This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02007D0777-20130514
Commission Decision of 29 November 2007 laying down the animal and public health conditions and model certificates for imports of certain meat products and treated stomachs, bladders and intestines for human consumption from third countries and repealing Decision 2005/432/EC (notified under document number C(2007) 5777) (Text with EEA relevance) (2007/777/EC)
Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 29 ta’ Novembru 2007 li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/432/KE (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5777) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2007/777/KE)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 29 ta’ Novembru 2007 li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/432/KE (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5777) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2007/777/KE)
2007D0777 — MT — 14.05.2013 — 013.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tad-29 ta’ Novembru 2007 li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/432/KE (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5777) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 312, 30.11.2007, p.49) |
Emendat bi:
Ikkoreġut b'
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-29 ta’ Novembru 2007
li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/432/KE
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5777)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2007/777/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992 li tistipula r-rekwiżiti fir-rigward tas-saħħa ta’ l-annimali u tas-saħħa pubblika li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti mhux soġġetti għar-rekwiżiti msemmija stabbiliti f'regoli Komunitarji speċifiċi msemmija fl-Anness A (1) tad-Direttiva 89/662/KEE u, fejn jidħlu l-patoġeni, id-Direttiva 90/425/KEE ( 1 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(2)(c) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum mill-bniedem ( 2 ), u b’mod partikolari l-fażi introduttorja ta’ l-Artikolu 8, l-ewwel paragrafu tal-punt 1 ta’ l-Artikolu 8, l-Artikolu 8(4) u l-Artikolu 9(2)(b) u l-Artikolu 9(4)(b) u (c) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/432/KE tat-3 ta’ Ġunju 2005 li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-laħam għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjonijiet 97/41/KE, 97/221/KE u 97/222/KE ( 3 ) tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa ta’ l-annimali u tas-saħħa pubblika u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ kunsinni ta’ ċerti prodotti tal-laħam, inklużi l-listi ta’ pajjiżi terzi u partijiet minnhom li minnhom l-importazzjonijiet ta’ prodotti bħal dawn huma awtorizzati. |
(2) |
Id-Deċiżjoni 2005/432/KE, kif emendata bid-Deċizjoni tal-Kummissjoni 2006/801/KE ( 4 ), tqis ir-rekwiżiti tas-saħħa u d-definizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel ( 5 ), ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistipula regoli speċifiċi dwar l-iġjene għall-ikel ta’ oriġini mill-annimali ( 6 ) u r-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistipula regoli speċifiċi dwar l-organizzazzjoni tal-kontrolli uffiċjali ta’ prodotti ġejjin mill-annimali u maħsuba għall-konsum mill-bniedem ( 7 ). |
(3) |
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistipula definizzjonijiet separati għal prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati. |
(4) |
It-trattamenti speċifiċi stipulati għal kull pajjiż terz bid-Deċiżjoni 2005/432/KE huma stabbiliti u jibbażaw fuq it-trattamenti stipulati bid-Direttiva 2002/99/KE biex ineħħu r-riskju potenzjali għas-saħħa ta’ l-annimali li jeżisti minħabba fil-laħam frisk użat fit-tħejjija tal-prodotti tal-laħam. Mill-aspett tas-saħħa ta’ l-annimali, l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati jippreżentaw l-istess riskju għas-saħħa ta’ l-annimali li jippreżentaw il-prodotti tal-laħam. Għalhekk, għandhom jiġu ttrattati bl-istess trattamenti speċifiċi kif stipulat fid-Deċiżjoni 2005/432/KE u konsegwentement imressqa għaċ-ċertifikazzjoni armonizzata veterinarja għall-importazzjoni tagħhom fil-Komunità. |
(5) |
Ir-rekwiżiti dwar is-saħħa ta’ l-annimali għall-importazzjoni fl-UE ta’ imsaren huma stipulati fid-Deċiżjoni 2003/779/KE ( 8 ). Għalhekk, il-prodotti koperti mid-Deċiżjoni 2003/779/KE għandhom ikunu esklużi bid-definizzjoni ta’ prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati stipulata f’din id-Deċiżjoni. |
(6) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/432 tad-29 ta’ April 2004 dwar l-approvazzjoni ta’ pjanijiet għall-monitoraġġ tal-fdalijiet imressqa minn pajjiżi terzi skond id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE ( 9 ) telenka l-pajjiżi terzi awtorizzati biex jesportaw lejn il-Komunità fuq il-bażi tal-pjanijiet approvati għall-monitoraġġ tal-fdalijiet. |
(7) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE ( 10 ) tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi tistabbilixxi regoli li jikkonċernaw il-verifiki veterinarji fuq prodotti mill-annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi għall-importazzjoni u t-tranżitu ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali lejn il-Komunità, inklużi ċerti rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni. |
(8) |
