Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R2155R(02)

Rettifika għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/2155 tal-14 ta’ Ottubru 2020 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi skema komuni fakultattiva tal-Unjoni Ewropea għall-klassifikazzjoni tal-potenzjal ta’ intelliġenza tal-bini (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 431 tal-21 ta’ Diċembru 2020)

C/2021/3326

GU L 178 del 20.5.2021, pp. 7–12 (MT)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/2155/corrigendum/2021-05-20/oj

20.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 178/7


Rettifika għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/2155 tal-14 ta’ Ottubru 2020 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi skema komuni fakultattiva tal-Unjoni Ewropea għall-klassifikazzjoni tal-potenzjal ta’ intelliġenza tal-bini

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 431 tal-21 ta’ Diċembru 2020 )

F’paġna 9, il-premessa 3,

minflok:

“Biex ikunu żgurati l-aċċettabbiltà, l-użabbiltà u l-konsistenza tal-iskema tal-indikaturi tal-potenzjal ta’ intelliġenza, il-Kummissjoni żviluppat metodoloġija, b’kollaborazzjoni ma’ firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati u id f’id mal-Istati Membri, għall-klassifikazzjoni tal-potenzjal ta’ intelliġenza tal-bini skont l-Artikolu 8(10) tad-Direttiva 2010/31/UE u l-Anness IA tagħha.”,

aqra:

“Biex ikunu żgurati l-aċċettabbiltà, l-użabbiltà u l-konsistenza tal-iskema tal-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza, il-Kummissjoni żviluppat metodoloġija, b’kollaborazzjoni ma’ firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati u id f’id mal-Istati Membri, għall-klassifikazzjoni tal-potenzjal ta’ intelliġenza tal-bini f’konformità mal-Artikolu 8(10) tad-Direttiva 2010/31/UE u l-Anness IA tagħha.”;

F’paġna 9, il-premessa 5,

minflok:

“Jenħtieġ jiġu stabbiliti mekkaniżmi adegwati tal-kontroll b’rabta mal-implimentazzjoni tal-iskema tal-indikaturi tal-potenzjal ta’ intelliġenza.”,

aqra:

“Jenħtieġ jiġu stabbiliti mekkaniżmi adegwati tal-kontroll b’rabta mal-implimentazzjoni tal-iskema tal-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza.”;

F’paġna 9, il-premessa 7,

minflok:

“Biex tkun evitata d-duplikazzjoni tal-isforzi u tal-ispejjeż bejn l-iskema tal-indikaturi tal-potenzjal ta’ intelliġenza u l-iskemi obbligatorji eżistenti, il-metodoloġija għall-klassifikazzjoni tal-potenzjal ta’ intelliġenza tal-bini jenħtieġ tippermetti lill-Istati Membri, jekk ikunu jixtiequ, li jorbtu jew jintegraw l-iskema tal-indikaturi tal-potenzjal ta’ intelliġenza ma’ skemi nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u ma’ skemi oħra stabbiliti skont id-Direttiva 2010/31/UE.”,

aqra:

“Biex tkun evitata d-duplikazzjoni tal-isforzi u tal-kostijiet bejn l-iskema tal-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza u l-iskemi obbligatorji eżistenti, il-metodoloġija għall-klassifikazzjoni tal-potenzjal ta’ intelliġenza tal-bini jenħtieġ tippermetti lill-Istati Membri, jekk ikunu jixtiequ, li jorbtu jew jintegraw l-iskema tal-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza ma’ skemi nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u ma’ skemi oħra stabbiliti skont id-Direttiva 2010/31/UE.”;

F’paġna 10, il-premessa 14,

minflok:

“Jenħtieġ li l-valutazzjoni tal-potenzjal ta’ intelliġenza tal-bini u tal-unitajiet tal-bini bħala parti mill-iskema tal-indikaturi tal-potenzjal ta’ intelliġenza għall-fini ta’ ħruġ ta’ ċertifikat tal-indikaturi tal-potenzjal ta’ intelliġenza, issir minn esperti kwalifikati jew akkreditati.”,

aqra:

“Jenħtieġ li l-valutazzjoni tal-potenzjal ta’ intelliġenza tal-bini u tal-unitajiet tal-bini bħala parti mill-iskema tal-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza għall-fini ta’ ħruġ ta’ ċertifikat tal-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza, issir minn esperti kwalifikati jew akkreditati.”;

F’paġna 11, l-Artikolu 2(2),

minflok:

“ ‘skema tal-indikaturi tal-potenzjal ta’ intelliġenza’ tfisser sistema taċ-ċertifikazzjoni tal-potenzjal ta’ intelliġenza tal-bini;”,

aqra:

“ ‘skema tal-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza’ tfisser sistema taċ-ċertifikazzjoni tal-potenzjal ta’ intelliġenza tal-bini;”;

F’paġna 11, l-Artikolu 2(7),

minflok:

“ ‘funzjonalità ewlenija tal-potenzjal ta’ intelliġenza’ tfisser waħda mit-tliet funzjonalitajiet imsemmija fil-punt 2 tal-Anness IA tad-Direttiva 2010/31/UE;”,

aqra:

“ ‘funzjonalità ewlenija tal-potenzjal ta’ intelliġenza’ tfisser waħda mit-tliet funzjonalitajiet ewlenin imsemmija fil-punt 2 tal-Anness IA tad-Direttiva 2010/31/UE;”;

F’paġna 11, l-Artikolu 2(8),

minflok:

“ ‘kriterju tal-impatt’ tfisser impatt ewlieni li s-servizzi intelliġenti lesti huma mfassla biex jiksbu, kif stabbilit f’dan ir-Regolament;”,

aqra:

“ ‘kriterju tal-impatt’ tfisser impatt ewlieni li s-servizzi b’potenzjal ta’ intelliġenza huma mfassla biex jiksbu, kif stabbilit f’dan ir-Regolament;”;

F’paġna 11, l-Artikolu 2(9),

minflok:

“ ‘dominju tekniku’ tfisser ġabra ta’ servizzi intelliġenti lesti li, flimkien, iwettqu parti integrata u konsistenti tas-servizzi mistennija mill-binja jew mill-unità tal-bini, bħal pereżempju t-tisħin;”,

aqra:

“ ‘dominju tekniku’ tfisser ġabra ta’ servizzi b’potenzjal ta’ intelliġenza li, flimkien, iwettqu parti integrata u konsistenti tas-servizzi mistennija mill-binja jew mill-unità tal-bini, bħal pereżempju t-tisħin;”;

F’paġna 11, l-Artikolu 2(13),

minflok:

“ ‘teknoloġija intelliġenti lesta’ tfisser faċilitatur teknoloġiku, bħal awtomatizzazzjoni tal-bini, għal servizz intelliġenti lest wieħed jew aktar;”,

aqra:

“ ‘teknoloġija b’potenzjal ta’ intelliġenza’ tfisser faċilitatur teknoloġiku, bħal awtomatizzazzjoni tal-bini, għal servizz b’potenzjal ta’ intelliġenza wieħed jew aktar;”;

F’paġna 11, l-Artikolu 2(14),

minflok:

“ ‘servizz intelliġenti lest’ tfisser funzjoni jew aggregazzjoni ta’ funzjonijiet provduti minn komponent jew sistema teknika waħda jew aktar. Servizz intelliġenti lest juża teknoloġiji intelliġenti lesti u jorbothom f’funzjonijiet ta’ livell ogħla;”,

aqra:

“ ‘servizz b’potenzjal ta’ intelliġenza’ tfisser funzjoni jew aggregazzjoni ta’ funzjonijiet provduti minn komponent jew sistema teknika waħda jew aktar. Servizz b’potenzjal ta’ intelliġenza juża teknoloġiji b’potenzjal ta’ intelliġenza u jorbothom f’funzjonijiet ta’ livell ogħla;”;

