal-vajrus (VN) għandu jsir skont il-protokolli għall-ittestjar għall-istomatite vesikulari stabbiliti fil-Kapitolu 2.1.19 tal-Manwal tat-Testijiet Dijanjostiċi u Vaċċini għall-Annimali Terrestri tal-OIE.
Is-sera li tipprevjeni l-effett ċitopatiku (CPE) b’dilwiz’zjonijiet ta’ 1 fi 32 jew aktar għandha tiġi kkunsidrata li fiha l-antikorpi għall-vajrus tal-istomatite vesikulari tal-ħnieżer.
PARTI 7
Kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni u l-kwarantina għal annimali impurtati f’ St. Pierre u f’Miquelon fi żmien perjodu ta’ inqas minn sitt xhur qabel l-introduzzjoni fl-Unjoni
(imsemmija fl-Artikolu 6)
Speċi ta’annimal kopert
Grupp tassonomiku |
||
ORDNI |
FAMILJA |
ĠENERU U SPEĊI |
Artiodactyla |
Camelidae |
Camelus ssp, Lama ssp, Vicugna ssp. |
KAPITOLU 1
Residenza u Kwarantina
1. |
L-annimali impurati f’St. Pierre u f’Miquelon għandhom jirresjedu f’faċilità tal-kwarantina għal perjodu minimu ta’ 60 jum qabel ma jintbagħtu għall-introduzzjoni fl-Unjoni. Dan il-perjodu jista’ jiżdied minħabba rekwiżiti relatati mal-ittestjar għal speċi individwali. Barra minn hekk l-annimali għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin: (a) Fiċ-ċentru tal-kwarantina jistgħu jidħlu konsenji separati. Iżda mad-dħul fiċ-ċentru tal-kwarantina l-annimali kollha tal-istess speċi fil-faċilità tal-kwarantina jitqiesu bħala grupp wieħed, u wieħed jirreferi għalihom hekk. Il-perjodu tal-kwarantina għall-grupp sħiħ għandu jibda’ fiż-żmien meta l-aħħar annimal jidħol fil-faċilità tal-kwarantina. (b) Fiċ-ċentru tal-kwarantina kull grupp speċifiku ta’ annimali għandu jinżamm iżolat, bl-ebda kuntatt dirett jew indirett ma’ kwalunkwe annimal ieħor, inklużi dawk minn konsenji oħra li jista’ jkun hemm. Kull kunsinna għandha tinżamm f’ċentru tal-kwarantina approvat u tiġi protetta minn insetti li jġorru organiżmi infettivi. (c) Jekk, waqt il-perjodu tal-kwarantina, grupp ta’ annimali ma jinżammux iżolati u jsir kuntatt ma’ annimali oħra, il-perjodu tal-kwarantina jrid jerġa’ jibda’ mill-ġdid għall-istess tul taż-żmien kif stipulat fil-bidu meta l-annimali daħlu fiċ-ċentru tal-kwarantina. (d) Annimali għall-introduzzjoni fl-Unjoni li jgħaddu miċ-ċentru tal-kwarantina għandhom jiġu mgħobbija u mibgħuta direttament lejn l-Unjoni: (i) mingħajr ma jiġu f’kuntatt ma’ annimali oħra ħlief dawk li jissodisfaw il-kondizzjonijiet tas-saħħa stabbiliti għall-introduzzjoni tal-katergorija ta’ annimali rilevanti fl-Unjoni; (ii) issegregati f’konsenji b’tali mod li l-ebda kunsinna ma tista’ tiġi f’kuntatt ma’ annimali mhux eliġibbli għall-importazzjoni fl-Unjoni; (iii) F’vetturi tat-trasport jew kontejners, li l-ewwel ikunu ġew imnaddfa u ddiżinfettati b’diżinfettant uffiċjalment awtorizzat f’St. Pierre u f’Miquelon bħala miżura effettiva għall-kontroll tal-mard imsemmi fil-Kapitolu 2 u li huma mibnija b’tali mod li l-ħmieġ, l-awrina, l-imfierex jew l-għalf ma jkunux jistgħu jnixxu jew jaqgħu barra mill-vettura waqt it-trasportazzjoni. |
2. |
Il-bini taċ-ċentru tal-kwarantina għandu jkun konformi mill-inqas mal-istandards minimi stipulati fl-Anness B għad-Direttiva 91/496/KEE ( 36 ), u mal-kondizzjonijiet li ġejjin: (a) huma għandhom jiġu sorveljati minn veterinarju uffiċjali; (b) huma għandhom ikunu fiċ-ċentru ta’ żona b’dijametru ta’ mill-inqas 20 km, li fiha, skont riżultati uffiċjali, ma kien hemm l-ebda każ tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer għal mill-inqas 30 ġurnata qabel l-bidu tal-użu tagħhom bħala ċentru tal-kwarantina; (c) qabel ma jibdew jintużaw bħala ċentri tal-kwarantina, huma għandhom jiġu mnaddfa u ddiżinfettati b’diżinfettant uffiċjalment awtorizzat f’St Pierre et Miquelon bħala miżura effettiva għall-kontroll tal-mard imsemmi fil-Kapitolu 2; (d) huma għandhom joperaw, b’kunsiderazzjoni tal-kapaċità tagħhom ta’ kemm iżommu annimali: (i) faċilità dedikata esklussivament għall-kwarantina ta’ annimali, inkluża akkomodazzjoni adattata bi standard adegwat għall-annimali, (ii) faċilitajiet adattati, li: — jistgħu jitnaddfu u jiġu ddizinfettati faċilment, — li jinkludu faċilitajiet għat-tagħbija u l-ħatt bla periklu, — li jissodisfaw il-ħtiġijiet kollha għat-tisqija u l-għalf tal-annimali, — li jippermettu l-amministrazzjoni faċli ta’ kwanlunkwe trattament veterinarju meħtieġ; (iii) faċilitajiet adattati għall-ispezzjoni u l-iżolament; (iv) tagħmir adattat għat-tindif u d-diżinfezzjoni ta’ kmamar u vetturi tat-trasport; (v) żona adattata għall-ħażna ta’ għalf, mifrex u demel; (vi) sistema adattati għall-ġabra ta’ ilma użat; (vii) uffiċċju għall-veterinarju uffiċjali. (e) meta joperaw, huma għandu jkollhom numru suffiċjenti ta’ veterinarji sabiex iwettqu d-dmirijiet kollha; (f) huma għandhom idaħħlu biss annimali li huma idividwalment identifkati sabiex tiġi ggarantita t-traċċabilità. Għal dan il-għan, meta jiddaħħlu l-annimali s-sid jew il-persuna inkarigata li tmexxi ċ-ċentru tal-kwarantina għandhom jiżguraw li l-annimali huma identifikati tajjeb u li huma akkumpanjati minn ċertifikati dwar is-saħħa għall-ispeċi u l-kategoriji involuti. Barra minn hekk, is-sid jew il-persuna inkarigata li tmexxi ċ-ċentru tal-kwarantina għandhom iniżżlu f’reġistru jew f’dejtabejż u jżommuhom għal minimu ta’ tliet snin, l-isem tas-sid, l-oriġini tal-annimali fil-kunsinna, in-numru ta’ identifikazzjoni tal-annimali fil-kunsinna u d-destinazzjoni tagħhom; (g) l-awtoritá kompetenti għandha tiddetermina l-proċedura għas-sorveljanza uffiċjali taċ-ċentru tal-kwarantina u għandha tassigura li din is-sorveljanza ssir; din is-sorveljanza għandha tinkludi spezzjonijiet regolari sabiex jiġi aċċertat li r-rekwiżiti għall-approvazzjoni għadhom jiġu sodisfatti. F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità jew ta’ sospensjoni l-approvazzjoni tista’ terġa’ tingħata biss, meta l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta li l-bini tal-kwarantina huwa kompletament konformi mal-kondizzjonijiet kollha stipulati fil-punti (a) sa (g). |
KAPITOLU 2
Testijiet tas-saħħa tal-annimali
1. REKWIŻITI ĠENERALI
L-annimali għandhom jiġu soġġetti għat-testijiet li ġejjin, li jsiru fuq kampjuni ta’ demm meħuda jekk mhux stabbilit mod ieħor, mhux aktar kmieni minn 21 ġurnata mid-data tal-bidu tal-perjodu ta’ iżolament.
It-testijiet tal-laboratorji għandhom isiru f’laboratorju approvat fl-Unjoni u it-testijiet tal-labortarju kollha u r-riżultati tagħhom, tilqim u trattamenti għandhom jiġu mehmuża maċ-ċertifikat tas-saħħa.
Sabiex ikun hemm mill-inqas interventi fuq l-annimali, il-ġabra tal-kampjuni, testijiet u kull tilqim għandhom fejn huma possibbli jsiru f’daqqa filwaqt li jiġu rrispettati l-intervalli ta’ żmien minimi skont il-protokolli għall-ittestjar stipulati fil-Parti 2 ta’ dan il-Kapitolu.
