EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 01992L0065-20141229
Council Directive 92/65/EEC of 13 July 1992 laying down animal health requirements governing trade in and imports into the Community of animals, semen, ova and embryos not subject to animal health requirements laid down in specific Community rules referred to in Annex A (I) to Directive 90/425/EEC
Consolidated text: Id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat- 13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A (1) ta’ Direttiva 90/425/KEE
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat- 13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A (1) ta’ Direttiva 90/425/KEE
1992L0065 — MT — 29.12.2014 — 014.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 (ĠU L 268, 14.9.1992, p.54) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
L 117 |
23 |
24.5.1995 |
||
L 102 |
63 |
12.4.2001 |
||
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1282/2002 tal-15 ta’ Lulju 2002 |
L 187 |
3 |
16.7.2002 |
|
IR-REGOLAMENT (KE) Nru 998/2003 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-26 ta’ Mejju 2003 |
L 146 |
1 |
13.6.2003 |
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1398/2003 tal-5 ta’ Awissu 2003 |
L 198 |
3 |
6.8.2003 |
|
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2004/68/KE Test b'relevanza EEA tas-26 ta' April 2004 |
L 139 |
320 |
30.4.2004 |
|
L 114 |
17 |
1.5.2007 |
||
DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2008/73/KE Test b’relevanza għaż-ŻEE tal-15 ta’ Lulju 2008 |
L 219 |
40 |
14.8.2008 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 176/2010 tat-2 ta’ Marzu 2010 |
L 52 |
14 |
3.3.2010 |
|
L 118 |
56 |
12.5.2010 |
||
L 293 |
62 |
11.11.2010 |
||
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tas-17 ta’ Frar 2012 |
L 50 |
51 |
23.2.2012 |
|
L 178 |
107 |
28.6.2013 |
||
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tal-21 ta’ Ottubru 2013 |
L 281 |
14 |
23.10.2013 |
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 846/2014 tal-4 ta' Awwissu 2014 |
L 232 |
5 |
5.8.2014 |
Emendat bi:
C 241 |
21 |
29.8.1994 |
||
L 236 |
33 |
23.9.2003 |
Ikkoreġut b'
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 92/65/KEE
tat-13 ta’ Lulju 1992
li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A (1) ta’ Direttiva 90/425/KEE
IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 43 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 2 ),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 3 ),
Billi annimali ħajjin u prodotti ta’ origini mill-annimali huma inklużi fil-lista ta’ prodotti fl-Anness II tat-Trattat; billi t-tqegħid fuq is-suq ta’ annimali u prodotti bħal dawn jikkostitwixxu sorsi ta’ introjtu ta’ parti mill-popolazzjoni ta’ l-irziezet;
Billi sabiex ikun assigurat l-iżvilupp razzjonali f’dan is-settur u żieda fil-produttività, regoli dwar is-saħħa ta’ l-annimali għall-annimali u l-prodotti għandhom ikunu stabbiliti fil-livell tal-Komunità;
Billi l-Komunità għandha tadotta l-miżuri u intenzjonati biex ikun stabbilit is-suq intern progressivament matul perjodu li jeskadi fil-31 ta’ Diċembru 1992;
Billi minħabba l-għanijet msemmija hawn fuq il-Kunsill kien stabbilixxa r-regoli dwar is-saħħa ta’ l-annimali li huma applikabbli għall-merħliet ta’ baqar, majjali, nagħaġ u mogħoż, taż-żwiemel, tjur u bajd tat-tfaqqis, ħut u prodotti tal-ħut, molluski bivalvi, semen tal-barrin u ħnieżer tar-refgħa, embrijuni tal-majjali, laħam frisk, laħam tat-tjur, prodotti tal-laħam, laħam tal-kaċċa u laħam tal-fniek;
Billi r-regoli dwar is-saħħa ta’ l-annimali għandhom ikunu adottati għat-tqegħid fis-suq ta’ annimali u prodotti ta’ oriġini mill-annimali li għadhom m’humiex koperti bir-regoli msemmija hawn fuq;
Billi disposizzjonijiet għandhom isiru għall-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva mingħajr preġudizju għal Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3626/82 tat-3 ta’ Diċembri 1982 dwar l-implimentazzjoni fil-Komunità tal-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali ta’ Speċi Ipperikolati ta’ Fawna u Flora slavaġġ ( 4 );
Billi, f’dak li jirrigwardja l-aspetti tekniċi, għandha ssir referenza għad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar problemi tas-saħħa ta’ l-annimali li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju f’annimali bovini u ħnieżer ( 5 ) u Direttiva 85/511/KEE tat-18 ta’ Novembru 1988 li tintroduċi miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer ( 6 );
Billi, f’dak li jirrigwardja l-organizzazzjoni ta’ verifiki u s-segwiment tagħha, kif ukoll għal miżuri ta’ salvagwardji li għandhom ikunu implementati, għandha ssir referenza għar-regoli ġenerali meħtieġa fid-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas -26 ta’ Ġunju 1990 li tikkonċerna l-verifiki veterenarji u zooloġiċi applikabbli fil-kummerċ intra-Komunitarju għal ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-għan tat-twettieq tas-suq intern ( 7 );
Billi, ħlief fejn hemm ipprovdut mod ieħor, kummerċ f’annimali u prodotti ta’ oriġini mill-annimali għandu jkun illiberalizzat, mingħajr preġudizzju għal rikors lejn miżuri possibbli ta’ salvagwardja;
Billi, minħabba r-riskju sinifikanti tat-tixrid ta’ mard li l-annimali huma esposti għalih, għal ċerti annimali u prodotti ta’ oriġini mill-annimali ħtiġijiet partikolari għandhom ikunu speċifikati biex ikunu imposti meta dawn ikunu mqiegħda fis-suq għal skopijiet ta’ kummerċ, partikolarment meta intenzjonati lejn reġjuni bi status għoli tas-saħħa;
Billi s-sitwazzjoni speċifika li tappartjeni għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u fl-Irlanda minħabba l-pożizzjoni insulari ta’ dawn il-pajjiżi, u l-fatt li dawn ilhom ħielsa mill-marda tar-rabja għal perjodu ta’ żmien konsiderevoli, jitlob disposizzjonijiet partikolari biex jassiguraw li t-tqegħid fis-suq fir-Renju Unit u l-Irlanda ta’ klieb u qtates li ma jkunux oriġinaw f’dawk il-pajjiżi ma jkunux jinvolvu riskju ta’ introduzzjoni tal-marda tar-rabja f’dawk l-Istati, mingħajr b’dana kollu ma taffettwa l-abolizzjoni ta’ verifiki veterinarji fil-fruntieri bejn Stati Membri;
Billi ċertifikat tas-saħħa huwa l-aktar mezz xieraq biex jiggarantixxi u jissorvelja l-konformità ma dawn il-ħtiġijiet;
Billi, biex tinżamm is-sitwazzjoni tas-saħħa fil-Komunità, meta l-annimali u prodotti ta’ oriġini mill-annimali li hemm referenza għalihom f’din id-Direttiva jkunu mqiegħda fis-suq, dawn għandhom ikunu suġġetti għal ħtiġijiet minimi meħtieġa għal kummerċ u konformità magħha li jkunu ssorveljati bi qbil mal-prinċipji u r-regoli meħtieġa fid-Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE ta’ l-10 ta’ Diċembru 1990 li tipprovdi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ verifiki veterenarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi ( 8 );
Billi għandha ssir disposizzjoni għal proċedura li tistabbilixxi kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti Veterenarju;
Billi l-limitu ta’ żmien għat-trasposizzjoni f’liġi nazzjonali, iffissat għall-1 ta’ Jannar 1994 fl-Artikolu 20 m’għandux jaffetwa l-abolizzjoni ta’ verifiki veterenarji fuq il-fruntieri fl-1 ta’ Jannar 1993,
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
IL-KAPITOLU I
Disposizzjonijiet ġenerali
L- Artikolu 1
Din id-Direttiva tistabbilixxi l-ħtiġiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ lejn u l-importazzjoni ġewwa l-Komunità ta' l-annimali, s-semen, l-ova u l-embrijuni li ma humiex suġġetti għall-ħtiġiet tas-saħħa ta' l-annimali stabbiliti fl-atti speċifiċi tal-Komunità referuti fl-Anness F.
Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizju għad-disposizzjonijiet adottati bis-saħħa ta’ Regolament (KEE) Nru 3626/82.
Din id-Direttiva m’għandhiex taffetwa r-regoli nazzjonali applikabbli lejn annimali mrobbija għal gost, għalkemm ir-retenzjoni tagħhom ma tistax tfixkel l-abolizzjoni ta’ verifiki veterenarji fil-fruntieri bejn Stati Membri.
L- Artikolu 2
1. Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva:
(a) “kummerċ” ifisser kummerċ kif definit fl-artikolu 2 (3) tad-Direttiva 90/425/KEE;
(b) “annimali” tfisser kampjuni ta’ speċi ta’ annimali apparti minn dawk li hemm referenza dwarhom f’Direttivi 64/432/KEE, 90/426/KEE ( 9 ), 90/539/KEE ( 10 ), 91/67/KEE ( 11 ), 91/68/KEE ( 12 ); 91/492/KEE ( 13 ); u 91/493/KEE ( 14 );
(c) “korp, istitut jew ċentru approvat” ifisser xi stabbiliment permanenti ġeografikament limitat, approvat bi qbil ma Artikolu 13, fejn wieħed jew aktar speċi ta’ annimali jkun abitwalment miżmum u mrobbi, sew jekk għal finijiet kummerċjali u anki jekk le, u esklussivament għal wieħed jew aktar minn dawn l-iskopijiet:
— wiri ta’ l-annimali u edukazzjoni tal-pubbliku;
— konservazzjoni ta’ l-ispeċji;
— riċerka xjentifika bażika jew applikata jew trobbija ta’annimali għall-iskopijiet ta’ riċerka bħal din;
(d) “marn natifikabbli” jfisser il-mard imniżżel fl-anness A.
2. B’żieda, id-definizzjonijiet, apparti minn dawk ta’ ċentri jew korpi approvati, li jinstabu fl-artikolu 2 ta’ Direttivi 64/432/KEE, 91/67/KEE u 90/539/KEE għandhom ikunu applikabbli mutatis mutandis
IL-KAPITOLU II
Disposizzjonijiet applikabbli għal kummerċ
L- Artikolu 3
L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-kummerċ li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, ma jkunx ipprojbit jew ristrett minħabba raġunijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali apparti minn dawk li jinħolqu mill-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jew minn leġislazzjoni tal-Komunità, u partikolarment xi miżuri ta’ salvagwardja li jkunu ttieħdu.
Sakemm ikun hemm diposizjonijiet Komunitarji dwar il-materja, l-Isvezja għandha żżomm ir-regoli nazzjonali tagħha fir-rigward ta' sriep u rettili oħra ikkunsinnati lilha.
L- Artikolu 4
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jassiguraw li, għall-iskopijiet biex ikun applikat l-Artikolu 4(1)(a) ta’ Direttiva 90/425/KEE, l-annimali li hemm referenza għalihom fl-Artikoli 5 sa 10 ta’ din id-Direttiva jistgħu mingħajr preġudizju għall-Artikolu 13 u partikolarment għad-disposizzjonijiet li għandhom ikunu adottati fl-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 24, ikunu s-suġġett ta’ kummerċ biss jekk jissodisfaw il-kondizzjonijiet meħtieġa fl-Artikoli 5 sa 10 u jkunu ġejjin minn oqsma jew negozji li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 12(1) u (3) ta’ din id-Direttiva li huma rreġistrati mill-awtoritajiet kompetenti u li jkunu intrabtu li:
— jaraw li l-annimali jkunu eżaminati regolarment bi qbil ma’ l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 90/425/KEE,
— jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti, apparti minn meta tfaqqa’ xi marda notifikabbli, bit-tfaqqiegħ tal-mard li hemm referenza dwaru fl-Anness B li dwaru l-Istat Membru kkonċernat ikun ħejja programm ta’ kontroll u monitoraġġ,
— li jkunu konformi mal-miżuri speċifiċi nazzjonali biex jikkontrollaw mard li jkun ta’ importanza partikolari għal xi Stat Membru speċifiku u li huwa kopert bi programm imħejji bi qbil ma Artikolu 14 jew deċiżjoni permezz ta’ Artikolu 15(2),
— li jqegħdu fis-suq għall-iskopijiet ta’ kummerċ, annimali biss li ma juru l-ebda sinjali ta’ mard u li jkunu ġejjin minn oqsma jew żoni li ma humiex suġġetti għal xi projbizzjoni fuq il-bażi ta’ saħħa ta’ annimali u li f’dak li jirrigwardja annimali li ma jkunux akkumpanjati b’ċertifikat ta’ saħħa jew dokument kummerċjali li hemm provvediment dwaru fl-Artikoli 5 sa 11, l-annimali biss li jkunu akkumpanjati b’ċertifikazzjoni minnu stess mill-operatur li jiddikjara li l-annimali f’dak il-każ ma jkunux fil-waqt tal-konsenja juru xi sinjali ovvji ta’ mard u li l-qasam tiegħu ma jkunx suġġett għal xi restrizzjonijiet dwar is-saħħa ta’ l-annimali,
— ikunu konformi mal-ħtiġijiet li jassiguraw il-benessere ta’ l-annimali miżmuma.
L- Artikolu 5
1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li kummerċ f’xadini (apes) (simiae u prosimiae) huwa ristrett biss għal annimali ikkonsenjati minn u lejn korp, istitut jew ċentru approvat mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru bi qbil ma’ l-Artikolu 13 u li annimali bħal dawk ikunu akkumpanjati b’ċertifikat veterenarju li jikkorrispondi għal mudell fl-Anness E, dikjarazzjoni li fiha għandu jkun mimli mill-korp, istitut jew ċentru ta’ oriġini offiċjali veterinarju biex jiggarantixxi s-saħħa ta’ l-annimali.
2. L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’, bħala deroga mill-paragrafu 1, tawtorizza l-kisba minn korp, istitut jew ċentru approvat ta’ xadini li jappartjeni lill-individwu.
L- Artikolu 6
A. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 14 u 15, Stati Membri għandhom jassiguraw li ungulati ta’ speċji apparti minn dawk li hemm referenza għalihom fid-Direttivi 64/432/KEE, 90/426/KEE u 91/68/KEE jistgħu jkunu s-suġġett ta’ kummerċ biss jekk dawn jilħqu l-ħtiġijiet li ġejjin:
1. ġeneralment dawn:
(a) għandhom ikunu identifikati bi qbil ma’ l-Artikolu 3(1)(ċ) tad-Direttiva 90/425/KEE;
(b) m’għandhomx ikunu intenzjonati għall-qatla permezz ta’ programm għall-eradikazzjoni ta’ mard infettuż;
(ċ) m’għandhomx ikunu ngħataw tilqim kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer u għandhom jissodisfaw il-ħtiġijiet relevanti tad-Direttiva 85/511/KEE u l-Artikolu 4a ta’ Direttiva 64/432/KEE;
(d) iridu jkunu ġejjin minn qasam li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 3(2)(b) u (ċ) tad-Direttiva 64/432/KEE li ma jkunx suġġett għal xi miżuri dwar saħħa ta’ l-annimali, partikolarment dawk meħuda permezz ta’ Direttivi 85/511/KEE, 80/217/KEE ( 15 ) and 91/68/KEE u li jkunu nżammu hemmhekk permanenti sa mit-twelid jew għall-aħħar tletin jum qabel il-konsenja;
(e) għandhom ikunu akkompanjati b'ċertifikat li jkun jikkorrespondi mal-kampjun muri fl-Anness E, il-parti 1, li jkollu fuq din id-dikjarazzjoni kif ġejja:
▼M7 —————
2. fil-każ ta’ ruminanti:
(a) dawn iridu jkunu ġejjin minn merħla li tkun uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolożi u uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi bi qbil mad-Direttiva 64/432/KEE jew Direttiva 91/68/KEE u jissodisfaw, f’dak li jirrigwardja r-regoli tas-saħħa ta’ l-annimali, il-ħtigijiet relevanti meħtieġa għal speċji bovini fl-Artikolu 3(2)(ċ), (d), (f), (g) u (h) tad-Direttiva 64/432/KEE jew l-Artikolu 3 tad-Direttiva 91/68/KEE;
(b) meta dawn ma jkunux ġejjin minn merħla li tilħaq il-kondizzjonijiet stabbiliti fi (a), dawn għandhom jiġu minn qasam li fih l-ebda każ ta' bruċellożi jew tuberkolożi ma jkunu ġew reġistrati matul l-aħħar 42 jum preċedenti tat-tgħabija ta' l-annimali u li r-ruminanti kienu għat-3° jum preċedenti tal-konsenja għaddew b'riżultati negattivi minn test għall-bruċellożi u t-tuberkolożi;
(ċ) skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26, id-disposizzjonijiet jistgħu jkunu adottati fir-rigward ta' leukosis;
3. fil-każ ta’ suidae:
(a) dawn ma jridux ikunu ġejjin minn qasam li huwa suġġett għal miżuri ta’ projbizzjoni marbuta mal-preżenza ta’ marda Afrikana tal-ħnieżer bi qbil ma’ l-Artikolu 9a tad-Direttiva 64/432/KEE;
(b) iridu jkunu ġejjin minn qasam li ma jkunx suġġett għal xi restrizzjonijiet meħtieġa fid-Direttiva 80/217/KEE bħala riżultat tal-marda klassika tal-ħnieżer;
(ċ) iridu jkunu ġejjin minn qasam ħieles mill-bruċellożi bi qbil mad-Direttiva 64/432/KEE u jissodisfaw il-ħtiġijiet relevanti tas-saħħa ta’ l-annimali kif meħtieġa fid-Direttiva 64/432/KEE;
(d) meta ma jkunux ġejjin minn merħla li tilħaq il-kondizzjonijiet meħtieġa f’(ċ), dawn għandhom, fit-30 jum ta’ qabel il-konsenja tagħha, ikunu għaddew b’riżultati negattivi minn test iddisinjat biex juri l-assenza ta’ antikorpi ta’ bruċellożi;
▼M7 —————
4. il-ħtiġiet tat-testijiet riferuti f'dan l-Artikolu u l-kriterja tagħhom jistgħu ikunu stabbiliti bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26. Dawn id-deċiżjonijiet għandhom iqisu l-każ ta' ruminati mkabbra f'reġjuni arktiċi tal-Komunità.
