Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02002D0621-20100130

    Consolidated text: Id-Deċiżjoni tas-Segretarjat Ġenerali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni, ir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja, is-Segretarjat Ġenerali tal-Qorti ta' l-Awdituri, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, il-Kumitat tar-Reġjuni, u r-Rappreżentant ta' l-Ombudsman Ewropew tal-25 ta' Lulju 2002 dwar l-organizzazzjonijiet u l-ħidma ta' l-Uffiċċju għas-selezzjoni tal-persunal tal-Komunitajiet Ewropej (2002/621/KE)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/621/2010-01-30

    2002D0621 — MT — 30.01.2010 — 001.001


    Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

    ►B

    ID-DEĊIŻJONI TAS-SEGRETARJAT ĠENERALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL, IL-KUMMISSJONI, IR-REĠISTRATUR TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA, IS-SEGRETARJAT ĠENERALI TAL-QORTI TA' L-AWDITURI, IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI, IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI, U R-RAPPREŻENTANT TA' L-OMBUDSMAN EWROPEW

    tal-25 ta' Lulju 2002

    dwar l-organizzazzjonijiet u l-ħidma ta' l-Uffiċċju għas-selezzjoni tal-persunal tal-Komunitajiet Ewropej

    (2002/621/KE)

    (ĠU L 197, 26.7.2002, p.56)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      No

    page

    date

    ►M1

    DEĊIŻJONI TAS-SEGRETARJI ĠENERALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI, TAR-REĠISTRATUR TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA, TAS-SEGRETARJI ĠENERALI TAL-QORTI TAL-AWDITURI, TAL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW, TAL-KUMITAT TAR-REĠJUNI U TAL-OMBUDSMAN EWROPEW tad-19 ta’ Jannar 2010

      L 26

    24

    30.1.2010




    ▼B

    ID-DEĊIŻJONI TAS-SEGRETARJAT ĠENERALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL, IL-KUMMISSJONI, IR-REĠISTRATUR TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA, IS-SEGRETARJAT ĠENERALI TAL-QORTI TA' L-AWDITURI, IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI, IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI, U R-RAPPREŻENTANT TA' L-OMBUDSMAN EWROPEW

    tal-25 ta' Lulju 2002

    dwar l-organizzazzjonijiet u l-ħidma ta' l-Uffiċċju għas-selezzjoni tal-persunal tal-Komunitajiet Ewropej

    (2002/621/KE)



    IS-SEGRETARJAT ĠENERALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL, IL-KUMMISSJONI, IR-REĠISTRATUR TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA, IS-SEGRETARJAT ĠENERALI TAL-QORTI TA' L-AWDITURI, IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI, IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI, U R-RAPPREŻENTANT TA' L-OMBUDSMAN EWROPEW,

    Wara li kkunsidraw ir-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali tal-Komuitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet ta' l-impieg ta' l-impjegati l-oħra ta' l-Komunitajiet Ewropej, kif stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 ( 1 ),

    Wara li kkunsidraw id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti ta' l-Awdituri, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, il-Kumitat tar-Reġjuni u l-Ombudsman ta' l-25 ta' Lulju 2002 li tistabbilixxi l-Uffiċċju tas-Selezzjoni tal-Persunal tal-Komunitajiet u partikolarment l-Artikolu 5 tiegħu ( 2 ),

    Billi:

    (1)

    Skond l-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal, l-istituzzjonijiet għandhom isibu mezz biex jiżguraw illi r-reklutaġġ huwa wieħed dirett lejn sigurtà ta' servizzi mingħand uffiċjali ta' livell għoli ta' kompetenza, effiċjenza u integrità, rekrutati skond bażi ġeografika l-iktar miftuħa possibbli fost ic-ċittadini ta' l-Istati Membri tal-Komunitajiet, mingħajr ebda distinzzjoni ta' razza, politika, twemmin filosofiku jew reliġjuż, sess jew orjentazzjonijiet sesswali u mingħajr referenza għall-istat matrimonjali tagħhom jew is-sitwazzjoni familjari.

