Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01992L0083-20220101

Consolidated text: Id-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE tad-19 ta' Ottubru 1992 dwar l-armonizzazzjoni ta' l-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1992/83/2022-01-01

01992L0083 — MT — 01.01.2022 — 003.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 92/83/KEE

tad-19 ta' Ottubru 1992 dwar l-armonizzazzjoni ta' l-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku

(ĠU L 316 31.10.1992, p. 21)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DIRETTIVA TAL-KUNSILL (UE) 2020/1151 tad-29 ta’ Lulju 2020

  L 256

1

5.8.2020


Emendata bi:

 A1

ATT li jirrigwarda l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja u l-aġġustamenti għat-trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea

  L 236

33

23.9.2003

►A2

ATT dwar il-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija u l-aġġustamenti lit-trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea

  L 157

203

21.6.2005




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 92/83/KEE

tad-19 ta' Ottubru 1992 dwar l-armonizzazzjoni ta' l-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku



SEZZJONI I

BIRRA



Skop

Artikolu 1

1.  
L-Istati Membri għandhom japplikaw taxxa tas-sisa fuq il-birra skond din id-Direttiva.
2.  
L-Istati Membri għandhom jiffissaw ir-rati tagħhom skond id-Direttiva 92/84/KEE.

Artikolu 2

Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, it-terminu “birra” jkopri kwalunkwe prodott li jaqa’ fi ħdan il-kodiċi NM 2203 jew xi prodott ieħor li tkun tinsab fih taħlita ta' birra ma’ xorb mhux alkoħoliku li jaqa’ fi ħdan il-kodiċi NM 2206, f'kull każ b'qawwa alkoħolika attwali skond il-volum li jeċċedi 0,5 % vol.



Twaqqif tad-dazju

Artikolu 3

1.  

It-taxxa tas-sisa ntaxxata mill-Istati Membri fuq il-birra għandha tkun iffissata b’ riferenza jew:

— 
lejn in-numru ta' ettolitri/gradi Plato,
jew
— 
lejn in-numru ta' ettolitri/gradi ta' qawwa alkoħolika attwali skond il-volum tal-prodott komplut.

▼M1

L-ingredjenti kollha tal-birra, inkluż dawk li jiżdiedu wara li titlesta l-fermentazzjoni, għandhom jitqiesu għall-finijiet ta’ kejl tal-grad Plato.

Permezz ta’ deroga mit-tieni subparagrafu, l-Istati Membri li, fid-29 ta’ Lulju 2020, ma jiħdux kont tal-ingredjenti tal-birra miżjuda wara l-fermentazzjoni għall-finijiet ta’ kejl tal-grad Plato, jistgħu jkomplu jagħmlu dan sal-31 ta’ Diċembru 2030.

▼B

2.  
Fl-istima ta' kemm għandhom iżommu dazju fuq il-birra skond il-ħtiġijiet tad-Direttiva 92/84/KEE, l-Istati Membri jistgħu jinjoraw partijiet ta' grad Plato jew grad ta' qawwa alkoħolika attwali skond il-volum.

Flimkien ma' dan, l-Istati Membri li jimponu t-taxxa skond ir-riferenza lejn l-ettolitri/gradi Plato jistgħu jaqsmu l-birra f'kategoriji li jikkonsistu f'mhux iżjed minn erba' gradi plato għal kull kategorija u jżommu l-istess rata ta' dazju għal kull ettolitru fuq il-birra kollha li taqa' taħt kull kategorija u jżommu l-istess rata ta' dazju għal kull ettolitru fuq il-birra kollha li taqa' taħt kull kategorija. Dawn ir-rati għandhom b'mod invarjat ikunu ugwali għal jew jeċċedu r-rata minima stipulata fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 92/84/KEE, hawn iżjed ‘il quddiem imsejħa r-rata minima.

Artikolu 4

1.  

L-Istati Membri jistgħu japplikaw rati mnaqqsa ta' dazju, li jistgħu jkunu differenzjati skond il-produzzjoni annwali tal-birreriji in kwistjoni, għal birra magħmula minn birreriji żgħar indipendenti fi ħdan il-limiti segwenti:

— 
ir-rati mnaqqsa m'għandhomx ikunu applikati lill-intrapriżi li jipproduċu iżjed minn 200 000 ettolitri ta' birra kull sena,
— 
ir-rati mnaqqsa, li jistgħu jaqgħu taħt ir-rata minima, m'għandhomx ikunu ffissati għal iżjed minn 50 % taħt ir-rata standard nazzjonali tat-taxxa tas-sisa.
2.  
Għall-iskopijiet tar-rati mnaqqsa t-terminu “birrerija” għandu jfisser birrerija li hi legalment u ekonomikament indipendenti minn kull birrerija oħra, li tuża bini li jinsab fiżikament lil hinn minn dak ta' xi birrerija oħra u li ma toperax bil-liċenzja. Madankollu, fejn tnejn jew iżjed birreriji żgħar jikkoperaw, u d-dħul annwali tagħhom flimkien ma jeċċedix l-200 000 ettolitru, dawk il-birreriji jistgħu jkunu trattati bħala birrerija żgħira waħda indipendenti.
3.  
L-Istati Membri għandhom jassiguraw li kwalunkwe rata mnaqqsa li huma jistgħu jintroduċu tapplika ugwalment għal birra trasportata fit-territorju tagħhom minn birreriji żgħar indipendenti li jinsabu fl-Istati Membri oħrajn. B'mod partikolari dawn għandhom jassiguraw li l-ebda kunsinna individwali mill-Istati Membri oħra ma teħel qatt iżjed dazju mill-ekwivalenti nazzjonali preċiż tagħha.

Artikolu 5

▼M1

1.  
L-Istati Membri jistgħu japplikaw rati mnaqqsa, li jistgħu jaqgħu taħt ir-rata minima, għal birra b’qawwa alkoħolika attwali skont il-volum li ma teċċedix it-3,5 % vol.

▼B

2.  
L-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għal prodotti li jkollhom taħlita ta' birra ma xorb mhux alkoħoliku li jaqa taħt il-kodiċi NM 2206.

Artikolu 6

Bla ħsara għall-kondizzjonijiet li għandhom jistipulaw sabiex jassiguraw l-applikazzjoni mhux ikkomplikata ta' l-eżenzjonijiet, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw mit-taxxa tas-sisa l-birra magħmula minn individwu privat u kkonsmata mill-produttur, mill-membri tal-familja tiegħu jew mill-mistednin tiegħu, sakemm ma jkun involut l-ebda bejgħ.