Sa kemm ikun hemm id-deċiżjonijiet li hemm provvediment dwarhom fis-sub-paragrafu preċedenti, ir-regoli nazzjoni għandhom jibqgħu li jkunu applikabbli.
B. Direttiva 64/432/KEE hija emendata kif ġej:
1. fl-Artikolu 2(b) u (ċ), għal annimal(i) bovini’ aqra “annimal(i) ta’ l-ispeċji bovini (inklużi Bubalus bubalus)”;
2. Is-segwenti Artikolu qed jiddaħħal:
“L- Artikolu 10a
Skond il-proċedura provduta fl-Artikolu 12, iċ-ċertifikati tas-saħħa, li mudell tagħhom huwa riprodott fl-Anness F, jistgħu jkunu emendati jew issupplimentati, partikolarment sabiex jingħata każ tal-ħtiġijiet ta’ l-Artikolu 6 tad-Direttiva 92/65/KEE.”
L- Artikolu 7
A. Stati Membri għandhom jassiguraw li għasafar apparti minn dawk li hemm referenza għalihom fid-Direttiva 90/539/KEE jistgħu jkunu s-suġġett ta’ kummerċ biss jekk jilħqu dawn il-ħtiġijiet segwenti:
1. ġeneralment dawn għandhom:
(a) ikunu ġejjin minn oqsma li fihom l-influwenza avjana ma tkunx ġiet dianjostikata fit-30 jum li jippreċedu l-konsenja;
(b) ikunu ġejjin minn razzett jew żona li ma tkunx suġġetta għal restrizzjonijiet permezz ta’ miżuri li għandhom ikunu applikati biex jikkumbattu l-marda Newcastle.
Sakemm isseħħ l-implimentazzjoni tal-miżuri tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 19 tad-Direttiva 90/539/KEE, ħtiġijiet nazzjonali biex jikkumbattu l-marda Newcastle għandhom jibqgħu jiġu applikati, b’konformità mad-disposizzjonijiet ġenerali tat-Trattat;
(ċ) ikunu, bi qbil mat-tielet subinċiż ta’ Artikolu 10 (1) ta’ Direttiva 91/496/KEE, kienu fi kwarantina, jekk huma kienu ġew impurtati minn pajjiż terz, fir-razzett li fih kienu meħuda wara li jkunu daħlu fit-territorju tal-Komunità;
2. b’żieda, psittacidae għandhom:
(a) ma jkunux ġejjin minn razzett, lanqas ma kienu f’kuntatt ma’ annimali minn razzett li fih il-psittacois (Chlamydia psittaci) tkun ġiet dianostikata.
Il-perjodu ta’ projbizzjoni sa mill-aħħar każ irreġistat u l-perjodu ta’ trattament taħt superviżjoni veterinarja rikonoxxuta permezz tal-proċedura li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 26 għandu jkun ta’ mill-anqas xahrejn;
(b) għandhom ikunu identifikati bi qbil ma’ l-Artikolu 3(1)(ċ) tad-Direttiva 90/425/KEE.
Il-metodi għall-identifikazzjoni ta’ psittacidae, u partikolarment psittacidae morda, għandhom ikunu stabbiliti skond il-proċedura li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 26;
(ċ) ikun akkumpanjat b’dokument kummerċjali iffirmat minn uffiċjal veterinarju jew mill-veterinarju responsabbli għal razzett jew in-negozju ta’ oriġini u li jkun ingħata l-poter għal dan l-iskop mill-awtorità kompetenti.
B. Fit-tieni sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 2 (2) ta’ Direttiva tal-Kunsill 91/495/KEE tas-27 ta’ Novembru 1970 li tikkonċerna s-saħħa pubblika u problemi ta’ saħħa ta’ l-annimali li jaffetwaw il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ laħam tal-fenek jew laħam tal-kaċċa li jkun trabba fi rziezet ( 16 ), il-kliem “i ratites (Ratitae)” għandhom ikunu mdaħħla fit-tielet linja wara l-kliem “Direttiva 90/539/KEE”.
F’punt 1 ta’ l-Artikolu 2 (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE tal-15 ta’ Ottubru 1990 dwar kondizzjonijiet ta’ saħħa ta’ annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarja fi, u importazzjonijiet minn, pajjiżi terzi ta’ tjur u bajd tat-tfaqqis (a), il-kliem “u ratiti (Ratitae)” għandhom ikunu miżjuda wara l-kliem “u ħġejjel.”
L- Artikolu 8
Stati Membri għandhom jassiguraw li naħal (Apis melifera) jistgħu jkunu s-suġġett ta’ kummerċ biss jekk ikunu jilħqu l-ħtiġijiet segwenti:
(a) ikunu ġejjin minn żona li ma tkunx suġġetta għal ordni ta’ projbizzjoni assoċjata ma’ ġrajja tal-foulbrood Amerikana.
Il-perjodu ta’ projbizzjoni għandu jibqa’ għal mill-anqas 30 jum wara l-aħħar każ irreġistrat u d-data li fiha x-xehdiet kollha f’raġġ ta’ tliet kilometri jkunu ġew eżaminati mill-awtorità kompetenti u x-xehdiet kollha infettati maħruqa jew ittrattati u spezzjonati għas-sodisfazzjon ta’ l-imsemmija awtorità kompetenti.
Bi qbil mal-proċedura pprovduta fl-Artikolu 26, u wara li jkun ikkonsultat il-Kumitat Xjentifiku Veterinarju, il-ħtiġijiet applikati lin-naħal (Apis melifera) jew ħtiġijiet ekwivalenti jistgħu jkunu applikati fuq naħal komuni;
(b) ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa li jkun korrispondenti mal-mudell fl-Anness E tad-dikjarazzjoni li għandha tkun mimlija mill-awtorità kompetenti biex jiċċertifika li l-ħtiġijiet ipprovduti f’(a) jkunu ġew milħuqa.
L- Artikolu 9
1. Stati Membri għandhom jassiguraw li lagomorfi jistgħu jkunu s-suġġett ta’ kummerċ biss jekk ikunu jilħqu l-ħtiġijiet segwenti:
(a) ma jkunux ġejjin minn jew ma kinux f’kuntatt ma’ annimali minn razzett li fih il-marda tar-rabja tkun preżenti jew tkun issuspettata li kienet preżenti matul l-aħħar xahar;
(b) iridu jkunu ġejjin minn razzett li fih l-ebda annimal ma juri sinjali kliniċi ta’ myxomatosis.
2. Stati Membri li jenħtieġu ċertifikat tas-saħħa għal movimenti ta’ lagomorfi fit-territorju tagħhom jistgħu jenħtieġu li annimali li jkunu mibgħuta hemmhekk li jkunu akkumpanjati b’ċertifikat tas-saħħa li jkun korrespondenti għal mudell fl-Anness E, issupplimentat b’din id-dikjarazzjoni segwenti:
“Jiena, li hawn taħt iffirmajt…niċċertifika li l-konsenja t’hawn fuq tissodisfa l-ħtiġijiet ta’ l-Artikolu 9 tad-Direttiva 92/65/KEE u li l-annimali ma wrew l-ebda sinjal kliniku ta’ mard meta kienu ġew eżaminati.”
Dan iċ-ċertifikat għandu jkun maħruġ mill-veterinarju uffiċjali jew mill-veterinarju responsabbli għal razzett ta’ oriġini u li jkun ingħata l-poter għal dan l-iskop mill-awtorità kompetenti u għat-tnissil industrijali, mill-veterinarju uffiċjali. Stati Membri li jixtiequ jużaw din l-għażla għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni li għandha tassigura li l-ħtieġa li hemm ipprovduta fl-ewwel paragrafu tkun ġiet sodisfatta.
3. L-Irlanda u r-Renju Unit jistgħu jinħtieġu s-sottomissjoni ta’ ċertifikat tas-saħħa li jiggarantixxi l-ħtieġa pprovduta fil-paragrafu 1(a) tkun ġiet sodisfatta.
L- Artikolu 10
1. Stati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm projbizzjoni fuq kummerċ ►M5 ————— ◄ mink u volpi li jkunu ġejjin minn jew li kienu f’kuntatt ma’ annimali minn razzett li fih il-marda tar-rabja tkun preżenti jew li jkun issuspettat li kienu preżenti fis-sitt xhur preċedenti, hekk li l-ebda programm ta’ tilqim ma jkun applikat.
2. Biex ikunu l-oġġett ta’ kummerċ, il-klieb, il-qtates u l-inmsa għandhom:
(a) jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6 u, fejn applikabbli, fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsil tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar il-moviment mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi ( 17 );
(b) isirilhom eżami kliniku, 48 siegħa qabel il-ħin tat-tluq tal-annimali, minn veterinarju awtorizzat mill-awtorità kompetenti; u
(c) ikunu akkumpanjati matul it-trasport sal-post tad-destinazzjoni minn ċertifikat tas-saħħa li:
(i) jikkorrispondi għall-mudell fil-Parti 1 tal-Anness E; u
(ii) ikun iffirmat minn veterinarju uffiċjali li għandu jiċċertifika li l-veterinarju awtorizzat mill-awtorità kompetenti jkun iddokumenta, fit-taqsima rilevanti tad-dokument tal-identifikazzjoni fil-format previst fl-Artikolu 21(1) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013, l-eżami kliniku mwettaq skont il-punt (b) li juri, fil-ħin tal-eżami kliniku, li l-annimali huma f’kondizzjoni tajba biex jiġu ttrasportati tul il-vjaġġ intenzjonat f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati ( 18 ).
▼M14 —————
4. Bla ħsara għall-paragrafi 2 u 3, l-Irlanda, Ċipru, Malta u r-Renju Unit jistgħu jżommu r-regolamenti nazzjonali tagħhom dwar il-kwarantina għall-karnivori ►M5 bl-eċċezzjoni għall-ispeċji riferiti fil-paragrafi 2 u 3, ◄ kollha, għall-primati, għall-friefet il-lejl u għal bhejjem oħra li huma suxxettibbli għar-rabja li jaqgħu taħt din id-Direttiva li ma jistax jintwera li twieldu fil-post tat-trobbija minn fejn joriginaw u miżmuma maqfula mit-twelid; madankollu iż-żamma ta' dawk ir-regolamenti ma tistax tkun ta' ħsara għat-tneħħija ta' kontrolli veterinarji fuq il-fruntieri bejn l-Istati Membri.
5. Deċiżjoni 90/638/KEE hija emendata kif ġej:
1. dan is-subinċiż li ġej huwa miżjud ma' l-Artikolu 1:
— “għal programmi ta’ kontroll tal-marda tar-rabja: il-kriterji provduti fl-Anness III.”
2. dan l-Anness li ġej huwa miżjud:
“ANNESS III
Kriterji għal programmi ta’ kontroll tal-marda tar-rabja
Programmi għal kontroll tal-marda tar-rabja għandhom mill-anqas ikun fihom:
(a) il-kriterji li hemm referenza dwarha f’punti 1 sa 7 ta’ l-Anness 1:
(b) informazzjoni ddettaljata rigward ir-reġjun jew reġjuni li dwarhom immunizzazzjoni orali ta’ volpi tkun seħħet bil-limiti naturali tagħha. Dan ir-reġjun jew dawn ir-reġjuni għandhom ikopru mill-anqas 6 000 km2 taż-żona nazzjonali totali ta’ Stat Membru u jistgħu jinkludu żoni ta’ biswit ta’ pajjiż terz;
(ċ) informazzjoni ddettaljata rigward it-tilqim li għandhom ikunu użati, is-sistema ta’ distribuzzjoni, id-densità u l-frekwenza ta’ kif tkun tqiegħdet in-nasba;
(d) fejn xieraq, id-dettalji kollha u n-nefqa u l-iskop ta’ skemi biex jikkonservaw jew jippreżervaw flora u fawna li jkunu ttieħdu minn organizzazzjonijiet volontarji fit-territorju kopert b’dawn il-proġetti.”
6. Il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jinnomina istitut speċifiku biex jistabbilixxi l-kriterji meħtieġa għas-standardizzazzjoni tat-testijiet seroloġiċi u għandu jiddeċiedi dwar ir-responsabbiltajiet tiegħu.
7. Stati Membri għandhom jassiguraw li l-ispejjeż ta’ l-applikazzjoni tat-test seroloġiku jkunu merfugħa mill-importaturi.
▼M5 —————
L-Artikolu 10a
Fir-rigward tal-marda tar-rabbja (rabies) u skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26, wara il-preżentazzjoni ta' ġustifikazzjoni xierqa, l-Artikoli 9 u 10 għandhom ikunu emendati biex jieħdu kont tas-sitwazzjoni fil-Finlandja u fl-Isvezja sabiex ikunu applikati lilhom l-istess disposizzjonijiet kif applikabbli għall-Istati Membri f'sitwazzjoni simili.
Artikolu 11
1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li, mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu fl-implimentazzjoni ta’ l-Artikoli 21 u 23, semen, ova u embrijuni biss li jilħqu l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2, 3, 4 u 5 huma s-suġġett ta’ kummerċ.
2. Semen ta’ ovini, kaprini u speċi ekwini għandhom, mingħajr preġudizzju għal xi kriterji li għandu jkun hemm konformità magħhom għad-dħul ta’ ekwidi f'kotba ta’ żwiemel tat-tkattir tar-razza għal ċertu tnissil speċifiku:
— ikunu nġabru, ġew ipproċessati u maħżuna bil-għan ta’ inseminazzjoni artifiċjali f'ċentru approvat mil-lat tas-saħħa skond l-Anness D(I), jew, fil-każ ta’ annimali ovini u kaprini bħala deroga minn dan ta’ hawn fuq, f'impriża li tissodisfa l-ħtiġiet tad-Direttiva 91/68/KEE,
— ikunu nġabru minn annimali li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness D(II),
— ikunu nġabru, ġew ipproċessati, ippreservati, maħżuna u ttrasportati skond l-Anness D(III),
— kellhom magħhom matul it-trasport lejn Stat Membru ieħor ċertifikat tas-saħħa li jikkorrispondi għal mudell li għandu jkun iddeterminat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26.
3. Ova u embrijuni ta’ speċi ovini, kaprini, ekwini u porċini għandhom:
— ikunu ttieħdu minn donaturi femminili li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness D(IV) minn skwadra ta’ ġbir jew ġew fornuti minn skwadra ta’ produzzjoni approvata mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru u li tkun tissodisfa l-kondizzjonijiet li jridu jiġu stabbiliti fl-Anness D(I) skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26,
— ikunu nġabru, ġew ipproċessati u ppreservati f'laboratorju adatt, maħżuna u ttrasportati skond l-Anness D(III),
— ikollhom magħhom matul it-trasport lejn Stat Membru ieħor ċertifikat tas-saħħa li jikkorrispondi għal mudell li għandu jkun iddeterminat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26.
Semen użat għall-inseminazzjoni ta’ donaturi femminili għandu jkun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 fil-każ ta’ nagħaġ, mogħoż u ekwidi u mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 90/429/KEE fil-każ ta’ majjali.
Kwalunkwe garanzija addizzjonali oħra tista' tkun determinata skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26.
4. Iċ-ċentri approvati msemmija fl-ewwel inċiż tal-paragrafu 2 u l-iskwadri approvati msemmija fl-ewwel inċiż tal-paragrafu 3 għandhom jiġu rreġistrati mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru kkonċernat, filwaqt li kull ċentru u skwadra tingħata numru ta’ reġistrazzjoni veterinarja.
Kull Stat Membru għandu jfassal u jżomm aġġornata lista ta’ dawk iċ-ċentri approvati u l-iskwadri u n-numri ta’ reġistrazzjoni veterinarja tagħhom u għandu jqegħedha għad-dispożizzjoni ta’ l-Istati Membri l-oħra u tal-pubbliku.
Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan il-paragrafu jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26.
5. Il-ħtiġiet rigward is-saħħa ta’ l-annimali u l-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa applikabbli għal semen, ova u embrijuni ta’ speċi mhux imsemmijin fil-paragrafi 2 u 3 għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26.
Sakemm jiġu stabbiliti l-ħtiġiet rigward is-saħħa ta’ l-annimali u l-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa għall-kummerċ ta’ dawn is-semen, l-ova u l-embrijuni, għandhom jibqgħu japplikaw ir-regoli nazzjonali.
L- Artikolu 12
1. Ir-regoli dwar verifiki stabbiliti bid-Direttiva 90/425/KEE għandhom ikunu applikabbli, partikolarment f’dak li jirrigwarda l-organizzazzjoni ta’, u s-segwiment ta’ verifiki li għandhom ikunu mwettqa, fuq l-annimali, semen, ova u embrijuni koperti b’din id-Direttiva li huma akkumpanjati b’ċertifikat tas-saħħa. Annimali oħra jridu jkunu ġejjin minn oqsma suġġetti għall-prinċipji ta’ dik id-Direttiva f’dak li jirrigwarda verifiki ta’ oriġini u destinazzjoni.