    (2)

    It-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 1(1) ta' l-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal jistabbilixxi ir-responsabbilità komuni tal-Kumitat Konġunt u it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 3 ta' l-Anness juri il-mod tal-ħatra tal-membri tal-bord bil-għan li jiġu organizzati kompetizzjonijiet miftuħa,

    IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:



    Artikolu 1

    Il-kompiti ta' l-uffiċċju

    1.  L-uffiċċju għandu jorganizza kompetizzjonijiet miftuħa bil-għan li jiġu garantiti lill-istituzjonijiet tal-Kominatajiet Ewropej, is-servizzi ta' l-uffiċjali fl-aħjar kondizzjonijiet professjonali u finanzjarji. L-Uffiċċju għandu joħloq lista riservata li tgħin l-istituzzjoni, fir-reklutaġġ ta' persunal bi kwalifiki għolja skond il-bżonnijiet determinati mill-istess istituzzjonijiet.

    2.  Iktar fid-dettal, il-kompiti ta' l-uffiċċju għandhom ikunu li:

    (a) jorganizza kompetizzjonijiet ġenerali fuq it-talba ta' l-istituzzjonijiet individwali, bl-iskop li jinħolqu listi riservati għall-kandidati tajba biex jinħatru uffiċjali. Il-Kompetizzjoni għandha tiġi organizzata skond ir-Regolamenti tal-Persunal, fuq il-bażi ta' kriterja armonizzata stabbiliti fl-Artikolu 6(ċ) u skond il-programm ta' ħidma approvat mil-Bord Amministrattiv;

    (b) jikkopera fil-qrib ma' l-istituzzjonijiet bil-għan li ssir stima tal-bżonnijiet futuri indikati mill-istituzzjonijiet kif ukoll jipprepara u jimplimenta l-programm ta' kompetizzjoni sabiex jintlaħqu dawn il-bżonnijiet fiż-żmien opportun.

    (ċ) jiżviluppa metodi u teknika ta' selezzjoni skond prassi tajba u skond profili ta' abilita‘ kif rikjesti mill-istituzzjonijiet f'diversi kategoriji tal-persunal;

    (d) jamministra u jikkontrolla l-użu tal-listi riservati stabbiliti abbażi ta' kompetizzjoni bejn l-istituzzjonijiet;

    (e) jippreżenta, kull sena, rapporti dwar l-attivitajiet ta' kull sena lil istituzzjonijiet.

    Artikolu 2

    Responsabilita ta' l-istituzzjonijiet

    L-awtorita li għandha l-poter li tinnomina f'kull istituzzjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni ta' l-uffiċċju numru suffiċjenti ta' membri, eżaminaturi u inviġilaturi tal-bord tas-selezzjoni, abbażi ta' kwota approvata mill-Bord ta' l-amminsitrazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(i), sabiex tiffaċilita il-proċeduri ta' selezzjoni skond l-Artikolu 3 ta' l-Anness III tar-Regolamenti tal-Personal.

    Artikolu 3

    Servizzi oħra

    1.  Fuq qbil bejn id-Direttur ta' l-Uffiċċju u kull qasam, uffiċċju jew aġenzija oħra, l-Uffiċċju jista' jorganizza proċeduri ta' selezzjoni ta' persunal li jistgħu jiġu mpjegat mill-istess oqsma, uffiċji jew aġenziji. Qabel ma l-qbil jiġi finalizzat, id-Direttur ta' l-Uffiċċju għandu jfittex l-approvazzjoni tal-Bord ta' l-amministrazzjoni. Dan il-qbil għandu jinkludi arranġamenti finanzjarji li jirrigwardaw servizzi mogħtija mill-uffiċċju.

    2.  Fejn ikun rikjest, l-uffiċċju jista' jagħti appoġġ tekniku għall-kompetizzjoni interna organizzata mill-istituzzjonijiet, oqsma, uffiċji u aġenziji individwali.

    3.  Fuq talba ta' l-istituzzjonijiet individwali, l-uffiċċju għandu jorganizza proċedura ta' selezzjoni għal impjegati l-oħra, bil-għan li jinħolqu listi riservati għall-kandidati tajba u/jew databases minn fejn l-istituzzjonijiet individwali jistgħu jirrekrutaw impjegati oħra.

    4.  Dawn l-attivitajiet għandhom jiġu nklużi fil-programm ta' ħidma ta' l-Uffiċċju skond l-Artikolu 6(f), sakemm it-talba hija ppreżentata fiż-żmien opportun mill-istitizzjoni partikolari.

