EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018PC0329R(01)

Prijedlog DIREKTIVE VIJEĆA o izmjeni Direktive 2006/112/EZ u pogledu uvođenja detaljnih tehničkih mjera za funkcioniranje konačnog sustava PDV-a za oporezivanje trgovine između država članica

COM/2018/329 final/2

Brussell, 19.9.2018

COM(2018) 329 final/2

2018/0164(CNS)

CORRIGENDUM
This document corrects document COM(2018) 329 final of 25.5.2018.
Concerns the Maltese language version.
Typo errors corrected throughout the document and the term 'option' corrected to 'alternattiva'.
The text shall read as follows:

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-KUNSILL

li temenda d-Direttiva 2006/112/KE rigward l-introduzzjoni ta’ miżuri tekniċi dettaljati għat-tħaddim ta’ sistema definittiva tal-VAT għat-tassazzjoni ta’ kummerċ bejn l-Istati Membri


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Ir-raġunijiet tal-proposta u l-għanijiet tagħha

Hekk kif beda joqrob l-1 ta’ Jannar 1993, id-data tat-tnedija tas-suq uniku, deher biċ-ċar li ma setgħetx tiġi stabbilita sistema definittiva fil-ħin biex jiġu ntaxxati t-tranżazzjonijiet fuq il-merkanzija ħalli jkun jista’ jsir il-moviment liberu tal-merkanzija. Madankollu, fl-1 ta’ Jannar 1993, għebu l-kontrolli tat-taxxa kollha mal-fruntieri interni tal-Komunità Ewropea. In-negozjanti ma baqgħux iktar responsabbli għat-taxxa fuq il-valur miżjud (il-VAT) meta l-merkanzija tagħhom tiċċaqlaq bejn l-Istati Membri. Biex setgħu jintemmu l-kontrolli tat-taxxa fil-fruntieri, kien meħtieġ jintlaħaq ftehim dwar bidliet kbar fis-sistema għall-applikazzjoni tal-VAT għat-tranżazzjonijiet intra-Komunitarji. Il-proposti oriġinali tal-Kummissjoni – deskritti fil-White Paper dwar is-Suq Intern tal-1985 – kienu s-suġġett ta’ dibattitu inkonklużiv sa Ottubru 1989, meta kien mifhum li ma kienx hemm biżżejjed ħin biex dawn jiġu implimentati sa Jannar 1993. Minflok, tfasslet alternattiva inqas ambizzjuża, biex b’hekk ikunu jistgħu jintemmu l-kontrolli tat-taxxa filwaqt li jinżammu l-karatteristiċi ewlenin tal-arranġamenti eżistenti dak iż-żmien.

Din l-alternattiva, is-sistema tal-VAT tranżizzjonali, kienet daħlet fis-seħħ u għadha titħaddem wara aktar minn 25 sena. F’dawk li huma t-tranżazzjonijiet B2B b’rabta mal-merkanzija, dawk l-arranġamenti qasmu l-moviment transfruntier tal-merkanzija f’żewġ tranżazzjonijiet differenti: provvista eżentata fl-Istat Membru tat-tluq tal-merkanzija u akkwist intra-Komunitarja ntaxxata fl-Istat Membru tad-destinazzjoni. Dawn ir-regoli tqiesu temporanji u kellhom l-iżvantaġġi tagħhom għax jippermettu li l-merkanzija tinxtara mingħajr VAT u b’hekk hemm iżjed ċans ta’ frodi, filwaqt li l-kumplessità inerenti tas-sistema ma tiffavorixxix il-kummerċ transfruntier.

Wara konsultazzjoni wiesgħa, il-Kummissjoni adottat il-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-VAT – Lejn żona unika tal-VAT fl-UE – Iż-żmien biex niddeċiedu 1 (Il-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-VAT). Sabiex toħloq żona tal-VAT Ewropea unika u robusta, il-Kummissjoni ħabbret, fost l-oħrajn, l-intenzjoni tagħha li tadotta sistema definittiva tal-VAT għall-kummerċ transfruntier intra-Unjoni, ibbażata fuq il-prinċipju ta’ tassazzjoni fl-Istat Membru tad-destinazzjoni. L-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-VAT kienet ukoll parti mill-pakkett dwar it-Tassazzjoni Ġusta mħabbar fl-ittra ta’ intenzjoni tal-President tal-Kummissjoni Ewropea Juncker li takkumpanja l-Istat tal-Unjoni 2017 2 .

Sussegwentement, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni dwar is-segwitu għall-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-VAT – Lejn żona unika tal-VAT fl-UEWasal iż-żmien li naġixxu 3 li fiha tiċċara l-passi gradwali li jridu jittieħdu fil-proċess għal żona unika Ewropea tal-VAT.

Minbarra l-bidla għal sistema definittiva tal-VAT għall-kummerċ transfruntier, din iċ-ċaqliqa tinkludi żewġ proposti oħra li jimmodifikaw id-Direttiva tal-VAT: waħda dwar ir-rati tal-VAT 4 u l-oħra dwar skema speċjali għall-intrapriżi żgħar 5 . Barra minn hekk, din tinkludi proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tal-VAT 6 .

F’dak li għandu x’jaqsam mal-bidla lejn sistema definittiva tal-VAT ibbażata fuq il-prinċipju ta’ tassazzjoni fl-Istat Membru tad-destinazzjoni, tħabbar approċċ gradwali ta’ żewġ passi: l-ewwel pass jieħu ħsieb il-provvisti intra-Unjoni B2B tal-merkanzija u t-tieni pass ikopri l-provvisti tas-servizzi.

L-ewwel pass kien maqsum ukoll f’żewġ passi sekondarji. L-ewwel pass sekondarju, ippreżentat fl-istess ħin mal-Komunikazzjoni, kien proposta leġiżlattiva li tfassal is-sisien għal sistema definittiva tal-VAT definittiva għall-kummerċ intra-Unjoni 7 li tkun aktar sempliċi u inqas suxxettibbli għall-frodi.

Din il-proposta tirrappreżenta t-tieni pass sekondarju. Tinkludi l-arranġamenti dettaljati biex jiddaħħlu fis-seħħ dawn is-sisien għall-provvisti intra-Unjoni B2B tal-merkanzija.

Din il-proposta jeħtieġ tiġi kkumplimentata minn proposta biex jiġi emendat ir-Regolament (UE) Nru 904/2010 dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud. Din il-proposta tal-aħħar għandha natura teknika għax tikkonsisti fl-allinjament tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri mal-bidliet proposti fis-sistema tal-VAT għall-provvisti transfruntieri tal-merkanzija. Din it-tieni proposta se ssir fil-ħin biżżejjed biex tippermetti l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tagħha fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-proposta attwali.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam ta’ politika

L-introduzzjoni ta’ sistema definittiva għall-provvisti intra-Unjoni tal-merkanzija hija wieħed mill-elementi ewlenin tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-VAT. Din il-proposta tieħu post l-arranġamenti tranżizzjonali li ilhom applikabbli mill-1 ta’ Jannar 1993, permezz ta’ sistema definittiva tal-VAT għall-kummerċ B2B intra-Unjoni li biha t-tranżazzjonijiet domestiċi u transfruntieri tal-merkanzija jiġu trattati bl-istess mod. Barra minn hekk, is-sistema definittiva tal-VAT mistennija toħloq żona unika Ewropea tal-VAT robusta li kapaċi tappoġġa suq uniku aktar profond u aktar ġust li jgħin biex tingħata spinta lill-impjiegi, lit-tkabbir, lill-investiment u lill-kompetittività.

Konsistenza ma’ politiki oħrajn tal-Unjoni

Il-ħolqien ta’ sistema tal-VAT sempliċi, moderna u reżistenti għall-frodi huwa waħda mill-prijoritajiet fiskali stabbiliti mill-Kummissjoni 8 .

It-tnaqqis tal-piż regolatorju, b’mod partikolari għall-intrapriżi żgħar u medji (l-SMEs), huwa wkoll għan importanti enfasizzat fl-istrateġija tal-Unjoni għat-tkabbir 9 .

L-inizjattiva proposta u l-għanijiet tagħha huma konsistenti mal-politika tal-Unjoni dwar l-SMEs kif stipulat fl-“Att dwar in-Negozji Żgħar” (SBA) għall-Ewropa 10 , b’mod partikolari l-prinċipju VII dwar l-għajnuna lill-SMEs biex jibbenefikaw aktar mill-opportunitajiet tas-Suq Uniku. Barra minn hekk, din hija konsistenti mal-Istrateġija tas-Suq Uniku (SMS) 11 kif ukoll mal-għanijiet tal-Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT).

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Id-Direttiva temenda d-Direttiva tal-VAT abbażi tal-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Dan l-Artikolu jipprevedi li l-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b’mod unanimu skont proċedura leġiżlattiva speċjali u wara li jkun ikkonsulta mal-Parlament Ewropew u mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, jadotta dispożizzjonijiet għall-armonizzazzjoni tar-regoli tal-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni indiretta.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, azzjoni fil-livell tal-Unjoni tista’ tittieħed biss jekk l-għanijiet previsti ma jkunux jistgħu jinkisbu b’mod sodisfaċenti mill-Istati Membri waħedhom u, għalhekk, minħabba l-iskala jew l-effetti tal-azzjonijiet proposti, ikunu jistgħu jinkisbu aħjar mill-Unjoni.

Ir-regoli tal-VAT għall-kummerċ transfruntier tal-Unjoni ma jistgħux, minħabba n-natura tagħhom, jiġu deċiżi mill-Istati Membri individwali, peress li, inevitabbilment, jaffettaw lil negozji li jinsabu f’aktar minn Stat Membru wieħed. Barra minn hekk, il-VAT hija taxxa armonizzata fil-livell tal-Unjoni u għalhekk kull inizjattiva għall-introduzzjoni tas-sistema definittiva tal-VAT għall-provvisti transfruntieri tal-merkanzija teħtieġ proposta tal-Kummissjoni biex isiru emendi għad-Direttiva tal-VAT 12 .

Proporzjonalità

Il-proposta hija konsistenti mal-prinċipju tal-proporzjonalità, jiġifieri ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet tat-Trattati, b’mod partikolari l-funzjonament bla xkiel tas-suq uniku. Fir-rigward tat-test tas-sussidjarjetà, mhuwiex possibbli li l-Istati Membri jindirizzaw problemi bħall-frodi jew il-kumplessità jekk ma ssirx proposta biex tiġi emendata d-Direttiva tal-VAT.

Għażla tal-istrument

Qed tiġi proposta Direttiva bil-ħsieb li tiġi emendata d-Direttiva tal-VAT.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Fl-2011, saret evalwazzjoni retrospettiva tal-elementi tas-sistema tal-VAT tal-Unjoni minn konsulent estern u r-riżultati tagħha ntużaw bħala punt tat-tluq għall-eżami tas-sistema tal-VAT attwali 13 .

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Sar proċess ta’ konsultazzjoni estensiva mal-partijiet kollha konċernati fil-kuntest tat-tħejjija tal-proposta leġiżlattiva COM(2017) 569 final, li tfassal is-sisien tal-arranġamenti definittivi tal-VAT. Mindu ġiet adottata l-proposta, wasal ammont żgħir ta’ rispons li jappoġġa l-għan ġenerali li tinħoloq żona tal-VAT unika u robusta Ewropea, permezz tal-portal għal “Regolamentazzjoni Aħjar” u waqt avvenimenti organizzati ma’ assoċjazzjonijiet tal-kummerċ u tan-negozju.

Ġbir u użu tal-għarfien espert

L-għarfien espert miġbur mill-bosta studji msemmija fil-COM(2017)569 final tal-4 ta’ Ottubru 2017 biex jiġu stabbiliti s-sisien ta’ sistema tal-VAT definittiva kopra l-ħtiġijiet għal din il-proposta.

Minn fost dawn l-istudji, l-istudju dwar l-Implimentazzjoni tal-“prinċipju tad-destinazzjoni” għall-provvisti intra-UE B2B tal-merkanzija 14 kien partikolarment rilevanti għal din il-proposta.

Valutazzjoni tal-impatt

Twettqu valutazzjoni tal-impatt u evalwazzjoni eżatt wara, li koprew kemm l-istabbiliment tas-sisien tas-sistema definittiva tal-VAT kif ukoll l-arranġamenti dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dawn il-pedamenti; ara SWD(2017) 325 final u SWD(2017)326 final tal-4 ta’ Ottubru 2017. L-alternattiva ppreferuta, magħżula f’dik il-valutazzjoni tal-impatt, tnaqqas il-frodi tal-VAT transfruntiera b’EUR 41 biljun fis-sena kif ukoll tnaqqas l-kosti tal-konformità għan-negozji b’EUR 938 miljun fis-sena.

Il-valutazzjoni tal-impatt tqieset mill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju fl-14 ta’ Lulju 2017. Il-Bord ta opinjoni pożittiva dwar il-valutazzjoni tal-impatt u ppropona għadd ta’ rakkomandazzjonijiet li ntlaqgħu, b’mod partikolari fir-rigward tar-rabta tal-proposta ma’ elementi oħra tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-VAT, il-ħtieġa għal approċċ gradwali u l-kunċett ta’ persuna taxxabbli ċertifikata. L-opinjoni tal-Bord u r-rakkomandazzjonijiet huma inklużi fl-Anness 1 tal-SWD(2017) 325 final.