SEZZJONI II

INBID



Skop

Artikolu 7

1.  
L-Istati Membri għandhom japplikaw taxxa tas-sisa lill-inbid skond din id-Direttiva.
2.  
L-Istati Membri għandhom jiffissaw ir-rati tagħhom skond id-Direttiva 92/84/KEE.

Artikolu 8

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva:

1. 

It-terminu “inbid mingħajr gass” ikopri l-prodotti kollha li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 2204 u 2205, ħlief l-inbid bil-gass kif definit fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu:

— 
li jkollu qawwa alkoħolika attwali skond il-volum li teċċedi l-1,2 % vol. Imma li ma teċċedix il-15 % vol., iżda l-alkoħol li jkun hemm fil-prodott komplet għandu jkun kollu kemm hu ta' oriġini ffermentata,
— 
li jkollu qawwa alkoħolika attwali skond il-volum li teċċedi 15 % vol. u li ma teċċedix il-18 % vol. sakemm dawn kienu magħmula mingħajr żidiet u sakemm l-akolħol li jkollu l-prodott komplut mhux kollu kemm hu ta' oriġini ffermentata;

▼M1

2. 

It-terminu “inbid bil-gass” ikopri l-prodotti kollha li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 2204 10 , 2204 21 06 , 2204 21 07 , 2204 21 08 , 2204 21 09 , 2204 29 10 u 2205 li:

▼B

— 
li jinżammu fi fliexken b’ “tappijiet mushroom” miżmuma fil-post b'wajers jew bi qfieli, jew li għandhom pressa żejda minħabba d-dijossidu karboniku f'taħlita ta' tliet bar jew iżjed,
— 
li jkollu qawwa alkoħolika attwali skond il-volum li teċċedi l-1,2 % vol. imma li ma teċċedix 15 % vol., iżda l-alkoħol li jkun fil-prodott komplut għandu jkun kollu kemm hu ta' oriġini ffermentata.



Determinazzjoni tad-dazju

Artikolu 9

1.  
It-taxxa tas-sisa intaxxata mill-Istati Membri fuq l-inbid għandha tkun iffissata b'riferenza għan-numru ta' ettolitri tal-prodott komplut.
2.  
Ħlief skond kif hemm ipprovdut fil-paragrafi 3 u 4, l-Istati Membri għandhom jintaxxaw l-istess rata ta' taxxa tas-sisa fuq il-prodotti kollha li huma intaxxabbli bid-dazju fuq l-inbid mingħajr gass. B'mod simili, għandhom jintaxxaw l-istess rata ta' taxxa tas-sisa fuq prodotti intaxxabbli bid-dazju fuq l-inbid bil-gass. Dawn jistgħu japplikaw l-istess rata ta' dazju kemm lill-inbid mingħajr gass kif ukoll lill-inbid bil-gass.
3.  
L-Istati Membri jistgħu japplikaw rati mnaqqsa ta' taxxa tas-sisa lil kwalunkwe tip ta' inbid mingħajr gass u lill-inbid bil-gass ta' qawwa alkoħolika attwali skond il-volum li ma teċċedix il-8,5 % vol.
4.  
L-Istati Membri li fl-1 ta' Jannar 1992 applikaw rata ogħla ta' dazju fuq inbejjed mingħajr gass kif definiti fl-Artikolu (8) (1), fit-tieni inċiż, jistgħu jkomplu japplikaw din ir-rata. Din ir-rata ogħla m'għandhiex tkun iżjed mir-rata standard nazzjonali applikata lill-prodotti indermedjari.

▼M1

Artikolu 9a

1.  

L-Istati Membri jistgħu japplikaw rati mnaqqsa ta’ dazju għall-inbid prodott minn produtturi tal-inbid żgħar u indipendenti fil-limiti segwenti:

— 
ir-rati mnaqqsa ma għandhomx ikunu applikati għall-intrapriżi li jipproduċu medja ta’ aktar minn 1 000 ettolitru jew, fil-każ tar-Repubblika ta’ Malta, fuq medja aktar minn 20 000 ettolitru ta’ inbid fis-sena,
— 
ir-rati mnaqqsa ma għandhomx ikunu ffissati għal iżjed minn 50 % taħt ir-rata standard nazzjonali ta’ taxxa tas-sisa.
2.  
Għall-finijiet tar-rati mnaqqsa t-terminu “produttur tal-inbid żgħir u indipendenti” għandu jfisser produttur tal-inbid li huwa legalment u ekonomikament indipendenti minn kwalunkwe produttur tal-inbid ieħor, li juża bini li jinsab fiżikament apparti minn dak ta’ kwalunkwe produttur tal-inbid ieħor u li ma joperax bil-liċenzja. Madankollu, jekk żewġ produtturi tal-inbid żgħar jew aktar jikkooperaw, u l-produzzjoni annwali tagħhom ikkombinata ma teċċedix l-1 000 ettolitru jew l-20 000 ettolitru, kif xieraq, dawk il-produtturi tal-inbid jistgħu jkunu ttrattati bħala produttur tal-inbid żgħir u indipendenti wieħed.
3.  
L-Istati Membri għandhom jassiguraw li kwalunkwe rata mnaqqsa li jistgħu jintroduċu tapplika ugwalment għal inbid li jintbagħat fit-territorju tagħhom minn produtturi tal-inbid żgħar u indipendenti li jinsabu fi Stati Membri oħra. B’mod partikolari għandhom jassiguraw li l-ebda kunsinna individwali minn Stat Membru ieħor ma għandha qatt teħel iżjed dazju mill-ekwivalenti nazzjonali preċiż tagħhom.

▼B

Artikolu 10

Bla ħsara għal dawk il-kondizzjonijiet li għandhom jistipulaw sabiex jassiguraw l-applikazzjoni mingħajr komplikazzjoni ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw mit-taxxa tas-sisa l-inbid prodott minn individwu privat u kkonsmat mill-produttur, mill-membri tal-familja tiegħu jew mill-mistednin tiegħu, sakemm ma jkun involut l-ebda bejgħ.



SEZZJONI III

XORB IFFERMENTAT LI M'HUWIEX INBID U BIRRA



Skop

Artikolu 11

1.  
L-Istati Membri għandhom japplikaw taxxa tas-sisa lil xorb iffermentat li m'huwiex birra jew inbid (xorb ieħor iffermentat) skond din id-Direttiva.
2.  
L-Istati Membri għandhom jiffissaw ir-rati tagħhom skond id-Direttiva 92/84/KEE.

