This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02003R1567-20051228
Regulation (EC) No 1567/2003 of the European Parliament and of the Council of 15 July 2003 on aid for policies and actions on reproductive and sexual health and rights in developing countries
Consolidated text: Ir-Regolament (KE) Nru 1567/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2003 dwar l-għajnuna għal strateġiji u azzjonijiet dwar ir-riproduttività u s-saħħa sesswali u d-drittijiet fil-pajjiżi li għadhom jiżviluppaw
Ir-Regolament (KE) Nru 1567/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2003 dwar l-għajnuna għal strateġiji u azzjonijiet dwar ir-riproduttività u s-saħħa sesswali u d-drittijiet fil-pajjiżi li għadhom jiżviluppaw
2003R1567 — MT — 28.12.2005 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
IR-REGOLAMENT (KE) Nru 1567/2003 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-15 ta' Lulju 2003 (ĠU L 224, 6.9.2003, p.1) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
IR-REGOLAMENT (KE) Nru 2110/2005 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL ta’ l-14 ta’ Diċembru 2005 |
L 344 |
1 |
27.12.2005 |
|
IR-REGOLAMENT (KE) Nru 1567/2003 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-15 ta' Lulju 2003
dwar l-għajnuna għal strateġiji u azzjonijiet dwar ir-riproduttività u s-saħħa sesswali u d-drittijiet fil-pajjiżi li għadhom jiżviluppaw
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw t-Trattat li jistabbixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 179 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),
Waqt li jaġixxu bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat ( 2 ),
Billi:|
(1) |
Il-Komunità hija ferm ikkonċernata bil-kondizzjonijiet riproduttivi u tas-saħħa sesswali ta' nisa u irġiel, partikolarment dawk ta' l-età ta' bejn il-15 u 49 sena, fil-pajjiżi li għadhom jiżviluppaw. Ir-rati għoljin ta' mortalità u l-istat marradi, in-nuqas ta' medda sħiħa li tkun sigura u affidabbli dwar ir-riproduttività u s-sesswalità u l-kura tas-saħħa u tas-servizzi, fornimenti u informazzjoni, it-tixrid tal-HIV/AIDS jimminaw l-isforzi kollha sabiex ikun eradikat il-faqar, isaħħu l-iżvilupp sostenibbli, l-espanzjoni ta' l-opportunitajiet u s-salvagward ta' l-għixien fil-pajjiżi li għadhom jiżviluppaw. |
|
(2) |
Libertà individwali ta' l-għażla għal nisa, irġiel u adolixxenti permezz ta' aċċess adekwat għall-informazzjoni, edukazzjoni u servizzi fil-materji li jikkonċernaw is-saħħa u d-drittijiet riproduttivi u sesswali tagħhom hija element sinifikanti għal-progress u l-iżvilupp li jeħtieġu azzjoni mill-gvernijiet kif ukoll ir-reponsabbiltà individwali. |
|
(3) |
Id-dritt li titgawda l-għola norma possibbli ta' saħħa fiżika u mentali huwa dritt uman fundamentali li huwa skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 25 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet Umani. Dan id-dritt jinsab miċħud għal aktar minn wieħed minn ħamsa tal-popolazzjoni tad-dinja. |
|
(4) |
L-Artikolu 35 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea jitlob għal livel għoli tal-protezzjoni tas-saħħa umana fid-definizzjoni u l-implementazzjoni tal-istrateġiji u l-attivitajiet kollha ta' l-Unjoni. |
|
(5) |
Il-Komunità u l-Istati Membri tagħha jappoġġjaw id-dritt ta' individwi li jiddieċiedu b'libertà dwar in-numru u l-ispazjar tat-tfal tagħhom; huma jikkundannaw xi vjolazzjoni għad-drittijiet umani fil-għamla ta' abort obbligatorju, sterilizzazzjoni obbligatorja, infattiċidju, jew iċ-ċaħdien, l-abandun jew l-abbuż ta' tfal mhux meħtieġa bħala mezz għall-kontroll tat-tkabbir tal-popolazzjoni. |
|
(6) |
Kemm il-Parlament Ewropew u l-Kunsill kienu talbu għal aktar sforzi mill-Komunità fil-qasam tas-saħħa u d-drittijiet riproduttivi u sesswali fil-pajjiżi li għadhom jiżviluppaw. |