Jeħtieġ li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet speċifiċi għat-tranżitu permezz tal-Komunità ta’ kunsinni ta’ prodotti tal-laħam lejn u mir-Russja minħabba l-qagħda ġeografika ta’ Kaliningrad u wara li jitqiesu l-problemi klimatiċi li jimpedixxu l-użu ta’ xi portijiet f'ċerti żminijiet tas-sena. |
(9) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/881/KE ( 11 ) tas-7 ta’ Diċembru 2001 li tagħmel lista ta’ postijiet fil-fruntiera għall-ispezzjonijiet miftiehma għall-verifiki veterinarji fuq l-annimali u prodotti ta’ l-annimali minn pajjiżi terzi u l-aġġornament ta’ regoli dettaljati dwar il-verifiki li għandhom isiru mill-esperti tal-Kummissjoni tispeċifika l-Postijiet fil-Fruntieri ta’ Spezzjoni awtorizzati għall-kontroll tat-tranżitu ta’ kunsinni ta’ prodotti tal-laħam lejn u mir-Russja permezz tal-Komunità. |
(10) |
L-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1976 li tfassal lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi, u li tistabbilixxi kundizzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali u s-saħħa pubblika u dik veterinarja, għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ ċerti annimali ħajjin u l-laħam frisk tagħhom ( 12 ), jistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet tagħhom li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet ta’ laħam frisk ta’ ċerti annimali. L-Iżlanda hija mniżżla fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni bħala pajjiż awtorizzat biex jesporta laħam frisk ta’ ċerti annimali. Għalhekk, l-importazzjoni ta’ prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati ta’ dawk l-annimali mill-Iżlanda għandhom jitħallew mingħajr l-applikazzjoni ta’ ebda trattament speċifiku. |
(11) |
L-Anness 11 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti ta’ l-agrikoltura ( 13 ) jistabbilixxi l-miżuri ta’ saħħa ta’ l-annimali, tas-saħħa pubblika u dawk żootekniċi applikabbli għall-kummerċ fl-annimali ħajjin u l-prodotti ta’ l-annimali. It-trattamenti applikabbli mill-Konfederazzjoni Żvizzera għall-prodotti tal-laħam u għall-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u għall-imsaren ittrattati għandhom ikunu skond dan il-ftehim. Għalhekk,mhuwiex meħtieġ li jiġu stabbiliti dawn it-trattamenti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. |
(12) |
L-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi r-regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċerta enċefalopatija sponġiformi li tinxtered ( 14 ) ġie emendat bir-Regolament (KE) Nru 722/2007 tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Ġunju 2007 li jemenda l-Annessi II, V, VI, VIII, IX, u XI tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 ( 15 ) u bir-Regolament (KE) Nru 1275/2007 ( 16 ) li jemenda l-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli għall-prevenzjoni, kontroll u l-eradikazzjoni ta’ ċerta enċefalopatija li tinxtered. Rekwiżiti ġodda li jikkonċernaw l-istatus ta’ l-ESB ta’ pajjiżi terzi għall-esportazzjoni ta’ prodotti tal-laħam u msaren ittrattati lejn il-Komunità għandhom jiġu inklużi fiċ-ċertifikat. |
(13) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE tad-29 ta’ Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus ta’ l-ESB ta’ l-Istati Membri jew ta’ pajjiżi terzi jew ta’ reġjuni tagħhom skond ir-riskju ta’ ESB tagħhom ( 17 ) tikklassifika l-pajjiżi jew ir-reġjuni fi tliet gruppi: riskju ta’ ESB negliġibbli, riskju ta’ ESB kkontrollat u riskju ta’ ESB mhux stabbilit. Għandha ssir referenza għal din il-lista fiċ-ċertifikat. |
(14) |
Fl-interess taċ-ċarezza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, huwa xieraq li d-Deċiżjoni 2005/432/KE titħassar u tinbidel b'din id-Deċiżjoni. |
(15) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-suġġett u l-għan
1. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa ta’ l-annimali u s-saħħa pubblika għall-importazzjonijiet lejn il-Komunità u t-tranżitu u l-ħażna fil-Komunità, ta’ kunsinni ta’:
(a) prodotti tal-laħam kif definiti fil-punt 7.1 ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; kif ukoll
(b) l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati, kif definit fil-punt 7.9 ta’ dan l-Anness, li jkunu għaddew minn wieħed mit-trattamenti stipulati fl-Anness II Parti 4 ta’ din id-Deċiżjoni.
Dawn ir-regoli għandhom jinkudu l-listi ta’ pajjiżi terzi u partijiet minnhom li minnhom għandhom jiġu awtorizzati importazzjonijiet bħal dawn kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati u r-regoli tas-saħħa pubblika u tas-saħħa ta’ l-annimali dwar l-oriġini u t-trattamenti meħtieġa għal dawn l-importazzjonijiet.
2. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika bla ħsara għad-Deċiżjoni 2004/432/KE u d-Deċiżjoni 2003/779/KE.
Artikolu 2
Kunidizzjonijiet li jikkonċernaw l-ispeċi u l-annimali
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-Komunità jiġu importati biss kunsinni tal-prodotti tal-laħam u dawk ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati, ġejjin minn laħam jew minn prodotti tal-laħam mill-ispeċijiet jew mill-annimali li ġejjin:
(a) tjur inklużi l-pollam, dundjani, fargħuni, papri, wiżż, summien, ħamiem, faġani u perniċi mkabbra jew miżmuma f'kaptività għal tkabbir, il-produzzjoni tal-laħam u l-bajd għal konsum, jew biex iżidu l-provvista tat-tjur;
(b) annimali domestiċi ta’ l-ispeċijiet li ġejjin: annimali bovini, inklużi l-Bubalus bubalis u l-Bison bison, il-ħnieżer, in-nagħaġ, il-mogħoż u s-solipedi;
(c) fniek u liebri, u annimali tal-kaċċa mrobbija, kif definit fil-punt 1.6 ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;
(d) annimali tal-kaċċa selvaġġi, kif definit fil-punt 1.5 ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.