Artikolu 12

Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva u mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 17:

1. 

It-terminu “xorb ieħor mingħajr gass iffermentat” ikopri l-prodotti kollha li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM 2204 u 2205 iżda li mhux imsemmija fl-Artikolu 8 hawn fuq, u prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 2206, ħlief xorb ieħor iffermentat bil-gass kif definiti fil-punt 2 ta' dan l-Artikolu u kwalunkwe prodott ieħor kopert bl-Artikolu 2:

— 
li jkollu qawwa alkoħolika attwali bil-volum li jeċċedi 1,2 % vol. iżda li ma jeċċedix l-10 % vol.,
— 
li jkollu qawwa alkoħolika attwali skond il-volum li teċċedi l-10 % iżda ma teċċedix il-15 % vol., iżda l-alkoħol li jkollu l-prodott komplut għandu jkun kollu kemm hu ta' oriġini ffermentata.

▼M1

2. 

It-terminu “xorb ieħor iffermentat bil-gass” ikopri l-prodotti kollha li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 2206 00 31 u 2206 00 39 2204 10 , kif ukoll prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 2204 10 , 2204 21 06 , 2204 21 07 , 2204 21 08 , 2204 21 09 , 2204 29 10 u 2205 mhux imsemmija fl-Artikolu 8 li:

▼B

— 
jkunu miżmuma fi fliexken b’ “tappijiet mushroom” miżmuma fil-post b'wajers jew bi qfieli, jew li għandhom pressa żejda minħabba d-dijossidu karboniku f'taħlita ta' tliet bar jew iżjed,
— 
ikollhom qawwa alkoħolika attwali bil-volum li jeċċedi 1,2 % vol. iżda li ma jeċċedix l-13 % vol.,
— 
jkollhom qawwa alkoħolika attwali skond il-volum li teċċedi t-13 % iżda ma teċċedix il-15 % vol., iżda l-alkoħol li jkollu l-prodott komplut għandu jkun kollu kemm hu ta' oriġini ffermentata iżda l-alkoħol li jkollu l-prodott komplut għandu jkun kollu kemm hu ta' oriġini ffermentata.



Determinazzjoni tad-dazju

Artikolu 13

1.  
It-taxxa tas-sisa intaxxata mill-Istati Membri fuq xorb ieħor iffermentat għandha tkun iffissata b'riferenza għan-numru ta' ettolitri tal-prodott komplut.

▼M1

2.  
Ħlief kif previst fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 13a, l-Istati Membri għandhom jintaxxaw l-istess rata ta’ taxxa tas-sisa fuq il-prodotti kollha li huma intaxxabbli bid-dazju fuq xorb ieħor iffermentat mingħajr gass. B’mod simili, dawn għandhom jintaxxaw l-istess rata ta’ taxxa tas-sisa fuq il-prodotti kollha intaxxabbli bid-dazju fuq xorb ieħor iffermentat bil-gass. Dawn jistgħu japplikaw l-istess rata ta’ taxxa tas-sisa liż-żewġ tipi ta’ xorb l-oħra ffermentati mingħajr gass u lil xorb ieħor iffermentat bil-gass.

▼B

3.  
L-Istati Membri jistgħu japplikaw rati mnaqqsa ta' taxxa tas-sisa lil kwalunkwe tip ta' xorb ieħor iffermentat bil-gass jew mingħajr gass ta' qawwa alkoħolika attwali skond il-volum li ma jeċċedix il-8,5 % vol.

▼M1

Artikolu 13a

1.  

L-Istati Membri jistgħu japplikaw rati mnaqqsa ta’ dazju, li jistgħu jkunu differenzjati skont il-produzzjoni annwali tal-produtturi kkonċernati, għal xorb iffermentat ieħor magħmul minn produtturi żgħar indipendenti fil-limiti segwenti:

— 
ir-rati mnaqqsa ma għandhomx ikunu applikati għall-intrapriżi li jipproduċu aktar minn total ta’ 15 000 ettolitru ta’ tali xorb fis-sena,
— 
ir-rati mnaqqsa ma għandhomx ikunu ffissati għal iżjed minn 50 % taħt ir-rata standard nazzjonali ta’ taxxa tas-sisa għal xorb iffermentat ieħor.
2.  
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, xorb iffermentat ieħor għandu jinkiseb mill-fermentazzjoni ta’ frott, frott tal-bosk, ħxejjex, soluzzjoni ta’ għasel fl-ilma jew mill-fermentazzjoni ta’ meraq frisk jew meraq ikkonċentrat miksub minn dan ta’ hawn fuq. L-Istati Membri ma għandhomx jippermettu ż-żieda ta’ kwalunkwe alkoħol jew xorb alkoħoliku ieħor għall-fini tal-produzzjoni ta’ xorb ieħor iffermentat. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, iż-żieda ta’ alkoħol użat sabiex jiddilwa jew iħoll ħwawar fid-doża strettament neċessarja sa fejn il-qawwa alkoħolika ma tiżdiedx b’aktar minn 1,2 % vol. ma għandhiex titqies bħala l-addizzjoni ta’ alkoħol għall-produzzjoni ta’ xorb ieħor iffermentat. Iż-żieda ta’ tali ħwawar ma għandhiex tibdel il-karattru tal-prodott oriġinali b’mod sinifikanti.
3.  
L-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għal ċerti tipi ta’ xorb iffermentat ieħor.
4.  
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, it-terminu “produttur żgħir u indipendenti” għandu jfisser produttur ta’ xorb iffermentat ieħor li huwa legalment u ekonomikament indipendenti minn kwalunkwe produttur ieħor ta’ xorb iffermentat ieħor, li juża bini li jinsab fiżikament apparti minn dak ta’ kwalunkwe produttur ieħor u li ma joperax bil-liċenzja. Madankollu, fejn żewġ produtturi żgħar jew iżjed jikkooperaw, u d-dħul annwali tagħhom ikkombinat ma jeċċedix il-15 000 ettolitru, dawk il-produtturi jistgħu jkunu trattati bħala produttur żgħir indipendenti wieħed.
5.  
L-Istati Membri għandhom jassiguraw li kwalunkwe rata mnaqqsa li jintroduċu tapplika b’mod ugwali għal xorb iffermentat ieħor li jintbagħat fit-territorju tagħhom minn produtturi żgħar u indipendenti li jinsabu fi Stati Membri oħrajn. B’mod partikolari dawn għandhom jassiguraw li l-ebda kunsinna individwali minn Stat Membru ieħor ma għandha qatt teħel iżjed dazju mill-ekwivalenti nazzjonali preċiż tagħha.