2. REKWIŻITI SPEĊIFIĊI
2.1 CAMELIDAE
2.1.1 Tuberkolożi
(a) Test li għandu jintuża: it-test tar-reazzjoni intradermali komparattiva bl-użu ta’ derivattiv tal-proteini purifikati tal-bovini (PPD) u PPD tal-għasafar li huma konformi mal-istandards għall-manifattura ta’ tuberkulini bovini u tal-għasafar kif deskritt fil-punt 2.1.2 tal-Anness B tad-Direttiva 64/432/KEE.
It-test għandu jsir fiż-żona ta’ wara l-ispalla (żona tal-abt) skont it-teknika deskritta fil-punt 2.2.4 tal-Anness B tad-Direttiva 64/432/KEE.
(b) Tqassim taż-żmien: l-annimali għandhom jiġu ttestjati fi żmien jumejn mid-data tal-wasla fiċ-ċentru tal-kwarantina u 42 ġurnata wara d-data tal-ewwel test.
(c) Interpretazzjoni tat-testijiet:
Ir-reazzjoni għandha tiġi meqjusa:
— negattiva jekk iż-żieda fil-ħxuna tal-ġilda tkun inqas minn 2 mm.
— pożittiva jekk iż-żieda fil-ħxuna tal-ġilda tkun aktar minn 4 mm.
— inkonklusiva jekk iż-żieda fil-ħxuna tal-ġilda għall-PPD bovina tkun bejn 2mm u 4 mm, jew aktar minn 4 mm iżda inqas mir-reazzjoni għall-PPD tal-għasafar.
(d) Għażla ta’ azzjonijiet li jistgħu jittieħdu wara l-ittestjar:
Jekk annimal ikollu riżultat pożittiv tar-reazzjoni intradermali għall-PPD bovina, l-annimal għandu jiġi eskluż mill-grupp u l-annimali l-oħra għandhom jiġu ttestjati mill-ġdid, liema testijiet jibdew mill-inqas 42 ġurnata mid-data tal-ewwel test pożittiv li ġie amministrat u dan jitqies bħala l-ewwel test kif deskritt fl-ittra (b).
Jekk fil-grupp ikun hemm aktar minn annimal wieħed li għandu riżultat pożittiv, il-grupp kollu ma jiġix aċċettat għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.
Jekk annimal wieħed jew aktar annimali tal-istess grupp ikollhom reazzjoni inkonklussiva, il-grupp sħiħ jerġa’ jiġi ttestjat mill-ġdid liema testijiet jibdew mill-inqas 42 ġurnata mid-data tal-ewwel test pożittiv li ġie amministrat u dan jitqies bħala l-ewwel test kif deskritt fl-ittra (b).
2.1.2 Bruċellożi
(a) Test li għandu jintuża:
(i) Brucella abortus: Rose Bengal test (RBT) u test tal-agglutinazzjoni tas-serum (SAT) kif deskritti rispettivament fil-punti 2.5 u 2.6 tal-Anness C mad-Direttiva 64/432/KEE. Fil-każ ta’ riżultat pożittiv, għandu jsir test ta’ complement-fixation kif deskritt fil-Parti 6 tal-Anness I mar-Regolament (UE) Nru 206/2010 għall-konferma.
(ii) Brucella melitensis: L-RBT u s-SAT kif deskritti rispettivament fil-punti 2.5 u 2.6 tal-Anness C mad-Direttiva 64/432/KEE. Fil-każ ta’ riżultat pożittiv, għandu jsir test ta’ complement-fixation skont il-metodu deskritt fl-Anness C mad-Direttiva 91/68/KE għall-konferma.
(iii) Brucella ovis: Test ta’ complement fixation kif deskritt fl-Anness D mad-Direttiva 91/68/KE
(b) Tqassim taż-żmien: l-annimali għandhom jiġu ttestjati fi żmien jumejn mid-data tal-wasla tagħhom fiċ-ċentru tal-kwarantina u 42 ġurnata wara d-data tal-ewwel test.
(c) Interpretazzjoni tat-testijiet:
Reazzjoni pożittiva għat-testijiet hija kif definita fl-Anness C mad-Direttiva 64/432/KEE.
(d) Għażla ta’ azzjonijiet li jistgħu jittieħdu wara l-ittestjar:
Annimali ttestjati pożittivi għal wieħed mit-testijiet għandhom jiġu esklużi mill-grupp u l-annimali l-oħra għandhom jiġu ttestjati mill-ġdid, liema testijiet jibdew mill-inqas 42 ġurnata mid-data tal-ewwel test pożittiv li sar: dan jitqies bħala l-ewwel test kif deskritt fl-ittra (b).
Annimali ttestjati negattivi għal żewġ testijiet konsekuttivi li saru kif deskritt fl-ittra (b) biss għandhom jiġu awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni.
2.1.3 Bluetongue u l-marda epiżootika emorraġika (EHD).
(a) Test li għandu jintuża: l-agar gel immunodiffusion (AGID) test kif deskritt fil-Parti 6 tal-Anness I mar-Regolament (UE) Nru 206/2010.
Fil-każ ta’ reazzjoni pożittiva l-annimali għandhom jiġu ttestjati bit-test kompettitiv tal-ELISA kif deskritt fil-Parti 6 tal-Anness I mar-Regolament (UE) Nru 206/2010 sabiex wieħed jiddistingwi bejn iż-żewġ mardiet.
(b) Tqassim taż-żmien:
L-annimali għandhom jiġu ittestjati darbtejn b’riżultat negattiv. L-ewwel fi żmien jumejn mid-data tal-wasla tagħhom fiċ-ċentru tal-kwarantina u t-tieni wara mill-inqas 21 ġurnata mid-data tal-ewwel test.
(c) Għażla ta’ azzjonijiet li jistgħu jittieħdu wara l-ittestjar:
(i) Bluetongue
Jekk annimal wieħed jew aktar annimali jkollhom riżultat pożittiv għall-ELISA kif deskritt fil-parti 6 tal-Anness I mar-Regolament (UE) Nru 206/2010, l-annimal/annimali b’riżultat pożittiv għandhom jiġu esklużi mill-grupp u l-annimali kollha l-oħra fil-grupp għandhom jinżammu fil-kwarantina għal 100 ġurnata, liema kwarantina tibda’ mid-data li fiha nġabru l-kampjuni li rriżultat pożittiv għat-test. Il-grupp jista’ biss jitqies ħieles mill-marda tal-bluetongue jekk spezzjonijiet regolari mill-veterinarji uffiċjali waqt il-perjodu tal-kwarantina ma juru l-ebda sintomi kliniċi tal-marda u ċ-ċentru tal-kwarantina jibqa’ ħieles minn organiżmi li jġorru parassiti li jikkawżaw il-marda tal-bluetongue (Culicoides).
Jekk annimal ieħor juri sintomi kliniċi tal-marda tal-bluetongue waqt il-perjodu tal-kwarantina kif deskritt fis-subparagrafu, l-annimali kollha fil-grupp m’għandhomx jiġu aċċettati għall-introduzzjoni fl-Unjoni.
(ii) Il-marda epiżootika emorraġika (EHD)
Jekk wieħed jew aktar mill-annimali ttestjati jirriżultaw pożittiv għall-preżenza ta’ antikorpi għall-vajrus tal-EHD waqt l-ittestjar konfermattiv tal-ELISA, l-annimal(i) għandhom jiġu kkunsidrati pożittivi u għandhom jiġu esklużi mill-grupp, u l-grupp sħiħ għandu jiġi ttestjat mill-ġdid, liema testijiet għandhom jibdew mill-inqas 21 ġurnata mid-data tad-dijanjosi pożittiva inizzjali u jerġgħu jsiru mill-ġdid mill-inqas 21 ġurnata mid-data tat-test ripetut, it-tnejn b’riżultati negattivi.
Jekk xi annimali oħra jiġu ttestjati b’riżultat pożittiv kemm f’wieħed jew fiż-żewġ testijiet li saru għall-ittestjar ripetut, il-grupp kollu tal-annimali m’għandux jiġi aċċettat għall-introduzzjoni fl-Unjoni.
2.1.4 Il-marda tal-ilsein u d-dwiefer (FMD)
(a) Test li għandu jintuża: Testijiet dijanjostiċi (probang u seroloġiċi) bl-użu tal-ELISA u ta’ tekniki (VN) (Newtralizzazzjoni tal-Vajrus) skont il-Protokolli deskritti fil-Parti 6 tal-Anness I mar-Regolament (UE) Nru 206/2010.
(b) Tqassim taż-żmien: l-annimali għandhom jiġu ttestjati b’riżultati negattivi għal żewġ testijiet: l-ewwel fi żmien jumejn mid-data tal-wasla tagħhom fi-ċentru tal-kwarantina u t-tieni mill-inqas 42 ġurnata mid-data tal-ewwel test.