Artikolu 3
Rekwiżiti tas-saħħa ta’ l-annimali li jikkonċernaw l-oriġini u t-trattament tal-prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati
L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ prodotti tal-laħam kif ukoll ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati li:
(a) huma konformi mal-kundizzjonijiet li jikkonċernaw l-oriġini u t-trattament stipulati fl-Anness I(1) jew (2); kif ukoll
(b) joriġinaw fil-pajjiżi terzi u partijiet minnhom kif ġej:
(i) fil-każ tal-prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati li mhumiex soġġetti għal trattament speċifiku kif jissemma fil-punt 1(b) ta’ l-Anness I, il-pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 2 ta’ l-Anness II u l-partijiet mill-pajjiżi terzi elenkati fit-Taqsima 1 ta’ dak l-Anness;
(ii) fil-każ tal-prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren li huma soġġetti għal trattament speċifiku kif jissemma fil-punt 2(a)(ii) ta’ l-Anness I, il-pajjiżi terzi elenkati fil-Partijiet 2 u 3 ta’ l-Anness II u l-partijiet mill-pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 ta’ dak l-Anness.
Artikolu 4
Rekwiżiti dwar is-saħħa pubblika li jikkonċernaw il-laħam frisk użat fil-produzzjoni tal-prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati li għandhom jiġu importati fil-Komunità u ċ-ċertifikati dwar is-saħħa ta’ l-annimali u s-saħħa pubblika
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
(a) fil-Komunità jiġu importati biss kunsinni ta’ prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati u li huma miksuba minn laħam frisk, kif definit fil-punt 1.10 ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u li huwa konformi mar-rekwiżiti Komunitarji dwar is-saħħa pubblika;
(b) fil-Komunità jiġu importati biss kunsinni ta’ prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati li huma konformi mar-rekwiżiti tal-mudell taċ-ċertifikat dwar is-saħħa ta’ l-annimali u s-saħħa pubblika kif stipulat fl-Anness III;
(c) dan iċ-ċertifikat jakkumpanja kunsinni bħal dawn u jkun komplut u ffirmat kif xieraq mill-veterinarju uffiċjali tal-pajjiż terz ta’ esportazzjoni.
Artikolu 5
Kunsinni ta’ prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati fi tranżitu jew maħżuna fil-Komunità
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kunsinni tal-prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati, introdotti ġewwa l-Komunità u li huma maħsuba għall-pajjiż terz jew bi transitu minnufih jew wara l-ħażna skond l-Artikolu 12(4) jew l-Artikolu 13 tad-Direttiva 97/78/KE, u li mhumiex maħsuba għall-importazzjoni ġewwa l-Komunità għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) li huma ġejjin mit-territorju ta’ pajjiż terz jew parti minnu mniżżel fl-Anness II u li għaddew mit-trattament minimu għall-importazzjoni ta’ prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati ta’ l-ispeċi msemmija fih;
(b) li huma konformi mal-kundizzjonijiet speċifiċi tas-saħħa ta’ l-annimali għall-ispeċi kkonċernata stipulata fil-mudell taċ-ċertifikat dwar is-saħħa ta’ l-annimali u s-saħħa pubblika fl-Anness III;
(c) li huma akkumpanjati minn ċertifikat dwar is-saħħa ta’ l-annimali magħmul skond il-mudell imfassal fl-Anness IV, iffirmat kif xieraq minn veterinarju uffiċjali ta’ pajjiż terz ikkonċernat;
(d) li huma ċċertifikati bħala aċċettabbli għat-transitu u għall-ħażna, kif xieraq, fuq id-dokument komuni veterinarju tad-dħul mill-veterinarju uffiċjali tal-post ta’ ispezzjoni fil-fruntiera ta’ introduzzjoni ġewwa l-Komunità.
Artikolu 6
Deroga għal ċerti destinazzjonijiet fir-Russja
1. B'deroga mill-Artikolu 5, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw it-tranżitu fit-triq jew bil-ferrovija madwar il-Komunità, bejn postijiet magħrufa ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera mniżżla fl-Anness tad-Deċiżjoni 2001/881/KE, tal-kunsinni ta’ prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati li ġejjin minn u li huma ddestinati għar-Russja direttament jew permezz ta’ pajjiż terz ieħor sakemm dawn ikunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) il-kunsinna għandha tiġi ssiġillata b’siġill innumerat f’serje mill-veterinarju uffiċjali ta’ l-awtorità kompetenti tal-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera ta’ l-introduzzjoni fil-Komunità;
(b) id-dokumenti li jakkumpanjaw il-kunsinna u msemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 97/78/KE għandhom ikunu ttimbrati “GĦAT-TRANSITU BISS LEJN IR-RUSSJA VIA L-KE” fuq kull paġna mill-veterinarju uffiċjali ta’ l-awtorità kompetenti tal-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera ta’ l-introduzzjoni fil-Komunità;
(ċ) ir-rekwiżiti proċedurali mogħtija fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 97/78/KE għandhom jitħarsu;
(d) il-kunsinna għandha tiġi ċċertifikata bħala aċċettabbli għat-tranżitu fuq id-dokument komuni veterinarju tad-dħul mill-veterinarju uffiċjali ta’ l-awtorità kompetenti tal-post ta’ ispezzjoni fil-fruntiera ta’ introduzzjoni fil-Komunità.