2. L-Artikolu 10 tad-Direttiva 90/425/KEE għandu japplika lejn annimali, semen, ova u embrijuni koperti b’din id-Direttiva.
3. Għall-iskop ta’ kummerċ, l-Artikolu 12 tad-Direttiva 90/425/KEE għandu jkun estiż għal negozjanti li jżommu, fuq bażi permanenti jew okkażjonali, annimali li hemm referenza għalihom fl-Artikoli 7, 9 u 10.
4. Il-komunikazzjoni tal-post ta’ destinazzjoni kif hemm provvediment dwaru fl-Artikolu 4 (2) tad-Direttiva 90/425/KEE għandu, fir-rigward ta’ annimali, semen, ova jew embrijuni akkumpanjati b’ċertifikat tas-saħħa bi qbil ma’ din id-Direttiva, jseħħ bl-użu tas-sistema Animo.
5. Mingħajr preġudizzju għal disposizzjonijiet speċifiċi ta’ din id-Direttiva, l-awtorità kompetenti għandha, meta jkollha suspett li ma jkunx hemm konformità ma’ din id-Direttiva jew li jkun hemm dubju dwar is-saħħa ta’ l-annimali jew il-kwantità tas-semen, l-ova jew l-embrijuni li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1, twettaq xi verifiki li hi tħoss li jkunu xierqa.
6. Stati Membri għandhom jieħdu l-miżuri amministrattivi jew penali xierqa biex jippenalizzaw xi ksur ta’ din id-Direttiva, partikolarment meta jinstab li ċ-ċertifikati jew dokumenti mħejjija ma jkunux jikkorrispondu ma’ l-istat attwali ta’ l-annimali li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1, li l-identifikazzjoni ta’ l-annimali jew prodotti f’dak il-każ ma jkunux għaddew mill-verifiki li hemm provvediment dwarhom f’din id-Direttiva.
L- Artikolu 13
1. Kummerċ f’annimali li huma suxxettibbli għal mard li hu mniżżel fl-Anness A jew għal mard li hu mniżżel fl-Anness B, meta l-Istat Membru tad-destinazzjoni japplika l-garanzija li hemm provvediment dwarha fl-Artikoli 14 u 15, il-kummerċ f’semen, ova jew embrijuni ta’ annimali bħal dawn ikkonsenjati lejn u minn korpi, istitutjiet jew ċentri approvati bi qbil ma’ l-Anness Ċ għandhom ikunu s-suġġett ta’ dokument ta’ produzzjoni jew trasport li jkun jikkorrespondi mal-mudell fl-Anness E. Dan id-dokument, li għandu jkun mimli mill-veterinarju responsabbli għal korp, istitut jew ċentru ta’ oriġini, għandu jispeċifika li l-annimali, semen, ova jew embrijuni jkunu ġejjin mill-korp, istitut jew ċentru approvat bi qbil ma’ l-Anness Ċ u għandu jakkumpanjahom matul it-trasport.
2.
(a) (a) Biex ikunu approvati, korpi, istitutjiet jew ċentri għandhom, f’dak li jirrigwarda mard notifikabbli, jissottomettu lejn l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru d-dokumenti relevanti kollha bħala sostenn li jirrigwardaw il-ħtiġijiet li jinstabu fl-Anness Ċ.
(b) Wara li tirċievi l-file li jirrigwarda t-talba għall-approvazzjoni jew għal tiġdid ta’ approvazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha teżaminaha fid-dawl ta’ l-informazzjoni li jkun fiha u, fejn xieraq, tar-riżultati tat-testijiet imwettqa fuq il-post.
(ċ) L-awtorità kompetenti għandha tneħħi l-approvazzjoni bi qbil mal-punt 3 ta’ l-Anness Ċ.
(d) Il-korpi, l-istituti u ċ-ċentri approvati kollha għandhom jiġu rreġistrati u maħruġa b’numru ta’ approvazzjoni mill-awtorità kompetenti.
Kull Stat Membru għandu jfassal u jżomm aġġornata lista tal-korpi, l-istituti u ċ-ċentri approvati u n-numri ta’ approvazzjoni tagħhom u għandu jagħmilha disponibbli għall-Istati Membri l-oħra u għall-pubbliku.
Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan il-punt jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26.
(e) L-Isvezja għandu jkollha perijodu ta' sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' l-Adeżjoni biex timplimenta l-miżuri stabbiliti rigward korpi, istituzzjonijiet u ċentri.
L- Artikolu 14
1. Meta Stat Membru jħejji jew ikun ħejja jew direttament inkella permezz ta’ min irabbi, programm volontarju jew obbligatorju ta’ kontroll jew monitoraġġ għal waħda mill-mardiet li hemm referenza dwarha fl-Anness B, dan jista’ jippreżenta l-programm lill-Kummissjoni u jisħaq partikolarment:
— id-distribuzzjoni tal-marda fit-territorju tiegħu,
— jekk il-mard ikun notifikabbli,
— ir-raġunijiet għaliex ikun beda l-programm, jittieħed każ ta’ l-effettività tiegħu dwar l-ispejjeż u s-sinifikat tal-marda,
— iż-żona ġeografika li fiha l-programm għandu jkun impost,
— il-kategoriji ta’ status li għandhom ikunu applikati lill-istabbilimenti, il-ħtiġijiet għal kull speċi meta jkunu introdotti f’razzett u l-proċeduri tat-testijiet li għandhom ikunu użati,
— il-programm ta’ proċeduri ta’ monitoraġġ, inkluża l-medda ta’ l-involviment ta’ min irabbi fl-implimentazzjoni tal-programm ta’ kontroll jew monitoraġġ,
— l-azzjoni li għandha tittieħed jekk, għal xi raġuni, razzett jitlef l-istatus tiegħu,
— il-miżuri li għandhom jittieħdu jekk ir-riżultati tat-testijiet imwettqa permezz tal-programm ikunu pożittivi,
— in-natura mhux diskriminatorja ta’ kummerċ fit-territorju ta’ l-Istat Membru kkonċernat fir-rigward tal-kummerċ intra-Komunitarju.
2. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-programmi ppreżentati mill-Istati Membri. Programmi jistgħu jkunu approvati permezz tal-proċedura li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 26 b’konformità mal-kriterji provduti fil-paragrafu 1. Permezz ta’ l-istess proċedura, garanziji addizzjonali, ġenerali jew limitati, li jistgħu jkunu meħtieġa fil-kummerċ, għandhom ikunu definiti fl-istess waqt jew l-aktar tard tliet xhur wara l-preżentazzjoni tal-programmi. Garanziji bħal dawn m’għandhomx jeċċedu dawk li l-Istati Membri jimplimentaw nazzjonalment.
3. Programmi sottomessi minn Stati Membri jistgħu jkunu emendati jew issupplimentati permezz tal-proċedura provduta fl-Artikolu 26. Skond l-istess proċedura, jistgħu jsiru emendi għal garanziji li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 2.
L- Artikolu 15
1. Meta Stat Membru jikkonsidra li t-territorju tiegħu jew parti mit-territorju tiegħu ikun ħieles minn waħda mill-mardiet imniżżla fl-Anness B li dwarha l-annimali koperti b’din id-Direttiva huma suxxettibbli, dan għandu jippreżenta lill-Kummissjoni dokumentazzjoni xierqa ta’ sostenn, u jeżiġi partikolarment:
— in-natura tal-marda u l-istorja tas-seħħ tagħha fit-territorju tiegħu,
— ir-riżultati ta’ testijiet ta’ sorveljanza bbażati fuq investigazzjonijiet seroloġiċi, mikrobioloġiċi, patoloġiċi jew epidemjoloġiċi,
— il-perjodu li matulu din il-marda kienet notifikabbli lill-awtoritajiet kompetenti,
— il-perjodu li matulu s-sorveljanza tkun imwettqa,
— fejn applikabbli, il-perjodu li matulu t-tilqima kontra l-marda tkun ġiet ipprojbita u ż-żona ġeografika kkonċernata bil-projbizzjoni,
— l-arranġamenti għal verifika ta’ l-assenza tal-marda.
2. Il-Kummissjoni għandha teżamina d-dokumentazzjoni provduta fil-paragrafu 1 u tissottometti lill-Kumitat Permanenti Veterinarju deċiżjoni li tapprova jew tiċħad il-pjan ippreżentat mill-Istat Membru. Jekk il-pjan ikun aċċettat, il-garanziji addizzjonali, ġenerali jew speċifiċi, li jistgħu jkunu meħtieġa fil-kummerċ għandhom ikunu definiti permezz tal-proċedura provduta fl-Artikolu 26. Dawn m’għandhomx jeċċedu dawk li l-Istat Membru jimplimenta nazzjonalment.
Sa kemm isseħħ deċiżjoni, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jħalli n-negozjati fil-kummerċ tiegħu l-ħtiġijiet relevanti meħtieġa sabiex iżomm l-istatus tiegħu.
3. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni b’xi tibdil fil-partikolaritajiet speċifikati fil-paragrafu 1. Il-garanziji definiti kif imniżżla fil-paragrafu 2 jistgħu, fid-dawl ta’ notifika bħal din, ikunu emendati jew imneħħija skond il-proċedura provduta fl-Artikolu 26.
IL-KAPITOLU III
Disposizzjonijiet applikabbli dwar importazzjoni fil-Komunità
L- Artikolu 16
Il-kondizzjonijiet applikabbli dwar importazzjoni ta’ annimali, semen, ova u embrijuni koperti b’din id-Direttiva għandhom mill-anqas ikunu ekwivalenti għal dawk meħtieġa fil-Kapitolu II.
Fir-rigward tal-qtates, il-klieb u l-inmsa, il-kondizzjonijiet tal-importazzjoni għandhom ikunu tal-inqas ekwivalenti għal dawk previsti fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 10(1) u l-punt (a) tal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 576/2013.
Barra mill-kondizzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu, il-klieb, il-qtates u l-inmsa għandhom, matul it-trasport sal-post tad-destinazzjoni, ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa li jkun mimli u ffirmat minn veterinarju uffiċjali, li għandu jiċċertifika li sar eżami kliniku 48 siegħa qabel il-ħin tat-tluq tal-annimali minn veterinarju awtorizzat mill-awtorità kompetenti u li jkun ivverifika li, fil-ħin tal-eżami kliniku, l-annimali kienu f’kondizzjoni tajba biex jiġu ttrasportati għall-vjaġġ intenzjonat.
L- Artikolu 17
1. Għall-iskopijiet ta’ l-applikazzjoni uniformi ta’ l-Artikolu 16, għandhom ikunu applikabbli d-disposizzjonijiet tal-paragrafi li ġejja.
2. Annimali, semen, ova u embrijuni li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 11 biss li jissodisfaw il-ħtiġijiet segwenti jistgħu jkunu importati fil-Komunità:
(a) iridu jkunu ġejjin minn pajjiż terz fuq lista li għandha tkun imħejjija bi qbil mal-paragrafu 3 (a);
(b) irid ikun hemm magħhom iċ-ċertifikat tas-saħħa li jikkorrispondi għal mudell li għandu jitfassal skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26, iffirmat mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż li jesporta u jiċċertifika li,
(i) l-annimali
— jissodisfaw il-kondizzjonijiet addizzjonali jew joffru l-garanziji ekwivalenti msemmija fil-paragrafu 4; u
— ikunu ġejjin minn ċentri, korpi, istituti approvati li joffru garanziji ta’ l-inqas ekwivalenti għal dawk fl-Anness C;
(ii) is-semen, l-ova u l-embrijuni jkunu ġejjin minn ċentri approvati ta’ ġbir u ta’ ħażna jew skwadri ta’ ġbir u ta’ produzzjoni li joffru garanziji mill-inqas ekwivalenti għal dawk li jridu jiġu stabbiliti fl-Anness D(I) skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26.
Sakemm jiġu stabbiliti l-listi tal-pajjiżi terzi, l-istabbilimenti approvati elenkati fil-punt (b), il-ħtiġiet rigward is-saħħa ta’ l-annimali u l-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa kif imsemmi fil-paragrafi (a) u (b), għandhom jibqgħu japplikaw ir-regoli nazzjonali dment li ma jkunux aktar favorevoli minn dawk imniżżlin fil-Kapitolu II.
3. Is-segwenti għandu jkun stabbilit:
(a) skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26, lista tal-pajjiżi terzi jew ta’ partijiet minn pajjiżi terzi li huma kapaċi jipprovdu lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni garanziji ekwivalenti għal dawk previsti fil-Kapitolu II fir-rigward ta’ annimali, semen, ova u embrijuni;
(b) skond dan il-punt, lista taċ-ċentri jew skwadri approvati kif imsemmija fl-ewwel inċiż tal-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 11 u fl-ewwel inċiż tal-paragrafu 3 ta’ dak l-Artikolu li jinsabu f’wieħed mill-pajjiżi terzi li jidhru fil-lista msemmija fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu u li għalihom l-awtorità kompetenti tista’ tagħti l-garanziji previsti fl-Artikolu 11(2) u (3).
Il-lista taċ-ċentri u l-iskwadri approvati msemmija fl-ewwel subparagrafu u n-numri ta’ reġistrazzjoni veterinarja tagħhom għandhom ikunu kkomunikati lill-Kummissjoni.
L-approvazzjoni ta’ ċentri jew skwadri għandha tiġi immedjatament sospiża jew irtirata mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jekk ma jissodisfawx aktar il-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 11(2) u (3) u l-Kummissjoni għandha tiġi infurmata immedjatament b’dan.
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Istati Membri bil-listi ġodda jew aġġornati kollha li hi tirċievi mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz skond it-tieni u t-tielet subparagrafi u għandha tagħmilhom disponibbli għall-pubbliku għal skopijiet ta’ informazzjoni.
Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan il-punt jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26.
(c) skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26, il-ħtiġiet speċifiċi tas-saħħa ta’ l-annimali, b’mod partikolari għall-ħarsien tal-Komunità minn ċertu mard eżotiku, jew garanziji ekwivalenti għal dawk imsemmija f’din id-Direttiva.
Il-ħtiġijiet speċifiċi u l-garanziji ekwivalenti stabbiliti għal pajjiżi terzi ma jistgħux ikunu aktar favorevoli minn dawk imsemmija fil-Kapitolu II.
4. Il-lista li hemm provvediment dwarha fil-paragrafu 3 tista’ tinkludi biss pajjiżi terzi jew partijiet ta’ pajjiżi terzi:
(a) li minnhom importazzjoni ma tkunx ipprojbita:
— bħala riżultat ta’ l-eżistenza ta’ waħda mill-mardiet li hemm referenza dwarha fl-Anness A jew xi mard eżotiku ieħor lejn il-Komunità,
— bis-saħħa ta’ l-Artikoli 6, 7 u 14 tad-Direttiva 72/462/KEE u l-Artikolu 17 tad-Direttiva 91/495/KEE u tad-Direttiva 71/118/KEE ( 19 ) jew, fil-każ ta’ l-annimali l-oħra koperti b’din id-Direttiva, permezz ta’ deċiżjoni meħudha bi qbil mal-proċedura meħtieġa fl-Artikolu 26, wara li jkun ikkunsidrat l-istat tas-saħħa tagħhom;
(b) li, minħabba l-leġislazzjoni tagħhom u ta’ l-organizzazzjoni tas-servizzi veterinarji tagħhom u tas-servizzi ta’ spezzjoni, il-poteri ta’ servizzi bħal dawn u tas-superviżjoni li jkunu s-suġġett, jew kienu rikonoxxuti, bi qbil ma’ l-Artikolu 3 (2) tad-Direttiva 72/462/KEE, bħala li jistgħu jiggarantixxu l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni eżistenti tagħhom;
(ċ) is-servizzi veterinarji li jkunu jistgħu jiggarantixxu li l-ħtiġijiet tas-saħħa jkunu mill-anqas ekwivalenti għal dawk meħtieġa fil-Kapitolu II ikunu b’konformità magħhom.
5. Esperti mill-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom iwettqu spezzjonijiet fuq il-post biex jivverifikaw jekk il-garanziji mogħtija mill-pajjiż terz rigward il-kondizzjonijiet ta’ produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ikunux jistgħu jiġu meqjusa bħala ekwivalenti għal dawk applikati fil-Komunità.
L-esperti mill-Istati Membri responsabbli għal dawn l-ispezzjonijiet għandhom ikunu maħtura mill-Kummissjoni li taġixxi fuq proposta mill-Istati Membri.
Dawn l-ispezzjonijiet għandhom iseħħu f’isem il-Komunità, li għandha terfa’ l-ispiża ta’ xi nefqa f’dan ir-rigward.
6. Sa kemm isseħħ l-organizzazzjoni għall-ispezzjonijiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 5, regoli nazzjonali applikabbli għall-ispezzjoni f’pajjiżi terzi għandhom jibqgħu jkunu applikabbli, suġġett għal notifika, permezz tal-Kumitat Permanenti Veterinarju, dwar xi nuqqas ta’ konformità mal-garanziji offruti bi qbil mal-paragrafu 3, li jinstabu matul dawn l-ispezzjonijiet.
L- Artikolu 18
1. Stati Membri għandhom jassiguraw li l-annimali, semen, ova u embrijuni koperti b’din id-Direttiva jkunu importati fil-Komunità biss jekk dawn:
— huma akkumpanjati b’ċertifikat li għandu jkun imħejji mill-veterinarju uffiċjali.