In-natura fundamentali tal-bidliet proposti tfisser li n-negozji kollha se jintlaqtu. Dawn jindirizzaw il-problemi tal-frodi u l-kumplessità tas-sistema tal-VAT tranżizzjonali attwali u l-kosti tal-konformità relatati li għandhom in-negozji kollha. Hemm ukoll xi simplifikazzjonijiet għall-SMEs, fosthom l-użu tal-Punt Uniku ta’ Servizz, iżda dawn huma wkoll disponibbli għall-SMEs iżda dawn mhumiex immirati speċifikament għal din il-kategorija ta’ persuni taxxabbli.

Id-diffikultajiet tal-SMEs, b’mod partikolari meta jagħmlu kummerċ transfruntier, diġà huma indirizzati permezz ta’ proposta speċifika li ġiet ippreżentata fit-18 ta’ Jannar 2018 15 . Dik il-proposta, flimkien ma’ din il-proposta, tifforma parti integrali tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-VAT.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Mill-Valutazzjoni tal-Impatt, jidher li l-kosti tal-konformità għal kull euro ta’ fatturat għan-negozji li jagħmlu kummerċ transfruntier intra-Unjoni ġew stabbiliti li huma 11 % ogħla meta mqabbla mal-kosti tal-konformità tal-VAT korrispondenti għal kull euro ta’ fatturat għan-negozji involuti fil-kummerċ domestiku biss.

Fid-dawl tal-valutazzjoni tal-impatt fuq negozji iżgħar, saret distinzjoni bejn l-SMEs involuti prinċipalment fil-kummerċ domestiku u l-SMEs li diġà huma involuti kemm fil-kummerċ domestiku kif ukoll dak intra-UE.

Għal din it-tieni kategorija ta’ SMEs, il-bidliet proposti, u b’mod partikolari t-twessigħ tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-mekkaniżmu tal-Punt Uniku ta’ Servizz, jistgħu jwasslu għal tnaqqis annwali medju sa 17 % meta mqabbel mal-kosti tal-konformità tal-VAT attwali tagħhom.

Għan-negozji kollha, l-impatt monetarju tal-implimentazzjoni huwa stmat li fis-sena tal-implimentazzjoni jżid il-kosti tan-negozju b’EUR 457 miljun, minħabba ngħidu aħna kosti biex jiġi aġġornat is-softwer tal-kontabbiltà u tal-fatturazzjoni u għat-taħriġ professjonali, sforz il-ħtieġa li n-negozji jadattaw il-proċeduri interni tagħhom għar-regoli l-ġodda; iżda wara s-sena tal-implimentazzjoni, dan se jwassal ukoll għal tnaqqis nett tal-kosti tal-konformità tal-VAT b’EUR 938 miljun fis-sena.

Madankollu, il-Valutazzjoni tal-Impatt li takkumpanja l-proposta speċifika fuq l-SMEs 16 , li kif indikat hawn fuq tikkumplimenta l-proposta preżenti, mistennija twassal għal tnaqqis fl-kosti tal-konformità tal-VAT sa 18 % (jew EUR 11,9 biljun) għall-SMEs u għal żieda fl-attività kummerċjali transfruntiera tal-SMEs ta’ madwar 13 %.

4.IMPLIKAZZJONIJIET GĦALL-BAĠIT

Il-proposta mhi se jkollha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-Unjoni. Peress li l-proposta kapaċi tnaqqas il-frodi transfruntiera tal-VAT sa EUR 41 biljun fis-sena, l-ammont totali ta’ dħul annwali mill-VAT miġbur minn kull Stat Membru, li huwa l-punt tat-tluq għall-kalkolu tar-riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT, mistenni jiżdied.

5.ELEMENTI OĦRAJN

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar

Fil-Komunikazzjoni tagħha ta’ Ottubru 2017 dwar is-segwitu għall-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-VAT, il-Kummissjoni indikat li se tipproponi l-implimentazzjoni tat-tieni pass (li tkopri s-servizzi transfruntieri) f’ċaqliqa gradwali lejn is-sistema definittiva tal-VAT, wara l-monitoraġġ xieraq tal-implimentazzjoni tal-ewwel pass (li tlestiet b’din il-proposta), tal-funzjonament tagħha skont kemm tkun robusta kontra l-frodi, tal-kosti tal-konformità għan-negozji u tal-effikaċja tal-awtoritajiet tat-taxxa fil-ġestjoni tas-sistema, u din se tiġi evalwata mill-Kummissjoni ħames (5) snin wara d-dħul fis-seħħ tagħha.

Għal dak il-għan, il-Kummissjoni se tfittex li tikseb kwalunkwe informazzjoni rilevanti mingħand l-Istati Membri fir-rigward tal-livell u tal-evoluzzjoni tal-kosti amministrattivi u tal-frodi. Il-Kummissjoni se tfittex ukoll li tiġbor kontributi mill-partijiet konċernati tan-negozju rilevanti kollha fir-rigward tal-livell u l-evoluzzjoni tal-kosti tal-konformità tagħhom.

Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-Direttivi)

Il-proposta ma għandhiex bżonn dokumenti ta’ spjegazzjoni dwar it-traspożizzjoni.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Il-bidliet sostanzjali ewlenin proposti għad-Direttiva tal-VAT huma spjegati minn hawn ’il quddiem skont is-suġġett. Dawn il-bidliet sostanzjali jwasslu għal għadd ta’ emendi sussegwenti ta’ natura teknika fid-Direttiva tal-VAT.

Ċerti emendi jikkonċernaw dispożizzjonijiet li diġà hemm emendi proposti għalihom fil-proposta COM(2017)569 final tal-4 ta’ Ottubru 2017. Fuq talba tal-Kunsill, dik il-proposta tipprevedi t-titjib li jrid isir fis-sistema attwali tal-VAT filwaqt li għadha għaddejja l-ħidma fuq l-arranġamenti definittivi tal-VAT għall-kummerċ intra-Unjoni. Il-bidliet proposti għall-hekk imsejħa “soluzzjonijiet ta’ malajr” għadhom validi għalkollox għax dawn jenħtieġ li jidħlu fis-seħħ ferm qabel din il-proposta.

Madankollu, l-introduzzjoni sussegwenti tal-arranġamenti definittivi għall-provvisti B2B tal-merkanzija, kif previst fil-proposta preżenti jeħtieġ tiġi adattata għal dawn l-arranġamenti l-ġodda tad-dispożizzjonijiet li jinsabu fil-proposta preċedenti dwar il-kunċett tal-persuna taxxabbli ċertifikata, l-istokkijiet f’konsenji kuntrattati jew it-tranżazzjonijiet katina.

Barra minn hekk, din il-proposta għandha l-għan li tintroduċi l-arranġamenti definittivi għall-provvisti B2B tal-merkanzija, u għalhekk l-Artikolu 402 propost li jistabbilixxi s-sisien għat-tassazzjoni tal-kummerċ bejn l-Istati Membri, li jkopri l-merkanzija u s-servizzi, jeħtieġ jiġi adattat għall-fatt li dawn is-sisien se jidħlu parzjalment fis-seħħ b’din il-proposta.

Barra minn hekk, din il-proposta tipprovdi l-opportunità biex f’għadd ta’ dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-VAT, il-kunċetti antikwati ta’ “intra-Komunità” jew “il-Komunità” jiġu sostitwiti bil-kunċetti ta’ “intra-Unjoni” u “l-Unjoni”.

Il-proposta reċenti tal-Kummissjoni fir-rigward tal-iskema speċjali għal intrapriżi żgħar (COM(2018) 21 final, tat-18 ta’ Jannar 2018) tirrikjedi wkoll xi aġġornamenti tekniċi bħas-sostituzzjoni msemmija hawn fuq fid-dawl ta’ din il-proposta. Biex tiġi evitata kull ambigwità, dawn il-bidliet mhumiex inklużi f’din il-proposta iżda jenħtieġ jiġu ttrattati matul in-negozjati fil-Kunsill.

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni tat-taxxa: Artikoli 2 sa 4

Kif indikat hawn fuq, is-sistema attwali tal-VAT taqsam il-provvista transfruntiera B2B (minn negozju għal ieħor) tal-merkanzija f’żewġ tranżazzjonijiet differenti għal skopijiet tal-VAT: provvista eżentata fl-Istat Membru tat-tluq tal-merkanzija u akkwist intra-Komunitarja ntaxxata fl-Istat Membru tad-destinazzjoni.

Huwa propost li l-provvista transfruntiera B2B tal-merkanzija fi ħdan l-Unjoni se tagħti lok għal tranżazzjoni waħda għal skopijiet marbuta mal-VAT: provvista intra-Unjoni tal-merkanzija. Minħabba f’hekk, il-kunċett ta’ akkwist intra-Komunitarja tal-merkanzija bħala tranżazzjoni soġġetta għall-VAT irid jitneħħa mill-Artikoli 2 sa 4.

L-akkwist intra-Komunitarja tal-merkanzija mhux se tibqa’ teżisti bħala tranżazzjoni soġġetta għall-VAT, u għalhekk id-dispożizzjonijiet kollha sussegwenti fid-Direttiva tal-VAT relatati ma’ dak il-kunċett jeħtieġ li jitħassru u jiġu rieżaminati fid-dawl tal-mekkaniżmu propost għall-intaxxar tal-kummerċ transfruntier B2B tal-merkanzija fi ħdan l-Unjoni.

Il-kunċett ta’ provvisti intra-Unjoni tal-merkanzija: Artikolu 14

Huwa propost li jiddaħħal il-punt (3) fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 14 li fih id-definizzjoni ta’ provvisti intra-Unjoni tal-merkanzija. “Provvista intra-Unjoni tal-merkanzija” għandha tfisser il-provvista tal-merkanzija li ssir minn persuna taxxabbli għal persuna taxxabbli jew għal persuna ġuridika mhux taxxabbli li permezz tagħha l-merkanzija tintbagħat jew tiġi trasportata, mill-fornitur jew mill-persuna li qed takkwista l-merkanzija fi ħdan l-Unjoni jew f’isimhom, minn Stat Membru għal Stat Membru ieħor.

Ċerti provvisti enumerati fil-paragrafu 5 tal-Artikolu 14 ma għandhomx jiġu kkunsidrati bħala provvisti intra-Unjoni, anki meta jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet biex jikkwalifikaw, notevolment fir-rigward tal-istatus tal-konsumatur u fir-rigward tat-trasport tal-merkanzija. Dan japplika fil-każ ta’ provvisti tal-merkanzija bi mmuntar jew installazzjoni, bi prova jew mingħajrha, fil-każ ta’ provvisti tal-merkanzija eżentati skont l-Artikoli 148 jew 151 u fil-każ ta’ provvisti mingħand bdiewa b’rata fissa kif definit fl-Artikolu 295.

Ir-regoli dwar il-post tal-provvista tal-merkanzija: Artikolu 35a

Ir-regoli dwar il-post tal-provvista ta’ tranżazzjonijiet taxxabbli jiddeterminaw l-Istat Membru li fih tkun dovuta l-VAT.

Ir-regoli ġenerali biex jiġi ddeterminat il-post tal-provvista tal-merkanzija mingħajr trasport (il-post fejn tkun il-merkanzija fil-mument tal-provvista) u l-post tal-provvista tal-merkanzija bit-trasport (il-post fejn tkun tinsab il-merkanzija meta jibda d-dispaċċ jew it-trasport tagħha) se jinżammu.

Madankollu, qed tiġi proposta eċċezzjoni ġdida għar-regola ġenerali fl-Artikolu 35a, li skontha l-post tal-provvista ta’ provvista intra-Unjoni tal-merkanzija għandu jitqies bħala l-post fejn il-merkanzija tkun tinsab fil-mument meta jintemmu d-dispaċċ jew it-trasport tagħha lill-konsumatur.

Id-definizzjoni ta’ provvisti intra-Unjoni tal-merkanzija fl-Artikolu 14(4)(3) flimkien mar-regola ġdida proposta dwar il-post tal-provvista fl-Artikolu 35a jiżguraw it-tassazzjoni tal-provvista transfruntiera B2B tal-merkanzija fi ħdan l-Unjoni fl-Istat Membru tad-destinazzjoni.

Skont ir-regoli attwali tal-VAT, il-provvisti transfruntieri lil persuni taxxabbli li jwettqu biss provvisti tal-merkanzija jew tas-servizzi li ma titnaqqasx il-VAT minnhom, lil persuni taxxabbli soġġetti għall-iskema komuni b’rata fissa għall-bdiewa u lil persuni ġuridiċi mhux taxxabbli, xorta jiġu ntaxxati fl-Istat Membru tal-orġini tal-provvista, dment li dawn ma jkunux taħt ċertu limitu u li l-akkwirent ma jkunx għażel it-tassazzjoni fid-destinazzjoni.

Din l-eċċezzjoni żżid mal-kumplessità tal-arranġamenti attwali. Tilfet ukoll ir-rilevanza tagħha peress li l-limitu qatt ma ġie rivedut mill-implimentazzjoni tiegħu fl-1993. Għaldaqstant, din l-eċċezzjoni ma tistax tinżamm anki għaliex, b’kuntrast mas-sitwazzjoni attwali, skont ir-regoli proposti l-fornitur se jieħu ħsieb jissodisfa l-obbligi tar-rappurtar u tal-pagament relatati ma’ dawn il-provvisti.