2. L-Istati Membri ma għandhomx jawtorizzaw il-ħatt jew il-ħażna, kif definit fl-Artikolu 12(4) jew fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 97/78/KE, fil-Komunità ta’ kunsinni bħal dawn.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti tagħmel verifiki regolari biex tiżgura li l-għadd ta’ kunsinni u ta’ kwantitajiet ta’ prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati, li ġejjin jew li huma ddestinati għar-Russja, u li qed jitilqu mill-Komunità jaqbel ma’ l-għadd u l-kwantitajiet li deħlin fil-Komunità.
Artikolu 7
Dispożizzjoni tranżitorja
Kunsinni li għalihom inħarġu ċertifikati veterinarji qabel l-1.5.2008 skond il-mudelli stabbiliti bid-Deċiżjoni 2005/432/KE għandhom jiġu aċċettati għall-importazzjoni lejn il-Komunità sa l-1.6.2008.
Artikolu 8
Revoka
Id-Deċiżjoni 2005/432/KE hija rrevokata.
Artikolu 9
Data ta’ l-applikazzjoni
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Diċembru 2007.
Artikolu 10
Id-destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri kollha.
ANNESS I
1. Prodotti tal-laħam kif ukoll ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsarem ttrattati li joriġinaw mill-pajjiżi terzi jew minn partijiet minnhom imsemmija fl-Artikolu 3(b)(i) ta’ din id-Deċiżjoni:
(a) irid ikun fihom laħam eliġibbli għall-importazzjoni fil-Komunità bħala laħam frisk, kif definit fil-punt 1.10 ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; kif ukoll
(b) għandhom ikunu ġejjin minn speċi wieħed jew iżjed ta’ annimali li jkunu għaddew minn trattament mhux speċifiku kif stipulat fil-punt A Parti 4 ta’ l-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.
2. Prodotti tal-laħam kif ukoll ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsarem ttrattati li joriġinaw mill-pajjiżi terzi jew minn partijiet minnhom, kif imsemmija fl-Artikolu 3(b)(ii) għandhom ikunu konformi mal-kundizzjonijiet stipulati f’(a), (b) jew (c) ta’ dan il-punt:
(a) il-prodotti tal-laħam u/jew ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati:
(i) irid ikun fihom laħam u/jew prodotti tal-laħam li ġejjin minn speċi waħda jew minn annimal wieħed kif stipulat taħt il-kolonna rilevanti fil-Partijiet 2 u 3 ta’ l-Anness II li tindika l-ispeċi jew l-annimal ikkonċernat; kif ukoll
(ii) iridu jkunu għaddew għall-inqas mit-trattament speċifiku meħtieġ għal-laħam ta’ dik l-ispeċi jew ta’ dak l-annimal kif stipulat fil-Parti 4 ta’ l-Anness II;
(b) il-prodotti tal-laħam u/jew ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati:
(i) irid ikun fihom laħam frisk, ipproċessat jew parzjalment ipproċessat ta’ aktar minn speċi waħda jew ta’ aktar minn annimal wieħed, kif stipulat taħt il-kolonna rilevanti tal-Partijiet 2 u 3 ta’ l-Anness II li jitħalltu flimkien qabel ma jgħaddu mit-trattament finali tagħhom, kif stipulat fit-Taqsima 4 ta’ l-Anness II; kif ukoll
(ii) iridu jkunu għaddew mit-trattament finali li jissemma f’(i) li jrid ikun iebes għall-inqas daqs l-aktar trattament iebes kif stipulat fil-Parti 4 ta’ l-Anness II għal-laħam ta’ l-ispeċijiet jew ta’ l-annimali kkonċernati, kif stipulat taħt il-kolonna rilevanti fit-Taqsimiet 2 u 3 ta’ l-Anness II;
(c) il-prodotti finali tal-laħam u/jew ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati:
(i) iridu jitħejjew billi jitħallat il-laħam li ġie ttrattat qabel jew l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati ta’ aktar minn speċi waħda jew ta’ aktar minn annimal wieħed; kif ukoll
(ii) iridu jkunu għaddew mit-trattament ta’ qabel li jissemma f'(i) li jrid ikun iebes għall-anqas daqs l-aktar trattament rilevanti stipulat fil-Parti 4 ta’ l-Anness II għall-ispeċi jew għall-annimal ikkonċernat kif stipulat taħt il-kolonna rilevanti fil-Partijiet 2 u 3 ta’ l-Anness II għal kull komponent tal-laħam tal-prodott tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati.