|
(7) |
L-Artikolu 25(1)(c) u (d) u l-Artikolu 31(b)(iii) tal-Ftehim ta’ Sħubija ACP-UE ( 3 ) iffermat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000, kjarament għandu l-għan li jintegra l-istrateġiji għat-tittjib ta’ l-aċċess għal servizzi soċjali bażiċi.. |
|
(8) |
Il-Komunità u l-Istati Membri tagħha għandhom jibqgħu jikkontribwixxu bil-kbir għal sforz aktar wiesa tas-sostenn għall-istrateġiji u l-programmi dwar is-saħħa u d-drittijiet riproduttivi u sesswali fil-pajjiżi li għadhom jiżviluppaw, u jintrabtu li jibqgħu jilgħabu rwol ewlieni f’dan il-qasam, billi jagħtu priorità għas-saħħa bħala parti minn strateġija globali fil-ġlieda kontra l-faqar. |
|
(9) |
Il-Komunità u l-Istati Membri tagħha huma determinati li jagħmlu kontribuzzjoni sħiħa lejn l-akkwist tal-Miri ta’ l-Iżvilupp tal-Millenju tat-tnaqqis bi tlett kwarti tar-rata ta’ mortalità materna, ta’ l-akkwist ta’ l-egwaljanza bejn is-sessi, l-akkwist ta’ aċċess għal kura u servizzi tas-saħħa dwar is-sesswalità u r-riproduttività matul id-dinja kollha. |
|
(10) |
Il-Konferenza ta’ Monterrey tistipula li ż-żieda fl-għajnuna uffiċjali ta’ l-iżvilupp (ODA) u l-iskemi ta’ ħelsien mid-dejn għandhom ikunu użati għall-benefiċċju ta’ riżultati aħjar għas-saħħa u l-edukazzjoni u li l-UE għandha rwol importanti li tilgħab fl-esplorazzjoni ta’ kif il-ODA miżjuda tista tkun użata b’akbar effettività għat-titjib ta’ l-iżvilupp sostenibbli. |
|
(11) |
Il-Konferenza Internazzjoni dwar il-Popolazzjoni u l-Iżvilupp (ICPD) li nżammet fil-Kajr fl-1994 u l-ICPD + 5 fil-1999 stabbilit aġenda ambizjuża. Il-Komunità u l-Istati Membri tagħha isostnu l-impenn tagħhom għal mira speċifika dwar is-saħħa riproduttiva li kienet mifthiema fil-ICPD, li jagħmlu aċċessibbli, permezz ta’ sistema ta’ saħħa-kura primarja, kura tas-saħħa riproduttiva għall-individwi kollha fl-etajiet xierqa malajr kemm jista jkun possibli u mhux aktar tard mill-2015 (Il-Programm ta’ Azzjoni ICPD, il-punt 7.6). |
|
(12) |
IL-Komunità u l-Istati Membri tagħha huma impenjati li jsostnu l-prinċipji mifthiema fil-ICPD u l-ICPD + 5 u jsejħu lill-komunità internazzjonali, partikolarment il-pajjiżi li għadom jiżvilupa, sabiex kollettivament jerfgħu is-seħem xieraq tar-responsabbiltà finanzjarja kif defina fil-Programm ta’ Azzjoni ICPD. |
|
(13) |
Sa mill-ICPD, progress kien sar, imma b’dana kollu għad fadal ħafna xi jsir sabiex ikun assigurat li kull mara jkollha l-opportunità ta’ tqala b’saħħita u li twelled f’kondizzjonijiet siguri, li l-ħtiġiet tas-saħħa sesswali u riproduttivi tal-poplu żgħażugħ ikunu milħuqa u li l-vjolenza u l-abbuż soffruti min-nisa jkun imwaqaf, inklużi s-sitwazzjonijiet tar-refuġjati u l-kunflitt. |
|
(14) |
Il-forniment, id-disponabilità u l-affordabilità sosstenibbli ta’ metodi aktar effettivi u aċċettabli ta’ konċepiment u l-protezzjoni minn infezzjoni trasmessa sesswalment, inklużi il-HIV/AIDS, hija kruċjali għall-akkwista tal-miri ta’ l-ICPD; dan jitlob għal forniment adekwat u għażla tal-kwalità tal-fornimenti relatati riproduttivi-saħħa għal kull persuna li tkun teħtieġhom. Din l-għamla ta’ sigurtà teħtieġ mhux biss li l-kommoditajiet infushom, imma l-kapaċità li tkun imbassra, iffinanzjata, l-akwist u l-forniment tagħhom lejn postijiet ta’ fejn huma meħtieġa, meta jkunu meħtieġa. |
|
(15) |
Il-Konferenza ta’ Bejing tal-NU 1995 dwar in-Nisa u il-Konferenza Beijing + 5 affermat mill-ġdid il-Programm ta’ Azzjoni ICPD, tirrikonoxxi li l-aborti mingħajr sigurtà jheddu l-ħajjiet ta’ numru kbir ta’ nisa, u li l-imwiet u l-korrimenti jistgħu ikunu ippreventuti permezz ta’ miżuri effettiviti dwar is-saħħa riproduttiva. |
|
(16) |