Għalhekk, it-tassazzjoni fid-destinazzjoni hija żgurata għal kull provvista intra-Unjoni tal-merkanzija B2B. L-unika eċċezzjoni hija l-provvisti magħmula skont l-iskema ta’ marġni prevista mill-Artikoli 311 ’il quddiem (l-Artikolu 35c). Mhux se tiġi applikata aktar tassazzjoni fid-destinazzjoni, la għall-provvisti transfruntieri tal-merkanzija eżentati skont l-Artikolu 148 jew 151 u lanqas għall-provvisti transfruntieri tal-merkanzija minn bdiewa b’rata fissa kif definit fl-Artikolu 295 peress li, kif spjegat hawn fuq, dawn huma esklużi mill-kunċett ta’ provvisti intra-Unjoni tal-merkanzija.

L-intaxxar: Artikolu 67

Qed tiġi proposta emenda għall-Artikolu 67 li tiddetermina regola waħda għall-impożizzjoni tal-VAT fuq il-provvisti intra-Unjoni. Skont din ir-regola, il-VAT għandha ssir debitabbli mal-ħruġ tal-fattura, jew mal-iskadenza tal-limitu ta’ żmien imsemmi fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 222 jekk ma tkun inħarġet l-ebda fattura sa dak iż-żmien (il-ħmistax-il jum tax-xahar wara dak li fih iseħħ l-avveniment li jagħti lok għall-ħlas).

Huwa wkoll speċifikat li dawk id-dispożizzjonijiet li jippermettu lill-Istati Membri li jistabbilixxu, f’ċerti każijiet, mumenti differenti ta’ impożizzjoni ta’ VAT ma għandhomx japplikaw fir-rigward ta’ provvisti intra-Unjoni tal-merkanzija. Fin-nuqqas ta’ din l-ispeċifikazzjoni l-fornitur ta’ provvisti intra-Unjoni f’bosta Stati Membri jkollu jirrispetta l-alternattivi li jintgħażlu mill-Istati Membri differenti tal-wasla tal-merkanzija, u dan se jżid il-kumplessità.

Il-persuna obbligata tħallas il-VAT: Artikoli 193, 194a, 199a u 199b

Il-prinċipju stabbilit fl-Artikolu 193 jibqa’ li l-VAT għandha titħallas minn kwalunkwe persuna taxxabbli li tkun qed twettaq provvista taxxabbli ta’ merkanzija jew servizzi, sakemm f’dispożizzjonijiet oħrajn, enumerati f’dan l-istess Artikolu 193, ma jkunx stipulat li l-VAT hija dovuta minn persuna oħra.

Bħala eċċezzjoni għall-Artikolu 193, huwa propost l-Artikolu 194a ġdid li skontu l-VAT għandha titħallas mill-persuna li tiġi fornuta bil-merkanzija sakemm din tkun persuna taxxabbli ċertifikata, kif definit fl-Artikolu 13a jekk il-merkanzija tiġi fornuta minn persuna taxxabbli mhux stabbilita fit-territorju tal-Istat Membru li fih hi dovuta l-VAT. Il-kunċett ta’ persuna taxxabbli ċertifikata ddaħħal fil-proposta tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Ottubru 2017 17 .

Fir-rigward tal-provvisti intra-Unjoni tal-merkanzija, ir-regoli tal-Artikolu 193 flimkien ma’ dawk tal-Artikolu 194a ifissru li l-fornitur huwa fil-prinċipju obbligat iħallas il-VAT fl-Istat Membru tal-wasla tal-merkanzija, ħlief meta l-fornitur ma jkunx stabbilit fl-Istat Membru ta’ tassazzjoni u l-konsumatur ikun persuna taxxabbli ċertifikata skont l-Artikolu 13a. F’dan il-każ, il-konsumatur se jħallas il-VAT dovuta bħala reverse charge fl-Istat Membru tal-wasla tal-merkanzija.

L-Artikolu 199a jippermetti lill-Istati Membri li jipprovdu, sal-31 ta’ Diċembru 2018, għal ċerti provvisti speċifikati f’din id-dispożizzjoni, li l-persuna obbligata tħallas il-VAT għandha tkun il-persuna taxxabbli li jaslulha dawn il-provvisti.

Fir-rapport adottat riċentement dwar l-effetti tal-Artikolu 199a u 199b dwar il-ġlieda kontra l-frodi 18 , il-Kummissjoni indikat li kienet ser tippreżenta proposta leġiżlattiva xierqa biex jiġu estiżi l-miżuri eżistenti. Din se tkun proposta separata li tkopri l-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2019 u t-30 ta’ Ġunju 2022, peress li d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din il-proposta hija l-1 ta’ Lulju 2022.

L-emendi tal-Artikolu 199a proposti hawn taħt japplikaw għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2022 ’il quddiem. Dawn jikkonċernaw il-perjodu ta’ żmien u l-ambitu tal-provvisti koperti.

Fir-rigward tal-perjodu ta’ żmien, huwa propost li l-alternattiva li tintuża din id-dispożizzjoni tiġi estiża sal-31 ta’ Diċembru 2028. Id-dati l-oħra stabbiliti f’din id-dispożizzjoni huma adattati kif xieraq.

F’dak li jirrigwarda l-provvisti li jridu jiġu inklużi f’din id-dispożizzjoni, huwa ovvju li l-kontenut propost għandu jiġi vvalutat fil-kuntest tal-bidla kumplessiva fit-tassazzjoni fuq il-moviment transfruntier tal-provvisti B2B tal-merkanzija. Il-bidliet proposti għandhom il-ħsieb li jipprovdu rispons fundamentali kontra l-frodi transfruntier relatat mat-tranżazzjonijiet tal-merkanzija, u għalhekk jenħtieġ iġibu fix-xejn il-ġabra mraqqgħa eżistenti ta’ miżuri temporanji ta’ reverse charge fl-Artikolu 199a, fil-parti fejn dawn jimmiraw li jirrispondu wkoll kontra dan it-tip ta’ frodi. Għalhekk it-tranżazzjonijiet li jibqgħu koperti mill-miżuri temporanji tal-Artikolu 199a huma limitati għal dawk is-servizzi li kienu koperti b’din id-dispożizzjoni.

Huwa ssuġġerit li jitħaddem approċċ komparabbli għall-emenda tal-Artikolu 199b. Din id-dispożizzjoni tistabbilixxi r-regoli li jirregolaw il-Mekkaniżmu ta’ Reazzjoni Rapida li f’ċirkostanzi speċifiċi ħafna, tippermetti lill-Istati Membri jobbligaw lil persuna li tirċievi l-merkanzija u s-servizzi biex tħallas il-VAT. Għall-istess raġuni bħal fl-Artikolu 199a, il-provvisti tal-merkanzija ma jibqgħux jaqgħu taħt il-Mekkaniżmu ta’ Reazzjoni Rapida.

Identifikazzjoni: Artikolu 214

Il-provvisti intra-Unjoni tal-merkanzija, kif definiti fil-punt 3 tal-paragrafu 4 tal-Artikolu 14, fost l-oħrajn, jinkludu l-provvisti li jsiru minn persuna taxxabbli lil persuna ġuridika mhux taxxabbli.

Għalhekk ġiet proposta emenda għall-Artikolu 214 li skontha l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li persuna ġuridika mhux taxxabbli li tirċievi provvista intra-Unjoni hija identifikata permezz ta’ numru individwali.

Dikjarazzjonijiet rikapitulattivi: Artikoli 262 sa 271

Il-provvisti intra-Unjoni tal-merkanzija jenħtieġ li bis-sistema proposta ma jibqgħux inklużi fid-dikjarazzjonijiet rikapitulattivi. Il-prinċipju li l-fornitur jimponi l-VAT fuq provvista intra-Unjoni ddaħħal mill-ġdid l-element ta’ awtoregolamentazzjoni tal-VAT. Minħabba f’hekk, ma għadux ġustifikat li jkun żgurat segwitu amministrattiv għal fluss fiżiku tal-merkanzija permezz ta’ dikjarazzjoni rikapitulattiva fi ħdan l-Unjoni.

Meta r-riċevitur ta’ provvista intra-Unjoni jkun persuna taxxabbli ċertifikata, il-merkanzija se tkompli tiċċirkola mingħajr VAT fi ħdan l-Unjoni. Madankollu, ikun inkoerenti mal-kunċett ta’ persuna taxxabbli ċertifikata, li hija kkunsidrata bħala persuna taxxabbli affidabbli, jekk jinżamm l-obbligu tagħha li tippreżenta dikjarazzjonijiet rikapitulattivi għal dawn it-tranżazzjonijiet.

Għalhekk, l-obbligu li jiġu ppreżentati dikjarazzjonijiet rikapitulattivi jinżamm biss għas-servizzi.

L-Istati Membri jistgħu jintroduċu, f’ċerti kundizzjonijiet, miżuri speċjali biex jissimplifikaw l-obbligu li jiġu ppreżentati dikjarazzjonijiet rikapitulattivi. Qed jiġi propost li r-rekwiżit ta’ deċiżjoni unanima jinbidel u jsir b’konsultazzjoni mal-Kumitat tal-VAT, biex b’hekk teħfief il-proċedura għall-użu ta’ din l-alternattiva.

Skemi speċjali għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti: Artikoli 358 sa 369x

Il-Kapitolu 6 tat-Titolu XII tad-Direttiva tal-VAT li bħalissa jinkludi tliet skemi b’kamp ta’ applikazzjoni distint, jiġifieri:

skema speċjali għal servizzi pprovduti minn persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Unjoni;

skema speċjali għal bejgħ intra-Unjoni b’distanza ta’ merkanzija u għal servizzi pprovduti minn persuni taxxabbli stabbiliti fl-Unjoni iżda mhux fl-Istat Membru tal-konsum;

skema speċjali għal bejgħ b’distanza ta’ merkanzija importata minn territorji terzi jew minn pajjiżi terzi.

L-ewwel u t-tielet skema huma affettwati marġinalment biss minn din il-proposta.

Bil-ħsieb li jiġi implimentat il-prinċipju ta’ sistema ta’ reġistrazzjoni unika għad-dikjarazzjoni, il-ħlas u t-tnaqqis tat-taxxa, ġew proposti bidliet sostanzjali fit-tieni skema.

Filwaqt li titqies id-Direttiva (UE) 2017/2455 tal-5 ta’ Diċembru 2017 adottata mill-Kunsill 19 , mill-1 ta’ Jannar 2021 din it-tieni skema se tippermetti lill-persuna taxxabbli rreġistrata għall-iskema fi Stat Membru (l-Istat Membru ta’ identifikazzjoni) biex tippreżenta d-denunzji tal-VAT b’mod elettroniku kull trimestru f’Punt Uniku ta’ Servizz bid-dettalji tal-provvisti tas-servizzi u tal-bejgħ intra-Unjoni b’distanza lil persuni mhux taxxabbli fi Stati Membri oħra (l-Istat(i) Membru/i tal-konsum), flimkien mal-VAT dovuta. Dawn id-denunzji, flimkien mal-VAT imħallsa, imbagħad jiġu trażmessi mill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni lill-Istati Membri tal-konsum korrispondenti permezz ta’ netwerk ta’ komunikazzjoni sigura. Din l-iskema tevita li dawn il-persuni taxxabbli jkollhom jiġu rreġistrati għall-VAT f’kull Stat Membru tal-konsum. Il-proposta attwali tipprovdi għal estensjoni ulterjuri ta’ din l-iskema.

F’dak li għandu x’jaqsam mad-definizzjonijiet użati għall-finijiet ta’ din l-iskema, żdiedet id-definizzjoni għal “Stat Membru ta’ tassazzjoni” fl-Artikolu 369a. “Stat Membru ta’ tassazzjoni” tfisser l-Istat Membru li fih hi meqjusa li sseħħ il-provvista tal-merkanzija jew tas-servizzi.

Il-kamp ta’ applikazzjoni tat-tranżazzjonijiet koperti mill-iskema, stabbilit fl-Artikolu 369b, hu emendat. Qed jiġi propost li l-alternattiva li tintuża l-iskema jenħtieġ tkun disponibbli għal kwalunkwe persuna taxxabbli mhux stabbilita fl-Istat Membru ta’ tassazzjoni b’rabta mal-provvisti tal-merkanzija u tas-servizzi magħmula f’dak l-Istat Membru li għalihom il-persuna tkun obbligata tħallas it-taxxa fuq il-valur miżjud. B’hekk, mhux se tibqa’ limitata biss għat-tranżazzjonijiet minn negozju għal konsumatur iżda se tinkludi wkoll it-tranżazzjonijiet B2B.

Huwa propost li l-iskema ssir disponibbli wkoll għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Unjoni bil-kundizzjoni li dawn jaħtru intermedjarju stabbilit fl-Unjoni. Meta mqabbel ma’ dak previst fl-iskema speċjali għall-bejgħ b’distanza tal-merkanzija importata minn territorji terzi jew minn pajjiżi terzi, l-intermedjarju huwa l-persuna li ssir obbligata tħallas il-VAT u li tissodisfa l-obbligi stabbiliti fl-iskema f’isem u għan-nom tal-persuna taxxabbli mhux stabbilita fl-UE li tirrappreżenta.

Meta jitqies it-twessigħ tal-kamp ta’ applikazzjoni tat-tranżazzjonijiet koperti minn din l-iskema, huwa propost li jiġi emendat l-Artikolu 369f biex jiżdied li l-persuni taxxabbli li jużaw l-iskema għandhom jippreżentaw id-denunzji tal-VAT kull xahar f’Punt Uniku ta’ Servizz meta l-fatturat annwali tagħhom tal-UE jkun aktar minn EUR 2 500 000.