3. It-trattamenti deskritti fil-Parti 4 ta’ l-Anness II għandhom jikkostitwixxu l-kundizzjonijiet ta’ l-ipproċessar li huma l-inqas aċċettabbli għall-finijiet tas-saħħa ta’ l-annimali għall-prodotti tal-laħam u għall-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ġejjin mill-ispeċi jew mill-annimal rilevanti li toriġina/joriġina fil-pajjiżi terzi jew fil-partijiet mill-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness II.
Madankollu, fil-każijiet fejn l-importazzjoni ta’ ġewwieni mhuwiex awtorizzat skond id-Deċiżjoni 79/542/KEE minħabba fir-restrizzjonijiet Komunitarji dwar is-saħħa ta’ l-annimali, dan jista’ jiġi importat bħala prodott tal-laħam jew stonku, bużżieqa ta’ l-awrina jew imsaren ittrattati jew użat fi prodott tal-laħam sakemm it-trattament rilevanti msemmi fil-Parti 2 ta’ l-Anness II jitwettaq u r-rekwiżiti Komunitarji dwar is-saħħa pubblika jkunu ntlaħqu.
Barra minn hekk, stabbiliment minn pajjiż imniżżel fl-Anness II jista' jiġi awtorizzat li jipproduċi prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati li għaddew mit-trattamenti B, C jew D, kif jissemma fil-Parti 4 ta’ l-Anness II, anke fejn dak l-istabbiliment jinsab f'pajjiż terz jew f'parti minn pajjiż terz li mhuwiex awtorizzat għall-importazzjonijiet ta’ laħam frisk fil-Komunità bil-kundizzjoni li r-rekwiżiti Komunitarji dwar is-saħħa pubblika jkunu ntlaħqu.
ANNESS II
PARTI 1
It-territorji reġjonalizzati għall-pajjiżi elenkati fil-partijiet 2 u 3
Pajjiż |
Territorju |
Deskrizzjoni tat-territorju |
|
Kodiċi ISO |
Verżjoni |
||
L-Arġentina |
AR |
01/2004 |
Il-pajjiż kollu |
AR-1 |
01/2004 |
Il-pajjiż kollu, ħlief il-Provinċji ta’ Chubut, Santa Cruz u Tierra del Fuego għall-ispeċijiet koperti bir-Regolament (UE) Nru 206/2010 |
|
AR-2 |
01/2004 |
Il-Provinċji ta’ Chubut, Santa Cruz u Tierra del Fuego għall-ispeċijiet koperti bir-Regolament (UE) Nru 206/2010 |
|
Il-Brażil |
BR |
01/2004 |
Il-pajjiż kollu |
BR-1 |
01/2005 |
L-Istati ta’ Rio Grande do Sul, Santa Catarina, Paraná, São Paulo u Mato Grosso do Sul. |
|
BR-2 |
01/2005 |
Parti mill-Istat ta’ Mato Grosso do Sul (ħlief il-muniċipalitajiet ta’ Sonora, Aquidauana, Bodoqueno, Bonito, Caracol, Coxim, Jardim, Ladario, Miranda, Pedro Gomes, Porto Murtinho, Rio Negro, Rio Verde ta’ Mato Grosso u Corumbá); L-Istat ta’ Paraná; L-Istat ta’ Sao Paulo; Parti mill-Istat ta’ Minas Gerais (ħlief id-delegazzjonijiet reġjonali ta’ Oliveira, Passos, São Gonçalo de Sapucai, Setelagoas u Bambuí); L-Istat ta’ Espíritu Santo; L-Istat ta’ Rio Grande do Sul; L-Istat ta’ Santa Catarina; L-Istat ta’ Goias; Parti mill-Istat ta’ Mato Grosso li jinkludi: l-unità reġjonali ta’ Cuiaba (ħlief il-muniċipalitajiet ta’ San Antonio de Leverger, Nossa Senhora do Livramento, Pocone u Barão de Melgaço); l-unità reġjonali ta’ Caceres (ħlief il-muniċipalità ta’ Caceres); l-unità reġjonali ta’ Lucas do Rio Verde; l-unità reġjonali ta’ Rondonopolis (ħlief il-muniċipalità ta’ Itiquiora); l-unità reġjonali ta’ Barra do Garça u l-unità reġjonali ta’ Barra do Burgres. |
|
BR-3 |
01/2005 |
L-Istati ta’ Goiás, Minas Gerais, Mato Grosso, Mato Grosso do Sul, Paraná, Rio Grande do Sul, Santa Catarina u São Paulo. |
|
Iċ-Ċina |
CN |
01/2007 |
Il-pajjiż kollu |
CN-1 |
01/2007 |
Il-Provinċja ta’ Shandong |
|
Il-Malasja |
MY |
01/2004 |
Il-pajjiż kollu |
MY-1 |
01/2004 |
Il-Malasja peniżolari (tal-Punent) biss. |
|
In-Namibja |
NA |
01/2005 |
Il-pajjiż kollu |
NA-1 |
01/2005 |
Lejn in-Nofsinhar mill-perimetru taż-żona magħluqa li jestendi mill-Punt ta’ Palgrave fil-Punent sa Gam fil-Lvant. |
|
Ir-Russja |
RU |
04/2012 |
Il-pajjiż kollu |
RU-1 |
04/2012 |
Il-pajjiż kollu ħlief ir-reġjun ta’ Kaliningrad |
|
RU-2 |
04/2012 |
Ir-reġjun ta’ Kaliningrad |
|
L-Afrika ta’ Isfel |
ZA |
01/2005 |
Il-pajjiż kollu |
ZA-1 |
01/2005 |
Il-pajjiż kollu ħlief: il-parti taż-żona tal-kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer li tinsab fir-reġjuni veterinarji ta’ Mpumalanga u l-provinċji tat-Tramuntana, id-distrett ta’ Ingwavuma fir-reġjun veterinarju ta’ Natal u fiż-żona konfinali mal-Botswana lejn il-Lvant tal-lonġitudni 28°, u d-distrett ta’ Camperdown fil-provinċja ta’ KwaZuluNatal. |
PARTI 2