(c) Għażla ta’ azzjonijiet li jistgħu jittieħdu wara l-ittestjar: Jekk xi annimal ittestjat ikollu riżultat pożittiv għall-vajrus tal-FMD, l-ebda annimal li jinsab fiċ-ċentru tal-kwarantina ma jitqies eliġibbli għall-introduzzjoni fl-Unjoni.
Nota: Kull sejba ta’ antikorpi strutturali u mhux strutturali għall-proteini tal-vajrus tal-FMD għandha titqies bħala riżultat ta’ infezzjoni preċedenti tal-FMD irrispettivament mill-istat tat-tilqima.
2.1.5 Rinderpest
(a) Test li għandu jintuża: It-test tal-ELISA kompettittiv kif deskritt fil-Manwal OIE tat-Testijiet Dijanjostiċi u Tilqim għall-Annimali Terrestri, l-aħħar verżjoni, huwa t-test preskritt għall-kummerċ internazzjonali u huwa test soġġett għall-għażla. It-test għan-newtralizzazzjoni tas-serum, jew testijiet oħra rikonuxxuti skont il-protokolli deskritti fit-taqsimiet rilevanti tal-Manwal OIE jistgħu jintużaw ukoll.
(b) Tqassim taż-żmien: l-annimali għandhom jiġu ttestjati darbtejn: l-ewwel fi żmien jumejn mid-data tal-wasla tagħhom fiċ-ċentru tal-kwarantina u t-tieni mill-inqas 42 ġurnata mid-data tal-ewwel test.
(c) Għażla ta’ azzjonijiet li jistgħu jittieħdu wara l-ittestjar: jekk xi annimal ittestjat jirriżulta pożittiv għall-vajrus tar-rinderpest, l-ebda annimal li jinsab fiċ-ċentru tal-kwaratanina ma jitqies eliġibbli għall-introduzzjoni fl-Unjoni.
2.1.6 Stomatite veskulari
(a) Test li għandu jintuża: ELISA, it-test għan-newtralizzazjoni tal-vajrus, jew test ieħor rikonoxxut skont il-protokolli deskritti fit-taqsimiet rilevanti tal-Manwal OIE.
(b) Tqassim taż-żmien: l-annimali għandhom jiġu ttestjati darbtejn: l-ewwel fi żmien jumejn mid-data tal-wasla tagħhom fiċ-ċentru tal-kwarantina u t-tieni mill-inqas 42 ġurnata mid-data tal-ewwel test:
(c) Għażla ta’ azzjonijiet li jistgħu jittieħdu wara l-ittestjar: jekk xi annimal ittestjat jirriżulta pożittiv għall-vajrus tal-istomatite veskulari, l-ebda annimal li jinsab fiċ-ċentru tal-kwarantina ma jitqies eliġibbli għall-introduzzjoni fl-Unjoni.
2.1.7 Id-deni ta’ Rift valley
(a) Test li għandu jintuża: ELISA, it-test għan-newtralizzazjoni tal-vajrus, jew test ieħor rikonoxxut skont il-protokolli deskritti fit-taqsimiet rilevanti tal-Manwal OIE.
(b) Tqassim taż-żmien: l-annimali għandhom jiġu ttestjati darbtejn: l-ewwel fi żmien jumejn mid-data tal-wasla tagħhom fiċ-ċentru tal-kwarantina u t-tieni mill-inqas 42 ġurnata mid-data tal-ewwel test.
(c) Għażla ta’ azzjonijiet li jistgħu jittieħdu wara l-ittestjar: jekk xi annimal juri evidenza li huwa espost għal aġenti tad-deni ta’ Rift valley, l-ebda annimal li jinsab fiċ-ċentru tal-kwarantina ma jitqies eliġibbli għall-introduzzjoni fl-Unjoni.
2.1.8 Lumpy skin disease
(a) Test li għandu jintuża: Seroloġija bl-użu tal-ELISA, tat-test għan-newtralizzazjoni tal-vajrus, jew test ieħor rikonoxxut skont il-protokolli deskritti fit-taqsimiet rilevanti tal-Manwal OIE.
(b) Tqassim taż-żmien: l-annimali għandhom jiġu ttestjati darbtejn: l-ewwel fi żmien jumejn mid-data tal-wasla tagħhom fiċ-ċentru tal-kwarantina u t-tieni mill-inqas 42 ġurnata mid-data tal-ewwel test.
(c) Għażla ta’ azzjonijiet li jistgħu jittieħdu wara l-ittestjar: jekk xi annimal juri evidenza li huwa espost għal-lumpy skin disease, l-ebda annimal li jinsab fiċ-ċentru tal-kwarantina ma jitqies eliġibbli għall-introduzzjoni fl-Unjoni.
2.1.9 Deni emorraġiku tal-Kongo Krimean
(a) Test li għandu jintuża: ELISA, it-test għan-newtralizzazzjoni tal-vajrus, it-test immunofluworexxenti jew test ieħor rikonoxxut
(b) Tqassim taż-żmien: l-annimali għandhom jiġu ttestjati darbtejn: l-ewwel fi żmien jumejn mid-data tal-wasla tagħhom fiċ-ċentru tal-kwarantina u t-tieni mill-inqas 42 ġurnata mid-data tal-ewwel test.
(c) Għażla ta’ azzjonijiet li jistgħu jittieħdu wara l-ittestjar: jekk xi annimal juri evidenza li huwa espost għad-deni emorraġiku tal-Kongo Krimean, l-ebda annimal li jinsab fiċ-ċentru tal-kwarantina ma jitqies eliġibbli għall-introduzzjoni fl-Unjoni.
2.1.10 Surra (Trypanosoma evansi (T. evansi))
(a) Test li għandu jintuża: L-aġent parassita jista’ jiġi identifikat f’kampjuni konċentrati tad-demm skont il-protokolli deskritti fit-taqsimiet rilevanti tal-Manwal OIE.
(b) Tqassim taż-żmien: l-annimali għandhom jiġu ttestjati darbtejn: l-ewwel fi żmien jumejn mid-data tal-wasla tagħhom fiċ-ċentru tal-kwarantina u t-tieni mill-inqas 42 ġurnata mid-data tal-ewwel test.
(c) Għażla ta’ azzjonijiet li jistgħu jittieħdu wara l-ittestjar: Jekk f’xi annimal fil-kunsinna jinstab it-T. Evansi, l-annimali għandu jiġi meqjusa mhux eliġibbli għall-introduzzjoni fl-Unjoni. L-annimali l-oħra tal-grupp għandhom jgħaddu minn trattament intern u estern antiparassita bl-użu tal-aġenti adattati li huma effetivi kontra t-T. evansi.
2.1.11 Deni katarrali malinju
(a) Test li għandu jintuża: sejba ta’ DNA virali bbażata fuq l-identifikazzjoni permezz tal-immunofluworexxenza jew tal-immunoċitokimika bl-użu tal-protokolli kif deskritti fit-taqsimiet rilevanti tal-Manwal OIE.
(b) Tqassim taż-żmien: l-annimali għandhom jiġu ttestjati darbtejn: l-ewwel fi żmien jumejn mid-data tal-wasla tagħhom fiċ-ċentru tal-kwarantina u t-tieni mill-inqas 42 ġurnata mid-data tal-ewwel test.
(c) Għażla ta’ azzjonijiet li jistgħu jittieħdu wara l-ittestjar: Jekk xi annimal juri evidenza li huwa espost għall-MCF, l-ebda annimal li jinsab fiċ-ċentru tal-kwarantina ma jitqies eliġibbli għall-introduzzjoni fl-Unjoni.
2.1.12 Il-marda tar-rabja
Tilqim: tilqim kontra r-rabja jista’ jsir meta mitlub mill-Istat Membru tad-destinazzjoni u l-annimali għandu jittiedilhom kampjun tad-demm u għandu jsir test għan-newtralizzazzjoni tas-serum għal antikorpi.