Anki l-Artikolu 369g, li jiddefinixxi l-kontenut tad-denunzja tal-VAT li trid tiġi ppreżentata skont l-iskema, jeħtieġ jiġi rivedut. Bħalissa, l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta tirrigwarda biss il-valur u l-VAT dovuta fuq il-provvista magħmula minn persuni taxxabbli.

L-inklużjoni tad-dritt għall-persuna taxxabbli li teżerċita t-tnaqqis tal-VAT tal-input fid-denunzja tal-VAT fil-Punt Uniku ta’ Servizz hija possibbli biss meta xi informazzjoni addizzjonali tiġi pprovduta f’dik id-denunzja, u b’mod partikolari:

- l-ammont totali ta’ VAT li ġiet imposta fuq il-provvisti tal-merkanzija u tas-servizzi li l-persuna taxxabbli, bħala r-riċevitur, tkun obbligata tħallas it-taxxa fuqhom u fuq l-importazzjoni tal-merkanzija fejn l-Istat Membru jeżerċita l-alternattiva magħżula skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 211;

- il-VAT li jsir tnaqqis għaliha;

- emendi relatati mal-perjodi tat-taxxa preċedenti;

- l-ammont nett tal-VAT li jrid jitħallas jew li jrid jingħata lura jew jiġi kkreditat.

Billi t-tnaqqis se jsir fuq id-denunzji tal-VAT ippreżentati permezz tal-iskema, ġiet proposta emenda għall-Artikolu 369i li tistipula li l-persuna taxxabbli għandha tħallas is-somma tal-ammonti netti tal-VAT (il-VAT dovuta mingħajr il-VAT deduċibbli) f’kull Stat Membru ta’ tassazzjoni.

Ġie propost Artikolu 369ia ġdid li jiddefinixxi l-kundizzjonijiet li skonthom persuna taxxabbli f’pożizzjoni ta’ kreditu fi Stat Membru partikolari ta’ tassazzjoni tista’ tikseb rifużjoni tal-kreditu minn dak l-Istat Membru. Barra minn hekk, ġie propost Artikolu 369ib ġdid li jiddefinixxi l-kundizzjonijiet li skonthom l-ammont li jingħata lura lil persuna taxxabbli fl-Istat Membru ta’ identifikazzjoni jista’ jintuża għall-ħlas tal-VAT dovuta fl-Istat(i) Membru/i ta’ tassazzjoni.

Ġiet proposta emenda għall-Artikolu 369j sabiex tiġi ddeterminata l-interazzjoni bejn id-dritt għal tnaqqis skont l-iskema speċjali u l-proċeduri ta’ rifużjoni stipulati fid-Direttiva 86/560/KEE 20 għall-persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Unjoni u d-Direttiva 2008/9/KE 21 għall-persuni taxxabbli stabbiliti fl-Unjoni. Din id-dispożizzjoni hija meħtieġa sabiex jiġu evitati abbużi potenzjali minn persuni taxxabbli li jeżerċitaw id-dritt għal tnaqqis skont l-iskema speċjali u li jippreżentaw talba għal rifużjoni għall-istess ammont ta’ VAT tal-input.

Fil-prinċipju, persuna taxxabbli għandha d-dritt li tagħmel it-tnaqqis tal-VAT tal-input fuq id-denunzji tal-VAT ippreżentati permezz tal-iskema. Madankollu, meta persuna taxxabbli li tuża din l-iskema speċjali ma tagħmel l-ebda provvista ta’ merkanzija jew servizzi koperti minn din l-iskema speċjali li għaliha l-VAT ġiet imposta fi Stat Membru ta’ tassazzjoni la f’perjodu tat-taxxa partikolari, la fit-tliet perjodi ta’ tassazzjoni preċedenti u lanqas fil-ħdax-il perjodu tat-taxxa preċedenti fejn tippreżenta denunzji kull xahar, ma jista’ jsir l-ebda tnaqqis fil-VAT f’dak l-Istat Membru ta’ tassazzjoni għal dik id-denunzja tal-VAT. Minflok dan, il-persuna taxxabbli jenħtieġ li titlob il-VAT tal-input lura permezz tal-proċedura ta’ rifużjoni fl-Istat Membru li fih ġiet imposta l-VAT.

Derogi: Artikoli 370 sa 390c

Il-Kapitolu 1 tat-Titolu XIII tad-Direttiva tal-VAT jinkludi serje ta’ derogi li jistgħu jiġu applikati sal-adozzjoni tal-arranġamenti definittivi. Għal dawk l-Istati li kienu Stati Membri fl-1 ta’ Jannar 1978, il-biċċa l-kbira tad-derogi li jistgħu japplikaw huma spjegati fl-Anness X tad-Direttiva tal-VAT. Kif spjegat hawn fuq, il-proposta attwali hija l-ewwel pass fil-proċess biex tiġi stabbilita sistema definittiva ta’ tassazzjoni għall-kummerċ intra-UE fid-destinazzjoni. Bħala parti minn dan il-pass, qed jiġi propost li jitħassru dawk id-derogi li, kieku kellhom jinżammu, il-bidliet proposti fir-regoli dwar il-post tal-provvista u fil-ħatra ta’ persuna obbligata tħallas il-VAT iwasslu għal kumplessità fil-konfront tal-persuni taxxabbli u tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa.

B’mod partikolari, l-alternattiva li tiġi applikata deroga titwaqqaf għall-merkanzija li tista’ tkun l-oġġett ta’ provvisti intra-UE (merkanzija mobbli). F’dak il-każ, il-fornitur ikun irid ikun jaf, għal kull Stat Membru li fihom iseħħu dawn il-provvisti intra-Unjoni, jekk dak l-Istat Membru jkunx uża mid-deroga jew le u, jekk iva, liema huma l-kundizzjonijiet li ġew applikati minn dawk l-Istati Membri.

2018/0164 (CNS)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-KUNSILL

li temenda d-Direttiva 2006/112/KE rigward l-introduzzjoni ta’ miżuri tekniċi dettaljati għat-tħaddim ta’ sistema definittiva tal-VAT għat-tassazzjoni ta’ kummerċ bejn l-Istati Membri

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew 22 ,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 23 ,

Waqt li jaġixxi skont proċedura leġiżlattiva speċjali,

Billi:

(1)Meta fl-1967 il-Kunsill adotta s-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (il-VAT) permezz tad-Direttivi tal-Kunsill 62/227/KEE 24 u 67/228/KEE 25 , sar impenn biex tiġi stabbilita sistema definittiva tal-VAT għat-tassazzjoni ta’ kummerċ bejn Stati Membri li topera bl-istess mod daqslikieku fi Stat Membru wieħed. Peress li l-kundizzjonijiet politiċi u tekniċi ma kinux lesti għal sistema ta’ dan it-tip, meta l-fruntieri fiskali bejn l-Istati Membri ġew eliminati sa tmiem l-1992, ġew adottati arranġamenti tranżizzjonali tal-VAT. Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE 26 , li hija attwalment fis-seħħ, tistipula li dawn ir-regoli tranżizzjonali jridu jiġu sostitwiti b’arranġamenti definittivi bbażati fil-prinċipju fuq it-tassazzjoni fl-Istat Membru ta’ oriġini tal-provvista tal-merkanzija jew tas-servizzi.

(2)Il-Kunsill, sostnut mill-Parlament Ewropew 27 u mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali 28 , ikkonferma li sistema bbażata fuq l-oriġini ma setgħetx tintlaħaq, u stieden lill-Kummissjoni biex tkompli b’ħidma teknika fil-fond u bi djalogu wiesa’ mal-Istati Membri sabiex teżamina fid-dettall il-modi differenti possibbli biex jiġi implimentat il-prinċipju tad-destinazzjoni 29 .

(3)Il-Kummissjoni, fil-Pjan ta’ Azzjoni tagħha dwar il-VAT 30 , tippreżenta l-emendi għas-sistema tal-VAT li jkunu meħtieġa sabiex tiġi żviluppata tali sistema bbażata fuq id-destinazzjoni għall-kummerċ intra-Unjoni permezz tat-tassazzjoni tal-provvisti transfruntieri. Sussegwentement, il-Kunsill afferma mill-ġdid il-konklużjonijiet ta’ dak il-Pjan ta’ Azzjoni u indika, fost l-oħrajn, li fil-fehma tiegħu, il-prinċipju ta’ tassazzjoni fl-oriġini kif maħsub għas-sistema definittiva tal-VAT jenħtieġ li jiġi sostitwit b’dan il-prinċipju tat-tassazzjoni fl-Istat Membru tad-destinazzjoni 31 .

(4)Sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni dwar il-VAT, ir-regoli għall-provvisti intra-Unjoni B2B (minn negozju għal ieħor) tal-merkanzija jenħtieġ li jiġu emendati, b’konformità mal-approċċ gradwali propost mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha tal-4 ta’ Ottubru 2017 dwar is-segwitu għall-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-VAT 32 .

(5)Bil-ħsieb li tiġi pprovduta sistema aktar effikaċi għat-tassazzjoni tal-provvisti intra-Unjoni B2B tal-merkanzija fl-Istat Membru tad-destinazzjoni, huwa meħtieġ li titneħħa s-sistema attwali li permezz tagħha l-provvisti fl-Istati Membri tat-tluq tal-merkanzija huma eżentati u l-akkwisti intra-Komunitarji jiġu ntaxxati fl-Istat Membru tad-destinazzjoni. Billi l-eżenzjoni għal dawn il-provvisti u l-kunċett tal-akkwist intra-Komunitarja stess bħala tranżazzjoni soġġetta għall-VAT iridu jitħassru, l-Artikoli relatati kollha jenħtieġ li jiġu emendati jew jitħassru.

(6)Sabiex jiġi żgurat l-istess trattament bejn it-tranżazzjonijiet domestiċi u t-tranżazzjonijiet intra-Unjoni, it-tassazzjoni għall-finijiet tal-VAT għat-tranżazzjonijiet intra-Unjoni B2B tal-merkanzija jenħtieġ li tkun ibbażata fuq avveniment taxxabbli uniku, jiġifieri l-provvista intra-Unjoni tal-merkanzija.

(7)Sabiex jiġi żgurat li l-prinċipju tat-tassazzjoni fil-post tad-destinazzjoni jiġi applikat b’mod kemm jista’ jkun wiesa’, id-definizzjoni ta’ provvista intra-Unjoni tal-merkanzija jenħtieġ li tkun tinkludi, mingħajr ebda restrizzjoni ta’ limitu, provvista lil persuna ġuridika mhux taxxabbli, provvista lil persuna taxxabbli eżentata, provvista lil persuna taxxabbli skont l-iskema speċjali għall-impriżi żgħar u provvista lil bidwi skont l-iskema b’rata fissa.

(8)Il-kunċetti ta’ bejgħ intra-Unjoni b’distanza ta’ merkanzija u ta’ bejgħ b’distanza ta’ merkanzija importata minn territorji terzi jew minn pajjiżi terzi jenħtieġ li jiġu emendati sabiex tiġi evitata sitwazzjoni fejn uħud minn dawn il-provvisti jkunu koperti mid-definizzjoni l-ġdida ta’ provvista intra-Unjoni.

(9)Bil-ħsieb li jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-sistema tal-VAT fi ħdan is-suq intern, ċerti provvisti tal-merkanzija jeħtieġ jiġu esklużi mid-definizzjoni ta’ provvisti intra-Unjoni, b’mod partikolari l-provvisti tal-merkanzija bi mmuntar jew installazzjoni; il-provvisti tal-merkanzija għall-għoti tal-karburant u l-provviżjoni ta’ ċerti bastimenti u inġenji tal-ajru; il-provvisti tal-merkanzija fil-qafas ta’ arranġamenti diplomatiċi u konsulari u għal ċerti organizzazzjonijiet internazzjonali, u l-provvisti tal-merkanzija li jsiru minn persuna taxxabbli koperta mill-iskema komuni b’rata fissa għall-bdiewa.

(10)Sabiex tiġi żgurata t-tassazzjoni fil-post tad-destinazzjoni għall-provvisti intra-Unjoni B2B tal-merkanzija, il-post tal-provvista ta’ provvista intra-Unjoni tal-merkanzija jenħtieġ li jkun jinsab fl-Istat Membru tal-wasla tal-merkanzija fil-mument meta jintemmu d-dispaċċ jew it-trasport tal-merkanzija lill-konsumatur. Jenħtieġ li din ir-regola la tapplika għall-provvisti tal-merkanzija diġà użata, ta’ xogħlijiet tal-arti, ta’ oġġetti tal-kollezzjoni jew ta’ antikitajiet soġġetti għall-iskema ta’ marġni, la tapplika għall-provvisti tal-merkanzija abbord il-bastimenti, l-inġenji tal-ajru u t-treni u lanqas ma tapplika għall-provvisti tal-merkanzija permezz ta’ sistema tal-gass naturali, tal-elettriku, u tal-enerġija tat-tisħin jew tat-tkessiħ permezz ta’ netwerks tat-tisħin u tat-tkessiħ li jenħtieġ li jibqgħu koperti minn regoli speċifiċi dwar il-post tal-provvista.

(11)Minħabba t-tħassir tal-akkwist intra-Komunitarja bħala avveniment taxxabbli għall-finijiet tal-VAT, ir-regoli speċjali attwali fir-rigward tal-provvista ta’ mezzi ġodda tat-trasport u ta’ prodotti soġġetti għas-sisa jeħtieġ li jiġu riveduti.

(12)Sabiex tiġi armonizzata l-applikazzjoni ta’ din is-sistema definittiva madwar l-Unjoni kollha, hemm bżonn tiġi determinata regola waħda għall-impożizzjoni tal-VAT fuq il-provvisti intra-Unjoni tal-merkanzija.