L-ebda sostenn ma huma mogħtija permezz ta’ dan ir-Regolament għall-inċentivi sabiex jinkoraġixxu l-isterilizzazzjoni jew l-abort, jew tat-testijiet mhux xierqa ta’ metodi ta’ kontraċezzjoni fil-pajjiżi li għadhom jiżviluppaw. Meta l-miżuri ta’ koperazzjoni huma implementati, id-deċiżjonijiet adotatti fil-ICPD, partikolarment il-punt 8.25 tal-Programm ta’ Azzjoni ICPD, li permezz tiegħu, inter alia, l-abort m’għandu fl-ebda każ ikunu imħeġġeġ bħala metodu tal-ippjanar tal-familja, għandu jkun osservat rigorożament. Parti ta’ wara l-abort, l-edukazzjoni u s-servizzi tal-ippjanar tal-familja għandhom ikunu offruti minnufih, li għandu wkoll jgħin sabiex ikunu evitati l-aborti. |
|
(17) |
L-esperjenza wriet li l-programmi tal-popoloazzjoni u l-iżvilupp huma l-aktar effettivi meta passi jkunu ttieħdu għat-tittjib tal-istatus tan-nisa (Programm ta’ Azzjoni ICPD, il-punt 4.1). L-egwaljanza tas-sessi hija pre-kondizzjoni għal saħħa riproduttiva mtejba, u l-irġiel għandhom jieħdu responsabilità sħiħa għall-imġieba sesswali u riproduttiva tagħhom (Programm ta’ Azzjoni ICPD, il-punt 4.25). |
|
(18) |
L-effettività tal-programmi għal sostenn nazzjonali wasslet sabiex strateġiji għat-titjib fis-saħħa riproduttiva u sesswali fil-pajjiżi li għadhom jiżviluppa tiddependi parzjalment mill-kordinazzjoni mtejba ta’ l-għajnuna kemm dik Ewropea u wkoll fil-livell interanzzjonali, partikolarment ma l-aġenziji tal-NU, tal-fondi u l-programmi, u aktar speċifikament tal-Fond tal-Popolazzjoni tan-NU. |
|
(19) |
Il-fornituri ta’ saħħa riproduttiva għandhom rwol importanti x’jagħtu fil-prevenzjoni ta’ l-HIV/AIDS u infezzjonijiet oħrajn sesswalment trasmissibbli. |
|
(20) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1484/97 tat-22 ta’ Lulju 1997 dwar l-għajnuna għall-istrateġiji u l-programmi tal-popolazzjoni fil-pajjiżi li għadhom jiżviluppaw ( 4 ), applikabbli sal-31 ta’ Diċembru 2002, twassal li jkun mingħajr użu b’dan ir-Regolament u għandu għalhekk ikun imħassar. L-esperjenza akkwistata matul l-applikazzjoni tiegħu għandha tkun riflessa fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament ġdid. |
|
(21) |
Dan ir-Regolament jistabbilixxi, għat-tul intier tal-programm, qafas finanzjarju li jikkostitwixxi ir-referenza primarja, fil qofol tat-tifsira tal-punt 33 tal-Ftehim Inter-Istituzzjonali tas-6 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxipplina tal-budget u t-tittjib fil-proċeduri tal-budget ( 5 ), għall-awtorità tal-budget matul il-proċeduri annwali tal-budget. |
|
(22) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu adottati bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċitar tal-poteri ta’ l-implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni. ( 6 ). |
|
(23) |
La darba l-obbjettivi ta’ l-azzjoni proposta, iġiefiri it-tittjib tas-saħħa riproduttiva u sesswali u għall-akkwist tar-rispett għad-drittijiet relatati magħhom, b’referenza partikolari għall-pajjiżi li għadhom jiżviluppaw, ma jistgħux ikunu suffeċjentament milħuqha mill-Istati Membri, u għalhekk jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti ta’ l-azzjoni proposta, ikunu akwistati aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista tadotta miżuri, bi qbil mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Bi qbil mal-prinċipji ta’ proporzjonalità, kif ukoll stabbiliti f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex ikunu milħuqa dawk l-obbjettivi, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
il-kapitolu I
Għan u skop
Artikolu 1
1. Il-Komunità għandha tagħti appoġġ għall-azzjonijiet sabiex itejjbu s-saħħa riproduttiva u sesswali fil-pajjiżi li għadhom jiżviluppaw u għall-akkwist tar-rispett tad-drittijiet relatati magħhom.