2.1.13 |
Lewkożi bovina enżootika. (jsir biss f’każijiet fejn l-annimali huma ddestinati lejn Stat Membru jew reġjun uffiċjalment ħieles mill-lewkożi bovina enzootika, kif imsemmi fl-Artikolu 2(2)(k) tad-Direttiva 64/432/KEE) (a) Test li għandu jintuża: L-AGID jew l-ELISA li jibblokka, skont il-protokolli deskritti fil-Manwal OIE, l-aħħar verżjoni. (b) Tqassim taż-żmien: l-annimali għandhom jiġu ttestjati darbtejn: l-ewwel fi żmien jumejn mid-data tal-wasla tagħhom fiċ-ċentru tal-kwarantina u t-tieni mill-inqas 42 ġurnata mid-data tal-ewwel test. (c) Għażla ta’ azzjonijiet li jistgħu jittieħdu wara l-ittestjar: annimali ttestjati b’riżultat pożittiv għat-test deskritt f’(a) għandhom jiġu esklużi mill-grupp tal-annimali fil-faċilità tal-kwarantina u l-annimal l-oħra għandhom jiġu ttestjati mill-ġdid, liema testijiet għandhom jibdew mill-inqas 21 ġurnata mid-data meta sar l-ewwel test b’riżultat pożittiv: dan għandu jiġi meqjus bħala l-ewwel test deskritt f’(b). L-annimali ttestjati b’riżultat negattiv għal żewġ testijiet imwettqa konsekuttivament biss kif deskritt f’(b) jistgħu jitqiesu eliġibbli għall-introduzzjoni fl-Unjoni. |
ANNESS II
LAĦAM FRISK
PARTI 1
Lista ta’ pajjiżi terzi, territorji u partijiet minnhom (1)
Kodiċi ISO u isem tal-pajjiż terz |
Kodiċi tat-Territorju |
Deskrizzjoni tal-pajjiż terz, territorju jew parti minnu |
Ċertifikat veterinarju |
Kundizzjonijiet speċifiċi |
Data tal-għeluq (2) |
Data tal-ftuħ (3) |
|
Mudell(i) |
SG |
||||||
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
7 |
8 |
AL – l-Albanija |
AL-0 |
Il-pajjiż kollu |
– |
||||
AR – l-Arġentina |
AR-0 |
Il-pajjiż kollu |
EQU |
||||
AR-1 |
Il-Provinċji ta’: Buenos Aires, Catamarca, Corrientes (ħlief id-dipartimenti ta’ Berón de Astrada, Capital, Empedrado, General Paz, Itati, Mbucuruyá, San Cosme u San Luís del Palmar) Entre Ríos, La Rioja, Mendoza, Misiones, Parti minn Neuquén (bl-eċċezzjoni tat-territorju inkluż f’AR-4), Parti minn Río Negro (bl-eċċezzjoni tat-territorju inkluż f’AR-4), San Juan, San Luis, Santa Fe, Tucuman, Cordoba, La Pampa, Santiago del Estero, Chaco, Formosa, Jujuy u Salta, bl-eċċezzjoni taż-żona buffer ta’ 25 Km mill-fruntiera mal-Bolivja u l-Paragwaj li testendi mid-Distrett ta’ Santa Catalina fil-Provinċja ta’ Jujuy, sad-Distrett ta’ Laishi fil-Provinċja ta’ Formosa |
BOV |
A |
1 |
fit-18 ta’ Marzu 2005. |
||
RUF |
A |
1 |
fl-1 ta’ Diċembru 2007. |
||||
RUW |
A |
1 |
fl-1 ta’ Awwissu 2010. |
||||
AR-2 |
Chubut, Santa Cruz u Tierra del Fuego |
BOV, OVI, RUW, RUF |
fl-1 ta’ Marzu 2002. |
||||
AR-3 |
Corrientes: id-dipartimenti ta’ Berón de Astrada, Capital, Empedrado, General Paz, Itati, Mbucuruyá, San Cosme u San Luís del Palmar |
BOV RUF |
A |
1 |
fl-1 ta’ Diċembru 2007. |
||
AR-4 |
Parti minn Río Negro (ħlief: f’Avellaneda, iż-żona li tinsab fit-Tramuntana tat-triq Provinċjali 7 u fil-Lvant tat-triq Provinċjali 250; f’Conesa, iż-żona li tinsab fil-Lvant tat-triq Provinċjali 2;f’El Cuy, iż-żona li tinsab fit-Tramuntana tat-Triq Provinċjali 7 minn fejn taqsam it-Triq Provinċjali 66 sal-fruntiera tad-Dipartiment ta’ Avellaneda; u f’San Antonio, iż-żona li tinsab fil-Lvant tat-toroq Provinċjali 250 u 2) Parti minn Neuquén (għajr f’Confluencia iż-żona li tinsab fil-lvant tat-Triq provinċjali 17, u f’Picun Leufú iż-żona li tinsab fil-lvant tat-Triq provinċjali 17) |
BOV, OVI, RUW, RUF |
fl-1 ta’ Awwissu 2008. |
||||
AU – l-Awstralja |
AU-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW, SUF, SUW |
||||
BA – Il-Bosnja-Ħerzegovina |
BA-0 |
Il-pajjiż kollu |
– |
||||
BH – Il-Baħrejn |
BH-0 |
Il-pajjiż kollu |
– |
||||
BR – il-Brażil |
BR-0 |
Il-pajjiż kollu |
EQU |
||||
BR-1 |
Stat ta’ Minas Gerais Stat ta’ Espírito Santo; Stat ta’ Goiás; Stat ta’ Mato Grosso L-Istat ta’ Rio Grande Do Sul L-Istat ta’ Mato Grosso Do Sul (ħlief iż-żona maħsuba għal livell għoli ta’ sorveljanza ta’ 15-il km mill-fruntieri esterni fil-muniċipji ta’ Porto Mutinho, Caracol, Bela Vista, Antônio João, Ponta Porã,Aral Moreira, Coronel Sapucaia, Paranhos, Sete Quedas, Japorã u Mundo Novo u ż-żona maħsuba għal livell għoli ta’ sorveljanza fil-muniċipji ta’ Corumbá u Ladário). |
BOV |
A u H |
1 |
fl-1 ta’ Diċembru 2008. |
||
BR-2 |
Stat ta’ Santa Catarina |
BOV |
A u H |
1 |
fil-31 ta’ Jannar 2008. |
||
BR-3 |
L-Istati ta’ Paraná u São Paulo |
BOV |
A u H |
1 |
fl-1 ta’ Awwissu 2008. |
||
BW – Il-Botswana |
BW-0 |
Il-pajjiż kollu |
EQU, EQW |
||||
BW-1 |
Iż-żoni ta’ kontroll tal-mard veterinarju 3c, 4b, 5, 8, 9 u 18 |
BOV, OVI, RUF, RUW |
F |
1 |
Il-11 ta’ Mejju 2011 |
Is-26 ta’ Ġunju 2012 |
|
BW-2 |
Iż-żoni ta’ kontroll tal-mard veterinarju 10, 11, 13 u 14 |
BOV, OVI, RUF, RUW |
F |
1 |
Is-7 ta’ Marzu 2002 |
||
BW-3 |
Iż-żona ta’ kontroll tal-mard veterinarju 12 |
BOV, OVI, RUF, RUW |
F |
1 |
L-20 ta’ Ottubru 2008 |
L-20 ta’ Jannar 2009 |
|
BW-4 |
Iż-żona 4a ta’ kontroll tal-mard veterinarju, għajr iż-żona ta’ lqugħ ta’ sorveljanza intensiva ta’ 10 km tul il-fruntiera maż-żona ta’ tilqim għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer u ż-żoni ta’ ġestjoni tal-organiżmi slavaġ |
BOV |
F |
1 |
It-28 ta’ Mejju 2013 |
It-18 ta’ Frar 2011 |
|
BW-5 |
Iż-żona ta’ kontroll tal-mard veterinarju 6 għajr iż-żona ta’ sorveljanza intensiva fiż-żona 6 bejn il-fruntiera maż-Żimbabwe u l-awtostrada A1 |
BOV, OVI, RUF, RUW |
F |
1 |
It-28 ta’ Mejju 2013 |
Is-26 ta’ Ġunju 2012 |
|
BY – Il-Bjelorussja |
BY-0 |
Il-pajjiż kollu |
– |
||||
BZ – Il-Beliże |
BZ-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, EQU |
||||
CA – Il-Kanada |
CA-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, OVI, POR, EQU, SUF, SUW, RUF, RUW, |
G |
|||
CH – l-Isvizzera |
CH-0 |
Il-pajjiż kollu |
* |
||||
CL – iċ-Ċilì |
CL-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW, SUF |
||||
CN – iċ-Ċina |
CN-0 |
Il-pajjiż kollu |
– |
||||
CO – Il-Kolombja |
CO-0 |
Il-pajjiż kollu |
EQU |
||||
CR – il-Kosta Rika |
CR-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, EQU |
||||
CU – Kuba |
CU-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, EQU |
||||
DZ – L-Alġerija |
DZ-0 |
Il-pajjiż kollu |
– |
||||
ET – L-Etjopja |
ET-0 |
Il-pajjiż kollu |
– |
||||
FK – Il-Gżejjer Falkland |
FK-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, OVI, EQU |
||||
GL – il-Groenlandja |
GL-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, OVI, EQU, RUF, RUW |
||||
GT – Il-Gwatemala |
GT-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, EQU |
||||
HK – Ħong Kong |
HK-0 |
Il-pajjiż kollu |
– |
||||
HN – Il-Ħonduras |
HN-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, EQU |