▼B

Artikolu 14

Bla ħsara għal dawn il-kondizzjonijiet li għandhom jistipulaw sabiex jassiguraw l-applikazzjoni mingħajr komplikazzjoni ta' dan l-Artikolu, L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mit-taxxa tas-sisa xorb ieħor iffermentat mingħajr gass jew bil-gass prodott minn individwu privat u kkonsmat mill-produttur, mill-membri tal-familja tiegħu jew mill-mistednin tiegħu, sakemm ma jkun involut l-ebda bejgħ.

▼M1

Artikolu 15

Għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2008/118/KE u d-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE ( 1 ), ir-referenzi għal “inbid” għandhom jitqiesu li japplikaw b’mod ugwali għal xorb ieħor iffermentat kif definiti f’din it-taqsima.

▼B



SEZZJONI IV

PRODOTTI INTERMEDJARJI



Skop

Artikolu 16

1.  
L-Istati Membri għandhom japplikaw taxxa tas-sisa lill-prodotti intermedjarji skond din id-Direttiva.
2.  
L-Istati Membri għandhom jiffissaw ir-rati tagħhom skond id-Direttiva 92/84/KEE. Dawn ir-rati m'għandhom qatt jaqgħu taħt ir-rati li l-Istati Membri japplikaw għall-prodotti ta' l-Artikoli 8(1) u 12 (1) tad-Direttiva preżenti.

Artikolu 17

1.  
Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva t-terminu “prodotti intermedjarji” ikopri l-prodotti kollha ta' kontenut alkoħoliku attwali li jeċċedi l-1,2 % vol, iżda li ma jeċċedix it-22 % vol u li jaqa' taħt il-kodiċi NM 2204, 2205 u 2206 iżda mhux kopert mill-Artikolu 2, 8 and 12.
2.  
Minkejja d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 12, l-Istati Membri jistgħu jittrattaw bħala prodott intermedjarju kwalunkwe xorb iffermentat mingħajr gass fi ħdan l-iskop ta' l-Artikolu 12(1) li għandu qawwa alkoħolika attwali li teċċedi l-5,5 % vol. u li m'huwiex kollu kemm hu ta' oriġini ffermentat.



Determinazzjoni tad-dazju

Artikolu 18

1.  
It-taxxa tas-sisa intaxxata mill-Istati Membri fuq il-prodotti intermedjarji għandha tkun iffissata b'riferenza għan-numru ta' ettolitri tal-prodott komplut.
2.  
Ħlief skond kif hemm ipprovdut fil-paragrafi 3, 4 u 5, l-Istati Membri għandhom jintaxxaw l-istess rata ta' dazju fuq il-prodotti kollha li huma taxxabbli bid-dazju fuq il-prodotti intermedjari.
3.  

Stat Membru jista' japplika rata waħda mnaqqsa ta' dazju lill-prodotti intermedjarji b'qawwa alkoħolika attwali skond il-volum li ma teċċedix il-15 % vol. bla ħsara għall-kondizzjonijiet segwenti:

— 
ir-rata mnaqqsa m'għandhiex tkun iffissata għal iżjed minn 40 % taħt ir-rata ta' taxxa tas-sisa standard nazzjonali,
— 
ir-rata mnaqqsa ma tistax tkun inqas mir-rata standard nazzjonali applikata lil prodotti koperti bl-Artikolu 8(1) u 12 (1) ta' din id-Direttiva.

▼M1

4.  
L-Istati Membri jistgħu japplikaw rata waħda mnaqqsa ta’ dazju lil prodotti intermedjari li huma definiti fl-Anness VII, Parti II, għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ).

▼B

Ir-rata mnaqqsa

— 
tista’ taqa’ taħt ir-rata minima iżda m'għandhiex tkun iffissata għal iżjed minn 50 % taħt ir-rata standard nazzjonali tat-taxxa tas-sisa,
jew
— 
m'għandhiex tkun iffissata taħt ir-rata minima applikata lil prodotti intermedjari.
5.  
Għal prodotti intermedjarji li jinżammu fi fliexken b’ “tappijiet mushroom” miżmuma fil-post b'wajers jew bi qfieli, jew li għandhom pressa żejda minħabba d-dijossidu karboniku f'taħlita ta' tliet bar jew iżjed, l-Istati Membri jistgħu japplikaw l-istess rata bħal ma hemm ipprovdut għal prodotti li jaqgħu fi ħdan l-iskop ta' l-Artikolu 12(2), iżda din ir-rata għandha tkun ogħla mir-rata standard nazzjonali għall-prodotti intermedjarji.

▼M1

rtikolu 18a

1.  

L-Istati Membri jistgħu japplikaw rati mnaqqsa ta’ dazju, li jistgħu jkunu differenzjati skont il-produzzjoni annwali tal-produtturi kkonċernati, għal prodotti intermedjarji magħmula minn produtturi żgħar u indipendenti fil-limiti segwenti:

— 
ir-rati mnaqqsa ma għandhomx ikunu applikati għall-intrapriżi li jipproduċu aktar minn total ta’ 250 ettolitru ta’ tali xorb fis-sena,
— 
ir-rati mnaqqsa, li jistgħu jaqgħu taħt ir-rata minima, ma għandhomx ikunu ffissati għal aktar minn 50 % taħt ir-rata standard nazzjonali tal-prodotti intermedjarji.
2.  
L-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għal ċerti tipi ta’ prodotti intermedjarji.
3.  
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, it-terminu “produttur żgħir u indipendenti” għandu jfisser produttur ta’ prodotti intermedjarji li huwa legalment u ekonomikament indipendenti minn kull produttur ieħor ta’ prodotti intermedjarji, li juża bini li jinsab fiżikament apparti minn dak ta’ kwalunkwe produttur ieħor u li ma joperax bil-liċenzja. Madankollu, fejn żewġ produtturi żgħar jew iżjed jikkooperaw, u d-dħul annwali tagħhom ikkombinat ma jaqbiżx il-250 ettolitru, dawk il-produtturi jistgħu jkunu trattati bħala produttur żgħir indipendenti wieħed.
4.  
L-Istati Membri għandhom jassiguraw li kull rata mnaqqsa li jintroduċu tapplika b’mod ugwali għal prodotti intermedjarji li jintbagħtu fit-territorju tagħhom minn produtturi żgħar u indipendenti li jinsabu fi Stati Membri oħra. B’mod partikolari dawn għandhom jassiguraw li l-ebda kunsinna individwali minn Stat Membru ieħor ma għandha qatt teħel iżjed dazju mill-ekwivalenti nazzjonali preċiż tagħha.