F’paġna 11, l-Artikolu 2(16),

minflok:

“ ‘livell tal-funzjonalità’ tfisser il-livell ta’ potenzjal ta’ intelliġenza ta’ servizz intelliġenti lest;”,

aqra:

“ ‘livell tal-funzjonalità’ tfisser il-livell ta’ potenzjal ta’ intelliġenza ta’ servizz b’potenzjal ta’ intelliġenza;”;

F’paġna 12, l-Artikolu 4(1),

minflok:

“Il-metodoloġija għall-kalkolu tal-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza għandha tkun ibbażata fuq il-valutazzjoni tas-servizzi intelliġenti lesti li huma preżenti jew ippjanati fl-istadju tad-disinn f’binja jew f’unità tal-bini, u tas-servizzi intelliġenti lesti li jitqiesu rilevanti għal dik il-binja jew l-unità tal-bini.”,

aqra:

“Il-metodoloġija għall-kalkolu tal-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza għandha tkun ibbażata fuq il-valutazzjoni tas-servizzi b’potenzjal ta’ intelliġenza li huma preżenti jew ippjanati fl-istadju tad-disinn f’binja jew f’unità tal-bini, u tas-servizzi b’potenzjal ta’ intelliġenza li jitqiesu rilevanti għal dik il-binja jew l-unità tal-bini.”;

F’paġna 12, l-Artikolu 6(1),

minflok:

“L-iskema tal-indikaturi tal-potenzjal ta’ intelliġenza għandha tkun skema komuni fakultattiva tal-Unjoni.”,

aqra:

“L-iskema tal-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza għandha tkun skema komuni fakultattiva tal-Unjoni.”;

F’paġna 12, l-Artikolu 6(3),

minflok:

“L-Istati Membri li jimplimentaw l-iskema tal-indikaturi tal-potenzjal ta’ intelliġenza jistgħu jagħżlu li japplikawha fuq bażi volontarja jew obbligatorja għall-bini jew għall-unitajiet tal-bini li jinsabu fit-territorju tagħhom.”,

aqra:

“L-Istati Membri li jimplimentaw l-iskema tal-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza jistgħu jagħżlu li japplikawha fuq bażi volontarja jew obbligatorja għall-bini jew għall-unitajiet tal-bini li jinsabu fit-territorju tagħhom.”;

F’paġna 12, l-Artikolu 6(4),

minflok:

“L-Istati Membri li jiddeċiedu li jimplimentaw l-iskema tal-indikaturi tal-potenzjal ta’ intelliġenza fit-territorju nazzjonali tagħhom, jew f’partijiet minnu, għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni qabel ma jimplimentaw l-iskema.”,

aqra:

“L-Istati Membri li jiddeċiedu li jimplimentaw l-iskema tal-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza fit-territorju nazzjonali tagħhom, jew f’partijiet minnu, għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni qabel ma jimplimentaw l-iskema.”;

F’paġna 13, l-Artikolu 8(2),

minflok:

“L-Istati Membri li jiddeċiedu li jimplimentaw l-iskema tal-indikaturi tal-potenzjal ta’ intelliġenza għandhom jistabbilixxu rekwiżiti dwar il-kwalifika jew l-akkreditazzjoni tal-esperti tal-indikaturi tal-potenzjal ta’ intelliġenza u jiżguraw li dawk ir-rekwiżiti jinkludu kriterji ta’ kompetenza, inkluż fil-qasam tal-ICT.”,

aqra:

“L-Istati Membri li jiddeċiedu li jimplimentaw l-iskema tal-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza għandhom jistabbilixxu rekwiżiti dwar il-kwalifika jew l-akkreditazzjoni tal-esperti tal-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza u jiżguraw li dawk ir-rekwiżiti jinkludu kriterji ta’ kompetenza, inkluż fil-qasam tal-ICT.”;