    Artikolu 4

    L-Ilmenti u t-talbiet

    1.  Id-Direttur ta' l-Uffiċċju għandu jeżerċita il-poteri kkonferiti mill-awtorita li għandha l-poter li tinnomina taħt l-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal fir-rigward ta' kull talba jew ilment li għandhom x'jaqsmu mal-ħidma ta' l-Uffiċċju.

    2.  Fil-każ ta' dawn l-ilmenti, id-Direttur ta' l-uffiċċju li jixtieq japprova uffiċjalment id-deċiżjoni oriġinali għandu jikkonsulta l-President tal-Bord ta' l-amministrazzjoni.

    3.  L-uffiċċju għandu jirrispondi t-talba ta' l-Ombudsman Ewropew li tirrigwarda dak kollu li jaqa' fir-responsabbilita' taħt din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 5

    Il-Bord ta' l-amministrazzjoni

    1.  Għandu jittwaqqaf Bord ta' l-amministrazzjoni għall-uffiċċju, li jikkonsisti f'membru maħtur minn kull istituzzjoni u tliet rappreżentati tal-persunal bl-istat ta' osservaturi b'kunsens komuni tal-kumintati tal-persunal ta' l-istituzzjonijiet.

    2.  Il-Bord ta' l-amministrazzjoni għandu jaħtar President fost il-membri tiegħu, b'vot ta' maġġoranza sempliċi.

    3.  Il-Bord ta' l-amministrazzjoni għandu jaddotta ir-Regolamenti tal-Proċedura permezz ta' maġġoranza sempliċi wara li dawn jgħaddu lill-istituzzjonijiet.

    4.  Il-Bord ta' l-amministrazzjoni għandu jilħaq l-inizjattivi tal-President jew it-talbiet ta' wieħed mill-membri tiegħu.

    5.  Fejn il-Bord ta' l-amministrazzjoni jieħu deċizjoni b'maġġoranza sempliċi, l-istituzzjonijiet kollha għandhom vot wieħed. Fejn il-voti huma marbuta, il-President għandu vot deċiżiv.

    6.  Fejn il-Bord ta' l-amministrazzjoni Board jieħu deċiżjoni b'maġġoranza kwalifikata, il-voti assenjati l-istituzzjonijiet għandu ikun skond il-mod li ġej: Il-Kummissjoni, 18-il vot; il-Parlament Ewropew, seba' voti; il-Kunsill, seba' voti; il-Qorti tal-Ġustizzja, tlett voti; Qorti ta' l-Awdituri, żewġ voti; Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, żewġ voti; Il-Kumitat tar-Reġjuni, żewġ voti, l-Ombudsman Ewropew, vot wieħed. Il-maġġoranza kwalifikata għandu tkun 24 voti espressi favur.

    Artikolu 6

    Kompiti tal-Bord ta' l-amministrazzjoni

    Għall-interess komuni ta' l-istituzjonijiet, il-Bord ta' l-amministrazzjoni għandu:

    (a) fuq maġġoranza kwalifikata, japprova r-regoli li jirregolaw il-ħidma ta' l-uffiċċju;

    (b) fuq maġġoranza sempliċi fuq il-proposti tal-President ta' l-Uffiċċju, japprova l-istruttura ta' l-organizazzjonijiet ta' l-uffiċċju;

    (ċ) fuq maġġoranza kwalifikata fuq il-proposti tal-President ta' l-uffiċċju, skond il-Qbil li għandu milħuq bejn is-Segretarjat Ġenerali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni, ir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja, is-Segretarjat Ġenerali tal-Qorti ta' l-Awdituri, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni u r-rappreżentant tal-Ombudsman Ewropew dwar il-prinċipji komuni għal politika ta' selezzjoni u reklutaġġ, kif ukoll dwar il-prinċipji għal amministrazzjoni tal-listi riservati, flimkien ma' d-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal, japprova il-prinċipji li jirregolaw il-politika tas-selezzjoni li l-Uffiċċju għandu jimxi magħha;

    (d) fuq maġġoranza sempliċi taħt il-proċedura ta' l-istima finanzjarja, bbażata fuq abbozz tal-President ta' l-Uffiċċju, jagħmel ukoll stima ta' l-introjtu u l-ispiżi ta' l-Uffiċċju u jibgħathom lill-Kummissjoni bil-għan li jsiru l-istimi ta' l-introjtu u l-ispiżi tal-Kummissjoni; filwaqt li fl-istess ħin għandu jipproponi lill-Kummissjoni, skond ma jkun hemm bżonn, xi aġġustamenti fil-pjan ta' stabbilizzazzjoni ta' l-Uffiċċju. lill-Kummissjoni;