▼B



SEZZJONI V

ALKOĦOL ETILIKU



Skop

Artikolu 19

1.  
L-Istati Membri għandhom japplikaw taxxa tas-sisa lil alkoħol etiliku skond din id-Direttiva.
2.  
L-Istati Membri għandhom jiffissaw ir-rati tagħhom skond id-Direttiva 92/84/KEE.

Artikolu 20

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva l-“alkoħol etiliku” jkopri:

— 
il-prodotti kollha b'qawwa alkoħolika attwali skond il-volum li teċċedi l-1,2 % volum u li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 2207 u 2208, anki fejn dawn il-prodotti jifformaw parti ta' prodott li jaqa' taħt Kapitolu ieħor tan-NM,
— 
prodotti ta' kodiċi NM 2204, 2205 u 2206 li għandhom qawwa alkoħolika attwali skond il-volum li teċċedi l-22 % vol.,
— 
spirti li jinxtorbu li jkollhom prodotti, kemm jekk f'taħlita likwida jew le.



Determinazzjoni tad-dazju

Artikolu 21

It-taxxa tas-sisa fuq alkoħol etiliku għandha tkun iffissata għal kull ettolitru ta' alkoħol pur ta' 20 °C, u għandha tkun ikkalkolata b'riferenza għan-numru ta' ettolitri ta' alkoħol pur. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 22, l-Istati Membri għandhom iżommu l-istess rata ta' dazju fuq il-prodotti kollha taxxabbli bid-dazju fuq l-alkoħol etiliku.

Artikolu 22

1.  

L-Istati Membri jistgħu japplikaw rati mnaqqsa ta' taxxa tas-sisa lill-alkoħol etiliku prodott minn distilleriji żgħar fi ħdan il-limiti segwenti:

— 
ir-rati mnaqqsa, li jistgħu jaqgħu taħt ir-rata minima, m'għandhomx ikunu applikati lil intrapriżi li jipproduċu iżjed minn 10 ettolitri ta' alkoħol pur fis-sena. Madankollu, l-Istati Membri li applikaw rati mnaqqsa fl-1 ta' Jannar 1992 lil intrapriżi li jipproduċu bejn l-10 ettolitri u l-20 ettolitru ta' alkoħol pur kull sena jistgħu jkomplu jagħmlu hekk,
— 
ir-rati mnaqqsa m'għandhomx ikunu ffissati għal iżjed minn 50 % taħt ir-rata ta' taxxa tas-sisa standard nazzjonali,
2.  
Għall-iskopijiet tar-rati mnaqqsa, it-terminu “distillerija żgħira” għandu jfisser distillerija li hi legalment u ekonomikament indipendenti minn kull distillerija oħra u li ma toperax bil-liċenzja.
3.  
L-Istati Membri għandhom jassiguraw li kull rata mnaqqsa li jistgħu jintroduċu tapplika b'mod ugwali lil alkoħol etiliku trasportat fit-territorju tagħhom minn produtturi żgħar li jinsabu fl-Istati Membri oħrajn.
4.  
L-Istati Membri jistgħu jistipulaw disposizzjonijiet fejn l-alkoħol prodott minn produtturi żgħar jinħeles għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa hekk kif dan jinkiseb (sakemm il-produtturi ma jkunux wettqu huma nfushom xi transazzjonijiet intra-Komunitarji) mingħajr ma jkunu soġġetti għall-arranġamenti tat-taxxa tal-magazzinaġġ, u jkunu intaxxati definittivament fuq bażi ta' rata waħda.
5.  
L-Istati Membri jistgħu japplikaw rati mnaqqsa ta' dazju lil prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 2208 li għandhom qawwa alkoħolika attwali skond il-volum li ma teċċedix l-10 % vol.

▼M1

6.  
Ir-Repubblika tal-Bulgarija tista’ tapplika rata mnaqqsa ta’ taxxa tas-sisa, ta’ mhux anqas minn 50 % tar-rata nazzjonali standard ta’ taxxa tas-sisa fuq l-alkoħol etiliku, għall-alkoħol etiliku prodott minn distilleriji tal-kultivaturi tal-frott, kull sena, aktar minn 10 ettolitri ta’ alkoħol etiliku minn frott fornut lilhom mill-unitajiet domestiċi tal-kultivaturi tal-frott. L-applikazzjoni tar-rata mnaqqsa għandha tkun limitata għal 30 litru ta’ spirti tal-frott kull sena għal kull unità domestika tal-kultivaturi tal-frott, li jkunu destinati esklużivament għall-konsum personali tagħha. Ladarba tkun eżerċitata din l-għażla, ir-Repubblika tal-Bulgarija m’għandhiex tibqa’ tapplika l-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu.

▼M1

6a.  
Ir-Repubblika Ċeka u r-Repubblika tal-Polonja jistgħu japplikaw rata mnaqqsa ta’ taxxa tas-sisa, ta’ mhux anqas minn 50 % tar-rata nazzjonali standard ta’ taxxa tas-sisa fuq l-alkoħol etiliku, għall-alkoħol etiliku prodott minn distilleriji tal-kultivaturi tal-frott, kull sena, aktar minn 10 ettolitri ta’ alkoħol etiliku minn frott fornut lilhom mill-unitajiet domestiċi tal-kultivaturi tal-frott. L-applikazzjoni tar-rata mnaqqsa għandha tkun limitata għal 30 litru ta’ spirti tal-frott kull sena għal kull unità domestika tal-kultivaturi tal-frott, li jkunu destinati esklużivament għall-konsum personali tagħha.

▼A2

7.  
L-Ungerija, ir-Rumanija u s-Slovakkja jistgħu japplikaw rata mnaqqsa ta' dazju tas-sisa, ta' mhux anqas minn 50 % tar-rata nazzjonali standard tad-dazju tas-sisa fuq l-alkoħol etiliku, għall-alkoħol etiliku prodott minn distilleriji ta' koltivaturi tal-frott li jipproduċu, kull sena, aktar minn 10 ettolitri ta' alkoħol etiliku minn frott fornut lilhom mill-familji ta' koltivaturi tal-frott. L-applikazzjoni tar-rata mnaqqsa għandha tkun limitata għal 50 litru ta' spirti tal-frott kull sena għal kull familja koltivatriċi tal-frott produttiva, li jkunu destinati esklużivament għall-konsum personali tagħha. Il-Kummissjoni tirrevedi dan l-arranġament fis-sena 2015 u tirrapporta lill-Kunsill dwar modifiki possibbli.