(13)Jenħtieġ li r-regola ġenerali għall-provvisti tal-merkanzija, inkluż il-provvisti intra-Unjoni tal-merkanzija, u għall-provvisti tas-servizzi, tkun li l-fornitur ikun obbligat iħallas il-VAT.

(14)Sabiex tkun tista’ ssir tranżizzjoni gradwali lejn sistema definittiva għall-kummerċ intra-Unjoni, jenħtieġ li ssir eċċezzjoni għar-regola li l-fornitur ikun obbligat iħallas il-VAT, fil-każ ta’ provvista tal-merkanzija, meta l-persuna li taslilha l-merkanzija tkun persuna taxxabbli ċertifikata u l-fornitur ma jkunx stabbilit fl-Istat Membru ta’ tassazzjoni. F’dak il-każ, l-akkwirent jenħtieġ li jkun il-persuna obbligata tħallas il-VAT u jenħtieġ li l-VAT titħallas permezz tal-mekkaniżmu ta’ reverse charge. Din l-eċċezzjoni jenħtieġ li tnaqqas il-volum ta’ tranżazzjonijiet meta l-persuna obbligata tħallas il-VAT ma tkunx stabbilita fl-Istat Membru ta’ tassazzjoni.

(15)Ir-regoli dwar l-applikazzjoni temporanja tal-mekkaniżmu ta’ reverse charge għall-merkanzija mobbli jenħtieġ li jiġu riveduti sabiex tiġi żgurata l-koerenza tagħhom mal-introduzzjoni tar-regoli l-ġodda dwar il-persuna obbligata tħallas il-VAT fuq provvisti intra-Unjoni tal-merkanzija.

(16)L-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li kull persuna taxxabbli u kull persuna ġuridika mhux taxxabbli li tkun ir-riċevitur ta’ provvisti intra-Unjoni tal-merkanzija tkun identifikata permezz ta’ numru individwali, sabiex l-applikazzjoni tar-regoli dwar it-tassazzjoni ta’ provvisti intra-Unjoni tal-merkanzija min-negozji tkun simplifikata.

(17)Biex jiġi żgurat il-monitoraġġ xieraq tal-ħlas u tat-tnaqqis tal-VAT b’rabta mal-provvisti intra-Unjoni tal-merkanzija, il-ħruġ tal-fatturi jenħtieġ li jkun obbligatorju għall-provvisti intra-Unjoni tal-merkanzija u jenħtieġ li l-Istati Membri ma jippermettux il-ħruġ ta’ fatturi ssimplifikati. Il-fattura jenħtieġ li tinħareġ skont ir-regoli li japplikaw fl-Istat Membru fejn il-fornitur stabbilixxa n-negozju tiegħu jew fejn għandu stabbiliment fiss imnejn issir il-provvista jew, fin-nuqqas ta’ tali post ta’ stabbiliment jew ta’ stabbiliment fiss, l-Istat Membru fejn il-fornitur għandu l-indirizz permanenti tiegħu jew fejn normalment jirrisjedi.

(18)Bil-ħsieb li jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq il-kummerċ fi ħdan l-Unjoni, u peress li l-VAT fuq il-provvisti intra-Unjoni tal-merkanzija se tkun effettivament mitluba mill-fornitur jew imħallsa minn akkwirent li jkun persuna taxxabbli ċertifikata, l-obbligu li tiġi ppreżentata dikjarazzjoni rikapitulattiva għal dawn il-provvisti jenħtieġ li jitħassar.

(19)Hemm bżonn li minħabba l-bidla fis-sistema ta’ tassazzjoni tal-provvisti intra-Unjoni tal-merkanzija, l-iskema speċjali b’rata fissa għall-bdiewa tiġi adattata b’tali mod li l-għan ġenerali ta’ din l-iskema jibqa’ jintlaħaq. Billi teskludi provvisti magħmula mill-bdiewa skont l-iskema b’rata fissa mid-definizzjoni ta’ provvisti intra-Unjoni, il-post ta’ provvista tal-provvisti transfruntieri tagħhom B2B tal-merkanzija jenħtieġ li jibqgħu fil-post tat-tluq tal-merkanzija u jenħtieġ li fuq dawn il-provvisti jiġi applikat kumpens b’rata fissa ffissat mill-Istat Membru tat-tluq.

(20)Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv għan-negozji, jenħtieġ li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-iskema speċjali attwali għall-persuni taxxabbli stabbiliti fl-Unjoni li jagħmlu provvisti ta’ servizzi jew ċerti provvisti ta’ merkanzija lill-konsumaturi (provvisti minn negozju għall-konsumatur) jiġi estiż biex ikopri l-provvisti kollha tal-merkanzija u tas-servizzi li għalihom il-persuna obbligata tħallas il-VAT ma tkunx stabbilita fl-Istat Membru li fih issir il-provvista. L-iskema jenħtieġ li tapplika għall-provvisti għall-konsumaturi kif ukoll għan-negozji.

(21)Huwa wkoll xieraq li jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Unjoni li jagħmlu provvisti ta’ merkanzija u servizzi li għalihom huma obbligati jħallsu l-VAT fi Stat Membru wieħed jew aktar billi jingħatalhom il-permess jużaw dik l-iskema speċjali meta jinnominaw intermedjarju. Sabiex jiġi żgurat il-ġbir korrett tat-taxxa, dan l-intermedjarju jenħtieġ li jkun stabbilit fl-Unjoni u jkun obbligat iħallas il-VAT u li jissodisfa l-obbligi stabbiliti fl-iskema f’isem il-persuna taxxabbli mhux stabbilita fl-Unjoni.

(22)Sabiex il-persuni taxxabbli jibbenefikaw bis-sħiħ mis-suq intern, jenħtieġ li dik l-iskema speċjali ma tippermettix biss dikjarazzjoni tat-tranżazzjonijiet li fuqhom il-VAT hija dovuta fi Stati Membri għajr dawk li fihom il-fornitur ikun stabbilit iżda tippermetti wkoll li jsir tnaqqis tal-VAT imposta lil dak il-fornitur f’dawk l-Istati Membri.

(23)Sabiex tiġi żgurata l-koerenza tal-obbligi tar-rappurtar tal-VAT għall-intrapriżi kbar, il-frekwenza li biha jippreżentaw id-denunzji tal-VAT skont din l-iskema speċjali jenħtieġ li tiġi riveduta biex jiżdied li l-persuni taxxabbli li jużaw l-iskema jenħtieġ li jippreżentaw id-denunzji tal-VAT kull xahar skont l-iskema meta l-fatturat annwali tagħhom ikun aktar minn EUR 2 500 000.

(24)Sabiex tinġabar l-informazzjoni adattata mingħand il-persuna taxxabbli biex jiġi żgurat monitoraġġ xieraq ta’ din l-iskema speċjali mill-awtoritajiet tat-taxxa, il-kontenut tad-denunzja tal-VAT li trid tiġi ppreżentata skont din l-iskema speċjali jenħtieġ jiġi rivedut biex iqis l-estensjoni tal-iskema u biex jippermetti li d-dritt korrispondenti ta’ tnaqqis jiġi eżerċitat.

(25)Sabiex ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel ta’ din l-iskema speċjali u biex ikunu evitati ostakli għall-persuni taxxabbli li jaħtfu l-opportunitajiet tas-suq intern, jenħtieġ li jiġu introdotti regoli komuni għal sitwazzjonijiet fejn il-persuna taxxabbli tkun f’pożizzjoni ta’ kreditu fl-Istat Membru ta’ identifikazzjoni u/jew fl-Istat(i) Membru/i ta’ tassazzjoni.

(26)Għal raġunijiet ta’ ċarezza u sabiex jitnaqqsu l-possibbiltajiet ta’ kwalunkwe abbuż jew frodi, jenħtieġ li jiġi stabbilit il-perjodu li matulu, persuna taxxabbli xorta tista’ tnaqqas il-VAT tal-input imħallsa fi Stat Membru partikolari fuq id-denunzja mogħtija skont din l-iskema speċjali fejn ma tibqax tiddikjara t-tranżazzjonijiet li għalihom tkun obbligata tħallas il-VAT f’dak l-istess Stat Membru. Jenħtieġ li tali persuna taxxabbli, mal-iskadenza ta’ dan il-perjodu, tuża l-proċeduri adattati ta’ rifużjoni biex titlob il-VAT lura.

(27)Jenħtieġ li jitħassru d-derogi stabbiliti fit-Titolu XIII, il-Kapitolu 1, li għandhom il-potenzjal ta’ effetti transfruntieri, biex il-persuni taxxabbli u l-amministrazzjonijiet tat-taxxa jevitaw il-kumplessità żejda.

(28)Minħabba l-introduzzjoni ta’ provvista intra-Unjoni ta’ merkanzija bħala kunċett ġdid, huwa xieraq li t-terminu “Komunità” jiġi sostitwit b’ “Unjoni” biex jiġi żgurat l-użu koerenti u aġġornat tat-terminu.

(29)Ladarba l-għanijiet ta’ din id-Direttiva, li jinkludu l-implimentazzjoni tas-sistema definittiva tal-VAT biex jitjieb l-operat tal-arranġamenti tal-VAT għall-kummerċ transfruntier B2B, ma jistgħux jintlaħqu tajjeb biżżejjed mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif inhu previst f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(30)Skont id-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta’ Settembru 2011 tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni 33 , l-Istati Membri ħadu l-impenn li f’każijiet ġustifikati jakkumpanjaw in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom b’dokument wieħed jew iktar li jispjega r-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti ta’ traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis li t-trażmissjoni ta’ dawn id-dokumenti hija ġġustifikata.

(31)Għaldaqstant id-Direttiva 2006/112/KE jenħtieġ li tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2006/112/KE hija emendata kif ġej:

(1)L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)Fil-paragrafu 1, il-punt (b) jitħassar;

(b)Il-paragrafi 2 u 3 jitħassru;

(2)L-Artikoli 3 u 4 jitħassru;

(3)Fl-Artikolu 5, il-punti (b) u (c) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(1)“Unjoni” u “territorju tal-Unjoni” jfissru t-territorji tal-Istati Membri kif definit fil-punt (2);

(2)“Stat Membru” u “territorju ta’ Stat Membru” jfissru t-territorju ta’ kull Stat Membru tal-Unjoni li għalih hu applikabbli t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 349 u 355 ta’ dan it-Trattat, bl-eċċezzjoni ta’ kwalunkwe territorju msemmi fl-Artikolu 6 ta’ din id-Direttiva;”

(4)L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

(a)Fil-paragrafu 1, il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.    Jenħtieġ li din id-Direttiva ma tapplikax għat-territorji li ġejjin li jiffurmaw parti mit-territorju doganali tal–Unjoni:

(b)Fil-paragrafu 2, il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.    Jenħtieġ li din id-Direttiva ma tapplikax għat-territorji li ġejjin li jiffurmaw parti mit-territorju doganali tal–Unjoni:”;

(5)L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(a)Il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.    Minbarra l-persuni msemmija fil-paragrafu 1, kwalunkwe persuna li, fuq bażi okkażjonali, tipprovdi mezz ġdid ta’ trasport, li jintbagħat jew jiġi trasportat lill-konsumatur mill-bejjiegħ jew mill-konsumatur, jew f’isem il-bejjiegħ jew il-konsumatur, għal destinazzjoni ’l barra mit-territorju ta’ Stat Membru iżda fit-territorju tal-Unjoni, għandha titqies bħala persuna taxxabbli.”,

(b)Jiddaħħal il-paragrafu 3 li ġej:

“3.    Għall-finijiet tal-paragrafu 2, dawn li ġejjin għandhom jitqiesu bħala “mezzi ta’ trasport”, fejn huma maħsuba għat-trasport ta’ persuni jew ta’ merkanzija:

(a)veikoli motorizzati tal-art b’kapacità ikbar minn 48 ċentrimetru kubu jew li l-potenza tagħhom tkun ikbar minn 7,2 kilowatts;

(b)bastimenti itwal minn 7,5 metru, bl-eċċezzjoni ta’ bastimenti użati għan-navigazzjoni fl-ibħra fil-miftuħ u li jġorru passiġġieri bi ħlas, u bastimenti użati għall-finijiet ta’ attivitajiet kummerċjali, industrijali jew ta’ sajd, jew għas-salvataġġ jew l-assistenza fil-baħar, jew għas-sajd minn qrib il-kosta;

(c)inġenji tal-ajru li malli jaqtgħu mill-art ikollhom piż ta’ iktar minn 1 550 kilogramma, bl-eċċezzjoni ta’ inġenji tal-ajru użati minn linji tal-ajru li joperaw għal ħlas l-aktar fuq rotot internazzjonali.