Il-pajjiżi terzi u partijiet minnhom mnejn hija awtorizzata l-introduzzjoni ta' prodotti tal-laħam u ta' stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati lejn l-UE
(Ara l-Parti 4 ta’ dan l-Anness għall-interpretazzjoni tal-kodiċi użati f’din it-tabella)
Kodiċi ISO |
Pajjiż ta' oriġini jew parti minnu |
1. Annimali bovini domestiċi 2. Annimali tal-kaċċa bid-difer mifruq imrobbija (ħlief għall-ħnieżer) |
Annimali domestiċi ovini / kaprini |
1. Annimali porċini domestiċi 2. Annimali tal-kaċċa mrobbija bid-difer mifruq (ħnieżer) |
Annimali domestiċi solipedi |
1. Tajr 2. Annimali tal-kaċċa bir-rix imrobbija (ħlief għar-ratiti) |
Annimali ratiti mrobbija |
Fniek domestiċi u liebri mrobbija |
Annimali tal-kaċċa salvaġġi (minbarra l-ħnieżer) |
Ħnieżer salvaġġi |
Annimali salvaġġi solipedi |
Leporidae salvaġġi (fniek u liebri) |
Għasafar tal-kaċċa salvaġġi |
Mammali tal-art salvaġġi tal-kaċċa (ħlief għall-ungulati, għas-solipedi u għal-leporidae) |
AR |
l-Arġentina AR |
C |
C |
C |
A |
A |
A |
A |
C |
C |
XXX |
A |
D |
XXX |
l-Arġentina AR-1 (1) |
C |
C |
C |
A |
A |
A |
A |
C |
C |
XXX |
A |
D |
XXX |
|
l-Arġentina AR-2 (1) |
A (2) |
A (2) |
C |
A |
A |
A |
A |
C |
C |
XXX |
A |
D |
XXX |
|
AU |
l-Awstralja |
A |
A |
A |
A |
D |
D |
A |
A |
A |
XXX |
A |
D |
A |
BH |
il-Baħrejn |
B |
B |
B |
B |
XXX |
XXX |
A |
C |
C |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
BR |
il-Brażil |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
D |
D |
A |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
D |
XXX |
il-Brażil BR-1 |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
XXX |
A |
A |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
A |
XXX |
|
il-Brażil BR-2 |
C |
C |
C |
A |
D |
D |
A |
C |
XXX |
XXX |
A |
D |
XXX |
|
il-Brażil BR-3 |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
A |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
D |
XXX |
|
BW |
il-Botswana |
B |
B |
B |
B |
XXX |
A |
A |
B |
B |
A |
A |
XXX |
XXX |
BY |
il-Belarus |
C |
C |
C |
B |
XXX |
XXX |
A |
C |
C |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
CA |
il-Kanada |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
XXX |
A |
A |
A |
CH |
l-Isvizzera (4) |
|||||||||||||
CL |
iċ-Ċilì |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
B |
B |
XXX |
A |
A |
XXX |
CN |
ic-Ċina |
B |
B |
B |
B |
B |
B |
A |
B |
B |
XXX |
A |
B |
XXX |
iċ-Ċina CN-1 |
B |
B |
B |
B |
D |
B |
A |
B |
B |
XXX |
A |
B |
XXX |
|
CO |
il-Kolombja |
B |
B |
B |
B |
XXX |
A |
A |
B |
B |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
ET |
l-Etjopja |
B |
B |
B |
B |
XXX |
XXX |
A |
B |
B |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
GL |
il-Groenlandja |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
A |
A |
HK |
Ħong Kong |
B |
B |
B |
B |
D |
D |
A |
B |
B |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
HR |
Il-Kroazja |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
D |
XXX |
A |
A |
XXX |
IL |
l-Iżrael |
B |
B |
B |
B |
A |
A |
A |
B |
B |
XXX |
A |
A |
XXX |
IN |
l-Indja |
B |
B |
B |
B |
XXX |
XXX |
A |
B |
B |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
IS |
l-Islanda |
A |
A |
B |
A |
A |
A |
A |
A |
B |
XXX |
A |
A |
XXX |
KE |
il-Kenja |
B |
B |
B |
B |
XXX |
XXX |
A |
B |
B |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
KR |
il-Korea t’ Isfel |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
D |
D |
A |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
D |
XXX |
MA |
il-Marokk |
B |
B |
B |
B |
XXX |
XXX |
A |
B |
B |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
ME |
il-Montenegro |
A |
A |
D |
A |
D |
D |
A |
D |
D |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
MG |
il-Madagaskar |
B |
B |
B |
B |
D |
D |
A |
B |
B |
XXX |
A |
D |
XXX |
MK |
Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (5) |
A |
A |
B |
A |
XXX |
XXX |
A |
B |
B |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
MU |
il-Mawrizju |
B |
B |
B |
B |
XXX |
XXX |
A |
B |
B |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
MX |
Il-Messiku |
A |
D |
D |
A |
B |
B |
A |
D |
D |
XXX |
A |
B |
XXX |
MY |
il-Malasja MY |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
il-Malasja MY-1 |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
D |
D |
A |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