▼M1

8.  

Soġġett għal dawn il-kondizzjonijiet hekk li għandhom jistabbilixxu sabiex jassiguraw l-applikazzjoni sempliċi ta’ dan il-paragrafu, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw mit-taxxa tas-sisa, jew japplikaw rati mnaqqsa ta’ sisa għal alkoħol etiliku li jiġi kkunsmat minn individwu privat, minn membri ta’ familtu jew mill-mistednin tiegħu, sakemm ma jkun involut ebda bejgħ, u li huwa:

(a) 

prodotti minn dak l-individwu privat minn frott li jkun imkabbar, fornit u jappartjeni lil dak l-individwu privat minn biċċa art li fuqha dak l-individwu privat ikollu titolu, bl-użu ta’ apparat sempliċi u żgħir ta’ distillar irreġistrat mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru konċernat;

u/jew

(b) 

prodott minn dak l-individwu privat f’distilleriji awtorizzati mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru konċernat, minn frott li jkun imkabbar, fornit u jappartjeni lil individwu privat minn biċċa art li fuqha dak l-individwu privat ikollu titolu.

L-Istati Membri għandhom jillimitaw l-applikazzjoni tal-eżenzjoni jew tar-rati mnaqqsa għal mhux aktar minn 50 litri ta’ spirti tal-frott għal kull unità domestika kultivatriċi produttiva tal-frott, kull sena.

L-Istati Membri li japplikaw it-tali eżenzjoni jew rati mnaqqsa ta’ sisa:

(a) 

għandhom jistabbilixxu kondizzjonijiet għall-fini li jipprevjenu kwalunkwe evażjoni, evitar jew abbuż,

(b) 

għandu jkollhom rekwiżiti u proċeduri adegwati fis-seħħ sabiex jiżguraw il-kontroll tal-produzzjoni u tal-konsum, għall-prevenzjoni ta’ effetti u bejgħ transkonfinali, u

(c) 

għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont dan l-Artikolu u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

L-Istati Membri m’għandhomx japplikaw dawn id-dispożizzjoni b’żieda mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 6, 6a jew 7.

▼M1

Artikolu 23

1.  
Ir-Repubblika Franċiża tista’ tapplika rata mnaqqsa, li tista’ titbaxxa għal taħt ir-rata minima iżda li m’għandiex tkun stabbilita għal aktar minn 50 % taħt ir-rata standard nazzjonali tad-dazju fuq l-alkoħol etiliku, għar-rum kif definit fil-punt 1 tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ) u magħmul miz-zokkor tal-kannamieli miġbur fil-post tal-manifattura kif jinsab fil-punt (13) tal-Anness I għal dak ir-Regolament, li jkollu kontenut ta’ sustanzi volatili għajr l-alkoħol etiliku u metiliku ugwali għal jew li jeċċedi l-225 gramma għal kull ettolitru ta’ alkoħol pur, u qawwa attwali alkoħolika skont il-volum ugwali għal jew li teċċedi l-40 % vol.
2.  

Ir-Repubblika Ellenika tista’ tapplika rata mnaqqsa, li tista’ titbaxxa għal taħt ir-rata minima:

(a) 

iżda ma tiġix stabbilita aktar minn 50 % taħt ir-rata standard nazzjonali tad-dazju fuq l-alkoħol etiliku, fir-rigward ta’ xorb iddistillat tal-ħlewwa kif definit fil-punt 29 tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 110/2008, li huwa mingħajr kulur u ma fihx aktar minn 50 gramma zokkor jew anqas għal kull litru u l-prodott finali huwa kompost, tal-anqas fil-persentaġġ previst fid-dispożizzjoni msemmija, minn alkoħol aromatizzat bid-distillazzjoni f’imqatar tradizzjonali tar-ram mhux kontinwi b’kapaċità sa 1 000 litru dak ix-xorb tal-karfa tal-għeneb magħsur kif definit fil-punt 6 tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 110/2008 li jiġu ddistillati f’imqatar tradizzjonali mhux kontinwi;

(b) 

iżda ma tiġix stabbilita aktar minn 85 % taħt ir-rata standard nazzjonali tad-dazju fuq l-alkoħol etiliku, fir-rigward tal-alkoħol etiliku mill-frott fornut mill-unità domestika tal-produttur, li jiġi ddistillat f’apparati sempliċi ta’ distillazzjoni tradizzjonali tar-ram b’kapaċità sa mhux aktar minn 130 litru jew f’apparat ta’ distillazzjoni tradizzjonali tal-fuħħar b’kapaċità ta’ mhux aktar minn 40 litru, fiż-żewġ każijiet bl-operazzjoni ta’ mhux aktar minn tmint ijiem fis-sena u bi produzzjoni ta’ massimu ta’ ħames ettolitri ta’ alkoħol pur kull sena.

▼M1

Artikolu 23a

1.  
Soġġett għal tali kondizzjonijiet li l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sabiex jassiguraw l-applikazzjoni sempliċi tal-Artikoli 4, 9a, 13a, 18a u l-Artikolu 22(1), (2) u (3) ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom, fuq talba, jipprovdu ċertifikat annwali għal produtturi żgħar u indipendenti stabbiliti fit-territorju tagħhom li jikkonferma l-produzzjoni totali annwali tagħhom imsemmija f’dawk l-Artikoli, kif applikabbli, u b’konferma tal-konformità tal-produttur żgħar indipendenti mal-kriterji stipulati fl-Artikoli 4(2), 9a(2), 13a(4), 18a(3) u 22(2) ta’ din id-Direttiva, kif applikabbli. Id-dokument amministrattiv għall-moviment ta’ oġġetti skont il-Kapitolu IV jew V tad-Direttiva 2008/118/KE għandu jirreferi għal dan iċ-ċertifikat imsemmi f’dan il-paragrafu.
2.  
Minkejja l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu, taħt ċerti kondizzjonijiet li huma għandhom jistabbilixxu bl-iskop li jassiguraw l-applikazzjoni korretta u sempliċi ta’ dan l-Artikolu u għall-prevenzjoni ta’ kwalunkwe evażjoni, evitar jew abbuż, jippermettu li produtturi żgħar u indipendenti msemmija fl-Artikoli 4(1), 9a(1), 13a(1), 18a(1) u 22(1) stabbiliti fit-territorju tagħhom jiċċertifikaw huma stess il-konformità tagħhom mal-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 4(2), 9a (2), 13a(4), 18a(3) u 22(2), kif applikabbli, u l-produzzjoni totali annwali tagħhom imsemmija f’dawn l-Artikoli.
3.  
L-Istati Membri għandhom, taħt il-kondizzjonijiet li huma għandhom jistabbilixxu bl-iskop li jassiguraw l-applikazzjoni korretta u sempliċi ta’ dan l-Artikolu u għall-prevenzjoni ta’ kwalunkwe evażjoni, evitar jew abbuż, jirrikonoxxu ċ-ċertifikat għall-produtturi msemmija fl-Artikoli 4(1), 9a(1), 13a(1), 18a(1) u 22(1) maħruġ minn Stat Membru ieħor, ħlief f’ċirkostanzi ġġustifikati kif xieraq.
4.  