||||
▼M16 ————— |
|||||||
IL – l-Iżrael |
IL-0 |
Il-pajjiż kollu |
– |
||||
IN – l-Indja |
IN-0 |
Il-pajjiż kollu |
– |
||||
IS – l-Islanda |
IS-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, OVI, EQU, RUF, RUW |
||||
JP — il-Ġappun |
JP |
Il-pajjiż kollu |
BOV |
it-28 ta' Marzu 2013 |
|||
KE – Il-Kenja |
KE-0 |
Il-pajjiż kollu |
– |
||||
MA – Il-Marokk |
MA-0 |
Il-pajjiż kollu |
EQU |
||||
ME – il-Montenegro |
ME-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, OVI, EQU |
||||
MG – Il-Madagaskar |
MG-0 |
Il-pajjiż kollu |
– |
||||
MK – Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (4) |
MK-0 |
Il-pajjiż kollu |
OVI, EQU |
||||
MU – Il-Mawrizju |
MU-0 |
Il-pajjiż kollu |
– |
||||
MX – il-Messiku |
MX-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, EQU |
||||
NA – in-Namibja |
NA-0 |
Il-pajjiż kollu |
EQU, EQW |
||||
NA-1 |
In-nofsinhar tal-parametri taż-żona magħluqa li jestendu minn Palgrave Point fil-Punent sa Gam fil-Lvant |
BOV, OVI, RUF, RUW |
F u J |
1 |
|||
NC – il-Kaledonja Ġdida |
NC-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, RUF, RUW |
||||
NI – In-Nikaragwa |
NI-0 |
Il-pajjiż kollu |
– |
||||
NZ – in-New Zealand |
NZ-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW, SUF, SUW |
||||
PA – Il-Panama |
PA-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, EQU |
||||
PY – Paragwaj |
PY-0 |
Il-pajjiż kollu |
EQU |
||||
PY-1 |
Il-pajjiż kollu ħlief iż-żona maħsuba għal livell għoli ta’ sorveljanza ta’ 15-il Km mill-fruntieri esterni |
BOV |
A |
1 |
18.9.2011 |
l-1 t’Awwissu 2008 |
|
RS – Is-Serbja (5) |
RS-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, OVI, EQU |
||||
RU – ir-Russja |
RU-0 |
Il-pajjiż kollu |
– |
||||
RU-1 |
Ir-reġjun ta’ Murmansk, iż-żona awtonoma ta’ Yamolo-Nenets |
RUF |
|||||
SV- El Salvador |
SV-0 |
Il-pajjiż kollu |
– |
||||
SZ – Is-Sważiland |
SZ-0 |
Il-pajjiż kollu |
EQU, EQW |
||||
SZ-1 |
Iż-żona fil-Punent tal-parametri ta’ “linja ħamra” li testendi lejn it-Tramuntana mix-xmara Usutu sal-fruntiera mal-Afrika t’Isfel fil-Punent ta’ Nkalashane, |
BOV, RUF, RUW |
F |
1 |
|||
SZ-2 |
Iż-żoni ta’ kontroll ta’ sorveljanza u tilqim tal-marda veterinarja tal-ilsien u d-dwiefer kif ippubblikati fil-gazzetta bħala Strument Statutorju skont l-avviż legali numru 51 tal-2001 |
BOV, RUF, RUW |
F |
1 |
fl-4 ta’ Awwissu 2003. |
||
TH – it-Tajlandja |
TH-0 |
Il-pajjiż kollu |
– |
||||
TN – it-Tuneżija |
TN-0 |
Il-pajjiż kollu |
– |
||||
TR – it-Turkija |
TR-0 |
Il-pajjiż kollu |
– |
||||
TR-1 |
Il-provinċji ta’ Amasya, Ankara, Aydin, Balikesir, Bursa, Cankiri, Corum, Denizli, Izmir, Kastamonu, Kutahya, Manisa, Usak, Yozgat u Kirikkale |
EQU |
|||||
UA – L-Ukraina |
UA-0 |
Il-pajjiż kollu |
– |
||||
US – l-Istati Uniti |
US-0 |
Il-pajjiż kollu |
BOV, OVI, POR, EQU, RUF, RUW, SUF |
G |
|||
UY – L-Urugwaj |
UY-0 |
Il-pajjiż kollu |
EQU |
||||
BOV |
A u J |
1 |
fl-1 ta’ Novembru 2001. |
||||
OVI |
A |
1 |
|||||
ZA – l-Afrika ta' Isfel |
ZA-0 |
Il-pajjiż kollu |
EQU, EQW |
||||
ZA-1 |
Il-pajjiż kollu ħlief: — il-parti taż-żona ta’ kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer li tinsab fir-reġjuni veterinarji ta’ Mpumalanga u l-provinċji tat-Tramuntana, fid-distrett ta’ Ingwavuma tar-reġjun veterinarju ta’ Natal u fiż-żona tal-fruntiera mal-Lvant ta’ Botswana ta’ lonġitudni 28°, u — id-distrett ta’ Camperdown, fil-provinċja ta’ KwaZulu-Natal |
BOV, OVI, RUF, RUW |
F |
1 |
Il-11 ta’ Frar 2011 |
||
ZW – Iż-Żimbabwe |
ZW-0 |
Il-pajjiż kollu |
– |
||||
(1) Bla ħsara għar-rekwiżiti speċifiċi għaċ-ċertifikazzjoni stipulati fi ftehim tal-Unjoni ma’ pajjiżi terzi. (2) Laħam minn annimali maqtula nhar jew qabel id-data stabbilita fil-kolonna 7 jistgħu jiġu importati fl-Unjoni għal 90 jum minn dik id-data. Il-konsenji li jinġarru fuq bastimenti fuq baħar miftuħ jistgħu jiġu importati fl-Unjoni jekk jiġu ċċertifikati qabel id-data indikata fil-kolonna 7 għal 40 jum minn din id-data.(N.B.: jekk m’hemmx data fil-kolonna 7 dan ifisser li m’hemm l-ebda restrizzjonijiet ta’ żmien). (3) Laħam minn annimali maqtula fid-data jew wara d-data stipulata fil-kolonna 8 biss jista’ jiġi impurtat fl-Unjoni (jekk m’hemmx data fil-kolonna 8 dan ifisser li m’hemm l-ebda restrizzjonijiet ta’ żmien). (4) Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; kodiċi provviżorju li ma jippreġudika bl-ebda mod in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż, li tkun miftiehma wara l-konklużjoni tan-negozjati li fil-preżent qed isiru dwar dan is-suġġett fin-Nazzjonijiet Uniti. (5) Mhux inkluż il-Kosovo li fil-preżent huwa taħt amministrazzjoni internazzjonali skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 tal-10 ta’ Ġunju 1999. * = Rekwiżiti skont il-Ftehim bejn il-Komunità u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-Kummerċ ta’ prodotti agrikoli (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132). — = l-ebda ċertifikati stabbiliti u l-importazzjonijiet ta’ laħam frisk huma pprojbiti (bl-eċċezzjoni ta’ dawk l-ispeċi li fejn indikat fil-linja jikkompromettu d-dħul għall-pajjiż kollu). “1” Restrizzjonijiet ta’ kategoriji: L-ebda ġewwieni ta’ annimali mhu awtorizzat għall-introduzzjoni fl-Unjoni (bl-eċċezzjoni, fil-każ ta’ speċi ta’ bovini, tad-dijaframma u tal-muskoli tax-xedaq). |
PARTI 2
Mudelli taċ-ċertifikati veterinarji
Mudell(i):
“BOV” |
: |
Mudell ta’ ċertifikat veterinarju għal laħam frisk, inkluż laħam ikkapuljat, ta’ annimali bovini domestiċi (inkluż l-ispeċi Bison u Bubalus u r-razez imħalltin tagħhom). |
“OVI” |
: |
Mudell ta’ ċertifikat veterinarju għal laħam frisk, inkluż laħam ikkapuljat, ta’ annimali ovini domestiċi (Ovis aries) u annimali kaprini domestiċi (Capra hircus). |
“POR” |
: |
Mudell ta’ ċertifikat veterinarju għal laħam frisk, inkluż laħam ikkapuljat, ta’ annimali porċini domestiċi (Sus scrofa). |
“EQU” |
: |
Mudell ta’ ċertifikat veterinarju għal laħam frisk, eskluż laħam ikkapuljat, ta’ solipeds domestiċi (Equus caballus, Equus asinus u r-razez imħalltin tagħhom). |
“RUF” |
: |
Mudell ta’ ċertifikat veterinarju għal laħam frisk, bl-eċċezzjoni ta’ laħam tal-ġewwieni u laħam ikkapuljat, ta’ annimali mhux domestiċi mrobbija tal-ordni Artiodactyla (bl-eċċezzjoni ta’ annimali bovini (inkluż l-ispeċi Bison u Bubalus u r-razez imħalltin tagħhom), Ovis aries, Capra hircus, Suidae u Tayassuidae), u tal-familji Rhinocerotidae u Elephantidae. |
“RUW” |
: |
Mudell ta’ ċertifikat veterinarju għal laħam frisk, bl-eċċezzjoni ta’ laħam tal-ġewwieni u laħam ikkapuljat, ta’ annimali mhux domestiċi selvaġġi tal-ordni Artiodactyla (bl-eċċezzjoni ta’ annimali (inkluż l-ispeċi Bison u Bubalus u r-razez imħalltin tagħhom), Ovis aries, Capra hircus, Suidae u Tayassuidae), u tal-familji Rhinocerotidae u Elephantidae. |