D |
XXX |
|
NA |
in-Namibja (1) |
B |
B |
B |
B |
D |
A |
A |
B |
B |
A |
A |
D |
XXX |
NC |
il-Kaledonja Ġdida |
A |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
NZ |
in-New Zealand |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
XXX |
A |
A |
A |
PY |
il-Paragwaj |
C |
C |
C |
B |
XXX |
XXX |
A |
C |
C |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
RS |
is-Serbja (6) |
A |
A |
D |
A |
D |
D |
A |
D |
D |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
RU |
Ir-Russja RU |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
XXX |
A |
C |
C |
XXX |
A |
XXX |
A |
Ir-Russja (3) RU-1 |
C |
C |
C |
B |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
|
Ir-Russja RU-2 |
C |
C |
C |
B |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
|
SG |
Singapor |
B |
B |
B |
B |
D |
D |
A |
B |
B |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
SZ |
is-Sważiland |
B |
B |
B |
B |
XXX |
XXX |
A |
B |
B |
A |
A |
XXX |
XXX |
TH |
it-Tajlandja |
B |
B |
B |
B |
A |
A |
A |
B |
B |
XXX |
A |
D |
XXX |
TN |
it-Tuneżija |
C |
C |
B |
B |
A |
A |
A |
B |
B |
XXX |
A |
D |
XXX |
TR |
it-Turkija |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
D |
D |
A |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
D |
XXX |
UA |
L-Ukraina |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
A |
A |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
A |
XXX |
US |
l-Istati Uniti |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
A |
XXX |
A |
A |
XXX |
UY |
l-Urugwaj |
C |
C |
B |
A |
D |
A |
A |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
D |
XXX |
ZA |
l-Afrika t’Isfel (1) |
C |
C |
C |
A |
D |
D |
A |
C |
C |
A |
A |
D |
XXX |
▼M7 ————— |
||||||||||||||
ZW |
iż-Żimbabwe (1) |
C |
C |
B |
A |
D |
A |
A |
B |
B |
XXX |
A |
D |
XXX |
(1) Ara l-Parti 3 ta’ dan l-Anness għar-rekwiżiti minimi ta’ trattament li japplikaw għall-prodotti tal-laħam u għall-biltong pasturizzati. (2) Għall-prodotti tal-laħam u stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ttrattati ppreparati minn laħam frisk miksub minn annimali maqtula wara l- 1 ta’ Marzu 2002. (3) Biss għat-tranżitu mill-Unjoni. (4) Skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli. (5) Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; kodiċi provviżorju li ma jippreġudika bl-ebda mod in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż, li tkun miftiehma wara l-konklużjoni tan-negozjati li fil-preżent qed isiru dwar dan is-suġġett fin-Nazzjonijiet Uniti. (6) Ma jinkludix il-Kosovo kif definit bir-Riżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta' Ġunju 1999. XXX L-ebda ċertifikat ma hu stabbilit, u prodotti tal-laħam u stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati li fihom il-laħam ta' din l-ispeċi mhumiex awtorizzati. |
PARTI 3
Il-pajjiżi terzi jew partijiet minnhom li mhumiex awtorizzati għal ċerti speċji taħt ir-reġim ta’ trattament mhux speċifiku (A) iżda minn fejn hija awtorizzata l-importazzjoni fil-Komunità tal-biltong/jerky u tal-prodotti tal-laħam pasturizzat
KoDiċi ISO |
Pajjiż l-oriġini jew parti minnu |
1. Annimal bovin domestiku 2. Annimali tal-kaċċa bid-difer mifruq imrobbija (ħlief il-qżieqeż) |
Annimali domestiċi ovini/kaprini |
1. Annimal porċin domestiku 2. Annimali tal-kaċċa bid-difer mifruq imrobbija (qżieqeż) |
Annimali domestiċi bid-difer sħiħ |
1. Tjur 2. Tjur tal-kaċċa mrobbija |
Għasafar li ma jtirux |
Fniek domestiċi u liebri mrobbija |
Annimali tal-kaċċa salvaġġi tad-dwiefer mifruqa (minbarra l-qżieqeż) |
Ħnieżer salvaġġi |
Annimali salvaġġi tad-dwiefer sħaħ |
Leporidae salvaġġi (fniek u liebri) |
Għasafar tal-kaċċa salvaġġi |
Mammali tal-art salvaġġi tal-kaċċa (minbarra l-mammali bid-difer mgħawweġ, dawk bid-difer sħiħ u l-leporidae) |
AR |
L-Arġentina - AR |
F |
F |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
XXX |
XXX |
BR |
Il-Brażil BR-2 |
E jew F |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
NA |
In-Namibja |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
E |
E |
A |
XXX |
XXX |
A |
A |
E |
XXX |
In-Namibja NA-1 |
E |
E |
XXX |
XXX |
E |
E |
A |
XXX |
XXX |
A |
A |
E |
||
UY |
L-Urugwaj |
E |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
ZA |