    (e) fuq maġġoranza sempliċi, japprova ir-rati u it-tipi ta' spejjeż għal servizzi, addizzjonali li l-Uffiċċju jista' jagħmel, bi ħlas, lill-istituzjonijiet, oqsma, uffiċji u aġenziji, u l-kondizzjonijiet taħt liema l-uffiċċju jista' jagħmilhom;

    (f) b'unanimita' fuq il-proposti tal-President ta' l-Uffiċċju, japprova l-programm ta' ħidma, u partikolarment l-iskeda u l-kalendarju tal-Kompetizzjoni li ser tkun imtella'. Il-programm ta' ħidma għandu jkopri ukoll is-servizzi li ma jirrigwardawx il-kompetizzjoni miftuħa, kif organizzata għall-istituzzjonijiet, oqsma, uffiċji u aġenziji;

    (g) fuq maġġoranza kwalifikata abbazi ta' abbozz preparat mill-President ta' l-Uffiċċju, japprova rapport amministrattiv annwali li jkopri kull intestatur ta' l-introjtu u l-ispejjeż individwali li jirrigwarda il-prestazzjonijiet tax-xogħol u s-servizzi mogħtija mill-Uffiċċju. Qabel 1 ta' Mejju ta' kull sena, l-Uffiċċju għandu jibgħat lill-istituzzjonijiet ir-rapport finanzjarju, magħmul fid-dawl ta' kontijiet analitiċi, tas-sena preċedenti;

    (h) fuq maġġoranza sempliċi, japprova b'mod imparzjali, l-iskompożizzjoni bilanċjata tad-divarji u ta' l-ispejjeż diretti li għandhom jitħallsu fuq l-għanijiet analitiċi lill-istituzzjonijiet individwali u jaġġorna kull tlett snin;

    (i) fuq maġġoranza sempliċi, abażi tal-ħtiġijiet tar-reklutati, jaqbel mar-regoli billi kull istituzzjoni tisselezzjona numru adegwat ta' membri tal-bord, eżaminaturi u inviġilaturi għad-dispożizzjoni ta' l-uffiċċju;

    (j) fuq maġġoranza sempliċi japprova l-kunidizzjonijiet sabiex l-uffiċċju jkun jista' jidderoga lill-istituzzjonijiet sabiex jorganizzaw il-Kompetizzjoni proprja tagħhom, skond l-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjonijiet ta' l-Istituzzjonijiet.

    Artikolu 7

    Ħatra ta' l-impjegati

    1.  L-uffiċċju għandu jiġi amministrat minn Kap maħtur mill-Kumissjoni wara li l-Bord Amministrattiv b'maġġoranza sempliċi ikun ħareġ opinjoni favorevoli. L-Bord Amministrattiv għandu jkun involut mill-qrib fil-proċeduri ta' qabel ma ssir il-ħatra tal-Kap ta' l-Uffiċċju, u partikolarment fl-abbozz tan-nota tal-postijiet tax-xogħol battala u l-kunsiderazzjonijiet ta' l-applikanti.

    2.  Il-Kap ta' l-uffiċċju għandu jkun l-Awtorita' maħtura għall-impjegati ta' l-uffiċcju.

    3.  Il-Kummissjoni, għal dak li jirrigwarda il-Kap ta' l-uffiċċju, u l-Kap ta' l-uffiċċju, għal dak li jirrigwarda l-impjeti f'isem minn ġie maħtur, għandhom jinfurmaw il-Bord Amministrattiv dwar il-ħatriet, il-kuntratti milħuqa, l-għoti ta' promozzjonijiet u ta' proċeduri dixxiplinari meħudha kontra uffiċjali jew impjegati oħra.

    4.  L-uffiċjali ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunità kollha għandhom jiġu nfurmati dwar ilpostijiet tax-xogħol battala fl-uffiċċju hekk kif l-Awtorita' maħtura tiddeċidi li timla' dawn il-postijiet battala.