“SUF” |
: |
Mudell ta’ ċertifikat veterinarju għal laħam frisk, bl-eċċezzjoni ta’ laħam tal-ġewwieni u laħam ikkapuljat, ta’ annimali mhux domestiċi mrobbija li jappartjenu għall-familji ta’ Suidae, Tayassuidae, jew Tapiridae. |
“SUW” |
: |
Mudell ta’ ċertifikat veterinarju għal laħam frisk, bl-eċċezzjoni ta’ laħam tal-ġewwieni u laħam ikkapuljat, ta’ annimali mhux domestiċi selvaġġi li jappartjenu għall-familji ta’ Suidae, Tayassuidae, jew Tapiridae. |
“EQW” |
: |
Mudell ta’ ċertifikat veterinarju għal laħam frisk, bl-eċċezzjoni ta’ laħam tal-ġewwieni u laħam ikkapuljat, ta’ solipeds selvaġġi li jappartjenu għas-subġenus Hippotigris (żebra). |
SG (Garanziji supplimentari)
“A” |
: |
garanziji fir-rigward tal-maturazzjoni, kejl tal-pH u dissossar ta’ laħam frisk, bl-eċċezzjoni tal-ġewwieni, iċċertifikat skont il-mudelli ta’ ċertifikati veterinarji BOV (punt II.2.6.), OVI (punt II.2.6.), RUF (punt II.2.7.) u RUW (punt II.2.4.). |
“C” |
: |
garanziji fir-rigward tat-test tal-laboratorju għal deni klassiku tal-majjali fil-karkassi li minnhom inkiseb laħam frisk, iċċertifikat skont il-mudell taċ-ċertifikat veterinarju SUW (punt II.2.3 B). |
“D” |
: |
garanziji fir-rigward ta’ tmigħ ta’ fdalijiet fis-sehem(ishma) ta’ annimali li minnhom inkiseb laħam frisk, iċċertifikat skont il-mudell taċ-ċertifikat veterinarju POR (punt II.2.3 d). |
“E” |
: |
garanziji fir-rigward tat-test tat-tuberkulożi ta’ annimali li minnhom inkiseb laħam frisk, iċċertifikat skont il-mudell taċ-ċertifikat veterinarju (punt II.2.4 d). |
“F” |
: |
garanziji fir-rigward tal-maturazzjoni u dissossar ta’ laħam frisk, bl-eċċezzjoni tal-ġewwieni, iċċertifikat skont il-mudelli ta’ ċertifikati veterinarji BOV (punt II.2.6.), OVI (punt II.2.6.), RUF (punt II.2.6.) u RUW (punt II.2.7.). |
“G” |
: |
garanziji fir-rigward ta’ 1, bl-eċċezzjoni tal-ġewwieni u l-korda spinali; u 2, ittestjar u oriġini ta’ annimali ċervidi fir-rigward ta’ mard ta’ skart kroniku kif hemm referenza għalih fil-mudelli ta’ ċertifikati veterinarji RUF (punt II.1.7.) u RUW (punt II.1.8.). |
“H” |
: |
garanziji supplimentari meħtieġa għall-Brażil. Fir-rigward ta’ programmi ta’ tilqim, minħabba li l-Istat ta’ Santa Catarina fil-Brażil ma jlaqqamx kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer, ir-referenza għal programm ta’ tilqim mhijiex applikabbli għal laħam li jkun ġej minn annimali li joriġinaw u li jinqatlu f’dak l-Istat. |
“J” |
: |
garanziji fir-rigward tal-moviment ta’ annimali bovini, ovini u kaprini minn ishma għall-biċċeriji, li jippermettulhom jgħaddu minn ċentru tal-assemblaġġ (inklużi swieq) qabel jinġarru direttament sabiex jinqatlu. |
Mudell BOV
Mudell OVI
ANNESS III
ANNESS IV
ANNIMALI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1(1)(b)
PARTI 1
Listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom
TAQSIMA 1
Partijiet ta’ pajjiżi terzi msemmijafl-Artikolu 7(2)
Pajjiż/territorju |
Kodiċi ta’ parti tal-pajjiż/territorju |
Deskrizzjoni ta’ parti tal-pajjiż/territorju |
US - Stati Uniti |
US-A |
L-Istat tal-Ħawaii (1) |
(1) Sospiż mill-5 ta’ Mejju 2010. |
PARTI 2
Tabelli ta’ annimali u l-mudelli ta’ ċertifikati veterinarji korrispondenti
Tabella 1 |
||
“QUE”: Mudell ta’ ċertifikat veterinarju għal konsenji ta’ naħal irġejjen u rġejjen tan-naħal bagħal (Apis mellifera u Bombus spp), “BEE”: Mudell ta’ ċertfikat veterinarju għal konsenji ta’ kolonji ta’ naħal bagħal (Bombus spp) |
||
Ordni |
Familja |
Ġeneru/speċi |
Hymenoptera |
Apidae |
Apis mellifera, Bombus spp. |
ANNESS V
Noti ta’ spjegazzjoni għall-mili taċ-ċertifikati veterinarji
(imsemmija fl-Artikolu 18)
(a) Ċertifikati veterinarji bbażati fuq il-mudelli stipulati fil-Parti 2 tal-Annessi I, II u IV u l-Anness III, skont id-disinn tal-mudell li jikkorrispondi għall-annimali ħajjin/laħam frisk kkonċernati, għandhom jinħarġu mill-pajjiż terz li qed jesporta.
Huma għandu jkun fihom, fl-ordni nnumerta kif tidher fil-mudell, iċ-ċertifikazzjonijiet meħtieġa għal kull pajjiż terz, u skont il-każ dawk il-garanziji supplimentari meħtieġa għall-pajjjiż terz li qed jesporta jew għal parti minnu.
Jekk l-Istat Membru tad-destinazzjoni jimponi rekwiżiti addizzjonali għaċ-ċertifikazzjoni għall-annimali ħajjin/laħam frisk ikkonċernati, ċertifikazzjonijiet li juru li dawn ir-rekwiżiti qed jiġu sodisfatti għandhom jiġu inkorporati mal-kopja oriġinali taċ-ċertifikat veterinarju.
(b) Fejn il-mudell jistabbilixxi li ċerti dikjarazzjonijiet għandhom jinżammu skont il-każ, dikjarazzjonijiet li mhumiex rilevanti jistgħu jinqatgħu u ħdejhom jiġu mniżżla l-inizjali tal-uffiċjal li qed jiċċertifika u jiġu ttimbrati minnu, jew jistgħu jitħallew kompletament barra miċ-ċertifikat.
(c) Għandu jiġi provdut ċertifikat separat u uniku għall-annimali ħajjin/laħam frisk li huma esportati minn territorju jew territorji tal-istess pajjiż li qed jesporta li jidher fil-kolonni 2 u 3 tal-Parti I tal-Anness I, II u IV li jintbagħtu fl-istess destinazzjoni u li jiġu ttrasportati fl-istess vagun tal-ferrovija, trakk, ajruplan jew vapur.
(d) Il-kopja oriġinali ta’ kull ċertifikat għandha tkun magħmula minn folja ta' karta waħda, jew fejn hija meħtieġa aktar kitba għandu jkun magħmul f’forma li folji ta' karta kollha meħtieġa jagħmlu parti minn ċertifikat sħiħ indiviżibbli.
(e) Iċ-ċertifikat veterinarju għandu jitħejja f’mill-inqas waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru tal-istazzjon għall-ispezzjoni mal-fruntiera għall-introduzzjoni tal-kunsinna fl-Unjoni u fl-Istat Membru tad-destinazzjoni. Madanakollu, dawn l-Istati Membri jistgħu jippermettu li ċ-ċertifikat jiġi mħejji bil-lingwa uffiċjali ta’ Stat Membru ieħor u jekk meħtieġ ikun akkumpanjat minn traduzzjoni uffiċjali.
(f) Għal raġunijiet ta’ identifikazzjoni tal-oġġetti tal-kunsinna (inventarju fil-punt I.28 tal-mudell taċ-ċertifikat veterinarju), folji ta' karta addizzjonali jiġu mehmuża maċ-ċertifikat, dawn il-folji ta' karta għandhom jiġu kkunsidrat ukoll bħal parti mill-kopja oriġinali taċ-ċertifikat billi jiġu ffirmati u ttimbrati fuq kull waħda mill-paġni mill-uffiċjal li qed jiċċertifika.
(g) Meta ċ-ċertifkat, inklużi l-inventarji addizzjonali msemmija fl-ittra (f), ikun magħmul minn aktar minn paġna waħda, kull paġna għandha tiġi nnumerata, (numru tal-paġna) minn (numru totali tal-paġni), fl-aħħar tal-paġna u jkollha fuqha n-numru tar-referenza taċ-ċertifikat indikat mill-awtorità kompetenti n-naħa ta’ fuq ta’ kull paġna.