Dawn il-mezzi ta’ trasport għandhom jitqiesu bħala “ġodda” fil-każijiet li ġejjin:

(a)veikoli motorizzati tal-art, fejn il-provvista ssir fi żmien sitt xhur mid-data tal-ewwel dħul fis-servizz jew fejn il-vettura vvjaġġat għal mhux aktar minn 6000 kilometru;

(b)bastimenti, fejn il-provvista ssir fi żmien tliet xhur mid-data tal-ewwel dħul fis-servizz jew fejn il-bastiment baħħar għal mhux aktar minn 100 siegħa;

(c)inġenji tal-ajru, fejn il-provvista ssir fi żmien tliet xhur mid-data tal-ewwel dħul fis-servizz jew fejn l-ajruplan tar għal mhux aktar minn 40 siegħa.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li skonthom il-fatti msemmija fit-tieni subparagrafu jistgħu jitqiesu bħala stabbiliti.”;

(6)Fl-Artikolu 12, il-kliem introduttorju tal-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.    L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw bħala persuna taxxabbli lil kull min iwettaq tranżazzjoni, fuq bażi okkażjonali, dawn it-tranżazzjonijiet li ġejjin:”;

(7)Jiddaħħal l-Artikolu 13 a li ġej:

“Artikolu 13 a

1.    Kwalunkwe persuna taxxabbli li għandha post ta’ negozju jew stabbiliment fiss fl-Unjoni jew, fin-nuqqas ta’ post ta’ negozju u stabbiliment fiss, ikollha l-indirizz permanenti jew hi ġeneralment residenti fl-Unjoni u li, bħala parti mit-twettiq tal-attività ekonomika tagħha twettaq, jew tkun beħsiebha twettaq, bħala fornitur jew bħala konsumatur, kwalunkwe waħda mit-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punt 3 tal-Artikolu 14(4) u fl-Artikoli 1a, 38 jew 39, tista’ tapplika għall-istatus ta’ persuna taxxabbli ċertifikata mal-awtoritajiet tat-taxxa.

L-awtoritajiet tat-taxxa għandhom jagħtu dak l-istatus lil applikant meta l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2 jiġu ssodisfati, sakemm l-applikant ma jiġix eskluż minn din iċ-ċertifikazzjoni skont it-termini tal-paragrafu 3.

Meta l-applikant ikun persuna taxxabbli li tkun ingħatat l-istatus ta’ operatur ekonomiku awtorizzat għal għanijiet doganali, għandu jitqies li l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2 ikunu ġew issodisfati.

2.    Qabel ma persuna tkun tista’ tingħata l-istatus ta’ persuna taxxabbli ċertifikata, għandhom jiġu ssodisfati l-kriterji kollha li ġejjin:

(a)in-nuqqas ta’ kwalunkwe ksur serju jew ta’ ksur ripetut tar-regoli tat-tassazzjoni u tal-leġiżlazzjoni doganali, u n-nuqqas ta’ kwalunkwe rekord ta’ reati kriminali serji marbuta mal-attività ekonomika tal-applikant;

(b)il-wiri min-naħa tal-applikant, ta’ livell għoli ta’ kontroll fuq l-operazzjonijiet tiegħu u fuq il-fluss tal-merkanzija, jew permezz ta’ sistema ta’ ġestjoni ta’ rekords kummerċjali u, fejn xieraq, ta’ rekords tat-trasport, li jippermetti li jsiru kontrolli xierqa tat-taxxa, jew permezz ta’ rekord intern tal-verifika li jkun affidabbli jew ċertifikat;

(c)prova tas-solvenza finanzjarja tal-applikant, li għandha titqies bħala li ġiet pruvata meta l-applikant ikollu pożizzjoni finanzjarja tajba li tippermettilu jonora l-impenji tiegħu, b’konsiderazzjoni xierqa tal-karatteristiċi tat-tip ta’ attività kummerċjali kkonċernata, jew permezz tal-preżentazzjoni ta’ garanziji pprovduti minn impriżi tal-assigurazzjoni, minn istituzzjonijiet finanzjarji oħra jew minn partijiet terzi oħra ekonomikament affidabbli.

3.    Il-persuni taxxabbli li ġejjin ma jistgħux jingħataw l-istatus ta’ persuna taxxabbli ċertifikata:

(a)persuni taxxabbli koperti mill-iskema komuni b’rata fissa għall-bdiewa;

(b)persuni taxxabbli koperti mill-eżenzjoni għal impriżi żgħar prevista fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu XII;

(c)persuni taxxabbli li jwettqu provvisti ta’ merkanzija jew ta’ servizzi li fir-rigward tagħhom ma tistax titnaqqas il-VAT;

(d)persuni taxxabbli li jwettqu provvisti okkażjonali ta’ mezz ġdid ta’ trasport skont it-tifsira tal-Artikolu 9(2) jew li jwettqu attività okkażjonali skont it-tifsira tal-Artikolu 12.

Madankollu, il-persuni taxxabbli msemmija fil-punti (a) sa (d) jistgħu jingħataw l-istatus ta’ persuna taxxabbli ċertifikata għall-attivitajiet ekonomiċi l-oħrajn li jwettqu.

4.    Persuna taxxabbli li tapplika għall-istatus ta’ persuna taxxabbli ċertifikata għandha tagħti l-informazzjoni kollha mitluba mill-awtoritajiet tat-taxxa, sabiex dawn ikunu jistgħu jieħdu deċiżjoni.

Għall-finijiet tal-għoti ta’ dan l-istatus fiskali, awtoritajiet tat-taxxa għandha tfisser:

(a)l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istat Membru fejn l-applikant ikun stabbilixxa n-negozju tiegħu;

(b)l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istat Membru tal-istabbiliment fiss tal-applikant li fih jinsabu jew huma aċċessibbli l-kontijiet prinċipali tiegħu fl-Unjoni għal finijiet ta’ taxxa, fejn l-applikant ikun stabbilixxa n-negozju tiegħu barra l-Unjoni iżda jkollu stabbiliment fiss wieħed jew aktar fl-Unjoni;

(c)l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istat Membru fejn l-applikant ikollu l-indirizz permanenti tiegħu jew fejn normalment ikun residenti, fejn huwa la jkollu post ta’ negozju u lanqas stabbiliment fiss.

5.    Meta l-applikazzjoni tiġi rifjutata, ir-raġunijiet għar-rifjut għandhom jiġu notifikati lill-applikant mill-awtoritajiet tat-taxxa flimkien mad-deċiżjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikant jingħata d-dritt ta’ appell kontra kwalunkwe deċiżjoni ta’ rifjut ta’ applikazzjoni.

6.    Il-persuna taxxabbli li tkun ingħatat l-istatus ta’ persuna taxxabbli ċertifikata għandha tinforma lill-awtoritajiet tat-taxxa, mingħajr dewmien, rigward kwalunkwe fattur li jista’ jinqala’ wara li tittieħed id-deċiżjoni u li tista’ taffettwa l-kontinwazzjoni ta’ dak l-istatus jew tinfluwenzaha. L-awtoritajiet tat-taxxa għandhom jirtiraw l-istatus fiskali meta l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2 ma jibqgħux jiġu ssodisfati.

7.    L-istatus ta’ persuna taxxabbli ċertifikata fi Stat Membru wieħed għandu jiġi rikonoxxut mill-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri kollha.”;

(8)L-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:

(a)Il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.    Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)“bejgħ b’distanza intra-Unjoni ta’ merkanzija” tfisser provvisti ta’ merkanzija mibgħuta jew ittrasportati mill-fornitur, jew għan-nom tiegħu, inkluż fejn il-fornitur jintervjeni indirettament biex il-merkanzija tiġi ttrasportata jew tintbagħat, minn Stat Membru li mhuwiex dak li fih jintemm it-tluq jew it-trasport tal-merkanzija għand il-konsumatur, fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)il-provvista tal-merkanzija ssir għal persuna mhux taxxabbli li ma tkunx persuna legali mhux taxxabbli;

(b)il-merkanzija pprovduta la hija mezz ġdid ta’ trasport u lanqas merkanzija pprovduta wara l-immuntar jew l-installazzjoni, bi prova jew mingħajrha, mill-fornitur jew għan-nom tiegħu;

(2)“bejgħ b’distanza ta’ merkanzija importata minn territorji terzi jew pajjiżi terzi” tfisser provvisti ta’ merkanzija mibgħuta jew ittrasportata mill-fornitur, jew għan-nom tiegħu, inkluż fejn il-fornitur jintervjeni indirettament biex il-merkanzija tiġu ttrasportata jew tintbagħat, minn territorju terz jew pajjiż terz, lil konsumatur fi Stat Membru, fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)il-provvista tal-merkanzija ssir għal persuna mhux taxxabbli li ma tkunx persuna legali mhux taxxabbli;

(b)il-merkanzija pprovduta la hija mezz ġdid ta’ trasport u lanqas merkanzija pprovduta wara l-immuntar jew l-installazzjoni, bi prova jew mingħajrha, mill-fornitur jew għan-nom tiegħu;

(3)“provvista intra-Unjoni ta’ merkanzija” tfisser provvista ta’ merkanzija fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)il-provvista tal-merkanzija ssir minn persuna mhux taxxabbli għal persuna taxxabbli jew għal persuna legali mhux taxxabbli;

(b)il-merkanzija tintbagħat jew tiġi ttrasportata, mill-fornitur jew f’ismu jew mill-persuna li qed takkwista l-merkanzija, fi ħdan l-Unjoni, minn Stat Membru għall-ieħor.”,

(b)Jiddaħħal il-paragrafu 5 li ġej:

“5.    Dawn li ġejjin ma għandhomx jiġu kkunsidrati bħala provvista intra-Unjoni ta’ merkanzija:

(a)il-provvista ta’ merkanzija b’immuntar jew installazzjoni, bi prova jew mingħajrha, skont l-Artikolu 36;

(b)il-provvista ta’ merkanzija li hija eżentata skont l-Artikoli 148 jew 151;

(c)il-provvista ta’ merkanzija minn persuna taxxabbli koperta mill-iskema komuni b’rata fissa għall-bdiewa.”;

(9)Fl-Artikolu 14 a, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.    Fejn persuna taxxabbli tiffaċilita, permezz tal-użu ta’ interfaċċa elettronika bħal post tas-suq, pjattaforma, portal jew mezzi simili, il-provvista ta’ merkanzija fi ħdan l-Unjoni minn persuna taxxabbli mhux stabbilita fl-Unjoni lil persuna mhux taxxabbli, il-persuna taxxabbli li tiffaċilita l-provvista għandha titqies li rċeviet u forniet dik il-merkanzija hi stess.”;

(10)L-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:

(a)Il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.    It-trasferiment ta’ merkanzija li tkun saret minn persuna taxxabbli li tifforma parti mill-assi tan-negozju tagħha għal Stat Membru ieħor għandha tiġi trattata bħala provvista intra-Unjoni ta’ merkanzija bi ħlas.

“Trasferiment għal Stat Membru ieħor” għandha tfisser li proprjetà tanġibbli mibgħuta jew ittrasportata minn persuna taxxabbli jew għan-nom tagħha, għall-iskop tan-negozju tagħha, lejn destinazzjoni barra mit-territorju tal-Istat Membru li fih tinsab il-proprjetà, iżda fi ħdan l-Unjoni.”,

(b)Fil-paragrafu 2, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)il-provvista tal-merkanzija mill-persuna taxxabbli fit-territorju tal-Istat Membru li fih it-tluq jew it-trasport tal-merkanzija jintemmu, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 33, 35a jew 35b;”,

(c)Fil-paragrafu 2, il-punti (d) u (e) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(d)il-provvista ta’ gass permezz ta’ sistema ta’ gass naturali li tkun tinsab fit-territorju tal-Unjoni jew kwalunkwe netwerk konness ma’ tali sistema, il-provvista ta’ elettriku jew il-provvista ta’ enerġija tat-tisħin jew tat-tkessiħ permezz tan-netwerks tat-tisħin jew tat-tkessiħ, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 38 u 39;

(e)il-provvista tal–merkanzija mill-persuna taxxabbli fit-territorju tal-Istat Membru skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 146, 147, 148, 151 jew 152;

(11)Jiddaħħal l-Artikolu 17 a li ġej:

“Artikolu 17 a

1.    It-trasferiment minn persuna taxxabbli ta’ merkanzija li tifforma parti mill-assi tan-negozju tagħha lejn Stat Membru skont arranġamenti għal sitwazzjoni ta’ stokk f’kunsinna kuntrattat ma għandux jiġi trattat bħala provvista intra-Unjoni ta’ merkanzija bi ħlas.

2.    Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, sitwazzjoni ta’ stokk f’kunsinna kuntrattat għandha titqies bħala li teżisti meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)il-persuna taxxabbli ċertifikata tibgħat jew tittrasporta l-merkanzija lejn Stat Membru ieħor sabiex tipprovdiha fi stadju aktar tard u wara l-wasla tal-merkanzija għand persuna taxxabbli ċertifikata oħra li l-identità u n-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT ikunu diġà magħrufa fiż-żmien meta jibda t-trasport;

(b)il-persuna taxxabbli ċertifikata li tibgħat jew li tittrasporta l-merkanzija ma tkunx stabbilita fl-Istat Membru li lejh tiġi mibgħuta jew ittrasportata l-merkanzija;

(c)il-persuna ċertifikata taxxabbli li takkwista l-merkanzija fi stadju aktar tard u wara l-wasla tal-merkanzija tiġi identifikata għall-finijiet tal-VAT fl-Istat Membru li fih il-merkanzija tiġi trasferita;

(d)il-persuna ċertifikata taxxabbli li tibgħat jew tittrasporta l-merkanzija semmiet li t-tluq jew it-trasport fir-reġistru previst fl-Artikolu 243(3).