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu:

(a) 

il-forma taċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 1;

(b) 

il-forma tar-referenza għal dak iċ-ċertifikat fid-dokument amministrattiv għall-moviment ta’ oġġetti skont il-Kapitolu IV jew V tad-Direttiva 2008/118/KE; u

(c) 

ir-rekwiżiti għat-tlestija tad-dokument amministrattiv għall-moviment ta’ oġġetti skont il-Kapitolu IV jew V tad-Direttiva 2008/118/KE fil-każ ta’ awtoċertifikazzjoni.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28a(2).

▼B



SEZZJONI VI

MIXXELLANJA

Artikolu 24

1.  
L-Istati Membri m'għandhomx għalfejn jeħtieġu li l-prodotti koperti b'din id-Direttiva għandhom ikunu prodotti f'maħzen bit-taxxa minn prodotti alkoħoliċi kostitwenti li jinżammu f'sospensjoni mit-taxxi tas-sisa rilevanti, sakemm dik it-taxxa fuq il-kostitwenti kienet diġà mħallsa bil-quddiem u li t-taxxa totali pagabbli fuq il-prodotti alkoħoliċi kostitwenti m'hijiex inqas mit-taxxa pagabbli fuq il-prodott li jirriżulta mit-taħlita tagħhom.
2.  
Ir-Renju ta' Spanja m'għandux għalfejn jikkonsidra bħala l-manifattura ta' prodotti intermedjari l-preparazzjoni ta' l-inbejjed magħmula fir-reġjuni tal-Moriles-Montilla, Tarragona, Priorato u Terra Alta, li żdidilhom l-akoħol b'tali mod li l-qawwa alkoħolika tagħhom ma tiżdiedx b'iżjed minn 1 % vol.

Artikolu 25

L-Istati Membri jistgħu jirrifondu t-taxxa tas-sisa fuq ix-xorb alkoħoliku rtirat mis-suq minħabba l-kondizzjoni jew l-età tagħhom li jirrendih mhux tajjeb għall-konsum mill-bnedmin.

▼M1

Artikolu 26

Ir-referenzi f’din id-Direttiva għal kodiċi NM għandhom ikunu għal kodiċi tal-nomenklatura magħquda tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni ta’ Kummissjoni (UE) 2018/1602 ( 4 ), li jemenda l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 ( 5 ).

▼B



SEZZJONI VII

EŻENZJONIJIET

Artikolu 27

1.  

L-Istati Membri għandhom jeżentaw il-prodotti koperti b'din id-Direttiva mis-sisa armonizzata taħt il-kondizzjonijiet li għandhom jistipulaw għall-iskop li tkun assigurata l-aplikazzjoni korretta u ħafifa ta' dawn l-eżenzjonijiet u li tkun ipprevenuta xi evażjoni, ħelsien jew abbuż:

▼M1

(a) 

meta mqassam fil-forma ta’ alkoħol li ġie totalment denaturalizzat f’konformità mar-rekwiżiti tal-Istat Membru fejn ġie rilaxxat għall-konsum, fejn tali rekwiżiti kienu debitament notifikati bil-miktub u awtorizzati f’konformità mal-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu.

L-Istati Membri għandhom japplikaw il-Kapitolu V tad-Direttiva 2008/118/KE;

(b) 

meta jintuża bħala parti mill-proċess ta’ manifattura ta’ xi prodott li mhuwiex għall-konsum mill-bniedem, ladarba l-alkoħol ikun ġie denaturalizzat skont ir-rekwiżiti ta’ kwalunkwe Stat Membru għall-użu partikolari.

Dik l-eżenzjoni għandha tapplika meta tali alkoħol denaturalizzat:

— 
ikun ġie inkorporat fil-prodott mhux għall-konsum mill-bniedem,

jew

— 
jintuża għall-manutenzjoni u t-tindif tat-tagħmir tal-manifattura użat għal dan il-proċess partikolari ta’ manifattura.

L-Istati Membri għandhom japplikaw il-Kapitolu IV tad-Direttiva 2008/118/KE għall-movimenti ta’ alkoħol denaturalizzat li jkun għadu ma ġiex inkorporat fi prodott li mhuwiex għall-konsum mill-bniedem;

▼B

(ċ) 

meta użat għall-produzzjoni tal-ħall li jaqa taħt il-kodiċi NM 2209;

▼M1

(d) 

meta użat għall-produzzjoni ta’ mediċini msemmija fid-Direttivi 2001/82/KE ( 6 ) u 2001/83/KE ( 7 ) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

▼B

(e) 

meta użat għall-produzzjoni ta' essenzi għall-preparazzjonijiet ta' l-ikel u tax-xorb mhux alkoħoliku b'qawwa alkoħolika li ma teċċedix il-1,2 % vol.;

(f) 

meta użat direttament jew bħala kostitwent ta' prodott ippreparat għall-aħħar stadju ta' manifattura ta' l-ikel, mimli jew le, iżda f'kull każ il-kontenut alkoħoliku ma jeċċedix it-8,5 litri ta' alkoħol pur għal kull 100 kg tal-prodott għaċ-ċikkulata, u 5 litri ta' alkoħol pur għal kull 100 kg tal-prodott għal prodotti oħra.

2.  