(h) Il-kopja oriġinali taċ-ċertifikat għandha tiġi mimlija u ffirmata minn veterinarju uffiċjali jew minn spettur uffiċjali ieħor indikat, fejn saru provvedimenti għal dan fil-mudell taċ-ċertifkat veterinarju. Fil-każ ta’ annimali ħajjin, iċ-ċertifkat għandu jimtela u jiġi ffirmat fi żmien 24 siegħa qabel it-tagħbija tal-kunsinna għall-introduzzjoni fl-Unjoni. L-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz li qed jesporta għandhom jiżguraw, li regoli għaċ-ċertifikazzjoni ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva 96/93/KE ( 37 ) qed jiġu sodifati.
Il-kulur tal-firma għandu jkun differenti minn dak tal-istampar. Din il-kondizzjoni tapplika wkoll għal timbri għajr dawk ibbuzzati jew b’marka li tidher meta mqiegħda kontra d-dawl.
(i) In-numru ta’ referenza taċ-ċertifikat imsemmi fil-kaxxi I.2 u II.a. għandu jinħareġ mill-awtorità kompetenti.
ANNESS VI
PARTI 1
Tabella 1 |
||
"RUM-A": Mudell taċ-ċertifikat veterinarju għall-annimali tal-ispeċijiet elenkati hawn taħt li joriġinaw minn korp, istitut jew ċentru approvat, jew li huma intiżi għal wieħed minn dawn. |
||
Ordni |
Familja |
Ġeneru/speċi |
Artiodactyla |
Antilocapridae |
Antilocapra ssp. |
Bovidae |
Addax ssp., Aepyceros ssp., Alcelaphus ssp., Ammodorcas ssp., Ammotragus ssp., Antidorcas ssp., Antilope ssp., Bison ssp., Bos ssp. (inklużi Bibos, Novibos, Poephagus), Boselaphus ssp., Bubalus ssp. (inklużi l-anoa), Budorcas ssp., Capra ssp., Cephalophus ssp., Connochaetes ssp., Damaliscus ssp. (inklużi l-Beatragus), Dorcatragus ssp., Gazella ssp., Hemitragus ssp., Hippotragus ssp., Kobus ssp., Litocranius ssp., Madoqua ssp., Naemorhedus ssp. (inklużi Nemorhaedus and Capricornis), Neotragus ssp., Oreamnos ssp., Oreotragus ssp., Oryx ssp., Ourebia ssp., Ovibos ssp., Ovis ssp., Patholops ssp., Pelea ssp., Procapra ssp., Pseudois ssp., Pseudoryx ssp., Raphicerus ssp., Redunca ssp., Rupicapra ssp., Saiga ssp., Sigmoceros-Alecelaphus ssp., Sylvicapra ssp., Syncerus ssp., Taurotragus ssp., Tetracerus ssp., Tragelaphus ssp. (inklużi l-Boocerus). |
|
Camelidae |
Camelus spp., Lama spp., Vicugna spp. |
|
Cervidae |
Alces ssp., Axis-Hyelaphus ssp., Blastocerus ssp., Capreolus ssp., Cervus-Rucervus ssp., Dama ssp., Elaphurus ssp., Hippocamelus ssp., Hydropotes ssp., Mazama ssp., Megamuntiacus ssp., Muntiacus ssp., Odocoileus ssp., Ozotoceros ssp., Pudu ssp., Rangifer ssp. |
|
Giraffidae: |
Giraffa spp., Okapia spp. |
|
Moschidae |
Moschus ssp. |
|
Tragulidae |
Hyemoschus spp., Tragulus-Moschiola spp., |
Tabella 2 |
||
"SUI-A": Mudell taċ-ċertifikat veterinarju għall-annimali tal-ispeċijiet elenkati hawn taħt li joriġinaw minn korp, istitut jew ċentru approvat, jew li huma intiżi għal wieħed minn dawn. |
||
Ordni |
Familja |
Ġeneru/speċi |
Artiodactyla |
Suidae |
Babyrousa ssp., Hylochoerus ssp., Phacochoerus ssp., Potamochoerus ssp., Sus ssp. |
Tayassuidae |
Catagonus ssp., Pecari-Tayassu ssp. |
|
Hippopotamidae |
Hexaprotodon-Choeropsis spp., Hippopotamus spp. |
Tabella 3 |
||
"TRE-A": Mudell taċ-ċertifikat veterinarju għall-annimali tal-ispeċijiet elenkati hawn taħt li joriġinaw minn korp, istitut jew ċentru approvat, jew li huma intiżi għal wieħed minn dawn. |
||
Ordni |
Familja |
Ġeneru/speċi |
Perissiodaktila |
Tapiridae |
Tapirus ssp. |
Rhinocerotidae |
Ceratotherium ssp., Dicerorhinus ssp., Diceros ssp., Rhinoceros ssp. |
|
Proboxxideja: |
Elephantidae |
Elephas spp., Loxodonta spp. |
PARTI 2
PARTI 3
Rekwiżiti li jikkonċernaw korpi, istituti jew ċentri f'pajjiżi terzi
Il-korp, l-istitut jew iċ-ċentru f'pajjiż terz jeħtieġlu:
(a) ikun idemarkat u separat b'mod ċar mill-ambjent ta' madwaru;
(b) ikollu mezz xieraq biex jaqbad, jagħlaq u jiżola l-annimali, u jkollu għad-disposizzjoni tiegħu faċilitajiet ta' kwarantina xierqa u proċeduri ta' tħaddim approvati għall-annimali li jkunu ġejjin minn mkejjen mhux magħrufa;
(c) ikollu binja protetta kontra l-vetturi li tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
(i) għandu jkollu barrieri fiżiċi addattati fil-punti tad-dħul u tal-ħruġ;
(ii) l-aperturi tal-binja protetta kontra l-vetturi għandhom ikunu skrinjati kontra l-vetturi b’xibka bit-toqob ta’ daqs xieraq li għandhom jiġu mimlija regolarment b’insettiċida approvata skont l-istruzzjonijiet tal-manifatturi;
(iii) is-sorveljanza u l-kontrolli kontra l-vetturi għandhom jitwettqu fil-binja protetta kontra l-vetturi u madwarha;
(iv) għandhom jittieħdu miżuri biex jillimitaw jew jeliminaw siti tat-tgħammir għall-vetturi fil-viċinanza tal-binja protetta mill-vetturi;
(v) ikun hemm stabbiliti proċeduri ta' tħaddim, inklużi deskrizzjonijiet ta' sistemi ta' sostenn u twissija, għat-tħaddim tal-binja protetta mill-vetturi u għat-trasportazzjoni tal-annimali minn dik l-istruttura għall-post tat-tagħbija;
(d) għandu jżomm rekords aġġornati għal perjodu minimu ta' 10 snin, li jindikaw:
(i) l-għadd, l-identità (l-età, is-sess, l-ispeċi u l-identifikazzjoni individwali fejn hu prattiku) tal-annimali ta' kull speċi preżenti fl-istabbiliment;
(ii) l-għadd u l-identità (l-età, is-sess, l-ispeċi u l-identifikazzjoni individwali fejn hu prattiku) tal-annimali li jaslu fil-binja jew li joħorġu minnha, flimkien ma' informazzjoni dwar l-oriġini jew id-destinazzjoni tagħhom, il-mezz tat-trasport, u l-istatus ta' saħħa ta' dawn l-annimali;
(iii) ir-riżultati tat-testijiet tad-demm jew kull proċedura oħra mwettqa fuq l-annimali fl-istabbiliment tiegħu;
(iv) il-każijiet ta' mard u, fejn xieraq, it-trattament mogħti;
(v) ir-riżultati tal-eżamijiet post-mortem fuq annimali li mietu fl-istabbiliment, inklużi annimali li twieldu mejta;
(vi) l-osservazzjonijiet li saru waqt xi perijodu ta' iżolament jew kwarantina;
(e) għandu jkun ħieles mill-mard elenkat fl-Anness A tad-Direttiva 92/65/KEE jew imsemmijin fiċ-ċertifikati veterinarji għall-ispeċi rilevanti stabbiliti fil-Parti 2 tal-Anness VI ta' dan ir-Regolament, għal mill-inqas it-tliet snin preċedenti, kif ikun muri fir-rekords li jinżammi skont il-punt (d), u r-riżultati tat-testijiet kliniċi u tal-laboratorju mwettqa fuq l-annimali fl-istabbiliment tiegħu;
(f) jew ikollu arranġament ma' laboratorju approvat mill-awtorità kompetenti biex iwettqu eżamijiet post-mortem, jew ikollhom post wieħed jew aktar xierqa fejn jistgħu jitwettqu dawn l-eżamijiet taħt l-awtorità tal-veterinarju approvat;
(g) jiżgura r-rimi tal-karkassi ta' annimali li jmutu minħabba xi marda jew ewtanizzati;
(h) jakkwista, permezz ta' kuntratt jew ta' strument legali, is-servizzi ta' veterinarju approvat mill-awtorità kompetenti u li jaħdem taħt il-kontroll tagħha, li jrid iwettaq mill-inqas il-kompiti li jidhru hawn taħt:
(i) jiżgura li jkunu applikati miżuri ta' sorveljanza u kontroll kontra l-mard fl-istabbiliment ta' dak il-korp, l-istitut jew iċ-ċentru. Dawn il-miżuri jridu jkunu approvati mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz, tat-territorju jew parti minnu, fejn ikun ikkollokat il-korp, l-istitut jew iċ-ċentru, filwaqt li titqies il-qagħda fejn jirrigwarda mard, u jridu jinkludu għall-inqas l-elementi li ġejjin:
— pjan annwali ta' sorveljanza li jinkludi miżuri ta' kontroll xierqa rigward iż-żoonożi fl-annimali fl-istabbiliment,
— testijiet kliniċi, tal-laboratorju, u post-mortem ta' annimali suspettati li jkunu infettati minn mard li jittieħed u żoonożi,
— tilqim ta' annimali suxxettibbli kontra l-mard infettiv u ż-żoonożi;
(ii) jiżgura li kull mewta suspettuża jew il-preżenza ta' xi sintomu ieħor li jagħti ħjiel li l-annimali ġew infettati b'marda waħda jew aktar, fost dawk elenkati fl-Anness A tad-Direttiva 92/65/KEE, jew imsemmijin fiċ-ċertifikati veterinarji għall-ispeċi rilevanti stabbiliti fil-Parti 2 tal-Anness VI ta' dan ir-Regolament, jiġu nnotifikati lill-awtorità kompetenti, f'każ fejn dik il-marda partikolari tkun notifikabbli fil-pajjiż terz, fit-territorju jew parti minnu kkonċernat;
(iii) jiżgura li l-annimali li jiddaħħlu jkunu għamlu perjodu ta' kwarantina kif meħtieġ, b'konformità mal-istruzzjonijiet mogħtija mill-awtorità kompetenti;
(iv) jiżgura l-konformità mar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li jridu jissodisfaw l-annimali biex ikunu jistgħu jiddaħħlu fl-Unjoni.