l-Afrika t’Isfel |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
D |
D |
A |
XXX |
XXX |
A |
A |
D |
XXX |
l-Afrika t’Isfel ZA-1 |
E |
E |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
A |
E |
XXX |
A |
A |
XXX |
XXX |
|
ZW |
Iż-Żimbabwe |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
E |
E |
A |
XXX |
XXX |
E |
A |
E |
XXX |
XXX |
PARTI 4
L-INTERPRETAZZJONI TAL-KODIĊIJIET LI NTUŻAW FIT-TABELLI FIL-PARTIIET 2 U 3
IT-TRATTAMENTI LI JISSEMMEW FL-ANNESS I
It-trattament mhux speċifiku:
A |
= |
L-ebda temperatura minima speċifikata jew trattament ieħor ma huma stabbiliti għall-finijiet tas-saħħa ta' l-annimali għall-prodotti tal-laħam u għall-istonku, il-bużżieqa ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati. Madankollu, il-laħam ta’ prodotti tal-laħam bħal dawn kif ukoll ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u ta’ l-imsaren ittrattati jrid ikun għadda minn trattament tali li l-wiċċ maqtugħ tiegħu juri li m’għadx għandu l-karatteristiċi ta’ laħam frisk u l-laħam frisk użat irid jissodisfa wkoll ir-regoli dwar is-saħħa ta’ l-annimali li japplikaw għall-esportazzjonijiet tal-laħam frisk fil-Komunità. |
It-trattamenti speċifiċi elenkati bl-aktar trattament iebes jissemma l-ewwel:
B |
= |
Trattament f'kontenitur issiġillat ermetikament għal valur ta' Fo ta' tlieta jew aktar. |
C |
= |
Temperatura minima ta’ 80 °C li trid tintlaħaq fil-laħam kollu kif ukoll/jew fl-istonku, il-bżieżaq ta' l-awrina u fl-imsaren matul l-ipproċessar tal-prodott tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u l-imsaren ittrattati. |
D |
= |
Temperatura minima ta' 70 °C li trid tintlaħaq fil-laħam kollu kif ukoll/jew fl-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u fl-imsaren matul l-ipproċessar tal-prodotti tal-laħam u ta’ l-istonku, il-bżieżaq ta’ l-awrina u ta’ l-imsarem ttrattati, jew għal laħam mhux ipproċessat, trattament li jikkonsisti minn fermentazzjoni naturali u maturazzjoni ta' mhux inqas minn disa' xhur u li jirriżulta f'dawn il-karatteristiċi li ġejjin: — Valur Aw ta’ mhux aktar minn 0.93, — Valur pH ta’ mhux aktar minn 6.0. |
E |
= |
Fil-każ ta’ prodotti tat-tip biltong, trattament biex jinkisbu: — Valur Aw ta’ mhux aktar minn 0.93, — Valur pH ta’ mhux aktar minn 6.0. |
F |
= |
Trattament bis-sħana li jiżgura li tintlaħaq temperatura tal-qalba ta’ mill-inqas 65 °C għal perjodu ta’ żmien kif ikun meħtieġ biex jintlaħaq valur tal-pasturizzazzjoni (pv) daqs jew akbar minn 40. |
ANNESS III
Iċ-ċertifikat mudell dwar saħħet l-annimali pubblika għal ċerti prodotti tal-laħam u għall-istonku, bżieżaq ta’ l-awrina maħsuba għall-kunsinna lill-Komunità Ewropea minn pajjiżi terzi
ANNESS IV
(Transitu u/jew ħażna)
( 1 ) ĠU L 62, 15.3.1993, p. 49. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 445/2004 (ĠU L 72, 11.3.2004, p. 60).
( 2 ) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
( 3 ) ĠU L 151, 14.6.2005, p. 3. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1792/2006 (ĠU L 362, 20.12.2006, p. 1).
( 4 ) ĠU L 329, 25.11.2006, p. 26.
( 5 ) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1; verżjoni kkoreġuta ĠU L 226, 25.6.2004, p. 3.
( 6 ) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55; verżjoni kkoreġuta ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
( 7 ) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206; verżjoni kkoreġuta ĠU L 226, 25.6.2004, p. 83. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006.
( 8 ) ĠU L 285, 1.11.2003, p. 38. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2004/414/KE (ĠU L 151, 30.4.2004, p. 56).
( 9 ) ĠU L 154, 30.4.2004, p. 44. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/362/KE (ĠU L 138, 30.5.2007, p. 18).
( 10 ) ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).
( 11 ) ĠU L 326, 11.12.2006, p. 44. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/276/KE (ĠU L 116, 4.5.2007, p. 34).
( 12 ) ĠU L 146, 14.6.1979, p. 15. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
( 13 ) ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.
( 14 ) ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 727/2007 (ĠU L 165, 27.6.2007, p. 8).
( 15 ) ĠU L 164, 26.6.2007, p. 7.
( 16 ) ĠU L 284, 30.10.2007, p. 8.
( 17 ) ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84.