— Il-mudell taċ-ċertifikat għandu, jiddependi mill-ispeċi, ikun imħejji skond il-proċedura meħtieġa fl-Artikolu 26,
— ikun issodisfa l-verifiki meħtieġa bid-Direttivi 90/675/KEE u 91/496/KEE ( 20 ),
— ikunu għaddew, qabel il-konsenja lejn territorju tal-Komunità, minn verifika minn veterinarju uffiċjali biex jassigura li l-kondizzjonijiet tat-trasport speċifikati fid-Direttiva 91/628/KEE ( 21 ) jkunu saru b’konformità tagħha, partikolarment f’dak li jirrigwarda l-għoti ta’ ilma tax-xork u l-għalf,
— ikunu, fil-każ ta’ annimali li hemm referenza għalihom fl-Artikoli 5 sa 10, inżammu fi kwarantina qabel ma jitqiegħdu fis-suq, bi qbil mar-regoli ddettaljati li għandhom ikunu stabbiliti permezz tal-proċedura provduta fl-Artikolu 26.
2. Sakemm ikunu stabbiliti r-regoli speċifiċi għal dan l-Artikolu, ir-regoli nazzjonali applikabbli għal importazzjoni minn pajjiżi terzi li dwarhom dawn il-ħtiġijiet ma jkunux ġew adottati fil-livell tal-Komunità għandhom jibqgħu jkunu applikabbli, sakemm dawn ma jkunux aktar favorevoli minn dawk meħtieġa f’Kapitolu II.
L- Artikolu 19
Is-segwenti għandu jkun deċiż permezz tal-proċedura provduta fl-Artikolu 26:
(a) ħtiġijiet speċifiċi dwar is-saħħa ta’ l-annimali, għal importazzjoni fil-Komunità, u n-natura u l-kontenut ta’ dokumenti li jakkumpanjaw annimali intenzjonati għal ġonna żooloġiċi, kummidji, ġonna ta’ divertiment jew laboratorji sperimentali, skond l-ispeċi;
(b) garanziji addizzjonali għal dawk li hemm provvediment dwarhom fir-rigward ta’ speċi varji ta’ annimali koperti b’din id-Direttiva, biex ikunu protetti l-ispeċi kkonċernati tal-Komunità.
L- Artikolu 20
Ir-regoli stabbiliti fid-Direttiva 97/78/KE għandhom japplikaw, b’mod partikolari għall-organizzazzjoni u s-segwitu tal-verifiki li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri u l-miżuri ta’ salvagwardja li għandhom ikunu applikati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 22 ta’ dik id-Direttiva.
►C2 Sakemm jiġu implimentati d-Deċiżjonijiet previsti fl-Artikolu 8, punt B u l-Artikolu 30 tad-Direttiva 91/496/KEE, ◄ ir-regoli nazzjonali relevanti għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 8 (1) u (2) ta’ l-imsemmija Direttiva għandhom jibqgħu jkunu applikati, mingħajr preġudizju għal konformità mal-prinċipji u r-regoli li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
IL-KAPITOLU IV
Disposizzjonijiet Komuni Finali
L- Artikolu 21
Xi kampjuni ta’ ċertifikati applikabbli għal kummerċ u l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li għandhom ikunu milħuqa biex ikun possibbli għal kummerċ f’annimali, semen, ova u embrijuni apparti minn dawk koperti bl-Artikoli 5 sa 11 għandhom, jekk jinqala’ l-każ, li jkunu ddeterminati permezz tal-proċedura pprovduta fl-Artikolu 26.
L- Artikolu 22
L-Annessi ta’ din id-Direttiva għandhom, meta tinqala’ l-ħtieġa, ikunu emendati skond il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 26.
L-Anness B għandu jkun eżaminat mill-ġdid qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' l-Adeżjoni sabiex, partikolarment, tkun emendata l-lista ta' mard biex tinkludi dawk li għalihom ruminanti u suidae huma suxxettibli u dawk li huma trasmessi minn sperma ta' l-ovini u minn embrijuni.
L- Artikolu 23
Permezz tal-proċedura provduta fl-Artikolu 26, ħtiġijiet speċjali jistgħu jkunu meħtieġa, jekk xieraq, bħala deroga ►M7 ————— ◄ minn Kapitolu II, għal moviment ta’ annimali tal-kummiedji jew tal-luna park u għal kummerċ f’annimali, semen, ova u embrijuni intenzjonati għal ġonna zooloġiċi.
L- Artikolu 24
1. L-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati li jimponu fuq id-dħul fit-territorju tagħhom dawk l-annimali (inkluż għasafar tal-gaġġa), semen, ova u embrijuni li hemm referenza għalihom f’din id-Direttiva li jkunu għaddew mit-territorju ta’ pajjiż terz għall-produzzjoni ta’ ċertifikat tas-saħħa li jiċċertifika konformità mal-ħtiġijiet ta’ din id-Direttiva.
2. Stati Membri li jkollhom rikors lejn il-possibbilità pprovduta fil-paragrafu 1 għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra fil-Kumitat Permanenti Veterinarju.
L- Artikolu 25
Dan li ġej għandu jkun miżjud ma’ l-Anness A ta’ Direttiva 90/425/KEE:
“Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar is-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A (1) tad-Direttiva 90/425/KEE (ĠU Nru L 268, 14.9.1992, p. 54).”
L-Artikolu 26
1. Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejjuna mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali, stabbilit bl-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 22 ).
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 sa 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom ikunu applikabbli.
Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE ( 23 ) għandu jkun stabbilit għal tlett xhur.
3. Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli tal-Proċedura tiegħu.
L- Artikolu 27
Stati Membri li jimplimentaw sistema alternattiva ta’ kontroll li tipprovdi garanziji ekwivalenti għal dawk meħtieġa f’din id-Direttiva f’dak li jirrigwarda movimenti fit-territorju tagħhom ta’ l-annimali, semen, ova u embrijuni li din tkopri, jistgħu jagħtu lill-xulxin derogi mill-Artikolu 6(A)(i)(f), Artikolu 8(b) u Artikolu 11(1)(d) fuq bażi reċiproka.
L- Artikolu 28
Permezz tal-proċedura provduta fl-Artikolu 26, miżuri transitorji jistgħu jkunu adottati għal perjodu ta’ tliet snin sabiex jiffaċilitaw it-trasmissjoni ta’ l-arranġamenti l-ġodda stabbiliti b’din id-Direttiva.
L- Artikolu 29
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu b’effett il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Jannar 1994. Huma għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan.
Meta dawn il-miżuri jkunu adottati mill-Istati Membri, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal dik fl-okkażjoni tal-publikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi biex jagħmlu referenza bħal dik għandhom ikunu meħtieġa mill-Istati Membri.
2. Stati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-disposizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam regolat b’din id-Direttiva.
3. L-iffissar ta’ limiti taż-żmien għat-traspożizzjoni f’liġi nazzjonali fl-1 ta’ Jannar 1994 għandu jkun mingħajr preġudizju għall-abolizzjoni tal-verifiki veterinarji fuq il-fruntieri li hemm provvediment dwarhom fid-Direttiva 89/662/KEE u 90/425/KEE.
L- Artikolu 30
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS A
IL-MARD NOTIFIKABBLI FIL-KUNTEST TA' DIN ID-DIRETTIVA
Marda |
Ordni/familja/speċi primarjament konċernata |
Marda Afrikana taż-żwiemel |
Ekwidej |
Id-deni tal-ħnieżer nisa |
Swidej u Tajasswidej |
L-influwenza ta' l-għasafar |
Tjur |
Foulbrood Amerikana |
Apis |
Antraċi |
Bovidae, Camelidae, Cervidae, Elephantidae, Ekwidej u Hippo-potamidae |
Bluetongue |
Antilocapridae, Bovidae, Cervidae, Giraffidae, u Rhinocerotidae |
Brucella abortus |
Antilocapridae, Bovidae, Camelidae, Cervidae, Giraffidae, Hippo-potamidae u Tragulidae |
Brucella melitensis |
Antilocapridae, Bovidae, Camelidae, Cervidae, Giraffidae, Hippo-potamidae u Tragulidae |
Brucella ovis |
Camelidae, Tragulidae, Cervidae, Giraffidae, Bovidae u Antil-ocapridae |
Brucella suis |
Cervidae, Leporidae, Ovibos moschatus, Suidae u Tayassuidae |
Swine Fever Klassika |
Suidae u Tayassuidae |
Pleuropneumonia kontagjuża tal-bovini |
Bovini (inklużi żebu, buflu, biżonte u yak) |
Ebola |
Primati mhux umani |
Mard ta' l-ilsien u d-dwiefer |
Artiodactyla u iljunfati Asjatici |
Infectious haematopoeitic necrosis |
Salmonide |
Marda tal-gilda mħattba |
Bovidae u Giraffidae |
Monkey pox |
Rodentia u primati mhux umani |
Mycobacterium bovis |
Mammiferi, parkikolarment Antilocapridae, Bovidae, Camelidae, Cervidae, Giraffidae, u Tragulidae |
Newcastle disease |
Aves |
Peste des petits ruminants |
Bovidae u Suidae |
Porcine enterovirus encephalomyelitis |
Suidae |
Psitacosis |
Psittaciformes |
Rabies |
Carnivora u Chiroptera |
Rift valley fever |
Bovidae, Camelus speċi u Rhinocerotidae |
Rinderpest |
Artiodactyla |
Small hive beetle (Aethina tumida) |
Apis u Bombus |
Sheep and goat pox |
Bovidae |
Marda vexxikoluża tal-majjal |
Suidae u Tayassuidae |
Tropilaelaps mite (Tropilaelaps spp). |
Apis |
Vexxikoluża stomatitis |
Artiodactyla u Equidae |
TSE |
Bovidae, Cervidae, Felidae u Mustelidae |
ANNESS B
LISTA TA' MARD LI DWARU L-PROGRAMMI NAZZJONALI JISTGĦU JKUNU RIKONOXXUTI PERMEZZ TA' DIN ID-DIRETTIVA
Mink |
Enterite virali Mard Alewzjan |
Naħal |
Foulbrood Ewropew Varroasus u acariasis |
Xadini u felidi |
Tuberkolożi |
Ruminanti |
Tuberkolożi |
Lagomorfi |
Myxomatosis Mard emoraġiku virali Tularaemia |
ANNESS Ċ
KONDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-APPROVAZZJONI TA’ KORPI, ISTITUTI JEW ĊENTRI
1. Sabiex tingħata approvazzjoni uffiċjali skond l-Artikolu 13(2) ta’ din id-Direttiva, korp, istitut jew ċentru kif definit fl-Artikolu 2(1)(ċ) għandu:
(a) ikun mmarkat b’mod ċar u separat mill-ambjent tiegħu, jew l-annimali jkunu magħluqa jew imqiegħda b’mod li ma jkunux ta’ riskju sanitarju lill-impriżi agrikoli li l-istat ta’ saħħa tagħhom jista’ jitqiegħed fil-periklu;
(b) ikollhom mezz xieraq biex jaqbdu, jagħlqu u jiżolaw annimali u, jkollhom għad-disposizzjoni tagħhom faċilitajiet ta’ kwarantina xierqa u proċeduri approvati għal annimali ġejjin minn imkejjen mhux approvati;
(ċ) ikunu ħielsa mill-mard elenkat fl-Anness A u l-mard elenkat fl-Anness B meta l-pajjiż ikollu programm skond l-Artikolu 14. Sabiex korp, istitut jew ċentru jiġi ddikjarat liberu minn dan il-mard l-awtorità lokali kompetenti għandha tagħmel eżami tar-reġistri ta’ l-istat sanitarju ta’ l-annimali miżmuma għall-inqas għat-tliet snin preċedenti u r-riżultati tat-testijiet kliniċi u tal-laboratorji mwettqa fuq l-annimali fil-korp, istitut jew ċentru. B’danakollu, b’deroga minn dan ir-rekwiżit, għandhom jiġu approvati stabbilimenti ġodda jekk l-annimali miġbura hemm ikunu ġejjin minn stabbilimenti approvati;
(d) iżommu reġistri aġġornati li jindikaw:
(i) in-numru, l-identità (età, sess, speċi u identifikazzjoni individwali fejn hu prattiku) ta’ l-annimali ta’ kull speċi preżenti fl-istabbiliment;
(ii) in-numru, l-identità (età, sess, speċi u identifikazzjoni individwali fejn hu prattiku) ta’ l-annimali li jaslu fl-istabbiliment jew jitilqu minnu, flimkien ma’ l-informazzjoni dwar l-oriġini jew id-destinazzjoni tagħhom, it-trasport minn jew lejn l-istabbiliment u l-istat sanitarju ta’ l-annimali;
(iii) ir-riżultati ta’ testijiet tad-demm u proċeduri djanjostiċi oħra;
(iv) il-każijiet ta’ mard u, fejn xieraq, it-trattament mogħti;
(v) ir-riżultati ta’ l-eżamijiet post-mortem fuq annimali li mietu fl-istabbiliment, inklużi annimali li twieldu mejta;
(vi) l-osservazzjonijiet li saru waqt xi perjodu ta’ iżolament jew kwarantina;
(e) ikollhom jew arranġament ma’ laboratorju kompetenti biex iwettqu eżamijiet post-mortem, jew ikollhom post wieħed jew aktar xierqa fejn dawn l-eżamijiet jistgħu jitwettqu minn persuna kompetenti taħt l-awtorita’ tal-veterinarju approvat;
(f) ikollhom jew arranġamenti xierqa jew faċilitajiet fil-post għal tneħħija xierqa ta’ l-iġsma ta’ annimali li jmutu minn marda jew jiġu ewtanizzati;
(g) jiżguraw, b’kuntratt jew strument legali ieħor, is-servizzi ta’ veterinarju approvat minn jew taħt il-kontroll ta’ l-awtorità lokali kompetenti, li:
(i) għandha tikkonforma mutatis mutandis mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 14(3)(B) tad-Direttiva 64/432/KEE,
(ii) għandha taċċerta li jiġu approvati mill-awtorità lokali kompetenti u applikati fil-korp, istitut jew ċentru, miżuri xierqa ta’ sorveljana u kontroll dwar is-sitwazzjoni tal-mard fil-pajjiż ikkonċernat. Dawn il-miżuri għandhom jinkludu:
— pjan ta’ sorveljanza annwali tal-mard li jinkludi kontroll xieraq fuq l-annimali għaż-żoonożi,
— testijiet kliniċi, tal-laboratorju, u ta’ post-mortem ta’ annimali suspettati li jkunu milquta minn mard li jittieħed,
— vaċċinazzjoni ta’ annimali suxxettibili għall-mard infettiv kif xieraq, biss b’mod konformi mal-leġislazzjoni Komunitarja;
(iii) tiżgura li xi mewt suspettuża jew preżenza ta’ sintomu li joħloq suspett li l-annimali li ħadu xi marda jew aktar mill-mard imsemmi fl-Annessi A u B tiġi avżata bihom mingħajr dewmien l-awtorità lokali kompetenti, jekk dik il-marda partikolari trid tiġi notifikata fl-Istat Membru kkonċernat;
(iv) tassigura li l-annimali deħlin ġew iżolati kif meħtieġ, u skond ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u l-istruzzjonijiet, jekk hemm, mogħtija mill-awtorità kompetenti;
(v) ikun responsabbli għall-konformita’ ta’ kuljum mar-rekwiżiti sanitarji ta’ l-annimali ta’ din id-Direttiva u leġislazzjoni Komunitarja dwar il-benessri ta’ l-annimali waqt it-trasport u t-tneħħija ta’ l-iskart ta’ l-annimali;
(h) jekk iżżomm annimali maħsuba għal laboratorji li jwettqu esperimenti, isir skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5 tad-Direttiva 86/609/KEE.
2. L-approvazzjoni għandha tibqa meta ir-rekwiżiti li ġejjin ikunu sodisfatti:
(a) il-post huwa taħt il-kontroll ta’ veterinarju uffiċjali mill-awtorità kompetenti, li għandu:
(i) jżur il-post tal-korp, istitut jew ċentru għall-inqas darba kull sena;
(ii) jivverifika l-attività tal-veterinarju approvat u l-implimentazzjoni tal-pjan annwali ta’ sorveljanza;
(iii) jassigura li jintlaħqu d-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva;
(b) jiġu ntrodotti biss fl-istabbiliment dawk l-annimali li jiġu minn korp, istitut jew ċentru approvat ieħor, skond id-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva;
(ċ) il-veterinarju uffiċjali jivverifika li:
— id-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jkunu sodisfatti,
— ir-riżultati tat-testijiet kliniċi, tal-post-mortem u tal-laboratorji fuq l-annimali ma jkunu żvelaw l-ebda okkorrenza tal-mard imsemmi fl-Annessi A u B;
(d) il-korp, l-istituzzjoni jew iċ-ċentru jżomm ir-reġistri msemmija fil-punt 1(d) wara l-approvazzjoni, għal perjodu ta’ mhux inqas minn għaxar snin.
3. B’deroga mill-Artikolu 5(1) ta’ din id-Direttiva u l-punt 2(b) ta’ dan l-Anness, annimali inklużi xadini (simiae u prosimiae) li joriġinaw minn band’oħra barra mill-korp, istitut jew ċentru approvat jistgħu jiġu ntrodotti f’korp, istitut jew ċentru approvat, kemm-il darba dawn l-annimali jiġu sottomessi għal kwarantina taħt kontroll uffiċjali u skond l-istruzzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti qabel ma jidħlu f’dak l-istabbiliment.