    ▼M1

    4a.  Għat-twettiq tal-kompiti taħt is-superviżjoni tal-uffiċjali jew aġenti temporanji, l-Uffiċċju jista’ jagħmel rikors għall-aġenti b’kuntratt skont l-Artikolu 3 a(1)(c), tal-kundizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti oħra tal-Komunitajiet Ewropej. Ir-rikors għall-aġenti b’kuntratt se jsir fil-limiti previsti mill-baġit annwali tal-Uffiċċju, fuq il-bażi tal-istima preliminari tad-dħul u l-infiq kif imwaqqfa qabel mill-Kunsill tal-Amministrazzjoni tal-EPSO.

    ▼B

    5.  Il-Kap ta' l-uffiċċju għandu jinħatar għall-perjodu ta' ħames snin, liema perjodu jista' jiġi mġedded.

    Artikolu 8

    Il-Kompiti tal-Kap ta' l-uffiċċju; l-amministrazzjoni ta' l-impjegati

    1.  Il-Kap ta' l-uffiċċju għandu jkun responsabbli għat-tmexxija uniformi ta' l-uffiċċju. WFl-ambitu tar-responsabbilitaċ ta' l-Bord Amministrattiv, il-Kap għandu jmexxi taħt l-awtorita' ta' l-istess Bord. Huwa għandu jipprovdi għas-servizzi sekretarjali għall-Bord Amministrattiv, u għandu jirrapporta l-prestazzjoni tad-dmirijiet tiegħu lill-istess Bord, kif ukoll għandu jagħti s-suġġerimenti għat-tmexxija uniformi ta' l-uffiċċju.

    2.  Il-proċeduri amministrattivi dwar l-amministrazzjoni ta' kuljum tal-persunal, bħal ma huma is-salarji, leave u mard, assigurazzjoni għal-inċidenti u għall-pensjoni, għandhom jittieħdu taħt il-kondizzjonijiet li japplikaw għall-uffiċjali u impjegati oħra tal-Kummissjoni. Din il-lista m'għandiex tkun waħda limitata u l-uffiċċju jista' jestendi din il-lista sabiex tinkludi oqsma oħra bi qbil mal-Kummissjoni.

    Artikolu 9

    Affarijiet Finanzjarji

    1.  L-approprjazzjonijiet allokati lill-uffiċċju, liema ammont totali għandu jiġi inkluż f'titolu separat ta' l-estimi jiġifieir taħt it-taqsima tal-budget li jirrigwarda l-Kummissjoni, għandu jiġi elenkat fid-dettal fl-Anness fl-istess taqsima. Dan l-Anness għandu jieħu l-forma ta' prospett ta' l-introjtu u n-nefqa, suddiviż bl-istess mod fit-taqsimiet tal-budget.

    2.  Il-pjan li jistabbilixxi l-uffiċċju għandu jkun anness mal-pjan li jistabbilixxi il-Kummissjoni.

    3.  Abbażi tal-prospett tal-Bord Amministrattiv, il-Kummissjoni għandha, għal dak li jirrigwarda l-approprjazzjonijiet ta' l-uffiċċju kif inklużi fl-Anness, tiddelega l-poteri ta' awtorizzazzjoni lill-Kap ta' l-uffiċċju u għandha tistabbilixxi l-limiti u l-kondizzjonijiet li japplikaw għal din id-deroga tal-poteri. Fit-tmiem tas-sena finanzjarja l-Bord Amministrattiv għandu jinforma l-awtorita' tal-budget dwar l-iskomposizzjoni ta' l-ammonti miksuba fil-prospett għas-servizzi żejda pprovduta uffiċċju, taħt it-titolu tal-budget fl-Anness.

    4.  Il-kontijiet ta' l-uffiċċju għandu jittieħdu skond ir-regoli u l-metodi tal-kontijiet stabbiliti mill-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni. L-uffiċċju għandu jżomm kontijiet ta' l-introjtu separati mill-kontijiet tal-ħlas għas-servizzi pprovduti.

    Artikolu 10

    Reviżjoni

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta wara perjodu ta' tlett snin wara li l-uffiċċju jiġi stabbilit.

    Artikolu 11

    Dħul fis-seħħ

    Din id-deċiżjoni għandha tiġi fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.



    ( 1 ) ĠU L 56, ta' l-4.3.1968, p. 1.

    ( 2 ) Ara paġna 53 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

    Top