Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D0809R(01)

Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/809 tal-11 ta' Mejju 2017 b'appoġġ għall-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1540 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-nonproliferazzjoni tal-armi ta' qerda massiva u l-mezzi ta' twassil tagħhom (ĠU L 121, 12.5.2017)

HL L 148., 2017.6.10, p. 48–48 (MT)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/809/corrigendum/2017-06-10/oj

10.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/48


Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/809 tal-11 ta' Mejju 2017 b'appoġġ għall-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1540 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-nonproliferazzjoni tal-armi ta' qerda massiva u l-mezzi ta' twassil tagħhom

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 121 tat-12 ta' Mejju 2017 )

1.

Fil-paġna 39, il-premessi (4) u (5):

minflok:

“(4)

Fis-27 ta' April 2006, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU adotta r-Riżoluzzjoni 1673 (2006) u ddeċieda li l- Kumitat 1540 kellu jintensifika l-isforzi tiegħu sabiex jippromwovi l-implimentazzjoni sħiħa tal-UNSCR 1540 (2004) permezz ta' programmi ta' ħidma, attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni tal-pubbliku, assistenza, djalogu u kooperazzjoni. Huwa stieden ukoll lill-Kumitat 1540 biex jesplora mal-Istati u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, reġjonali u subreġjonali l-possibbiltà ta' kondiviżjoni tal-esperjenzi u l-lezzjonijiet meħuda, u d- disponibbiltà ta' programmi li jistgħu jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-UNSCR 1540 (2004).

(5)

Fl-20 ta' April 2011, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU adotta r-Riżoluzzjoni 1977 (2011) u ddeċieda li jestendi l- mandat tal-Kumitat 1540 għal perijodu ta' 10 snin sal-25 ta' April 2021. Huwa ddeċieda wkoll li l-Kumitat 1540 kellu jintensifika l-isforzi tiegħu biex jippromwovi l-implimentazzjoni sħiħa mill-Istati kollha tal-UNSCR 1540 (2004), jimpenja ruħu attivament biex l-offerti ta' assistenza jikkorrispondu għad-domandi għaliha, permezz ta' mezzi bħal żjajjar, fuq stedina tal-Istat ikkonċernat, mudelli ta' assistenza, pjanijiet ta' azzjoni jew informazzjoni oħra ppreżentata lill-Kumitat 1540 u jwettaq rieżami komprensiv dwar l-istat tal-implimentazzjoni tal-UNSCR 1540 (2004) qabel Diċembru 2016.”,

aqra:

“(4)

Fis-27 ta' April 2006, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU adotta r-Riżoluzzjoni 1673 (2006) u ddeċieda li l- Kumitat 1540 kellu jintensifika l-isforzi tiegħu sabiex jippromwovi l-implimentazzjoni sħiħa tal-UNSCR 1540 (2004) permezz ta' programmi ta' ħidma, attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni, assistenza, djalogu u kooperazzjoni. Huwa stieden ukoll lill-Kumitat 1540 biex jesplora mal-Istati u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, reġjonali u subreġjonali l-possibbiltà ta' kondiviżjoni tal-esperjenzi u l-lezzjonijiet meħuda, u d- disponibbiltà ta' programmi li jistgħu jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-UNSCR 1540 (2004).

(5)

Fl-20 ta' April 2011, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU adotta r-Riżoluzzjoni 1977 (2011) u ddeċieda li jestendi l- mandat tal-Kumitat 1540 għal perijodu ta' 10 snin sal-25 ta' April 2021. Huwa ddeċieda wkoll li l-Kumitat 1540 kellu jkompli jintensifika l-isforzi tiegħu biex jippromwovi l-implimentazzjoni sħiħa mill-Istati kollha tal-UNSCR 1540 (2004), jimpenja ruħu attivament biex l-offerti ta' assistenza jikkorrispondu għad-domandi għaliha, permezz ta' mezzi bħal żjajjar, fuq stedina tal-Istat ikkonċernat, mudelli ta' assistenza, pjanijiet ta' azzjoni jew informazzjoni oħra ppreżentata lill-Kumitat 1540 u jwettaq rieżami komprensiv dwar l-istat tal-implimentazzjoni tal-UNSCR 1540 (2004) qabel Diċembru 2016.”;

2.

fil-paġna 40, it-tieni inċiż tal-Artikolu 1(3):

minflok:

“—

kontribut għall-implimentazzjoni prattika ta' rakkomandazzjonijiet speċifiċi kemm tar-rieżami komprensiv tal-2009 tal-istat ta' implimentazzjoni tal-UNSCR 1540 (2004) kif ukoll tal-eżitu tar-rieżami komprensiv ippjanat biex jitwettaq qabel Diċembru 2016, b'mod partikolari fl-oqsma tal-assistenza teknika, il-kooperazzjoni internazzjonali u s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku;”,

aqra:

“—

kontribut għall-implimentazzjoni prattika ta' rakkomandazzjonijiet speċifiċi kemm tar-rieżami komprensiv tal-2009 tal-istat ta' implimentazzjoni tal-UNSCR 1540 (2004) kif ukoll tal-eżitu tar-rieżami komprensiv li twettaq matul l-2016, b'mod partikolari fl-oqsma tal-assistenza teknika, il-kooperazzjoni internazzjonali u s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku;”;

3.

fil-paġna 43, it-tieni paragrafu tal-punt 2.3. tat-Taqsima 2 tal-Anness:

minflok:

“Numru ogħla tal-ewwel rapport minn Stati li għad iridu jippreżentaw l-ewwel rapport nazzjonali tagħhom dwar l- implimentazzjoni tal-UNSCR 1540 (2004).”,

aqra:

“Numru ogħla tal-ewwel rapporti minn Stati li għad iridu jippreżentaw l-ewwel rapport nazzjonali tagħhom dwar l- implimentazzjoni tal-UNSCR 1540 (2004).”.


Top