Għax-xadini (simiae u prosimiae) ir-rekwiżiti tal-kwarantina stabbiliti fil-Kodiċi Internazzjonali Sanitarju tal-OIE (Kapitolu 2.10.1 u Appendiċi 3.5.1) għandhom jiġu rispettati.
Għal annimali oħrajn fil-kwarantina skond il-punt 2(b) ta’ dan l-Anness, il-perjodu ta’ kwarantina għandu jkun mhux inqas minn 30 jum għar-rigward tal-mard elenkat fl-Anness A.
4. Annimali miżmuma f’korp, istitut jew ċentru approvat, jistgħu biss jinħarġu mill-istabbiliment jekk huma destinati għal korp, istitut jew ċentru approvat ieħor, f’dak l-Istat Membru jew fi Stat Membru ieħor; iżda jekk mhux destinati għal korp, istitut jew ċentru approvat, jistgħu jinħarġu biss skond ir-rekwiżiti ta’ l-awtorità kompetenti biex jiġi aċċertat li ma hemm l-ebda riskju ta’ tixrid tal-mard.
5. Meta l-Istat Membru jkollu l-benefiċċju ta’ garanziji addizzjonali taħt leġislazzjoni Komunitarja, jista’ jitlob rekwiżiti u ċertifikazzjoni addizzjonali xierqa għall-ispeċi suxxettibbli li jkunu ser jiżdiedu mal-korp, istitut jew ċentru approvat.
6. Il-proċeduri għas-sospensjoni, l-irtirar jew restituzzjoni parzjali jew fl-intier, ta’ l-approvazzjoni huma dawn li ġejjin:
(a) meta l-awtorità lokali kompetenti ssib li r-rekwiżiti tal-punt 2 ma ġewx sodisfatti jew kien hemm tibdil fl-użu li ma jkunx għadu kopert mill-Artikolu 2 ta’ din id-Direttiva, l-approvazzjoni għandha tiġi sospiża jew irtirata;
(b) meta jingħata avviż ta’ suspett ta’ waħda mill-mardiet elenkati fl-Anness A jew B, l-awtorità lokali kompetenti, għandha tissospendi l-approvazzjoni tal-korp, istitut jew ċentru, sakemm is-suspett jitneħħa uffiċjalment. Skond il-marda involuta u r-riskju tat-tixrid tal-mard, is-sospensjoni tista’ tirreferi għall-istabbiliment kollu jew biss għal xi kategoriji ta’ annimali suxxettibbli għall-marda in kwistjoni. L-awtorità lokali kompetenti għandha tiżgura li l-miżuri meħtieġa biex jiġi konfermat jew eskluż is-suspett, u li jiġi evitat it-tixrid tal-mard, skond leġislazzjoni Komunitarja li tirregola l-miżuri meħuda kontra l-marda in kwistjoni u dwar il-kummerċ fl-annimali;
(ċ) meta tiġi kkonfermata l-marda suspettata, il-korp, istitut jew ċentru għandu jiġi approvat mill-ġdid biss, meta l-kondizzjonijiet stabbiliti f’punt 1 ta’ dan l-Anness, minbarra l-punt 1(ċ), jerġgħu jiġu sodisfatti wara l-eradikazzjoni tal-marda u ta’ l-għejun ta’ infezzjoni fil-post, inkluż tindif u diżinfettazjoni xierqa;
(d) l-awtorità lokali kompetenti għandha tinforma lill-Kummissjoni dwar is-sospensjoni, l-irtirar jew ir-restituzzjoni ta’ approvazzjoni ta’ korp, istitut jew ċentru.
ANNESS D
KAPITOLU I
Kundizzjonijiet applikabbli għaċ-ċentri tal-ġbir tas-semen, ċentri tal-ħażna tas-semen, gruppi tal-ġbir tal-embrijuni u gruppi għall-produzzjoni tal-embrijuni
I. Kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tal-ġbir tas-semen u ċentri tal-ħażna
1. |
Sabiex jingħata l-approvazzjoni u n-numru tar-reġistrazzjoni veterinarju msemmi fl-Artikolu 11(4), kull ċentru tal-ġbir tas-semen għandu: 1.1. jitqiegħed taħt is-superviżjoni ta' veterinarju taċ-ċentru awtorizzat mill-awtorità kompetenti; 1.2. ikollu mill-inqas: (a) akkomodazzjoni tal-annimali li tissakkar u jekk meħtieġ għal equidae żona tal-eżerċizzju li tkun fiżikament separata mill-faċilitajiet tal-ġbir, il-kmamar tal-ipproċessar u l-ħażna; (b) faċilitajiet tal-iżolament li m’għandhomx komunikazzjoni diretta mal-akkomodazzjoni normali tal-annimali; (c) faċilitajiet tal-ġbir tas-semen, li jista’ jkollhom aċċess għall-arja u protetti minn effetti tal-maltemp, b’pavimentar kontra ż-żlieq li jipproteġiehom minn feriti gravi f’każ ta’ waqgħa, fil-post tal-ġbir tas-semen jew madwaru, mingħajr ħsara għar-rekwiżiti fil-punt 1.4; (d) kamra separata għat-tindif u d-diżinfettar jew l-isterilizzazzjoni tat-tagħmir; (e) kamra tal-ipproċessar tas-semen separata mill-faċilitajiet tal-ġbir u l-kamra għat-tagħmir tat-tindif imsemmi fil-punt (d) li m’għandhiex għalfejn tkun fl-istess post; (f) kamra tal-ħażna tas-semen li m’għandhiex għalfejn tkun fl-istess post; 1.3. ikun mibni jew iżolat b’mod li jiġi evitat il-kuntatt mal-bhejjem ta’ barra; 1.4. ikun mibni b’mod li ċ-ċentru tal-ġbir tas-semen kollu minbarra l-uffiċċji u, fil-każ tal-equidae ż-żona tal-eżerċizzju, ikunu jistgħu faċilment jitnaddfu u jiġu diżinfettati. |
2. |
Sabiex jiġi approvat kull ċentru tal-ħażna tas-semen għandu: (a) fil-każ li l-ħażna mhix limitata għal semen ta’ speċi waħda miġbura f’ċentri tal-ġbir tas-semen approvati skont din id-Direttiva, jew embrijuni maħżuna fiċ-ċentru skont din id-Direttiva, jingħataw numri tar-reġistrazzjoni veterinarji kif imsemmi fl-Artikolu 11(4) għal kull waħda mill-ispeċi li s-semen tagħha hu maħżun fiċ-ċentru; (b) jitqiegħed taħt is-superviżjoni permanenti ta’ veterinarju taċ-ċentru awtorizzat mill-awtorità kompetenti; (c) ikollu kamra bil-ħażna tas-semen mgħammra bl-installazzjoni meħtieġa għall-ħażna tas-semen u/jew l-embrijuni, li tkun mibnija b’tali mod li tipproteġi dawk il-prodotti u l-installazzjoni minn maltemp u effetti ambjentali negattivi; (d) ikun mibni b’mod li jiġi evitat il-kuntatt mal-bhejjem ta’ barra jew annimali oħra; (e) ikun mibni b’mod li ċ-ċentru kollu minbarra l-uffiċċji u, fil-każ ta’ equidae iż-żona tal-eżerċizzju, ikunu jistgħu jitnaddfu u jiġu diżinfettati faċilment; (f) ikun mibni b’mod li l-aċċess mhux awtorizzat tan-nies jiġi evitat b’mod effettiv. |
II. kundizzjonijiet għas-superviżjoni tal-ġbir tas-semen u ċ-ċentri tal-ħażna
1. |
Iċ-ċentri tal-ġbir tas-semen għandhom: 1.1. jiġu sorveljati biex jiżguraw li (a) fihom biss annimali tal-ispeċi li s-semen tagħhom għandha tinġabar; Annimali domestiċi oħra jistgħu xorta waħda jiġu aċċettati, sakemm ma jkunux ta’ riskju ta’ infezzjoni għal dawk l-ispeċi li s-semen tagħhom għandha tinġabar, u li jkunu jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti mill-veterinarju taċ-ċentru. Jekk fil-każ tal-equidae, iċ-ċentru tal-ġbir tas-semen ikollu l-istess sit bħal ċentru jew servizz tal-inseminazzjoni artifiċjali, allura l-equidae ta’ sess femminili (“debbiet”) u equidae ta’ sess maskili mhux kastrati (“żwiemel tar-razza”) għal servizz ta’ teasing jew naturali, għandhom jiddaħħlu wkoll sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-punti 1.1, 1.2, 1.3 u 1.4 tat-Taqsima I tal-Kapitolu II. (b) id-dħul ta’ persuni mhux awtorizzati hu evitat u li l-viżitaturi awtorizzati jkunu mitluba li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti mill-veterinarju taċ-ċentru; (c) jiġi impjegat biss persunal kompetenti biss li rċieva taħriġ adattat dwar id-diżinfettar u t-tekniċi tal-iġjene sabiex jevita t-tifrix tal-mard; 1.2. jiġu sorveljati biex jiġi żgurat li: (a) jinżammu rekords li juru: (i) l-ispeċi, ir-razza, id-data tat-twelid u l-identifikazzjoni ta’ kull annimal preżenti fiċ-ċentru, (ii) kwalunkwe moviment ta’ annimali li jidħlu jew joħorġu miċ-ċentru, (iii) l-istorja tas-saħħa u t-testijiet dijanjostiċi kollha u r-riżultati tagħhom, it-trattamenti u t-tilqim imwettqa fuq l-annimali miżmuma, (iv) id-data tal-ġbir u l-ipproċessar tas-semen, (v) id-destinazzjoni tas-semen, (vi) il-ħażna tas-semen; (b) l-ebda wieħed mill-annimali miżmuma fiċ-ċentru ma jintuża għal tgħammir naturali għal mill-inqas 30 ġurnata qabel id-data tal-ewwel ġabra tas-semen u matul il-perjodu tal-ġbir; (c) il-ġbir, l-ipproċessar u l-ħażna tas-semen jitwettqu biss f’postijiet riżervati speċifikament għal dawn l-għanijiet; (d) l-istrumenti kollha li jiġu f’kuntatt mas-semen jew l-annimal donatur matul il-ġbir u l-ipproċessar jiġu diżinfettati jew sterilizzati b’mod xieraq qabel l-użu, minbarra strumenti li huma ġodda, li jintużaw darba biss u li jintremew wara l-użu (“strumenti b’użu ta’ darba”); Fejn, fil-każ tal-equidae, iċ-ċentru tal-ġbir ikun jinsab fl-istess post ma’ ċentru tal-inseminazzjoni artifiċjali jew ċentru tas-servizz, għandu jkun hemm separazzjoni stretta bejn is-semen u l-istrumenti u t-tagħmir għal inseminazzjoni artifiċjali jew servizz naturali u strumenti u tagħmir li jiġu f’kuntatt ma’ annimali donaturi jew annimali oħra miżmuma fiċ-ċentru tal-ġbir. (e) il-prodotti li ġejjin mill-annimali użati fl-ipproċessar tas-semen, inklużi dilwenti, addittivi jew sustanzi miżjuda, jinkisbu minn sorsi li mhumiex ta’ riskju għas-saħħa tal-annimali jew li qabel l-użu jiġu trattati b’mod li dan ir-riskju jiġi evitat; (f) l-aġenti krioġeniċi użati għall-preżervazzjoni jew il-ħażna ta’ semen ma ġewx użati qabel għal prodotti oħra tal-oriġini tal-annimali; (g) il-kontenituri tal-ħażna u l-kontenituri tat-trasport ikun ġew diżinfettati jew sterilizzati kif suppost qabel il-bidu ta’ kull operazzjoni tal-mili, minbarra kontenituri li huma ġodda, li jintużaw darba biss u li jintremew wara l-użu (kontenituri b’użu ta’ darba); (h) kull doża individwali ta’ semen jew kull eġakulazzjoni ta’ semen friska intiża għal iżjed ipproċessar tiġi mmarkata b’mod li d-data tal-ġbir tas-semen, l-ispeċi, ir-razza u l-identifikazzjoni tal-annimal donatur u n-numru tal-approvazzjoni taċ-ċentru tal-ġbir tas-semen ikunu jistgħu jiġu stabbiliti faċilment; 1.3. jiġu spezzjonati minn veterinarju uffiċjali matul l-istaġun tat-tgħammir mill-inqas darba kull sena kalendari fil-każ ta’ annimali b’tgħammir staġjonali u darbtejn kull sena kalendari fil-każ ta’ riproduzzjoni mhux staġjonali sabiex jiġi kkunsidrat u vverifikat, fejn meħtieġ fuq il-bażi ta’ rekords, il-proċeduri operattivi standard u l-verifiki interni, il-kwistjonijiet kollha relatati mal-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni, superviżjoni u sorveljanza. |
2. |
Iċ-ċentri tal-ħażna tas-semen għandhom: 2.1. ikunu sorveljati biex jiżguraw li: (a) l-istat tal-annimali donaturi li s-semen tagħhom jinħażen fiċ-ċentru jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva; (b) ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 1.1(b) u (c) jiġu osservati; (c) jinżammu rekords tal-moviment kollu tas-semen li tidħol u toħroġ iċ-ċentru tal-ħażna; 2.2. ikunu sorveljati li: (a) is-semen li jinġabar u li jkun ġej minn ċentri approvati tal-ġbir jew il-ħażna tas-semen u trasportat f’kundizzjonijiet li joffru kull garanzija tas-saħħa possibbli, li ma jkunx ġie f’kuntatt ma’ semen li ma jikkonformax ma’ din id-Direttiva biss, jiddaħħal f’ċentru approvat tal-ħażna tas-semen; (b) il-ħażna tas-semen isseħħ biss fuq il-postijiet speċifikati għal dak il-għan u taħt kundizzjonijiet stretti tal-iġjene; (c) l-istrumenti kollha li jkollhom kuntatt mas-semen jiġu diżinfettati jew sterilizzati kif xieraq qabel l-użu, minbarra għal strumenti li jintużaw darba; (d) il-kontenituri tal-ħażna u l-kontenituri tat-trasport ikunu diżinfettati jew sterilizzati kif xieraq qabel il-bidu ta’ kull operazzjoni tal-mili, minbarra għal kontenituri li jintużaw darba; (e) aġenti krijoġeniċi użati għall-preżervazzjoni jew il-ħażna ta’ semen li ma kinux intużaw qabel għal prodotti oħra li ġejjin mill-annimali; (f) kull doża individwali ta’ semen hi mmarkata b’mod ċar b’mod li d-data tal-ġbir tas-semen, l-ispeċi, ir-razza u l-identifikazzjoni tal-annimal donatur, in-numru tal-approvazzjoni taċ-ċentru tal-ġbir tas-semen ikunu jistgħu faċilment jiġu identifikati; kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-Kummissjoni u Stati Membri oħra l-karatteristiċi u l-forma tal-immarkar użata fit-territorju tiegħu; 2.3. permezz ta’ deroga mill-punt 2.2 (a), il-ħażna tal-embrijuni fiċ-ċentru approvat tal-ħażna tas-semen tkun awtorizzata sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u jinħażnu f’kontenituri tal-ħażna separati; 2.4. jiġu spezzjonati minn veterinarju uffiċjali mill-inqas darbtejn kull sena kalendarji sabiex jiġu kkunsidrati u vverifikati, fejn hu meħtieġ fuq bai ta’ rekords, il-kwistjonijiet kollha relatati mal-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni, superviżjoni u monitoraġġ. |
III. Kundizzjonijiet għall-approvazzjoni u s-superviżjoni ta’ gruppi tal-ġbir tal-embrijuni u gruppi tal-produzzjoni tal-embrijuni
1. |