PARTI 4
Rekwiżiti li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta' korpi, istituti jew ċentri f'pajjiżi terzi
1. L-approvazzjoni għandha tingħata biss lil dawk il-korpi, istituti jew ċentri li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti 3.
2. Fejn tkun meħtieġa l-protezzjoni kontra l-vetturi, l-approvazzjoni ta' binja bħala protetta mill-vetturi għandha tingħata biss jekk jintlaħqu l-kriterji fil-punt (c) tal-Parti 3. Biex tagħti l-approvazzjoni, l-awtorità kompetenti trid tivverifika mill-inqas tliet darbiet waqt il-perjodu ta' protezzjoni meħtieġ (fil-bidu tal-perjodu, waqtu u fl-aħħar tiegħu) l-effikaċja tal-miżuri tal-protezzjoni kontra l-vetturi, permezz ta' nasba tal-vetturi fil-binja protetta kontra l-vetturi.
3. Kull korp, istitut u ċentru approvat għandu jkollu numru ta' approvazzjoni assenjat għalihlilu.
4. L-approvazzjoni għandha tinżamm biss sakemm jiġu ssodisfatti dawn il-kundizzjonijiet:
l-istabbiliment ikun taħt il-kontroll ta' veterinarju uffiċjali li jrid iwettaq mill-inqas dawn il-kompiti li ġejjin:
(i) jżur il-post tal-korp, tal-istitut jew taċ-ċentru għall-inqas darba f'kull sena;
(ii) jivverifika l-attività tal-veterinarju msemmi fil-punt (h) tal-Parti 3 u l-implimentazzjoni tal-pjan annwali ta' sorveljanza tal-mard imsemmi fl-ewwel inċiż tal-punt (h)(i);
(iii) jiżgura li jiġu ssodisfatti d-dispożizzjonijiet stipulati fil-Partijiet 3 u 4;
(iv) jivverifika li:
— hemm konformità mar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li jridu jissodisfaw l-annimali biex ikunu jistgħu jiddaħħlu fl-Unjoni;
— ir-riżultati tat-testijiet kliniċi, post-mortem u tal-laboratorju fuq l-annimali ma wrew ebda okkorrenza tal-mard elenkat fl-Anness A tad-Direttiva 92/65/KEE jew imsemmijin fiċ-ċertifikati veterinarji għall-ispeċi rilevanti stabbiliti fil-Parti 2 tal-Anness VI ta' dan ir-Regolament.
5. L-approvazzjoni għandha tiġi rtirata fejn l-awtorità kompetenti ssib li ma jkunux għadhom qegħdin jiġu ssodisfatti r-rekwiżiti tal-Parti 3.
6. Fejn tingħata noitifika li tkun issuspettata l-okkorrenza ta' waħda mill-mardiet elenkati fl-Anness A tad-Direttiva 92/65/KEE, jew imsemmija fiċ-ċertifikati veterinarji għall-ispeċi rilevanti stipulati fil-Parti 2 tal-Anness VI ta' dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti għandha tissospendi l-approvazzjoni tal-korp, tal-istitut jew taċ-ċentru, sakemm is-suspett jiġi mwarrab uffiċjalment. Skont il-marda involuta u r-riskju tat-tixrid tal-mard, is-sospensjoni tista' tirreferi għall-korp, għall-istitut jew għaċ-ċentru kollu, jew biss għal xi kategoriji ta' annimali suxxettibbli għall-marda inkwistjoni. L-awtorità kompetenti trid tiżgura li jitwettqu l-miżuri meħtieġa biex jiġi kkonfermat jew jitwarrab suspett u biex jiġi evitat kull tixrid tal-marda.
7. Fejn il-marda suspettata msemmija fil-punt 6 tiġi kkonfermata, l-approvazzjoni tal-korp, tal-istitut jew taċ-ċentru għandha tiġi rtirata.
8. Fejn l-approvazzjoni ta' korp, ta' istitut jew ta' ċentru tiġi rtirata, trid tingħata lura biss fejn jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) il-marda u s-sors tal-infezzjoni nqerdu fl-istabbiliment tal-korp, tal-istitut jew taċ-ċentru kkonċernat;
(b) l-istabbiliment tal-korp, tal-istitut jew taċ-ċentru kkonċernat tnaddafu u ġie ddiżinfettat b'mod xieraq;
(c) il-korp, l-istitut jew iċ-ċentru kkonċernat jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a) sa (d) u (f) sa (h) tal-Parti 3.
9. L-awtorità kompetenti li tkun approvat lill-korp, lill-istitut jew liċ-ċentru għandha tgħarraf b'din is-sospensjoni, din ir-riabilitazzjoni jew dan l-irtirar ta' din l-approvazzjoni lill-Istati Membri li inkludew lill-korp, l-istitut jew iċ-ċentru fil-listi tagħhom ta' korpi, istituti u ċentri approvati.
( 1 ) ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.
( 2 ) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
( 3 ) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 321.
( 4 ) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.
( 5 ) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.
( 6 ) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.
( 7 ) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.
( 8 ) ĠU L 302, 31.12.1972, p. 28.
( 9 ) ĠU L 146, 14.6.1979, p. 15.
( 10 ) ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33.
( 11 ) ĠU L 13, 16.1.1997, p. 28.
( 12 ) ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10.
( 13 ) ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.
( 14 ) ĠU L 340, 31.12.1993, p. 21.
( 15 ) ĠU L 3, 5.1.2005, p. 1.
( 16 ) ĠU L 328, 17.12.2003, p. 26.
( 17 ) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 42.
( 18 ) ĠU L 73, 11.3.2004, p. 1.
( 19 ) ĠU L 312, 30.11.2007, p. 49.
( 20 ) ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1.
( 21 ) ĠU L 39, 10.2.2009, p. 12.
( 22 ) ĠU L 175, 10.7.2010, p. 1.
( 23 ) ĠU L 49, 19.2.2004, p. 11.
( 24 ) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
( 25 ) ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.
( 26 ) ĠU L 21, 28.1.2004, p. 11.
( 27 ) ĠU L 296, 12.11.2009, p. 1.
( 28 ) ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.
( 29 ) ĠU L 46, 19.2.1991, p. 19.
( 30 ) Ħassar il-pajjiż skont il-bżonn.
( 31 ) Is-Serbja ma tinkludix il-Kosovo b'konformità ma' UNSCR 1244/99.
( 32 ) ĠU L 249, 23.7.2004, p. 20.
( 33 ) ĠU L 59, 4.3.2008, p. 19.
( 34 ) ĠU L 167, 7.7.2000, p. 22.
( 35 ) ĠU L 39, 9.2.2002, p. 71.
( 36 ) ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.
( 37 ) ĠU L 13, 16.1.1997, p. 28.