2. Il-Komunità għandha tipprovdi għajnuna finanzjarja u l-esperjenza xierqa bil-għan li tħeġġeġ resqien ħolistiku lejn, u r-rikonoxximent tas-saħħa u tad-drittijiet riproduttivi u sesswali kif definiti fil-Programm ta' Azzjoni ICPD, inklużi l-istat sigur ta' l-omminijiet u l-aċċess universali f'medda komprensiva tal-kura u s-servizzi siguri u affidabbli tas-saħħa riproduttiva u sesswali.
3. Fl-allokazzjoni ta' tali fondi u esperjenzi, priorità għandha tkun mogħtija lejn:
(a) il-pajjiżi l-aktar fqar u l-anqas żviluppati u għas-sezzjonijiet l-aktar żvantaġġati tal-popolazzjonijiet tal-pajjiżi li għadhom jiżviluppaw;
(b) azzjoni li tikkomplementa u ssaħħaħ iż-żewġ aspetti tal-istrateġiji u l-kapaċitajiet tal-pajjiżi li għadhom jiżviluppaw u l-għajnuna ipprovduta permezz ta' l-istrumenti l-oħrajn fil-koperazzjoni ta' l-iżvilupp.
Artikolu 2
L-iskop ta' l-attivitajiet imwettqa permezz ta' dan ir-Regolament għandu jkun li:
(a) jassigura d-dritt għan-nisa, l-irġiel u l-adoloxxenti għal saħħa riproduttiva u sesswali tajba;
(b) li jgħin sabiex in-nisa, l-irġiel u l-adolixxenti jkollhom aċċess għal medda komprensiva ta' servizzi ta' kura tas-saħħa li tkun ta' kwalità għolja, sigura, aċċessibbli, affordabbli u fiduċjuża fir-rigward tar-riproduttività u s-sesswalità, u tal-fornimenti, l-edukazzjoni u l-informazzjoni, inkluża l-informazzjoni dwar it-tipi kollha tal-metodi tal-ippjanar tal-familja;
(c) titnaqqas ir-rata tal-mortalità materna u ta' l-istat marradi, b'referenza partikolari għall-pajjiżi u l-popolazzjonijiet fejn dawn huma l-għola.