Sabiex jingħata l-approvazzjoni kull grupp tal-ġbir tal-embrijuni għandu jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin: 1.1. Il-ġbir, l-ipproċessar u l-ħażna ta’ embrijuni għandhom jitwettqu minn veterinarju tal-grupp jew taħt ir-responsabbiltà tiegħu minn wieħed jew iżjed mill-persuni tekniċi li huma kompetenti u mħarrġa mill-veterinarju tal-grupp fil-metodi u t-tekniki tal-iġjene u f’tekniki u prinċipji tal-kontroll tal-mard. 1.2. Il-veterinarju tal-grupp għandu jkun responsabbli għall-operazzjonijiet kollha tal-grupp, inklużi fost affarijiet oħra: (a) verifika tal-identità u l-istat tas-saħħa tal-annimal donatur, (b) ġestjoni sanitarja u kirurġija ta’ annimali donaturi, (c) proċeduri ta’ diżinfettar u iġjene, (d) żamma ta’ rekords li juru: (i) l-ispeċi, ir-razza, id-data tat-twelid u l-identifikazzjoni ta’ kull annimal donatur, (ii) l-istorja tas-saħħa u t-testijiet dijanjostiċi kollha u r-riżultati tagħhom, trattamenti u tilqim imwettqa fuq annimali donaturi, (iii) il-post u d-data tal-ġbir, l-ipproċessar u l-ħażna ta’ ooċiti, ova u embrijuni, (iv) l-identifikazzjoni ta’ embrijuni u dettalji tad-dettalji tagħhom jekk magħrufa. 1.3. Il-grupp għandu jitqiegħed taħt is-superviżjoni ġenerali tal-veterinarju uffiċjali, li għandu jispezzjonaha mill-inqas darba kull sena kalendarja biex jiżgura, fejn hu meħtieġ fuq bażi ta’ rekords, proċeduri operattivi standard u verifiki interni, konformità mal-kundizzjonijiet sanitarji dwar il-ġbir, l-ipproċessar u l-ħażna ta’ embrijuni u biex jivverifika l-kwisjonijiet kollha relatati mal-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni u s-superviżjoni. 1.4. Il-grupp għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu laboratorju li jkun jinsab f’post fiss jew laboratorju mobbli fejn l-embrijuni jkunu jistgħu jiġu eżaminati, proċessati u ppakkjati, li jikkonsistu mill-inqas f’wiċċ fejn isir ix-xogħol, mikroskopju ottiku jew tal-isterjo u tagħmir krijoġeniku fejn inhu meħtieġ. 1.5. Fil-każ ta’ laboratorju li jinsab f’post fiss, dan għandu jkollu: (a) kamra fejn l-embrijuni jkunu jistgħu jiġu proċessati li hi fiżikament separata miż-żona użata għall-ġestjoni tal-annimali donaturi waqt il-ġbir, (b) kamra jew żona għat-tindif u l-isterilizzazzjoni tal-istrumenti, minbarra meta jintuża biss tagħmir li jintuża darba, (c) kamra għall-ħażna tal-embrijuni. 1.6. Fil-każ ta’ laboratorju mobbli, dan għandu: (a) jkollu parti mgħammra b’mod speċjali li tikkonsisti f’żewġ taqsimiet separati: (i) waħda għall-eżaminazzjoni u l-ipproċessar ta’ embrijuni li għandu jkollha sezzjoni nadifa, u (ii) l-oħra għal tagħmir u materjali tal-akkomodazzjoni użati f’kuntatt mal-annimali donaturi; (b) juża biss tagħmir li jintuża darba, sakemm l-isterilizzazzjoni tat-tagħmir tiegħu l-provvista tal-fluwidi u prodotti oħra meħtieġa għall-ġbir u l-ipproċessar tal-embrijuni tkun tista’ tiġi żgurata bil-kuntatt ma’ laboratorju li jkun jinsab f’post permanenti. 1.7. Id-disinn u l-istruttura tal-bini u l-laboratorji għandhom jiġu ddisinjati u l-operazzjonijiet tal-grupp għandhom jitwettqu b’mod li jiżguraw l-evitar tal-krosskontaminazzjoni tal-embrijuni. 1.8. Il-grupp għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu post tal-ħażna li għandu: (a) ikun fih mill-inqas kamra waħda li tissakkar għall-ħażna tal-ova u l-embrijuni; (b) ikun jista’ faċilment jitnaddaf u jiġi diżinfettat; (c) ikollu rekords permanenti tal-ova jew embrijuni kollha deħlin u ħerġin; (d) ikollhom kontenituri tal-ħażna għal ova u embrijuni li huma maħżuna f’post li hu taħt il-kontroll tal-veterinarju tal-grupp u li hu soġġett għal spezzjonijiet regolari minn veterinarju uffiċjali. 1.9. L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-ħażna ta’ semen f’postijiet tal-ħażna msemmija fil-punt 1.8 sakemm is-semen: (a) jissodisfa r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva jew għal speċi ovini u kaprini jew speċi ekwini, jew tad-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-bhejjem applikabbli għal kummerċ intra-Komunitarju u għall-importazzjonijiet ta’ semen ta’ bhejjem domestiċi tal-ispeċi tal-majjali ( 24 ) għal speċi porċini, (b) jinħażen għall-operazzjoni tal-grupp f’kontenituri tal-ħażna separati fil-post għall-ħażna tal-embrijuni approvati. |
2. |
Sabiex jingħata l-approvazzjoni, kull grupp tal-produzzjoni tal-embrijuni għandu jikkonforma wkoll mar-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin: 2.1. Il-membri tal-grupp ikunu rċevew taħriġ xieraq dwar kontroll tal-mard u tekniċi tal-laboratorji, b’mod partikolari fi proċeduri għall-ħidma f’kundizzjonijiet sterili. 2.2. Il-grupp għandu jkun għad-dispożizzjoni tiegħu laboratorju li jkun jinsab f’post permanenti li għandu: (a) ikollu tagħmir u faċilitajiet xierqa, inklużi kmamar separati għal: — irkupru tal-ooċiti mill-ovarji, — l-ipproċessar tal-ooċiti, ova u embrijuni, — il-ħażna tal-embrijuni. (b) ikollu tnixxija ta’ laminar jew faċilitajiet oħra xierqa fejn jitwettqu l-operazzjonijiet tekniċi kollha assoċjati ma’ kundizzjonijiet sterili speċifiċi (proċessar tal-ova, embrijuni u semen). Madankollu, il-firda tas-semen tista’ twettaq barra l-faċilità tat-tnixxija ta’ laminar jew faċilità oħra, sakemm jittieħdu prekawzjonijiet iġjeniċi sħaħ. 2.3. Meta l-ova u tessuti oħra għandhom jiġu miġbura f’biċċerija, għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu tagħmir xieraq għall-ġbir u t-trasport tal-ovarji u tessuti oħra lejn il-laboratorju tal-ipproċessar b’mod iġjeniku u sigur. |
KAPITOLU II
Kundizzjonijiet applikabbli għal annimali donaturi
I. Kundizzjonijiet applikabbli għal żwiemel tar-razza donaturi
1. |
Sabiex jintuża għall-ġbir tas-semen, iż-żiemel tar-razza donatur għandu, b’mod li jissodisfa l-veterinarju taċ-ċentru, jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin: 1.1. m’għandu juri l-ebda sinjal kliniku ta’ marda infettuża jew kontaġġjuża fiż-żmien tad-dħul u fil-jum li jinġabar is-semen; 1.2. għandu jiġi mit-territorju jew, fil-każ ta’ reġjonalizzazzjoni, mill-parti tat-territorju ta’ Stat Membru jew pajjiż terz u minn stabbiliment taħt superviżjoni veterinarju li t-tnejn jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-Direttiva 90/426/KEE; 1.3. għandu jinżamm għal 30 jum qabel id-data tal-ġbir tas-semen f’oqsma fejn l-ebda annimal tal-ispeċi ekwina ma jkun wera l-ebda sinjal ta’ artrite virali ekwina jew metrotis kontaġġjuża taż-żwiemel matul dan il-perjodu; 1.4. m’għandux jintuża għal tgħammir naturali matul it-30 jum qabel l-ewwel ġabra tas-semen u matul il-perjodu tal-ġbir; 1.5. għandhom isirulu t-testijiet li ġejjin, li jitwettqu u jiġu ċċertifikati f'laboratorju rikonoxxut mill-awtorità kompetenti u li għandu t-testijiet imsemmijin hawn isfel fost l-akkreditazzjonijiet tiegħu, bi qbil mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 25 ), skont il-programm stipulat fil-punt 1.6: (a) test tal-immuno-diffużjoni agar-gel (it-test Coggins) jew ELISA għall-anemija infettiva taż-żwiemel b'riżultat negattiv; (b) test għall-iżolament tal-virus tal-arterite ekwina jew għas-sejbien tal-ġenoma tiegħu permezz tar-reazzjoni katina tal-polimerażi (PCR) jew PCR fil-ħin reali li jkollu riżultat negattiv imwettaq fuq alikwota tas-semen kollu taż-żiemel tal-għalla donatur, sakemm iż-żiemel donatur ma jkunx irreaġixxa b'riżultat negattiv għal test ta' newtralizzazzjoni tas-serum għall-arterite virali ekwina b'diluzzjoni tas-serum ta' 1 f'kull 4; (c) test, li f'ebda każ ma għandu jsir qabel sebat ijiem (għat-trattament sistemiku) jew 21 jum (għat-trattament lokali) wara trattament possibbli antimikrobjali taż-żiemel tal-għalla, ta' identifikazzjoni tal-aġent għall-metrite ekwina li tittieħed, imwettaq fuq tliet eżemplari (tampuni) meħuda f'darbtejn b'intervall ta' mhux inqas minn sebat ijiem, miż-żiemel tal-għalla donatur, li jkun ta riżultat negattiv f'kull każ, mill-inqas mill-partijiet tal-ġisem li jidhru hawn taħt: — l-għant tal-pene (il-prepuzju); — l-uretra; — il-fossa glandis. L-eżemplari għandhom jitqiegħdu f'midjum ta' trasportazzjoni bil-karbonju attivat, bħalma hu l-midjum Amies, qabel ma jintbagħat lil-laboratorju. Irid isir mill-inqas wieħed minn dawn it-testijiet li ġejjin fuq l-eżemplari: (i) kultura ta' mill-inqas sebat ijiem f'kundizzjonijiet mikroerofiliċi għall-iżolament ta' Taylorella equigenitalis, li trid tinbeda fl-ewwel 24 siegħa wara li jittieħdu l-eżemplari mill-annimal donatur, jew 48 siegħa meta l-eżemplari jinżammu fil-kesħa waqt it-trasport. jew (ii) reazzjoni katina tal-polimerażi (PCR) jew PCR fil-ħin reali għas-sejbien tal-ġenoma ta' Taylorella equigenitalis, imwettqa qabel l-iskadenza ta' 48 siegħa wara li jittieħdu l-eżemplari mill-annimal donatur. 1.6. għandu jkun soġġett għal wieħed mill-programmi tal-ittestjar li ġejjin: (a) jekk iż-żiemel tal-għalla donatur ikun kontinwament residenti fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen għal mill-inqas 30 jum qabel id-data tal-ewwel ġabra tas-semen u matul il-perjodu tal-ġbir, u ma jkollu kuntatt dirett ma' ebda ekwin fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen li jkun fi stat ta' saħħa inferjuri miż-żiemel tal-għalla donatur, it-testijiet meħtieġa fil-punt 1.5 għandhom jitwettqu fuq eżemplari miġbura miż-żiemel tal-għalla donatur mill-inqas darba fis-sena fil-bidu tal-istaġun tat-tgħammir, jew qabel l-ewwel ġabra tas-semen maħsub għall-kummerċ u mhux inqas minn 14-il jum wara d-data tal-bidu tal-perjodu ta' residenza ta' mill-inqas 30 jum qabel l-ewwel ġabra tas-semen; (b) jekk iż-żiemel tal-għalla donatur ikun residenti fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen għal mill-inqas 30 jum qabel id-data tal-ewwel ġabra tas-semen u matul il-perjodu tal-ġbir, iżda jitlaq miċ-ċentru kultant taħt ir-responsabbiltà tal-veterinarju taċ-ċentru għal perjodu kontinwu ta' inqas minn 14-il jum, u/jew jekk ekwini oħra fiċ-ċentru tal-ġbir jiġu f'kuntatt dirett ma' ekwini fi stat ta' saħħa inferjuri, it-testijiet meħtieġa fil-punt 1.5 għandhom jitwettqu kif ġej: (i) għall-inqas darba fis-sena fuq eżemplari meħudin miż-żiemel tal-għalla donatur fil-bidu tal-istaġun tat-tgħammir, jew qabel l-ewwel ġabra tas-semen maħsub għall-kummerċ ta' semen frisk, imkessaħ jew iffriżat, u mhux inqas minn 14-il jum wara d-data tal-bidu tal-perjodu ta' residenza ta' mill-inqas 30 jum qabel l-ewwel ġabra tas-semen; kif ukoll (ii) waqt il-perjodu tal-ġbir tas-semen maħsub għall-kummerċ ta' semen frisk, imkessaħ jew iffriżat kif ġej: — it-test meħtieġ fil-punt 1.5(a) fuq eżemplari li jkunu ttieħdu mhux aktar minn 90 jum qabel il-ġbir tas-semen għall-kummerċ; — it-test meħtieġ fil-punt 1.5(b) fuq eżemplari li jkunu ttieħdu mhux aktar minn 30 jum qabel il-ġbir tas-semen għall-kummerċ, dejjem jekk l-istat non-shedder taż-żiemel tal-għalla ma jiġix ikkonfermat minn test tal-iżolament tal-virus, minn test PCR jew minn test PCR fil-ħin reali, imwettaq fuq eżemplari ta' alikwota tas-semen sħiħ li jkunu ttieħdu mhux aktar minn sitt xhur qabel il-ġbir tas-semen għall-kummerċ, u ż-żiemel tal-għalla donatur ikun irreaġixxa b'riżultat pożittiv għal test tan-newtralizzazzjoni tas-serum għall-arterite virali ekwina b'dilwazzjoni tas-serum ta' mill-inqas 1 f'kull 4; — it-test meħtieġ fil-punt 1.5(c) fuq eżemplari li jkunu ttieħdu mhux aktar minn 60 jum qabel il-ġbir tas-semen għall-kummerċ, li, fil-każ ta' PCR jew PCR fil-ħin reali jista' jitwettaq fuq tliet eżemplari (tampuni) meħudin fl-istess ħin. (c) jekk iż-żiemel tal-għalla donatur ma jissodisfax il-kundizzjonijiet fil-punti (a) u (b) u/jew is-semen jinġabar għall-kummerċ ta' semen iffriżat, it-testijiet meħtieġa fil-punt 1.5 għandhom jitwettqu fuq eżemplari miġbura miż-żiemel tal-għalla donatur kif ġej: (i) mill-inqas darba fis-sena fil-bidu tal-istaġun tat-tgħammir; (ii) matul il-perjodu tal-ħażna previst fil-punt 1.3(b) tat-Taqsima I tal-Kapitolu III u qabel ma jitneħħa miċ-ċentru jew jintuża s-semen, fuq eżemplari meħuda mhux qabel 14-il jum, u mhux aktar tard minn 90 jum wara d-data tal-ġbir tas-semen. B'deroga mill-punt (ii) tal-ewwel sottoparagrafu, mhuwiex meħtieġ it-teħid ta' eżemplari u l-ittestjar għall-arterite virali ekwina kif deskritt fil-punt 1.5(b), wara l-ġbir, jekk l-istat ta' non-shedder ta' żiemel tal-għalla donatur seropożittiv jiġi kkonfermat b'test tal-iżolament tal-virus, b'PCR jew b'PCR fil-ħin reali li jagħtu riżultat negattiv fuq eżemplari ta' alikwota tas-semen sħiħ taż-żiemel donatur li jittieħdu darbtejn f'sena b'intervall ta' mill-inqas erba' xhur u ż-żiemel donatur ikun irreaġixxa b'riżultat pożittiv f'test tan-newtralizzazzjoni tas-serum għall-arterite virali ekwina, b'dilwazzjoni tas-serum ta' mill-inqas 1 minn kull 4. 1.7. Jekk kwalunkwe mit-testijiet provduti fil-punt 1.5 ikunu pożittivi, iż-żiemel tar-razza donatur għandu jkun iżolat, u s-semen miġbur minnu mid-data tal-aħħar test negattiv m’għandux ikun soġġett għall-kummerċ bl-eċċezzjoni, għal artrite virali ekwina, ta’ semen minn kull eġakulazzjoni li tkun għaddiet minn test tal-iżolament tal-vajrus tal-artrite ekwina b’riżultat negattiv. Is-semen miġbur miż-żwiemel tar-razza l-oħra kollha fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen mid-data meta nġabar l-aħħar kampjun li ta riżultat negattiv f’wieħed mit-testijiet provduti fil-punt 1.5 għandu jinżamm f’ħażna separata u m’għandux ikun soġġett għall-kummerċ sakemm l-istat tas-saħħa taċ-ċentru tal-ġbir tas-semen ikun ġie ristawrat u s-semen maħżun ikun għadda mill-investigazzjonijiet uffiċjali adattati li jeskludu l-preżenza tal-patoġeni li jikkawżaw il-mard imsemmi fil-punt 1.5. 1.8. Is-semen miġbur minn żwiemel tar-razza f’ċentru tal-ġbir soġġett għal ordni ta’ projbizzjoni skont l-Artikolu 4 jew 5 tad-Direttiva 90/426/KEE għandu jinżamm f’ħażna separata u m’għandux ikun soġġett għall-kummerċ sakemm l-istat tas-saħħa taċ-ċentru tal-ġbir tas-semen ikun ġie restawrat mill-veterinarju uffiċjali skont id-Direttiva 90/426/KEE u s-semen maħżun ikun għadda mill-investigazzjonijiet uffiċjali xierqa li jeskludu l-preżenza fis-semen ta’ patoġeni li jikkawżaw il-mard imniżżel fl-Anness A mad-Direttiva 90/426/KEE. |
II. Kundizzjonijiet applikabbli għal annimali ovini u kaprini maskili donaturi
1. |