F’paġna 13, l-Artikolu 9,

minflok:

Sistema tal-kontroll tal-iskema tal-indikaturi tal-potenzjal ta’ intelliġenza

1.   L-Istati Membri li jiddeċiedu li jimplimentaw l-iskema tal-indikaturi tal-potenzjal ta’ intelliġenza għandhom jistabbilixxu sistema tal-kontroll indipendenti għaċ-ċertifikati tal-indikaturi tal-potenzjal ta’ intelliġenza. Meta rilevanti, dawk l-Istati Membri jistgħu jiddependu fuq sistemi tal-kontroll indipendenti li huma diġà fis-seħħ, bħal dawk għall-iskemi taċ-ċertifikazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.

2.   Is-sistema tal-kontroll indipendenti għandha tiżgura l-validità taċ-ċertifikati tal-indikaturi tal-potenzjal ta’ intelliġenza maħruġa fit-territorju tal-Istat Membru.”,

aqra:

Sistema tal-kontroll tal-iskema tal-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza

1.   L-Istati Membri li jiddeċiedu li jimplimentaw l-iskema tal-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza għandhom jistabbilixxu sistema tal-kontroll indipendenti għaċ-ċertifikati tal-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza. Fejn rilevanti, dawk l-Istati Membri jistgħu jiddependu fuq sistemi tal-kontroll indipendenti li huma diġà fis-seħħ, bħal dawk għall-iskemi taċ-ċertifikazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.

2.   Is-sistema tal-kontroll indipendenti għandha tiżgura l-validità taċ-ċertifikati tal-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza maħruġa fit-territorju tal-Istat Membru.”;

F’paġna 14, fl-Anness I, il-punt 2,

minflok:

“Il-potenzjal ta’ intelliġenza ta’ binja jew unità tal-bini hu ddeterminat abbażi tal-valutazzjoni tas-servizzi intelliġenti lesti li huma preżenti jew ippjanati fil-binja jew fl-unità tal-bini jew tal-bini, jew li huma rilevanti għaliha, u l-livell tal-funzjonalità tagħhom.”,

aqra:

“Il-potenzjal ta’ intelliġenza ta’ binja jew ta’ unità tal-bini hu ddeterminat abbażi tal-valutazzjoni tas-servizzi b’potenzjal ta’ intelliġenza li huma preżenti jew ippjanati fil-binja jew fl-unità tal-bini jew tal-bini, jew li huma rilevanti għaliha, u l-livell tal-funzjonalità tagħhom.”;

F’paġna 14, fl-Anness I, il-punt 6,

minflok:

“Il-kalkolu tal-punteġġi għall-potenzjal ta’ intelliġenza ta’ binja jew ta’ unità tal-bini jiddependi fuq il-valutazzjoni tas-servizzi intelliġenti lesti li huma preżenti jew ippjanati fl-istadju tad-disinn, u fuq il-livell tal-funzjonalità tagħhom. Il-valutazzjoni għandha l-għan li tiddetermina b’affidabbiltà biżżejjed liema servizzi huma preżenti jew ippjanati, u jekk iva, il-livell tal-funzjonalità għal kull wieħed minn dawk is-servizzi. Għal dan il-għan, meta jkunu disponibbli, jistgħu jintużaw mudelli diġitali tal-bini, inkluż mudelli ta’ informazzjoni dwar il-bini jew tewmin diġitali. Is-servizzi intelliġenti lesti li jistgħu jkunu preżenti f’binja huma elenkati f’katalgu predefinit ta’ servizzi intelliġenti lesti kif stabbilit fl-Anness VI u huma organizzati f’dominji tekniċi predefiniti kif stabbilit fl-Anness IV.”,

aqra:

“Il-kalkolu tal-punteġġi għall-potenzjal ta’ intelliġenza ta’ binja jew ta’ unità tal-bini jiddependi fuq il-valutazzjoni tas-servizzi b’potenzjal ta’ intelliġenza li huma preżenti jew ippjanati fl-istadju tad-disinn, u fuq il-livell tal-funzjonalità tagħhom. Il-valutazzjoni għandha l-għan li tiddetermina b’biżżejjed affidabbiltà liema servizzi huma preżenti jew ippjanati, u fil-każ, il-livell tal-funzjonalità għal kull wieħed minn dawk is-servizzi. Għal dan il-għan, meta jkunu disponibbli, jistgħu jintużaw mudelli diġitali tal-bini, inkluż mudelli ta’ informazzjoni dwar il-bini jew tewmin diġitali. Is-servizzi b’potenzjal ta’ intelliġenza li jistgħu jkunu preżenti f’binja huma elenkati f’katalgu predefinit ta’ servizzi b’potenzjal ta’ intelliġenza kif stabbilit fl-Anness VI u huma organizzati f’dominji tekniċi predefiniti kif stabbilit fl-Anness IV.”;

F’paġna 14, fl-Anness I, fil-punt 7, il-punt (a) u l-punt (b), il-frażi introduttorja,

minflok:

“(a)

f’konformità mal-katalgu tas-servizzi intelliġenti lesti kif stabbilit fl-Anness VI ta’ dan ir-Regolament, għal kull dominju tekniku kif stabbilit fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament, jiġu vvalutati s-servizzi intelliġenti lesti li huma preżenti u, għal kull wieħed minnhom, il-livell tal-funzjonalità jiġi ddeterminat skont il-katalgu tas-servizzi intelliġenti lesti.

(b)

f’konformità mal-katalgu tas-servizzi intelliġenti lesti, u għal kull kriterju ta’ impatt tal-potenzjal ta’ intelliġenza kif stabbilit fl-Anness II, il-punteġġ I(d,ic) ta’ kull dominju tekniku hu ddeterminat kif ġej:”,

aqra:

“(a)

f’konformità mal-katalgu tas-servizzi b’potenzjal ta’ intelliġenza kif stabbilit fl-Anness VI ta’ dan ir-Regolament, għal kull dominju tekniku kif stabbilit fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament, jiġu vvalutati s-servizzi b’potenzjal ta’ intelliġenza li huma preżenti u, għal kull wieħed minnhom, il-livell tal-funzjonalità jiġi ddeterminat skont il-katalgu tas-servizzi b’potenzjal ta’ intelliġenza;

(b)

f’konformità mal-katalgu tas-servizzi b’potenzjal ta’ intelliġenza, u għal kull kriterju ta’ impatt tal-potenzjal ta’ intelliġenza kif stabbilit fl-Anness II, il-punteġġ I(d,ic) ta’ kull dominju tekniku hu ddeterminat kif ġej:”;

F’paġna 15, fl-Anness I, fil-punt 7, il-frażi introduttorja u l-punt (c), is-subpunt (1),

minflok:

“(c)

f’konformità mal-katalgu tas-servizzi intelliġenti lesti, il-punteġġ massimu ta’ kull dominju tekniku għal kull kriterju ta’ impatt Imax(d,ic) jiġi ddeterminat kif ġej:

Image 1

fejn:

(1)

FLmax(Si,d) hu l-ogħla livell tal-funzjonalità li s-servizz Si,d jista’ jkollu skont il-katalgu tas-servizzi intelliġenti lesti”,

aqra:

“(c)

f’konformità mal-katalgu tas-servizzi b’potenzjal ta’ intelliġenza, il-punteġġ massimu ta’ kull dominju tekniku għal kull kriterju ta’ impatt Imax(d,ic) jiġi ddeterminat kif ġej:

Image 2

fejn:

(1)

FLmax(Si,d) hu l-ogħla livell tal-funzjonalità li s-servizz Si,d jista’ jkollu skont il-katalgu tas-servizzi b’potenzjal ta’ intelliġenza,”;

F’paġna 21, fl-Anness VI, it-titolu u l-punti 1, 2 u 3,

minflok:

Katalgu tas-servizzi intelliġenti lesti

1.