Artikolu 3
1. Is-sostenn finanzjarju tal-Komunità għandu jkun mogħti għal operazzjonijiet speċifiċi li jimmiraw il-popolazzjonijiet l-aktar fqar u l-aktar vulnerabbli kemm fiż-żoni rurali u wkoll urbani, iddisinjati li jilħqu l-iskopijiet deskritti fl-Artikolu 2, u, partikolarment, dawk li għandhom il-għan li:
(a) ikunu ta' sostenn u jħeġġu l-istrateġija, l-qafas u l-azzjoni operazzjonali, iddisinjati li jilħqu l-miri speċifiċi għar-realizzazzjoni progressiva tad-drittijiet tal-popli għal servizzi bażiċi adekwati tas-saħħa u tal-fornituri akkontabbli għas-servizz;
(b) jassiguraw aċċess aħjar għal servizzi tas-saħħa riproduttiva u sesswali ta' kwalità għolja, li joffru, partikolarment, għażla fil-kontraċezzjoni u il-prevenzjoni u d-dianjożi ta' l-infezzjonijiet trasmessi sesswalment, inklużi il-HIV/AIDS, u l-forniment ta' pariri voluntarji u konfidenzali u ta' testijiet;
(ċ) joffru lill-adolixxenti u lill-adulti żgħażagħ programmi edukazzjonali li jiffokaw fuq ir-relazzjoni bejn l-ippjanar tal-familja, is-saħħa ripġroduttiva, il-mard trasmess sesswalment u l-impatt tal-HIV/AIDS fuq is-sħubija bejn il-koppji, u li jipprovduhom bl-informazzjoni meħtieġa, bis-servizzi u bil-kapaċità ħalli jipprotieġu is-saħħa riproduttiva u sesswali tagħhom, li jevitaw tqala mhux mixtieqa u li jinvolvuhom fid-disinn u l-implementazzjoni ta' tali programmi;
(d) li jiġġieldu l-prattiċi ta' ħsara għas-saħħa sesswali u riproduttiva tan-nisa, l-adolixxenti u t-tfal, bħal ma hija l-mutilazzjoni ġenitali femminili, il-vjolenza sesswali, iż-żwieġ tat-tfal u ż-żwieġ kmieni;
(e) li jassiguraw u jappoġġjaw il-forniment, id-disponabbilità u l-affordabilità ta' metodi aktar effettivi u aċċettabli ta' kontraċezzjoni u tal-protezzjoni minn infezzjoni trasmessa sesswalment, inklużi l-HIV/AIDS;
(f) tħeġġiġ ta' programmi komprensivi tas-saħħa ta' l-ommijiet, inkluż il-forniment ta' kura ta' kwalità ta' qabel it-twelid, kura matul it-twelid u kura ta' wara t-twelid, u l-istabbeliment u/jew l-espanzjoni ta' korp ta' attendenti mħarrġa għal waqt it-twelid;
(g) jipprovdu b'emerġenza kura ostetrika u post-partum effettiva, inkluż it-trattament għall-komplikazzjonijiet li jirriżultaw minn aborti mhux b'sigurtà;
(h) inaqqsu l-aborti mhux b'sigurtà billi jnaqqsu n-numru ta' tqala mhux mixtieqa permezz tal-forniment tas-servizzi tal-ippjanar tal-familja, pariri kompassjonali u informazzjoni, inkluż l-użu ta' kontraċettivi, u bl-investiment fit-taħriġ u t-tgħamir ta' persunal adekwat, inklużi l-personal ta' servizz mediku, sabiex jamministraw f'kondizzjonijiet iġeniċi u siguri, il-komplikazzjonijiet li jirriżultaw minn aborti mingħajr sigurtà.
2. Sabiex ikunu implementati l-operazzjonijiet imsemmija hawn fuq, attenzjoni partikolari għandha tkun mogħtija għall-ħtieġa tat-tittjib fis-sistemi tas-saħħa tal-pajjiżi li għadhom jiżviluppaw. F'dan il-proċess, il-parteċipazzjoni u l-konsultazzjoni mal-komunitajiet lokali, mal-familji u ma dawk involuti, b'attenzjoni speċjali għall-fqar, in-nisa u l-adolixxenti, għandha tkun assigurata. B'żieda, bil-għan li jkunu assigurati li t-tittjib fis-saħħa u l-benessere jkunu sostenibbli, l-operazzjonijiet kollha għandhom ikunu mwettqa wara xulxin b'investimenti ibażati fil-wisa' fis-settur soċjali, li jkopru l-edukazzjoni, l-azzjoni komunitarja, l-egwaljanza u l-konoxxenza tas-sessi, titjib ambjentali, il-benessere ekonomiku, is-sigurtà ta' l-ikel u tan-nutriment.
Artikolu 4
1. Fil-kuntest ta' l-operazzjonijiet referuti fl-Artikolu 3, is-sostenn tal-Komunità għandu jkollu l-għamla ta':
(a) il-provvediment ta' fondi għal riċerka u programmi ta' azzjoni (li għandhom, sakemm ikunu possibli, ikunu mwettqa minn jew b'kollaborazzjoni ma, esperti jew istituzzjonijiet tal-pajjiżi msieħba);
(b) għajnuna teknika, taħriġ, kunsilli jew servizzi oħrajn;
(ċ) fornimenti, bħal ma huma forniment mediċi, kommoditajiet u xogħlijiet;
(d) missjonijiet ta' awditjar, evalwazzjoni u monitoraġġ.
Priorità għandha tingħata għat-tisħieħ tal-kapaċitajiet nazzjonali bil-għan tal-viabbilità f'terminu fit-tul.