Għall-annimali ovini u kaprini kollha mdaħħla f’ċentru tal-ġbir tas-semen, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin: 1.1. Ikunu nżammu kwarantina għal perjodu ta’ mill-inqas 28 jum f’akkomodazzjoni approvata speċifikament mill-awtorità kompetenti, u fejn ikun hemm preżenti biss annimali li għandhom mill-inqas l-istess stat ta’ saħħa (“akkomodazzjoni ta’ kwarantina”). 1.2. Qabel jinżammu fl-akkomodazzjoni ta’ kwarantina, kienu fi stabbiliment tal-ovini jew kaprini uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi skont l-Artikolu 2 tad-Direttiva 91/68/KEE u m’għandhomx ikunu ġew miżmuma qabel fi stabbiliment ta’ stat ta’ saħħa inferjuri fir-rigward tal-bruċellożi. 1.3. Jiġu minn qasam meta waqt is-60 jum qabel iż-żamma tagħhom fl-akkomodazzjoni ta’ kwarantina jkunu għaddew minn test seroloġiku għal epidimite kontaġġjuża (B. ovis) imwettaq skont l-Anness D mad-Direttiva 91/68/KEE jew kwalunke test ieħor b’sensittività u speċifiċità ekwivalenti dokumentati. 1.4. Ikunu għaddew mit-testijiet li ġejjin imwettqa fuq kampjun tad-demm miġbur fit-28 jum ta’ qabel il-bidu tal-perjodu tal-kwarantina speċifikat fil-punt 1.1, b’riżultati negattivi f’kull każ, minbarra għat-test għall-marda Border imsemmija fil-punt (c)(ii): (a) għal bruċellożi (B. melitensis), test seroloġiku mwettaq skont l-Anness C mad-Direttiva 91/68/KEE; (b) għal epidimite kontaġġjuża (B. ovis), test seroloġiku mwettaq skont l-Anness D mad-Direttiva 91/68/KEE, jew kwalunkwe test ieħor b’sensittività u speċifiċità ekwivalenti dokumentati; (c) għal marda Border: (i) test tal-iżolament tal-vajrus jew test għal antiġen tal-vajrus, u (ii) test seroloġiku li jiddetermina l-preżenza jew in-nuqqas tal-antikorpi (“test tal-antikorpi”). L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza li t-testijiet imsemmija f’dan il-punt jitwettqu fuq kampjuni miġbura fl-akkomodazzjoni tal-kwarantina. Jekk tingħata din l-awtorizzazzjoni, il-perjodu ta’ kwarantina msemmi fil-punt 1.1 m’għandux jibda d-data tat-teħid tal-kampjuni. Madankollu, jekk kwalunkwe wieħed mit-testijiet imsemmija f’dan il-punt ikun pożittiv, l-annimal ikkonċernat għandu minnufih jitneħħa mill-akkomodazzjoni tal-kwarantina. F’każ tal-iżolament tal-grupp, il-perjodu ta’ kwarantina msemmi fil-punt 1.1 m’għandux jibda għall-annimali li jkun għad fadal sakemm jitneħħa l-annimal li jkun ġie ttestjat pożittiv. 1.5. Ikunu għaddew mit-testijiet li ġejjin imwettqa fuq kampjuni meħuda matul il-perjodu ta’ kwarantina speċifikat fil-punt 1.1, u mill-inqas 21 jum wara li jkunu ddaħħlu fl-akkomodazzjoni tal-kwarantina, b’riżultati negattivi: (a) għal bruċellożi (B. melitensis), test seroloġiku mwettaq skont l-Anness C mad-Direttiva 91/68/KEE; (b) għal epidimite kontaġġjuża (B. ovis), test seroloġiku mwettaq skont l-Anness D mad-Direttiva 91/68/KEE, jew kwalunkwe test ieħor b’sensittività u speċifiċità ekwivalenti dokumentati. 1.6. Ikunu għaddew mit-testijiet għal mard Border imsemmija fil-punt 1.4(c)(i) u (ii) imwettaq fuq il-kampjuni tad-demm meħuda matul il-perjodu tal-kwarantina speċifikat fil-punt 1.1, u mill-inqas 21 jum wara li jkunu ddaħħlu fl-akkomodazzjoni ta’ kwarantina. Kull annimal (seronegattiv jew seropożittiv) għandu jitħalla biss jidħol fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen jekk ma sseħħ l-ebda sero-konverżjoni f’annimali li jkunu ttestjaw seronegattivi qabel il-jum tad-dħul fl-akkomodazzjoni ta’ kwarantina. Jekk isseħħ is-sero-konverżjoni, l-annimali kollha li jibqgħu seronegattivi għandhom jinżammu fi kwarantina fuq perjodu ta’ żmien imtawwal, sakemm ma jkunx hemm iżjed serokonverżjoni fil-grupp għal perjodu ta’ tliet ġimgħat mill-jum li fih tkun seħħet is-serokonverżjoni. Annimali seroloġikament pożittivi għandhom jitħallew jidħlu fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen soġġetti għal riżultat negattiv f’test imsemmi fil-punt 1.4(c)(i). |
2. |
L-annimali għandhom jiddaħħlu biss fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen bil-permess espliċitu tal-veterinarju taċ-ċentru. Il-movimenti kollha ġewwa u barra ċ-ċentru tal-ġbir tas-semen għandhom jiġu rrekordjati. |
3. |
L-ebda annimal imdaħħal fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen ma għandu juri xi sinjal kliniku ta’ mard fid-data tad-dħul. L-annimali kollha, bla ħsara għall-punt 4, għandhom ikunu ġew minn akkomodazzjoni ta’ kwarantina, li fid-data li fiha l-annimali jintbagħtu lejn iċ-ċentru tal-ġbir tas-semen tkun tikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin: (a) ikun jinsab f’żona li fiha ma kien hemm l-ebda tifqigħa tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer għall-aħħar 30 jum f’radju ta’ 10 kilometri; (b) ikun għall-aħħar tliet xhur ħieles mill-marda tal-ilsien u d-dwiefer u l-bruċellożi; (c) ikun għall-aħħar 30 jum ħieles minn mard notifikabbli b’mod obbligatorju kif definit fl-Artikolu 2(b)(6) tad-Direttiva 91/68/KEE. |
4. |
Sakemm, il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 3 ikunu ġew osservati u jkunu twettqu t-testijiet ta’ rutina msemmija fil-punt 5 matul it-12-il xahar qabel iċ-ċaqliq tal-annimali, l-annimali jistgħu jiġu mċaqalqa minn ċentru approvat tal-ġbir tas-semen għal ieħor ta’ stat ta’ saħħa ekwivalenti, mingħajr iżolament jew ittestjar jekk it-trasferiment ikun dirett. L-annimal in kwistjoni m’għandux jiġi f’kuntatt dirett jew indirett ma’ annimali bid-difer mifruq ta’ stat ta’ saħħa inferjuri u l-mezz tat-trasport użat għandu jiġi diżinfettat qabel l-użu. Jekk l-annimali jiġi mċaqlaq minn ċentru tal-ġbir tas-semen għal ċentru tal-ġbir tas-semen fi Stat Membru ieħor, dak iċ-ċaqliq għandu jitwettaq skont id-Direttiva 91/68/KEE. |
5. |
L-annimali ovini u kaprini kollha miżmuma f’ċentru approvat tal-ġbir tas-semen għandhom jiġu soġġetti mill-inqas darba kull sena kalendarja għat-testijiet li ġejjin, b’riżultati negattivi: (a) għal bruċellożi (B. melitensis), test seroloġiku mwettaq skont l-Anness C mad-Direttiva 91/68/KEE; (b) għal epidimite kontaġġjuża (B. ovis) test seroloġiku mwettaq skont l-Anness D mad-Direttiva 91/68/KEE, jew kwalunkwe test ieħor b’sensittività u speċifitià ekwivalenti dokumentata; (c) għal marda ta’ Border, it-test tal-antikorpi msemmi fil-punt 1.4(c)(ii) li hu applikat biss għal annimali seronegattivi. |
6. |
It-testijiet kollha msemmija f’din it-Taqsima għandhom jitwettqu minn laboratorju approvat. |
7. |
Jekk kwalunkwe mit-testijiet deskritti fil-punt 5 ikun pożittiv, l-annimal għandu jkun iżolat u s-semen miġbur minnu mid-data tal-aħħar test negattiv m’għandux ikun soġġett għall-kummerċ. L-annimal imsemmi fl-ewwel paragrafu għandu jitneħħa miċ-ċentru, minbarra fil-każ tal-marda Border, f’liema każ l-annimal għandu jkun soġġett għal riżultat negattiv għal test imsemmi fil-punt 1.4(c)(i). Is-semen miġbur mill-annimali l-oħra kollha fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen mid-data ta’ meta jkun inġabar l-aħħar kampjun li ta riżultat negattiv f’wieħed mit-testijiet deskritti fil-punt 5 għandu jinżamm f’ħażna separata u m’għandux ikun soġġett għall-kummerċ sakemm l-istat tas-saħħa taċ-ċentru tal-ġbir tas-semen ma jkunx għadda mill-investigazzjonijiet uffiċjali adattati li jeskludu l-preżenza fis-semen ta’ patoġeni li jikkawżaw il-mard imsemmi fil-punt 5. |
8. |
Is-semen għandu jinkiseb minn annimali li: (a) ma juru l-ebda sinjal kliniku ta’ mard fid-data ta’ meta jkun inġabar is-semen; (b) matul it-12-il xahar qabel id-data tal-ġbir tas-semen: (i) jew ma jkunux ġew imlaqqma kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer; jew (ii) ikunu ġew imlaqqma kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer mill-inqas 30 jum qabel il-ġbir, f’liema każ 5 % (b’minimu ta’ ħames stros) minn kull ġabra tas-semen għandhom jiġu sottomessi għal test tal-iżolament tal-vajrus għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer b’riżultati negattivi; (c) ikunu nżammu f’ċentru approvat għall-ġbir tas-semen għal perjodu kontinwu ta’ mill-inqas 30 jum qabel id-data tal-ġbir tas-semen, fil-każ tal-ġbir ta’ semen frisk; (d) jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 4, 5 u 6 tad-Direttiva 91/68/KEE; (e) jekk jinżammu f’oqsma imsemmija fl-ewwel intestatura tal-Artikolu 11(2), ikunu għaddew b’riżultati negattivi matul l-ewwel 30 jum qabel id-data tal-ġbir tas-semen minn: (i) test serologiku għal bruċellożi (B. melitensis) imwettaq skont l-Anness C mad-Direttiva 91/68/KEE, (ii) test serologiku għal epidimite kontaġġjuża (B. ovis) imwettaq skont l-Anness D mad-Direttiva 91/68/KEE, jew kwalunke test ieħor b’sensittività u speċifiċità ekwivalenti dokumentata, (iii) test għall-vajrus tal-marda Border. (f) ma jkunux intużaw għal tgħammir naturali mill-inqas matul 30 jum qabel id-data tal-ewwel ġabra tas-semen u bejn id-data tal-ewwel kampjun imsemmi fil-punti 1.5 u 1.6 jew fil-punt (e) u sa tmiem il-perjodu tal-ġbir. |
9. |
Is-semen miġbur minn annimali maskili ovini u kaprini donaturi f’ċentru tal-ġbir tas-semen jew stabbiliment imsemmi fl-ewwel intestatura tal-Artikolu 11(2) soġġett għal projbizzjoni fuq ir-raġunijiet tas-saħħa tal-annimali skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 91/68/KEE għandu jinżamm f’ħażna separata u m’għandux ikun soġġett għal kummerċ sakemm l-istat tas-saħħa taċ-ċentru tal-ġbir tas-semen jew l-istabbiliment ma jkunx ġie restawrat mill-veterinarju uffiċjali skont id-Direttiva 91/68/KEE u s-semen maħżun ma jkunx għadda mill-investigazzjonijiet uffiċjali xierqa sabiex jeskludu l-preżenza fis-semen ta’ patoeġni li jikkawżaw il-mard imniżżel fl-Anness B(I) mad-Direttiva 91/68/KEE. |
KAPITOLU III
Rekwiżiti applikabbli għal semen, ova u embrijuni
I. Kundizzjonijiet għall-ġbir, l-ipproċessar, il-preżervazzjoni, il-ħażna u t-trasport ta’ semen
1.1. Fejn, bla ħsara għad-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 26 ), l-antibijotiċi jew taħlita ta’ antibijotiċi jiġu miżjuda ma’ attività batterċidjali li tkun mill-inqas ekwivalenti għal dik ta’ taħlitiet li ġejjin f’kull ml tas-semen: ġentamiċina (250 μg), tilosina (50 μg), linkomiċin-spektinomiċina (150/300 μg); peniċillina (500 IU), streptomiċina (500 μg), linkomiċin-spektinomiċina (150/300 μg); jew amikaċina (75 μg), divekaċina (25 μg), l-ismijiet tal-antibijotiċi miżjuda u l-konċentrazzjoni tagħhom għandhom jiġu ddikjarati fiċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fir-raba’ indentatura tal-Artikolu 11(2).
1.2. L-istrumenti kollha użati għall-ġbir, l-ipproċessar, il-preservazzjoni jew l-iffriżar ta’ semen għandhom jew jiġu diżinfettati jew sterilizzati qabel l-użu, minbarra għal strumenti li jintużaw darba.
1.3. Is-semen iffriżat għandu:
(a) jitqiegħed u jinħażen f’kontenituri tal-ħażna:
(i) li jkunu ġew imnaddfa u diżinfettati jew sterilizzati qabel l-użu, jew li huma kontenituri li jintużaw darba,
(ii) b’aġent krijoġeniku, li ma jkunx intuża qabel għal prodotti oħra li ġejjin mill-annimali;
(b) qabel il-bgħit jew l-użu, jinħażen f’kundizzjonijiet approvati għal perjodu minimu ta’ 30 jum mid-data tal-ġbir.
1.4. Is-semen li għandu jkun soġġett għall-kummerċ għandu:
(a) jiġi trasportat lejn l-Istat Membru tad-destinazzjoni f’kontenituri tat-trasport li jkunu ġew imnaddfa u diżinfettati jew sterilizzati qabel l-użu, jew li huma kontenituri li jintużaw darba, u li jkunu ġew issiġillati u mogħtija numru qabel il-bgħit miċ-ċentru tal-ġbir tas-semen jew ċentri tal-ħażna;
(b) jiġi mmarkat b’mod li n-numru fuq l-istros jew imballaġġ ieħor ikun l-istess bħan-numru fuq iċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fir-raba’ indentatura tal-Artikolu 11(2) u bil-kontenitur li fih jinħażen u jiġi trasportat.
II. Kundizzjonijiet għal ova u embrijuni
1. Il-ġbir u l-ipproċessar ta’ embrijuni derivati in vivo
L-embrijuni derivati in vivo għandhom jiġu konċeputi b’riżultat ta’ inseminazzjoni artifiċjali bis-semen li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u għandhom jinġabru, jiġu proċessati u preżervati skont dan li ġej:
1.1. L-embrijuni għandhom jinġabru u jiġu proċessati minn grupp approvat għall-ġbir tal-embrijuni, mingħajr ma jiġu f’kuntatt ma’ kwalunkwe grupp ieħor ta’ embrijuni li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.
1.2. L-embrijuni għandhom jinġabru f’post, li hu separat minn partijiet oħra tal-post jew qasam fejn l-embrijun jinġabar u li għandu jkun fi stat ta’ tiswija tajjeb u mibni b’materjali li jippermettu t-tindif u d-diżinfettar effettiv u faċli tiegħu.
1.3. L-embrijuni għandhom jiġu proċessati (eżaminati, maħsula, trattati u mqiegħda fi stros, kapsuli jew imballaġġ ieħor identifikati u sterili) jew f’laboratorju li jinsab f’post permanenti jew laboratorju mobbli, li, fir-rigward ta’ speċi suxxettibbli, ikun jinsab f’żona li fiha ma kienx hemm tifqigħa tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer għall-aħħar 30 jum f’radju ta’ 10 kilometri.
1.4. It-tagħmir kollu użat għall-ġbir, il-ġestjoni, il-ħasil, l-iffriżar u l-ħażna ta’ embrijuni għandu jkun jew sterilizzat jew imnaddaf u diżinfettat kif xieraq qabel l-użu skont il-Manwal IETS ( 27 ), jew ikun tagħmir li jintuża darba biss.
1.5. Kull prodott bijoloġiku li ġej mill-annimali użat fil-mezzi u s-soluzzjonijiet għall-ġbir, l-ipproċessar, il-ħasil jew il-ħażna tal-embrijuni għandu jkun ħieles minn mikroorganiżmi patoġeniċi. Il-mezzi u s-soluzzjonijiet użati fil-ġbir, l-iffriżar u l-ħażna tal-embrijuni għandhom ikunu sterilizzati permezz ta’ metodi approvati skont il-Manwal IETS u kkontrollati b’mod li jiżgura li tinżamm l-isterilità. Jistgħu jiġu miżjuda l-antibijotiċi, meta xieraq, għal mezzi ta’ ġbir, proċessar, ħasil u ħażna skont il-Manwal IETS.
1.6. L-aġenti krijoġeniċi użati għall-preżervazzjoni jew il-ħażna tal-embrijuni m’għandhomx ikunu ġew użati qabel għal prodotti oħra li ġejjin mill-annimali.
1.7. Kull stro, kapsula jew imballaġġ ieħor tal-embrijuni għandu jkun identifikat b’mod ċar b’tikketti skont is-sistema standardizzata skont il-Manwal IETS.
1.8. L-embrijuni jridu jinħaslu u jkollhom zona pellucida intatta jew, fil-każ tal-embrijuni ekwini, il-kapsula embrijonika, kemm qabel il-ħasil kif ukoll eżatt wara. Bi qbil mal-Manwal tal-IETS, il-proċedura standard tal-ħasil għandha tinbidel biex tinkludi aktar ħasliet bl-enżima tripsina meta jkun rakkomandat, biex jiġu inattivati jew jitneħħew ċerti patoġeni.
1.9. L-embrijuni minn annimali donaturi differenti m’għandhomx jinħaslu flimkien.
1.10. Iż-zona pellucida ta' kull embrijun, jew il-kapsula embrijonika, fil-każ ta' embrijuni ekwini, għandha tiġi eżaminata fuq l-erja tal-wiċċ kollu tagħha bi tkabbir ta' mhux inqas minn 50× u tiġi ċċertifikata li hi intatta u ħielsa minn materjal li jeħel.
1.11. L-embrijuni minn grupp li jkun għadda b’suċċess l-eżaminazzjoni stabbilita fil-punt 1.10 għandhom jitqiegħdu fi stro, kapsula jew imballaġġ ieħor sterili mmarkat skont il-punt 1.7 li għandu jiġi ssiġillat minnufih.