3.    Fejn il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2 jiġu ssodisfati, waqt it-trasferiment tad-dritt tal-persuna taxxabbli ċertifikata li jiddisponi mill-merkanzija msemmi fil-punt (c) ta’ dak il-paragrafu il-provvista intra-Unjoni tal-merkanzija għandha titqies li tkun saret fl-Istat Membru fejn il-merkanzija tkun intbagħtet jew ġiet ittrasportata.”;

(12)Jiddaħħal l-Artikolu 18 a li ġej:

“Artikolu 18 a

L-applikazzjoni mill-forzi armati ta’ Stat li hu parti għat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana, ta’ merkanzija li ma jkunux xtraw, li tkun għall-użu tagħhom jew għall-użu tal-istaff ċivili li jakkumpanjahom, li tkun soġġetta għar-regoli ġenerali li jirregolaw it-tassazzjoni fis-suq domestiku ta’ Stat Membru, għandha tiġi ttrattata bħala provvista ta’ merkanzija bi ħlas, fejn l-importazzjoni ta’ dik il-merkanzija ma tkunx eliġibbli għall-eżenzjoni prevista fil-punt (h) tal-Artikolu 143(1).”;

(13)L-Artikolu 19 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 19

F’każ ta’ trasferiment, bi ħlas jew mingħajru jew bħala kontribuzzjoni lil kumpanija, tal-assi kollha jew parti minnhom, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li ma tkun saret ebda provvista ta’ merkanzija u li l-persuna li lilha tkun ġiet ittrasferita l-merkanzija trid tkun trattata bħala s-suċċessur ta’ min jagħmel it-trasferiment.

F’każijiet fejn id-destinatarju ma jkunx kompletament obbligat iħallas it-taxxa, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jimpedixxu d-distorsjoni tal-kompetizzjoni. Dawn għandhom jadottaw ukoll kwalunkwe miżura meħtieġa biex jimpedixxu l-evażjoni jew l-evitar tat-taxxa permezz tal-użu ta’ dan l-Artikolu.”;

(14)Fit-Titolu IV, jitħassar il-Kapitolu 2;

(15)L-Artikolu 30 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 30

“Importazzjoni ta’ merkanzija” għandha tfisser id-dħul fl-Unjoni ta’ merkanzija li ma tinsabx f’ċirkolazzjoni ħielsa fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 29 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Minbarra t-tranżazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu, id-dħul fl-Unjoni ta’ merkanzija li tinsab f’ċirkolazzjoni ħielsa, li ġejja minn territorju terz li jifforma parti mit-territorju doganali tal-Unjoni, għandu jitqies bħala importazzjoni ta’ merkanzija.”;

(16)fit-Titolu V, Kapitolu 1, Taqsima 2, l-intestatura tas-Subtaqsima 1 tiddaħħal qabel l-Artikolu 32:

“Subtaqsima 1
Regola ġenerali”

(17)fit-Titolu V, Kapitolu 1, Taqsima 2, l-intestatura tas-Subtaqsima 2 tiddaħħal qabel l-Artikolu 33:

“Subtaqsima 2
Disposizzjonijiet partikolari”

(18)L-Artikolu 33 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 33

1.    il-post tal-provvista ta’ bejgħ b’distanza intra-Unjoni ta’ merkanzija għandu jitqies li hu l-post fejn tinsab il-merkanzija fil-mument li t-tluq jew it-trasport tal-merkanzija lill-konsumatur jintemmu.

2.    Il-post tal-provvista ta’ bejgħ b’distanza ta’ merkanzija importata minn territorji terzi jew pajjiżi terzi fi Stat Membru ieħor li ma jkunx dak fejn jintemmu t-tluq jew it-trasport tal-merkanzija lill-konsumatur, għandu jitqies li hu l-post fejn tinsab il-merkanzija fil-mument li t-tluq jew it-trasport tal-merkanzija lill-konsumatur jintemmu.

3.    Il-post tal-provvista ta’ bejgħ b’distanza ta’ merkanzija importata minn territorji terzi jew pajjiżi terzi fl-Istat Membru li fih jintemmu t-tluq jew it-trasport tal-merkanzija lill-konsumatur għandu jitqies li qiegħed f’dak l-Istat Membru, dment li l-VAT fuq dik il-merkanzija tiġi ddikjarata taħt l-iskema speċjali tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu XII.”;

(19)L-Artikolu 35 jitħassar;

(20)jiddaħħlu l-Artikoli 35 a, 35b, 34c u 35d li ġejjin:

“Artikolu 35 a

Il-post tal-provvista ta’ provvista intra-Unjoni ta’ merkanzija għandu jitqies li hu l-post fejn tinsab il-merkanzija fil-mument li t-tluq jew it-trasport tal-merkanzija lill-konsumatur jintemmu.

Artikolu 35b

Il-post ta’ provvista ta’ mezz ġdid ta’ trasport imwettaq għal persuna mhux taxxabbli li mhix persuna legali mhux taxxabbli, meta l-merkanzija tintbagħat jew tiġi ttrasportata minn Stat Membru wieħed għal ieħor, għandu jitqies bħala l-post fejn tinsab il-merkanzija fil-mument li t-tluq jew it-trasport tal-merkanzija jintemmu.

Artikolu 35c

B’deroga, l-Artikoli 33 u 35a ma għandhomx japplikaw għall-provvisti ta’ merkanzija użata, ta’ xogħlijiet tal-arti, ta’ oġġetti tal-kollezzjoni jew antikitajiet, kif definit fil-punti (1) sa (4) tal-Artikolu 311(1), soġġetti għall-VAT skont dak l-arranġament speċjali.

Artikolu 35d

Għall-finijiet tal-Artikoli 35a u 35b jekk it-tluq jew it-trasport tal-merkanzija jibda f’territorju terz jew f’pajjiż terz u l-provvista mill-importatur innominat jew rikonoxxut skont l-Artikolu 201 bħala obbligat iħallas il-VAT jew il-provvista sussegwenti tinvolvi t-trasport jew it-tluq tal-merkanzija li jintemmu fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru ta’ importazzjoni, il-merkanzija għandha titqies bħala li ntbagħtet jew ġiet ittrasportata mill-Istat Membru ta’ importazzjoni.”;

(21)Fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu V, jiddaħħal l-Artikolu 36a li ġej:

“Artikolu 36 a

1.    Fejn il-merkanzija tiġi fornuta fil-kuntest ta’ sitwazzjoni ta’ tranżazzjonijiet katina, it-trasport jew it-tluq minn Stat Membru għal ieħor imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 14(4)(3) għandhom jiġu assenjati lill-provvista li ssir mill-fornitur lil operatur intermedjarju, fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)l-operatur intermedjarju jikkomunika lill-fornitur l-isem tal-Istat Membru tal-wasla tal-merkanzija;

(b)l-operatur intermedjarju jiġi identifikat għall-finijiet tal-VAT fi Stat Membru differenti minn dak li minnu jkun beda t-tluq jew it-trasport tal-merkanzija.

2.    Fejn il-merkanzija tiġi fornuta fil-kuntest ta’ sitwazzjoni ta’ tranżazzjonijiet katina, it-trasport jew it-tluq minn Stat Membru għal ieħor imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 14(4)(3) għandhom jiġu assenjati lill-provvista li ssir mill-operatur intermedjarju lill-konsumatur.

3.    Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)“sitwazzjoni ta’ tranżazzjoni katina” għandha tfisser sitwazzjoni fejn provvisti suċċessivi tal-istess merkanzija minn persuni taxxabbli jagħtu lok għal trasport jew tluq wieħed ta’ dik il-merkanzija, minn Stat Membru wieħed għal ieħor u fejn kemm l-operatur intermedjarju kif ukoll il-fornitur ikunu persuni taxxabbli ċertifikati;

(b)“operatur intermedjarju” għandha tfisser fornitur fil-katina li mhuwiex l-ewwel fornitur, li jibgħat jew li jittrasporta l-merkanzija huwa stess jew permezz ta’ parti terza li taġixxi f’ismu;

(c)“fornitur” għandha tfisser il-persuna taxxabbli fil-katina li tipprovdi l-merkanzija lil operatur intermedjarju;

(d)“konsumatur” għandha tfisser il-persuna taxxabbli li tirċievi l-provvista tal-merkanzija mingħand l-operatur intermedjarju fil-katina.”;

(22)L-Artikolu 37 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 37

1.    Fejn il-merkanzija tiġi pprovduta fuq bastimenti, fuq inġenji tal-ajru jew fuq treni matul is-sezzjoni ta’ operazzjoni ta’ trasport tal-passiġġieri li seħħet fl-Unjoni, il-post tal-provvista għandu jitqies bħala l-punt tat-tluq ta’ operazzjoni ta’ trasport tal-passiġġieri.

2.    Għall-finijiet tal-paragrafu 1, “is-sezzjoni ta’ operazzjoni tat-trasport tal-passiġġieri li seħħet fl-Unjoni” għandha tfisser is-sezzjoni tal-operazzjoni li saret bejn il-punt tat-tluq u l-punt tal-wasla tal-operazzjoni tat-trasport tal-passiġġieri, mingħajr waqfa barra l-Unjoni.

“Il-punt tat-tluq ta’ operazzjoni tat-trasport tal-passiġġieri” għandha tfisser l-ewwel punt ta’ imbark tal-passiġġieri previst fl-Unjoni, fejn hu applikabbli wara waqfa barra l-Unjoni.

“Il-punt tal-wasla ta’ operazzjoni tat-trasport tal-passiġġieri” għandha tfisser l-aħħar punt ta’ żbark previst fl-Unjoni ta’ passiġġieri li mbarkaw fl-Unjoni, fejn hu applikabbli qabel waqfa barra l-Unjoni.

F’każ ta’ vjaġġ bir-ritorn, il-parti tar-ritorn għandha titqies bħala operazzjoni separata tat-trasport.

3.    L-Istati Membri jistgħu jeżentaw jew ikomplu jeżentaw, bil-possibbiltà ta’ tnaqqis tal-VAT imħallsa fl-istadju preċedenti, il-provvista ta’ merkanzija għall-konsum abbord meta l-post tat-tassazzjoni tagħhom ikun stabbilit skont il-paragrafu 1.”;

(23)Fl-Artikolu 38, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.    Fil-każ tal-provvista ta’ gass permezz ta’ sistema ta’ gass naturali li tkun tinsab fit-territorju tal-Unjoni jew kwalunkwe netwerk konnessa ma’ tali sistema, il-provvista ta’ elettriku, jew il-provvista ta’ enerġija ta’ tisħin jew ta’ tkessiħ permezz tan-netwerks ta’ tisħin jew ta’ tkessiħ lil negozjant taxxabbli, il-post tal-provvista għandu jitqies bħala l-post fejn in-negozjant taxxabbli jkun stabbilixxa n-negozju tiegħu jew ikollu stabbiliment fiss minn fejn jissupplixxi l-merkanzija, jew, fl-assenza ta’ tali post ta’ negozju jew stabbiliment fiss, il-post fejn hu għandu l-indirizz permanenti jew fejn is-soltu jirrisjedi.”;

(24)Fl-Artikolu 39, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Fil-każ ta’ provvista ta’ gass permezz ta’ sistema ta’ gass naturali li tkun tinsab fit-territorju tal-Unjoni jew kwalunkwe netwerk konnessa ma’ tali sistema, il-provvista ta’ elettriku jew il-provvista ta’ tisħin jew ta’ tkessiħ permezz tan-netwerks ta’ tisħin jew ta’ tkessiħ, fejn tali provvista mhijiex koperta mill-Artikolu 38, il-post tal-provvista għandu jitqies bħala l-post fejn il-konsumatur effettivament juża u jikkonsma l-merkanzija.”;

(25)Fit-Titolu V, jitħassar il-Kapitolu 2;

(26)L-Artikoli 49 u 50 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Artikolu 49

Il-post tal-provvista tat-trasport ta’ merkanzija, minbarra t-trasport intra-Unjoni ta’ merkanzija, lil persuni mhux taxxabbli għandu jkun il-post fejn iseħħ it-trasport, proporzjonat mad-distanzi koperti.

Artikolu 50

Il-post tal-provvista ta’ trasport intra-Unjoni ta’ merkanzija lil persuni mhux taxxabbli għandu jkun il-post tat-tluq.”;

(27)Fl-Artikolu 51, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“It-trasport intra-Unjoni ta’ merkanzija" għandha tfisser kwalunkwe trasport ta’ merkanzija fejn il-post tat-tluq u l-post tal-wasla jinsabu fit-territorji ta’ żewġ Stati Membri differenti.”;

(28)L-Artikolu 52 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 52

L-Istati Membri m’għandhomx għalfejn japplikaw il-VAT fuq dik il-parti tat-trasport intra-Unjoni ta’ merkanzija lil persuni mhux taxxabbli li jseħħ fuq l-ilmijiet li ma jifformawx parti mit-territorju tal-Unjoni.”;

(29)L-Artikolu 55 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 55

Il-post tal-provvista ta’ servizzi ta’ ristoranti u catering għajr dawk li jitwettqu fiżikament abbord bastimenti, fuq inġenji tal-ajru jew fuq treni matul is-sezzjoni ta’ operazzjoni tat-trasport tal-passiġġieri li ssir fl-Unjoni għandu jkun il-post fejn is-servizzi jitwettqu fiżikament.”;

(30)L-Artikolu 57 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 57

1.    Il-post tal-provvista ta’ servizzi ta’ ristoranti u ta’ catering li jitwettqu fiżikament abbord bastimenti, fuq inġenji tal-ajru jew fuq treni matul is-sezzjoni ta’ operazzjoni tat-trasport tal-passiġġieri li ssir fl-Unjoni għandu jkun il-punt tat-tluq tal-operazzjoni tat-trasport tal-passiġġieri.

2.    Għall-finijiet tal-paragrafu 1, “is-sezzjoni ta’ operazzjoni tat-trasport tal-passiġġieri li seħħet fl-Unjoni” għandha tfisser is-sezzjoni tal-operazzjoni li saret bejn il-punt tat-tluq u l-punt tal-wasla tal-operazzjoni tat-trasport tal-passiġġieri, mingħajr waqfa barra l-Unjoni.