2. L-iffinanzjar tal-Komunità jista jkopri kemm in-nefqa ta' l-investiment, eskluż ix-xiri ta' propjetà immobbli, u, f'każi eċċezzjonali u seww sostanzjati, billi jkun meqjus il-fatt li l-operazzjoni għandha, sa kemm ikun possibbli, timmira għal viabbilità f'terminu medju, in-nefqa rikorrenti kif ukoll (inkluża n-nefqa amministrattiva, il-manteniment u l-ispejjeż ta' kull jum), li temporanjament jirrapreżentaw ir-responsabbilità fuq is-sieħba, hekk li l-użu massimu jkun isir ta' l-appoġġ referut fil-paragrafu 1.
il-kapitolu II
Implementazzjoni ta' l-għajnuna
Artikolu 5
1. Il-finanzi mill-Komunità permezz ta' dan ir-Regolament għandhom ikollhom il-għamla ta' għotjiet.
2. Kontribuzzjoni finanzjarja mis-sieħba kif definita fl-Artikolu 6 għandha tkun imfittxija għal kull operazzjoni ta' koperazzjoni. Meta jkun speċifikat l-ammont tal-kontribuzzjoni mitluba, akkont għandu jittieħed tal-kapaċità tas-sieħba ikkonċernati u tan-natura ta' l-operazzjoni f'dak il-każ. F'ċerti ċirkostanzi, il-kontribuzzjoni tista tkun f'għamla materjali jekk is-sieħeb ikun jew organizzazzjoni mhux governattiva (NGO) jew organizzazzjoni ibbażata fil-komunità.
3. Il-forniment ta' għajnuna finanzjarja permezz ta' dan ir-Regolament jista jinvolvi il-ko-finanzjament ma donaturi oħrajn, partikolarment mal-Istati Membri, man-Nazzjonijiet Uniti, u ma banek internazzjonali jew reġjonali ta' l-iżvilupp jew istituzzjonijiet finanazjarji. ►M1 Parteċipazzjoni fil-proċeduri kontrattwali implimentati permezz ta’ organizzazzjoni internazzjonali jew ko-finanzjament ma’ pajjiż terz hi definita fir-Regolament (KE) Nru 2110/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsillta ta’ l-14 ta’ Diċembru 2005 dwar l-aċċess għal assistenza esterna tal-Komunità ( 7 ). ◄
4. Fil-kuntest ta' l-operazzjonijiet referuti fl-Artikolu 3(1)(b), (c), (d), (e), (f) u (g), sforzi għandhom isiru għall-integrazzjoni ta' l-interventi li jimmiraw is-saħħa u d-drittijiet riproduttivi u sesswali ma azzjonijiet li jimmiraw il-mard marbut mal-faqar.
Artikolu 6
1. Is-sieħba li huma eliġibbli għal għajnuna finanzjarja permezz ta' dan ir-Regolament jinkludu:
(a) l-awtoritajiet amministrattivi u l-aġenziji fil-livelli nazzjonali, reġjonali u tal-gvernijiet lokali;
(b) l-awtoritajiet lokali u korpi oħrajn deċentralizzati;
(ċ) il-komunitajiet lokali, NGO, organizzazzjonijiet ibbażati fuq il-komunità u persuni naturali u legali oħrajn li ma jkunux involuti għall-profitt li jkunu ġejjin mis-settur privat,
(d) organizzazzjonijiet reġjonali;
(e) organizzazzjonijiet internazzjonali, bħala ma huma n-Nazzjonijiet Uniti u l-aġenziji tagħha, fondi u programmi, kif ukoll il-banek ta' l-iżvilupp, istituzzjonijiet finanzjarji, inizjattivi globali u s-sħubija pubblika-privata internazzjonali;
(f) istituti u universitajiet ta' riċerka.
2. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1(e), l-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun disponibbli għas-sieħba li l-uffiċċju ewlieni tagħhom ikun lokalizzat fi Stat Membru jew f'pajjiż terz li huwa l-benefiċjarju jew il-benefiċjarju potenzali ta' l-għajnuna minn għand il-Komunità permezz ta' dan ir-Regolament, basta li dan l-uffiċċju jkun iċ-ċentru attwali li jidderieġi x-xogħolijiet ta' l-operazzjonijiet. F'każi eċċezzjonali, dan l-uffiċċju jista jkun lokalizzat f'pajjiż terz ieħor.