Għall-fini tal-kalkolu tal-punteġġi għall-potenzjal ta’ intelliġenza skont il-metodoloġija stabbilita fl-Anness I, l-Istati Membri jagħmlu disponibbli mill-inqas katalogu wieħed tas-servizzi intelliġenti lesti li jrid jintuża mill-esperti bħala l-bażi għall-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tas-servizzi intelliġenti lesti.

2.

Katalgu tas-servizzi intelliġenti lesti jinkludi l-lista tas-servizzi intelliġenti lesti li jridu jitqiesu għall-kalkolu tal-punteġġ għall-potenzjal ta’ intelliġenza, il-livelli tal-funzjonalità relatati, u l-punteġġi individwali korrispondenti għall-kriterji ta’ impatt.

3.

Id-definizzjoni u kull aġġornament sussegwenti tal-katalgi tas-servizzi intelliġenti lesti jirriflettu l-aktar teknoloġiji intelliġenti lesti avvanzati bħalissa.”,

aqra:

Katalgu tas-servizzi b’potenzjal ta’ intelliġenza

1.

Għall-fini tal-kalkolu tal-punteġġi għall-potenzjal ta’ intelliġenza f’konformità mal-metodoloġija stabbilita fl-Anness I, l-Istati Membri jagħmlu disponibbli mill-inqas katalogu wieħed tas-servizzi b’potenzjal ta’ intelliġenza li jrid jintuża mill-esperti bħala l-bażi għall-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tas-servizzi b’potenzjal ta’ intelliġenza.

2.

Katalgu tas-servizzi b’potenzjal ta’ intelliġenza jinkludi l-lista tas-servizzi b’potenzjal ta’ intelliġenza li jridu jitqiesu għall-kalkolu tal-punteġġ għall-potenzjal ta’ intelliġenza, il-livelli tal-funzjonalità relatati, u l-punteġġi individwali korrispondenti għall-kriterji tal-impatt.

3.

Id-definizzjoni u kull aġġornament sussegwenti tal-katalgi tas-servizzi b’potenzjal ta’ intelliġenza jirriflettu teknoloġiji b’potenzjal ta’ intelliġenza l-aktar avvanzati bħalissa.”;

F’paġna 21, fl-Anness VI, il-punt 5,

minflok:

“L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu disponibbli diversi katalgi tas-servizzi intelliġenti lesti, pereżempju għal tipi differenti ta’ bini.”,

aqra:

“L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu disponibbli diversi katalgi tas-servizzi b’potenzjal ta’ intelliġenza, pereżempju għal tipi differenti ta’ bini.”;

F’paġna 22, fl-Anness VII, il-punt 1,

minflok:

“Biex ikun evitat penalizzar inġust ta’ binja jew ta’ unità tal-bini, xi servizzi intelliġenti lesti jistgħu jitħallew barra mill-kalkolu tal-punteġġi għall-potenzjal ta’ intelliġenza, f’każ li dawk is-servizzi ma jkunux rilevanti għal dik il-binja jew l-unità tal-bini.”,

aqra:

“Biex ikun evitat penalizzar inġust ta’ binja jew ta’ unità tal-bini, xi servizzi b’potenzjal ta’ intelliġenza jistgħu jitħallew barra mill-kalkolu tal-punteġġi għall-potenzjal ta’ intelliġenza, f’każ li dawk is-servizzi ma jkunux rilevanti għal dik il-binja jew l-unità tal-bini.”;

F’paġna 24, fl-Anness IX, il-punt (c),

minflok:

“test ta’ informazzjoni li jiċċara l-ambitu tal-indikatur tal-istat ta’ tħejjija intelliġenti, b’mod partikolari fir-rigward taċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija,”,

aqra:

“test ta’ informazzjoni li jiċċara l-ambitu tal-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza, b’mod partikolari fir-rigward taċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija,”.


Top