1.12. Kull embrijun għandu, fejn xieraq, ikun iffriżat mill-aktar fis possibbli u jiġi maħżun f’post li hu taħt il-kontroll tal-veterinarju tal-grupp.
1.13. Kull grupp tal-ġbir tal-embrijuni għandu jissottometti għall-eżaminazzjoni uffiċjali għal kontaminazzjoni batterjali u virali kampjuni ta’ rutina ta’ embrijuni jew ova mhux vijabbli, fluwidi tal-ifflaxxjar jew fluwidi tal-ħasil li jirriżultaw mill-attivitajiet tiegħu skont il-Manwal IETS.
1.14. Kull grupp tal-ġbir tal-embrijuni għandu jżomm rekord tal-attivitajiet tiegħu fir-rigward tal-ġbir tal-embrijuni għal perjodu ta’ sentejn wara li l-embrijuni jkunu s-soġġett ta’ kummerċ jew importazzjoni, inkluż:
(a) ir-razza, l-età u identifikazzjoni individwali tal-annimali donaturi kkonċernati,
(b) il-post tal-ġbir, l-ipproċessar u l-ħażna ta’ embrijuni miġbura mill-grupp,
(c) l-identifikazzjoni tal-embrijuni flimkien mad-dettalji tad-destinatarju tal-vjaġġ marittimu.
2. Il-ġbir u l-ipproċessar ta’ ova, ovarji u tessuti oħra, bl-għan tal-produzzjoni ta’ embrijuni derivati in vitro
Il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti 1.1 sa 1.14 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-ġbir u l-ipproċessar ta’ ova, ovarji u tessuti oħra għall-użu fil-fertilizzazzjoni in vitro u/jew koltura in vitro. Barra minn hekk, għandu japplika dan li ġej:
2.1. L-awtorità kompetenti għandu jkollha għarfien ta’, u awtorità fuq, il-qasam jew oqsma tal-oriġini tal-annimali donaturi.
2.2. Meta jinġabru l-ovarji u tessuti oħra f’biċċerija, jew minn annimali individwali jew minn gruppi ta’ donaturi (“ġabra ta’ grupp”), il-biċċerija għandha tkun uffiċjalment approvata skont ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman ( 28 ) u taħt is-superviżjoni ta’ veterinarju li r-responsabbiltà tiegħu tkun li jiżgura li jitwettqu l-ispezzjonijiet ante-mortem u post-mortem ta’ annimali donaturi potenzjali u li jiċċertifikawhom li huma ħielsa minn sinjali tal-mard kontaġġjuż rilevanti trasmissibbli lill-annimali. Il-biċċerija għandha, fir-rigward tal-ispeċi suxxettibbli, tkun tinsab f’żona li fiha ma kienx hemm tifqigħa tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer għall-aħħar 30 jum f’radju ta’ 10 kilometri.
2.3. Il-gruppi tal-ovarji m’għandhomx jinġiebu fil-laboratorju tal-ipproċessar qabel ma tkun tlestiet l-ispezzjoni post-mortem ta’ annimali donaturi.
2.4. It-tagħmir għat-tneħħija u t-trasport ta’ ovarji u tessuti oħra għandu jitnaddaf u jiġi diżinfettat jew sterilizzat qabel l-użu u użat esklużivament għal dawn l-għanijiet.
3. Proċessar ta’ embrijuni derivati in vitro
Il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti 1.1 sa 1.14 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-ipproċessar ta’ embrijuni derivati in vitro. Barra minn hekk, għandu japplika dan li ġej:
3.1. L-embrijuni derivati in vitro għandhom jiġu konċeputi b’riżultat tal-fertilizzazzjoni in vitro b’semen li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.
3.2. Wara li jitlesta l-perjodu tal-koltura in vitro iżda qabel l-iffriżar, il-ħażna u t-trasport tal-embrijuni, għandhom jinħaslu u jgħaddu mit-trattamenti msemmija fil-punti 1.8, 1.10 u 1.11.
3.3. L-embrijuni minn annimali donaturi differenti, fil-każ ta’ rkupru ta’ annimal individwali, jew mill-ġabriet tal-grupp differenti ma għandhomx jinħaslu flimkien.
3.4. L-embrijuni minn annimali donaturi differenti, fil-każ ta’ rkupru ta’ annimali individwali, jew minn ġabriet ta’ gruppi differenti ma għandhomx jinħażnu fl-istess stro, kapsula jew imballaġġ ieħor.
4. Proċessar ta’ embrijuni mikromanipulati
Qabel kwalunkwe mikromanipulazzjoni li tinkludi l-integrità taż-zona pellucida, l-embrijuni jew l-ova kollha għandhom jinġabru u jiġu proċessati skont il-kundizzjonijiet sanitarji stabbiliti fil-punti 1, 2 u 3. Barra minn hekk, japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
4.1. Meta titwettaq il-mikromanipulazzjoni tal-embrijun li tinvolvi l-penetrazzjoni taż-zona pellucida, dan għandu jsir f’faċilitajiet tal-laboratorju adattati taħt is-superviżjoni ta’ grupp approvat ta’ veterinarji.
4.2. Kull grupp tal-ġbir tal-embrijuni għandu jżomm rekords tal-attivitajiet tiegħu skont il-punt 1.14, inklużi dettalji tat-tekniċi tal-mikromanipulazzjoni li jinvolvu l-penetrazzjoni taż-zona pellucida u li tkun twettqet fuq l-embrijuni. Fil-każ ta’ embrijuni derivati minn fertilizzazzjoni in vitro, l-identifikazzjoni tal-embrijuni tista’ ssir fuq il-bażi ta’ grupp, iżda għandu jkun fiha dettalji dwar id-data u l-post tal-ġbir tal-ovarji u/jew l-ova. Għandu jkun possibbli wkoll li jiġi identifikat l-istabbiliment tal-oriġini tal-annimali donaturi.
5. Ħażna tal-embrijuni
5.1. Kull ġabra tal-embrijuni u gruppi tal-produzzjoni għandhom jiżguraw li l-embrijuni jinħażnu f’temperaturi adattati f’postijiet tal-ħażna msemmija fil-punt 1.8 tat-Taqsima III tal-Kapitolu I.
5.2. L-embrijuni ffriżati għandhom, qabel jintbagħtu, jinħażnu f’kundizzjonijiet approvati għal perjodu minimu ta’ 30 jum mid-data tal-ġbir jew il-produzzjoni tagħhom.
6. Trasport tal-embrijuni
6.1. L-embrijuni li għandhom ikunu soġġetti għall-kummerċ għandhom jiġu trasportati lejn l-Istat Membru destinatarju f’kontenituri li jkunu tnaddfu u ġew diżinfettati jew sterilizzati qabel l-użu, jew kontenituri li jintużaw darba, u li jkunu ġew siġillati u mogħtija numru qabel ma jintbagħtu mill-postijiet tal-ħażna approvati.
6.2. L-istros, il-kapsuli jew imballaġġ ieħor għandhom ikunu mmarkati b’mod li n-numru fuq l-istros, kapsuli jew imballaġġ ieħor ikun l-istess bħan-numru fuq iċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fit-tielet intestatura tal-Artikolu 11(3) u bil-kontenitur li fih ikunu maħżuna u trasportati.
KAPITOLU IV
Rekwiżiti applikabbli għal donaturi femminili
1. |
Id-donaturi femminili għandhom jintużaw biss għall-ġbir tal-embrijuni jew l-ova jekk huma u l-istabbilimenti minn fejn joriġinaw ikunu jissodisfaw, b’mod li jissodisfa l-veterinarju uffiċjali, ir-rekwiżiti tad-Direttivi rilevanti dwar il-kummerċ fl-Unjoni f’annimali ħajjin għat-trobbija u l-produzzjoni għall-ispeċi kkonċernati. |
2. |
Flimkien mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 64/432/KEE, id-donaturi femminili ta’ speċi porċini għandhom, minbarra f’embrijuni derivati in vivo soġġetti għal trattament ta’ tripsin, jikkonformaw mar-rekwiżiti għall-marda ta’ Aujeszky stabbiliti skont l-Artikolu 9 jew 10 ta’ dik id-Direttiva. |
3. |
Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/68/KEE għandhom japplikaw għal donaturi femminili ta’ speċi ovini u kaprini. |
4. |
Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 90/426/KEE, id-dwieb donaturi: 4.1. ma għandhomx jintużaw għal tgħammir naturali għal mill-inqas 30 jum qabel id-data tal-ġbir tal-ova jew tal-embrijuni, u bejn id-data tal-ewwel teħid ta' eżemplari msemmi fil-punti 4.2 u 4.3 u d-data tal-ġbir tal-ova u l-embrijuni; 4.2. għandu jsir test fuqhom li jagħti riżultat negattiv, tal-immuno-diffużjoni agar-gel (it-test Coggins) jew test ELISA għall-anemija ekwina li tittieħed, fuq kampjun ta' demm li jittieħed mhux inqas minn 14-il jum wara d-data tal-bidu tal-perjodu ta' mill-inqas 30 jum imsemmi fil-punt 4.1 u mhux aktar minn 90 jum qabel il-ġbir tal-ova jew tal-embrijuni għall-kummerċ; 4.3. għandu jsir test fuqhom ta' identifikazzjoni tal-aġent għall-metrite ekwina li tittieħed, li jkun ta riżultat negattiv f'kull każ, f'laboratorju msemmi fil-punt 1.5 tal-Kapitolu (II)(I) imwettaq fuq mill-inqas żewġ eżemplari (tampuni) meħudin mid-debba donatur f'ebda każ qabel sebat ijiem (għat-trattament sistemiku) jew 21 jum (għat-trattament lokali) wara trattament possibbli antimikrobjali tad-debba donatur, meħudin mill-inqas mill-partijiet tal-ġisem li jidhru hawn taħt: — l-uċuħ mukożali tal-fossa klitorali; — is-sinusijiet klitorali. L-eżemplari għandhom jittieħdu fil-perjodu msemmi fil-punt 4.1 f'darbtejn, b'intervall ta' mhux inqas minn sebat ijiem fil-każ tat-test imsemmi fil-punt (i), jew f'darba fil-każ tat-test imsemmi fil-punt (ii). L-eżemplari għandhom jitqiegħdu f'midjum ta' trasportazzjoni bil-karbonju attivat, bħalma hu l-midjum Amies, qabel ma jintbagħat lil-laboratorju. Irid isir mill-inqas wieħed minn dawn it-testijiet li ġejjin fuq l-eżemplari: (i) kultura ta' mill-inqas sebat ijiem f'kundizzjonijiet mikroerofiliċi għall-iżolament ta' Taylorella equigenitalis, li trid tinbeda fl-ewwel 24 siegħa wara li jittieħdu l-eżemplari mill-annimal donatur, jew 48 siegħa meta l-eżemplari jinżammu fil-kesħa waqt it-trasport. jew (ii) reazzjoni katina tal-polimerażi (PCR) jew PCR fil-ħin reali għas-sejbien tal-ġenoma ta' Taylorella equigenitalis, imwettqa qabel l-iskadenza ta' 48 siegħa wara li jittieħdu l-eżemplari mill-annimal donatur. |
ANNESS E
Il-Parti 1 – Ċertifikat tas-saħħa għall-kummerċ fl-annimali minn azjendi (ungulati, tjur vaċċinati kontra l-influwenza tat-tjur, lagomorfi, klieb, qtates u inmsa) 92/65 EI
Il-Parti 2 – Ċertifikat tas-Saħħa għall-kummerċ fin-naħal u n-naħal bagħli
92/65 EII
Il-Parti 3 — Ċertifikat tas-Saħħa għall-kummerċ tal-annimali, semen, embrijuni u ova minn entitajiet, istituti jew ċentri approvati 92/65 EIII
ANNESS F
Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 rigward il-problemi tas-saħħa ta' annimali li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunità fl-annimali bovini u l-majjali
Id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1988 li tesiġi l-ħtiġiet tas-saħħa ta' annimali applikabbli għal kummerċ intra-Komunità fil u l-importazzjoni ta' semen ffriżata ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċje bovini
Id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta' Settembru 1989 dwar kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunità fi u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' embrijuni ta' l-annimali domestiċi ta' l-ispeċje tal-bovini
Id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' l-ekwidi
Id-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 li tistabbilixxi l-ħtiġiet tas-saħħa ta' l-annimali applikabbli għal kummerċ intra-Komunità fil u l-importazzjoni ta' semen ffriżata ta' l-annimali domestiċi ta' l-ispeċje porċini
Id-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE tal-15 ta' Ottubru 1990 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunità fi u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' tjur u bajt tat-tfaqqis
Id-Direttiva tal-Kunsill 91/67/EEC tat-28 ta' Jannar 1991 li tikkonċerna l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw it-tqegħid fuq is-suq ta' l-annimali u l-prodotti ta' l-akwakoltura
Id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta' Jannar 1991 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunità fl-annimali ovini u kaprini
Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/68/KE tas0 26 ta' April 2004 li tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa ta' l-annimali għall-importazzjoni lejn u t-transitu matul il-Komunità għal ċerti annimali ungulati ħajjin, u temenda d-Direttivi 90/426/KEE u 92/65/LEE u tħassar id-Direttiva 72/462/KEE.
( 1 ) ĠU C 327, 30.12.1990, p. 57; u ĠU C 84, 2.4.1990, p. 102.
( 2 ) ĠU C 38, 19.12.1990, p. 134; u ĠU C 149, 18.2.1990, p. 263.
( 3 ) ĠU C 62, 12.3.1990, p. 47; u ĠU C 182, 23.7.1990, p. 25.
( 4 ) ĠU L 384, 31.12.1982, p. 1. Kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 197/90 (ĠU L 29, 31.1.1990, p. 1).
( 5 ) ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64. Kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/499/KEE (ĠU L 268, 24.9.1991, p. 107).
( 6 ) ĠU L 315, 26.11.1985, p. 11. Emendat bid-Direttiva 90/423/KEE (ĠU L 224, 18.8.1990, p. 13.).
( 7 ) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Kif l-aħħar emendat bid-Direttiva 91/496/KEE (ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56).
( 8 ) ĠU L 373, 31.12.1990, p. 1. Emendat b'Direttiva 91/496/KEE (ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56).
( 9 ) Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar kondizzjonijiet ta' saħħa ta' l-annimali li tirregola l-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' equidae (ĠU L 224, 18.8.1990, p. 42). Emendata b'Direttiva 91/496/KEE (ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56).
( 10 ) Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE tal-15 t'Ottubru 1990 dwar kondizzjonijiet ta' saħħa ta' l-annimali li tirregola n-negozju intra-Komunitàja fi, u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' tjur u bajd tat-tfaqqis (ĠU L 303, 31.10.1990, p. 6). L-aħħar emendata b'Direttiva 91/496/KEE (ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56).
( 11 ) Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE tat-28 ta' Jannar 1991 dwar kondizzjonijiet ta' saħħa ta' l-annimali li tirregola t-tqegħid fis-suq ta' annimali u prodotti ta' l-akwa kultura (ĠU L 46, 19.2.1991, p. 1).
( 12 ) Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta' Jannar 1991 dwar kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw negozju intra-Komunità f'annimali ovini u kaprini (ĠU L 46, 19.2.1991, p. 1).
( 13 ) Direttiva tal-Kunsill 91/492/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tesiġi l-kondizzjonijiet dwar is-saħħa għall-produzzjoni u tqegħid fis-suq ta' molluskoli bivavlvi ħajjin (ĠU L 268, 24.9.1991, p. 1).
( 14 ) Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta' Lulju 1991 li tesiġi l-kondizzjonijiet dwar is-saħħa għall-produzzjoni u tqegħid fis-suq ta' prodotti mill-ħut (ĠU L 268, 24.9.1991, p. 15).
( 15 ) Direttiva tal-Kunsill 80/217/KEE tat-22 ta’ Jannar 1980 li tintroduċi miżuri tal-Komunità għal kontrol tal-marda klassika tal-qżieqeż (ĠU L 47, 21.2.1980, p. 11). L-aħħar emendata b’Direttiva 87/486/KEE (ĠU L 280, 3.10.1987, p. 21).
( 16 ) ĠU L 303, 31.10.1990, p. 6.
( 17 ) ĠU L 178, 28.6.2013, p. 1.
( 18 ) ĠU L 3, 5.1.2005, p. 1.;
( 19 ) Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tipprovdi l-prinċpji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ verifiki veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.)
( 20 ) Direttiva tal-Kunsill 91/628/KEE tad-19 ta’ Novembru 1991 dwar il-protezzjoni ta’ annimali matul it-trasport u temenda Direttivi 90/425/KEE u 91/496/KEE (ĠU L 340, 11.12.1991, p. 17.)
( 21 ) ĠU L 255, 18.10.1968, p. 23.
( 22 ) ĠU L 31, tal-01.02.2002, p. 1.
( 23 ) ĠU L 184, tas-17.07.1999, p. 23.
( 24 ) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 62.
( 25 ) Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1).
( 26 ) ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1.
( 27 ) Manwal tas-Soċjetà Internazzjonali tat-Trasferiment tal-Embrijuni – Gwida proċedurali u informazzjoni ġenerali għall-użu ta’ teknoloġija tat-trasferiment tal-embrijuni li tenfasizza l-proċeduri sanitarji, pubblikata mis-Soċjetà Internazzjonali tat-Trasferiment tal-Embrijuni 1111 North Dunlap Avenue, Savoy, Illinois 61874 USA (http://www.iets.org/).
( 28 ) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.