Artikolu 7
1. Meta l-operazzjonijiet ikunu s-suġġett ta' ftehim ta' finanzjament bejn il-Komunità u l-pajjiżi li jibbenefikaw mill-operazzjonijiet iffinanzjati permezz ta' dan ir-Regolament, il-ftehim għandhom jistipulaw li l-pagament tat-taxxi, dazji u imposti ma jkunux iffinanzjati mill-Komunità.
2. Xi ftehim ta' finanzjament jew kuntratt konkluż permezz ta' dan ir-Regolament għandu jistipula li huwa suġġett għas-superviżjoni u l-kontroll finanzjarju mill-Kummissjoni li tista twettaq verifiki fuq il-post u ispezzjonijiet, u għall-awditjar mill-Qorti ta' l-Awdituri, b'konformità ma l-arranġamenti normali kif stabbiliti mill-Kummissjoni permezz tad-dispożizzjonijiet fis-seħħ, partikolarment dawk fir-Regolament Finanzjarju applikabbli għal-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej ( 8 ), minn hawn il-quddiem “ir-Regolament Finanazjarju”.
3. Il-miżuri meħtieġa għandhom jittieħdu sabiex jenfasizzaw il-karattru tal-Komunità ta' l-għajnuna fornuta permezz ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 8
1. L-eliġibilità għall-parteċipazzjoni fil-proċeduri tas-sejħiet ta’ l-offerti taħt dan ir-Regolament hi stabbilita skond ir-regoli ta’ l-eliġibilità u, d-derogi minnhom, kif jinsabu fir-Regolament (KE) Nru 2110/2005.
2. L-Oriġini tal-provvisti u materjali mixtrija taħt dan ir-Regolament għandu jkun stabbilit skond ir-regoli ta’ l-oriġini u d-derogi minnhom, kif jinsabu fir-Regolament (KE) Nru 2110/2005.
Artikolu 9
1. Sabiex ikunu assigurati l-għanijiet ta' konsistenza u tal-komplementarjetà referuti fit-Trattat u sabiex tkun assigurata l-effettività massima ta' dawn l-operazzjonijiet fit-total tagħhom, il-Kummissjoni tista tieħu l-miżuri kollha ta' kordinazzjonui meħtieġa, inklużi:
(a) l-istabbeliment ta' sistema għal skambju sistematiku u l-analiżi ta' l-informazzjoni dwar l-operazzjonijiet iffinanzjati u dawk li l-Komunità u l-Istati Membri jipproponu li jiffinanzjaw;
(b) kordinazzjoni fuq il-post fl-implementazzjoni ta' l-operazzjonijiet permezz ta' laqgħat regolari u skambji ta' informazzjoni bejn ir-rapreżentant tal-Kummissjoni u l-Istati Membri fil-pajjiż benefiċjarju.
2. Il-Kummissjoni, b'kordinament ma l-Istati Membri, tista tieħu kwalunkwe inizjattiva meħtieġa sabiex tassigura kordinazzjoni xierqa mad-donaturi l-oħrajn ikkonċernati, partikolarment dawk li jiffurmaw parti mis-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti.
il-kapitolu III
Proċeduri finanzjarji u tat-teħid tad-deċiżjoni
Artikolu 10
1. Il-qafas finanzjarju għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-perijodu 2003 sa 2006 huwa b'dan stabbilit fi 73,95 miljun EUR. L-allokazzjoni annwali għandha tkun suġġetta għall-ftehim mill-awtorità tal-budget dwar il-meżżi xierqa tal-finanzjament permezz tal-Perspettiva Finanzjaraja jew permezz ta' l-użu ta' l-istrumenti li hemm provvediment dwarhom fil-Ftehim Inter-istituzzjonali tas-6 ta' Mejju 1999.
2. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom ikunu awtorizzati mill-awtorità tal-budget fil-limiti tal-Perspettiva Finanzjarja.
Artikolu 11
1. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-abbozzar ta' linji ta' gwida tal-programizzar strateġiku, billi tiddifenixxi l-koperazzjoni tal-Komunità f'termini ta' għanijiet li jitkejjlu, prioritajiet, limiti ta' żmien għal żoni speċifiċi ta' azzjoni u tar-riżultati mistennija. Il-programizzar għandu jkun annwali u indikattiv.