L-Istati Membri jistgħu jeżentaw il-prodotti koperti b'din id-Direttiva mit-taxxa tas-sisa armonizzata taħt kondizzjonijiet li huma għandhom jistipulaw bl-iskop li jassiguraw l-applikazzjoni korretta u faċli ta' dawn l-eżenzjonijiet u tal-prevenzjoni ta' kull evażjoni, ħelsien jew abbuż, meta użati:

(a) 

bħala kampjuni għall-analiżi, għal testijiet meħtieġa għall-produzzjoni, jew għal skopijiet xjentifiċi;

(b) 

għal riċerka xjentifika;

(ċ) 

għal skopijiet mediċi fi sptarijiet u spiżeriji;

(d) 

fi proċess ta' manifattura sakemm il-prodott finali ma jkollux l-alkoħol;

(e) 

fil-manifattura ta' prodott komponent li m'huwiex soġġett għat-taxxa tas-sisa taħt din id-Direttiva;

▼M1

(f) 

fil-manifattura ta’ supplimenti tal-ikel kif definiti mid-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ) li fihom alkoħol etiliku, jekk pakkett individwali tas-suppliment tal-ikel joħroġ għall-konsum ma jaqbiżx 0,15 litru u s-supplimenti tal-ikel jitqiegħdu fis-suq skont l-Artikolu 10 ta’ dik id-Direttiva.

▼M1

3.  
Stat Membru li jixtieq idaħħal bidla fir-rekwiżiti għad-denaturazzjoni kompleta tal-alkoħol imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1, għandu jinnotifika dawk ir-rekwiżiti l-ġodda lill-Kummissjoni bil-miktub, flimkien mal-informazzjoni kollha rilevanti dwar sustanzi ta’ denaturazzjoni li beħsiebu jħaddem.

Jekk il-Kummissjoni tqis li ma għandhiex l-informazzjoni kollha meħtieġa, għandha tikkuntattja lill-Istat Membru kkonċernat fi żmien xahar minn meta tirċievi dik l-informazzjoni u għandha tispeċifika l-informazzjoni meħtieġa. Hekk kif il-Kummissjoni jkollha l-informazzjoni kollha li tqis li hi meħtieġa, din għandha tibgħat in-notifika lill-Istati Membri l-oħrajn fi żmien xahar.

4.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jawtorizzaw jew jiċħdu r-rekwiżiti notifikati skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28a(2).
5.  
Jekk Stat Membru jsib li prodott li kien eżentat skont il-punti (a) jew (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jirriżulta f’evażjoni, evitar jew abbuż, dan jista’ jirrifjuta li jagħti eżenzjoni jew jirtira l-eżenzjoni diġà mogħtija. L-Istat Membru għandu jinnotifika tali rifjut jew irtirar minnufih lill-Kummissjoni bil-miktub, flimkien mal-informazzjoni kollha rilevanti dwar evażjoni, evitar jew abbuż. Jekk il-Kummissjoni tqis li ma għandhiex l-informazzjoni kollha meħtieġa, għandha tikkuntattja lill-Istat Membru kkonċernat fi żmien xahar minn meta tirċievi tali informazzjoni u għandha tispeċifika l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa. Hekk kif il-Kummissjoni jkollha l-informazzjoni kollha li tqis li hi meħtieġa, din għandha tibgħat in-notifika lill-Istati Membri fi żmien xahar. Għandha mbagħad tittieħed deċiżjoni finali skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28a(2) sa mhux aktar tard minn erba’ xhur wara li tintbagħat in-notifika lill-Istati Membri l-oħra. L-Istati Membri ma għandhomx ikunu obbligati li jagħtu effett retroattiv għal din id-deċiżjoni.

▼B

6.  
L-Istati Membri għandhom ikunu liberi li jagħtu l-eżenzjonijiet imsemmija hawn fuq permezz ta' rifużjoni tat-taxxa tas-sisa mħallsa.

▼M1 —————

▼B



SEZZJONI VII

DISPOSIZZJONIJIET FINALI

▼M1

Artikolu 28a

1.  
Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-“Kumitat dwar id-Dazju tas-Sisa”. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2.  
Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 28b

Kull ħames snin il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. L-ewwel rapport għandu jiġi ppreżentat sal-31 ta’ Diċembru 2024.

B’mod partikolari, ir-rapport għandu:

(a) 

jivvaluta l-applikazzjoni u l-impatt ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali adottati u applikati skont l-Artikoli 5 u 9a, l-Artikolu 22(8), l-Artikolu 23a u l-punt (f) tal-Artikolu 27(2);

(b) 

jieħu kont tal-evidenza rilevanti dwar il-preżenza ta’ impatt tad-dispożizzjonijiet adottati u applikati skont dawk l-Artikoli, bħal effetti transkonfinali negattivi, iż-żieda ta’ frodi, l-impatt fuq il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern u fuq is-saħħa pubblika; u

(c) 

meta Stati Membri japplikaw dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont l-Artikolu 22(8), jevalwaw l-adegwatezza ta’:

— 
il-kondizzjonijiet stabbiliti minn dawn l-Istati Membri għall-fini li jipprevjenu kwalunkwe evażjoni, evitar jew abbuż, u
— 
ir-rekwiżiti u l-proċeduri stabbiliti minn dawn l-Istati Membri biex jiżguraw il-kontroll tal-produzzjoni u l-konsum u l-prevenzjoni ta’ effetti transkonfinali.

L-Istati Membri għandhom, fuq talba, jippreżentaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi stabbilit dan ir-rapport.

L-Istati Membri li japplikaw dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont l-Artikolu 22(8) għandhom, sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-ewwel sena mill-applikazzjoni tat-tali dispożizzjonijiet, jippreżenta lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha meħtieġa biex twettaq il-valutazzjoni msemmija fil-punt (c) tat-tieni paragrafu ta’ dan l-Artikolu.

Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġislattiva, jekk xieraq.

▼B

Artikolu 29

1.  
L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex iħarsu din id-Direttiva sa mhux iżjed tard mill-31 ta' Diċembru 1992. Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni minnufih b'dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkollhom riferenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi li bihom għandha ssir din ir-riferenza għandhom ikunu stipulati mill-Istati Membri.

2.  
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-disposizzjonijiet ewlenin li huma jadottaw fil-qasam irregolat b'din id-Direttiva.

Artikolu 30

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.



( 1 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li tħassar id-Direttiva 92/12/KEE, ĠU L 9, 14.1.2009, p. 12).

( 2 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).

( 3 ) Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, ta’ xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 (ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16).

( 4 ) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1602 tal-11 ta’ Ottubru 2018 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in- nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 273, 31.10.2018, p. 1).

( 5 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

( 6 ) Id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1);

( 7 ) Id-Direttiva 2001/83/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).

( 8 ) Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51).

Top