2. Skambju annwali ta' veduti ma l-Istati Membri għandu jseħħ, fi ħdan il-Kumitat referut fl-Artikolu 13(1), fuq il-bażi ta' preżentazzjoni mir-rapreżentanti tal-Kummissjoni dwar il-linji ta' gwida għal programizzar strateġiku dwar l-operazzjonijiet li għandhom ikunu mwettqa. Il-Kumitat għandu jwassal opinjoni dwar dawn il-materji b'konformità mal-proċedura referuta fl-Artikolu 13(2).
Artikolu 12
1. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-evalwazzjoni, billi tiddeċiedi dwar u tamministra l-operazzjonijiet koperti b'dan ir-Regolament bi qbil mal-proċeduri tal-budget u oħrajn li jkunu fis-seħħ, partikolatment dawk stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju.
2. Deċiżjonijiet li jikkonċernaw l-operazzjonijiet li dwar il-finanzjament permezz ta' dan ir-Regolament ikun jeċċedi 3 miljun EUR u xi kambjamenti għal dawn l-operazzjonijiet li jinvolvu nefqa żejda fl-ispiża ta' aktar minn 20 % ta' l-ammont inizjalment stabbilit għall-operazzjoni ikkonċernata, għandhom ikunu adotatti b'konformità mal-proċedura referuta fl-Artikolu 13(2).
3. Għad-deċiżjonijiet u t-tibdil ta' dawn l-operazzjonijiet li jammontaw għal 3 miljun EUR jew anqas, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri.
Artikolu 13
1. Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejjuna minn kumitat geografikament kompetenti għall-iżvilupp.
2. Meta ssir riferenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom ikunu applikabbli, wara li jkunu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal 45 jum.
3. Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli tal-Proċedura tiegħu.
il-kapitolu IV
Rapportaġġ u dispożizzjonijiet finali
Artikolu 14
1. Wara kull sena tal-budget, il-Kummissjoni għandha tippreżenta, fir-rapport annwali tagħha lejn il-Parlament Ewropew u lejn il-Kunsill dwar l-istrateġija ta' l-iżvilupp tal-Komunità, informazzjoni dwar il-linji ta' gwida għall-programm strateġiku annwali indikattiv tagħha u dwar l-operazzjonijiet iffinanzjati fil-korsa ta' dik is-sena, kif ukoll il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-implementazzjoni ta' dan ir-Regolament matul is-sena tal-budget preċedenti. Is-sommarju għandu partikolarment jipprovdi informazzjoni dwar il-qawwa u d-dgħjufija ta' l-operazzjonijiet, dawk li dwarhom kuntratti jkunu ġew konklużi u dwar is-somom ta' dawk il-kuntratti, kif ukoll ir-riżultati ta' evalwazzjonijiet independenti ta' operazzjonijiet speċifiċi.
2. Mill-anqas sena waħda qabel l-iskadenza ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport komprensiv ta' evalwazzjoni independenti dwar l-implementazzjoni tiegħu, lejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill bil-għan li jkun stabbilit jekk l-azzjonijiet meħuda permezz ta' dan ir-Regolament kienux effettivi, u bil-għan li jipprovdu linji ta' gwida għat-tittjib ta' l-effettività ta' l-operazzjonijiet fil-ġejjieni. Fuq il-bażi ta' dan ir-rapport ta' l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni tista tressaq proposti għall-ġejjieni ta' dan ir-Regolament u, jekk meħtieġ, proposti għall-emendi tiegħu.
Artikolu 15
Ir-Regolament (KE) Nru 1484/97 għandu jkun imħassar. B'dana kollu, operazzjonijiet li kien hemm deċiżjoni dwarhom permezz ta' dak ir-Regolament għandhom jibqgħu li jkunu implementati permezz tiegħu.
Artikolu 16
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
2. Dan għandu jkun applikabbli sal-31 ta' Diċembru 2006.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
( 1 ) ĠU C 151 E, tal-25.6.2002, p. 260.
( 2 ) L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2003 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2003.
( 3 ) ĠU L 317, tal-15.12.2000, p. 3.
( 4 ) ĠU L 202, tat-30.7.1997, p. 1.
( 5 ) ĠU C 172, tat-18.6.1999, p. 1..
( 6 ) ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23..
( 7 ) ĠU L 344, 27.12.2005, p. 1.
( 8 ) ĠU L 248, tas-16.9.2002, p. 1.