“Il-punt tat-tluq ta’ operazzjoni tat-trasport tal-passiġġieri” għandha tfisser l-ewwel punt ta’ imbark tal-passiġġieri previst fl-Unjoni, fejn hu applikabbli wara waqfa barra l-Unjoni.

“Il-punt tal-wasla ta’ operazzjoni tat-trasport tal-passiġġieri” għandha tfisser l-aħħar punt ta’ żbark previst fl-Unjoni ta’ passiġġieri li imbarkaw fl-Unjoni, fejn hu applikabbli qabel waqfa barra l-Unjoni.

F’każ ta’ vjaġġ bir-ritorn, il-parti tar-ritorn għandha titqies bħala operazzjoni separata tat-trasport.”;

(31)Fit-Titolu V, Kapitolu 3, Taqsima 3, l-intestatura tas-Subsezzjoni 9 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Subtaqsima 9
Provvista ta’ servizzi lil persuni mhux taxxabbli barra l-Unjoni”

(32)Fl-Artikolu 59, l-ewwel paragrafu jiġi emendat kif ġej:

(a)Il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-post tal-provvista tas-servizzi li ġejjin lil persuna mhux taxxabbli li hija stabbilita jew li għandha l-indirizz permanenti tagħha jew fejn normalment tirrisjedi barra l-Unjoni, għandu jkun il-post fejn hija stabbilita dik il-persuna, fejn għandha l-indirizz permanenti tagħha jew fejn normalment tirrisjedi:”;

(b)Il-punt (h) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(h) l-għoti ta aċċess għal sistema ta’ gass naturali li tkun tinsab fit-territorju tal-Unjoni jew lil kwalunkwe netwerk konnessa ma’ tali sistema, għas-sistema tal-elettriku jew għan-netwerks tat-tisħin jew tat-tkessiħ, jew it-trażmissjoni jew id-distribuzzjoni permezz ta’ dawn is-sistemi jew netwerks, u l-provvista ta’ servizzi oħrajn direttament marbutin magħhom.”;

(33)Fl-Artikolu 58a, il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(a)iqisu l-post tal-provvista ta’ kwalunkwe wieħed mis-servizzi jew ta’ dawk is-servizzi kollha, jekk jinsab fit-territorju tagħhom, bħala li jinsab barra l-Unjoni jekk l-użu effettiv u t-tgawdija tas-servizzi jseħħu barra l-Unjoni;

(b)iqisu l-post tal-provvista ta’ kwalunkwe wieħed mis-servizzi jew ta’ dawk is-servizzi kollha, jekk jinsab barra l-Unjoni, bħala li jinsab fit-territorju tagħhom jekk l-użu effettiv u t-tgawdija tas-servizzi jseħħu fit-territorju tagħhom.”;

(34)fit-Titolu V, l-intestatura tal-Kapitolu 3a tinbidel b’dan li ġej:

“LIMITU GĦALL-PERSUNI TAXXABBLI LI JAGĦMLU PROVVISTI TA’ MERKANZIJA KOPERTI MILL-ARTIKOLU 33(1) U MILL-PROVVISTI TA’ SERVIZZI KOPERTI MILL-ARTIKOLU 58”

(35)l-Artikolu 59c huwa emendat kif ġej:

(a)Fil-paragrafu 1, il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.    l-Artikolu 33(1) u l-Artikolu 58 ma għandhomx japplikaw fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(b)Il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.    L-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tinsab il-merkanzija fil-mument li jibda t-tluq jew it-trasport tagħha jew fejn huma stabbiliti l-persuni taxxabbli li jipprovdu servizzi ta’ telekomunikazzjoni, ta’ xandir fuq ir-radju u t-televiżjoni u servizzi fornuti b’mod elettroniku għandu jagħti lill-persuni taxxabbli li jwettqu l-provvisti eliġibbli taħt il-paragrafu 1, id-dritt li jagħżlu li l-post ta’ provvista li jiġi stabbilit skont il-punt (a) tal-Artikolu 33(1) u l-Artikolu 58, li fi kwalunkwe każ għandu jkopri sentejn kalendarji.”;

(36)L-Artikoli 60 u 61 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Artikolu 60

Il-post ta’ importazzjoni ta’ merkanzija għandu jkun l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tinsab il-merkanzija meta tidħol fl-Unjoni.

Artikolu 61

B’deroga mill-Artikolu 60, fejn, malli tidħol fl-Unjoni, il-merkanzija li mhix f’ċirkolazzjoni ħielsa titqiegħed taħt wieħed mill-arranġamenti jew sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 156, jew taħt arranġamenti temporanji ta’ importazzjoni b’eżenzjoni totali mid-dazju fuq l-importazzjoni, jew taħt arranġamenti esterni ta’ tranżitu, il-post ta’ importazzjoni ta’ tali merkanzija għandu jkun l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-merkanzija ma tibqax koperta minn dawk l-arranġamenti jew sitwazzjonijiet.

B’mod simili, meta, mad-dħul fl-Unjoni, il-merkanzija li hija f’ċirkolazzjoni ħielsa titpoġġa taħt wieħed mill-arranġamenti jew sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 276 u 277, il-post ta’ importazzjoni għandu jkun l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-merkanzija ma tibqax koperta minn dawk l-arranġamenti jew sitwazzjonijiet.”;

(37)Fl-Artikolu 64, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.    Provvisti intra-Unjoni ta’ merkanzija kontinwi matul perjodu ta’ aktar minn xahar kalendarju għandom jitqiesu bħala lesti fi tmiem kull xahar kalendarju sal-perjodu meta l-provvista tiġi fi tmiemha.”;

(38)Fl-Artikolu 66, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Id-deroga prevista fl-ewwel paragrafu m’għandhiex, madankollu, tapplika għall-provvisti ta’ servizzi li għalihom il-VAT titħallas mill-konsumatur skont l-Artikolu 196, għall-provvisti ta’ merkanzija u provvisti ta’ mezzi ġodda ta’ trasport skont l-Artikolu 35b.”;

(39)L-Artikolu 67 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 67

Għall-provvisti intra-Unjoni ta’ merkanzija u għall-provvisti ta’ mezzi ġodda ta’ trasport skont l-Artikolu 35b, il-VAT għandha ssir debitabbli mal-ħruġ tal-fattura, jew mal-iskadenza tal-limitu ta’ żmien imsemmi fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 222 jekk ma tkun inħarġet l-ebda fattura sa dak iż-żmien.

Madankollu, l-Artikolu 64(1), it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 64(2) u l-Artikolu 65’ ma għandhomx japplikaw fir-rigward tal-provvisti intra-Unjoni ta’ merkanzija u fir-rigward tal-provvisti ta’ mezzi ġodda ta’ trasport skont l-Artikolu 35b.”;

(40)Fit-Titolu VI, jitħassar il-Kapitolu 3;

(41)Fl-Artikolu 71(1), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.    Meta, malli tidħol fl-Unjoni, il-merkanzija titqiegħed taħt wieħed mill-arranġamenti jew sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 156, 276 u 277, jew taħt arranġamenti temporanji ta’ importazzjoni b’eżenzjoni totali mid-dazju fuq l-importazzjoni, jew taħt arranġamenti esterni ta’ tranżitu, l-avveniment li jagħti lok għal ħlas għandu jseħħ u l-VAT għandha ssir debitabbli biss meta l-merkanzija ma tibqax taħt dawk l-arranġamenti jew sitwazzjonijiet.”;

(42)L-Artikolu 76 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 76

Fir-rigward tal-provvista intra-Unjoni ta’ merkanzija li tikkonsisti fit-trasferiment lejn Stat Membru ieħor, l-ammont taxxabbli għandu jkun il-prezz tax-xiri tal-merkanzija jew ta’ merkanzija simili jew, fin-nuqqas ta’ prezz tax-xiri, il-prezz kemm sewa, stabbilit fiż-żmien li fih isir it-trasferiment.”;

(43)L-Artikolu 78 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 78

1.    L-ammont taxxabbli għandu jinkludi l-fatturi li ġejjin:

(a)taxxi, dazji, imposti u piżijiet, minbarra l-VAT innifisha;

(b)spejjeż inċidentali bħal kosti ta’ kummissjoni, ippakkjar, trasport u assigurazzjoni, addebitati mill-fornitur lill-konsumatur.

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, id-dazji għandhom jinkludu d-dazju tas-sisa dovut fl-Istat Membru li fih il-provvista intra-Unjoni ta’ merkanzija soġġetta għad-dazju tas-sisa sseħħ skont l-Artikolu 35a.

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jqisu spejjeż koperti minn ftehim separat bħala spejjeż inċidentali.

2.    Fejn, wara li tkun saret il-provvista intra-Unjoni ta’ merkanzija, il-fornitur jikseb rifużjoni tad-dazju tas-sisa mħallas fl-Istat Membru li fih beda t-tluq jew it-trasport tal-merkanzija, l-ammont taxxabbli għandu jitnaqqas kif xieraq fl-Istat Membru li fih il-provvista intra-Unjoni ta’ merkanzija soġġetta għad-dazju tas-sisa tkun seħħet skont l-Artikolu 35a.

3.    Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, “prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa” għandha tfisser prodotti tal-enerġija, alkoħol u xarbiet alkoħoliċi u tabakk manifatturat, kif imsemmi fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE (*) iżda mhux gass ipprovdut permezz ta’ sistema ta’ gass naturali li tkun tinsab fit-territorju tal-Unjoni jew kwalunkwe netwerk konnessa ma’ tali sistema.”;

_________________________________________________________________

(*)    Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta’ Diċembru 2008 rigward l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li tħassar id-Direttiva 92/12/KEE (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 12).

(44)Fit-Titolu VII, jitħassar il-Kapitolu 3;

(45)L-Artikolu 85 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 85

Rigward l-importazzjoni ta’ merkanzija, l-ammont taxxabbli għandu jkun il-valur għal finijiet doganali, stabbilit skont id-dispożizzjonijiet tal-Unjoni fis-seħħ.”;

(46)Fl-Artikolu 86(1), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)spejjeż inċidentali, bħal kosti ta’ kummissjoni, ippakkjar, trasport u assigurazzjoni, li jkunu tħallsu sal-ewwel post ta’ destinazzjoni fit-territorju tal-Istat Membru ta’ importazzjoni kif ukoll dawk li jirriżultaw mit-trasport lejn post ieħor ta’ destinazzjoni fl-Unjoni, jekk dak il-post l-ieħor hu magħruf meta jseħħ l-avveniment li jagħti lok għal ħlas.

(47)L-Artikolu 88 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 88

Meta merkanzija temporanjament esportata mill-Unjoni tiġi importata mill-ġdid wara li saritilha tiswija, ipproċessar, addattament, irtokkar jew xogħol ulterjuri, barra mill-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi biex jiżguraw li t-trattament tat-taxxa tal-merkanzija għal skopijiet tal-VAT ikun l-istess bħal dak li kien ikun applikat kieku t-tiswija, l-ipproċessar, l-addattament, l-irtokkar jew ix-xogħol ulterjuri kien twettaq fit-territorju tagħhom.”;

(48)L-Artikolu 91 huwa emendat kif ġej:

(a)Il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.    Fejn il-fatturi użati biex jiġi determinat l-ammont taxxabbli fuq l-importazzjoni huma espressi f’munita li mhix dik tal-Istat Membru fejn issir il-valutazzjoni, ir-rata tal-kambju għandha tkun stabbilita skont id-dispożizzjonijiet Komunitarji li jirregolaw il-kalkolu tal-valur għal skopijiet ta’ dwana.”;

(b)Fil-paragrafu 2, it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

Madanakollu, għal xi tranżazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu jew għal ċerti kategoriji ta’ persuni taxxabbli, l-Istati Membri jistgħu jużaw ir-rata tal-kambju stabbilita f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Unjoni fis-seħħ li jirregolaw il-kalkolu tal-valur għal skopijiet ta’ dwana.”;

(49)Fl-Artikolu 93, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)fil-każ ta’ provvista intra-Unjoni ta’ merkanzija;”;

(50)L-Artikolu 94 jitħassar;

(51)L-Artikolu 131 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 131

L-eżenzjonijiet stipulati fil-Kapitoli 2 sa 9 għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijet oħrajn tal-Unjoni skont kundizzjonijiet li l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu għall-finijiet li jiżguraw l-applikazzjoni korretta u ċara ta’ dawk l-eżenzjonijet u li jimpedixxu kwalunkwe evażjoni, evitar jew abbuż possibbli.”;

(52)Fit-Titolu IX, l-intestatura tal-Kapitolu 4 hija sostitwita b’dan li ġej:

“EŻENZJONIJIET GĦAL ĊERTU
TRASPORT
INTRA-UNJONI TA’ MERKANZIJA”

(53)Fil-Kapitolu 4 tat-Titolu IX, jitħassru t-Taqsimiet 1 u 2;

(54)fil-Kapitolu 4 tat-Titolu IX, titħassar l-intestatura tat-Taqsima 3;

(55)L-Artikolu 142 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 142

L-Istati Membri għandhom jeżentaw il-provvista ta’ trasport intra-Unjoni ta’ merkanzija minn u lejn il-gżejjer li jiffurmaw ir-reġjuni awtonomi tal-Ażores u l-Madejra, kif ukoll il-provvista ta’ trasport ta’ merkanzija bejn dawk il-gżejjer.”;

(56)L-Artikolu 143 huwa emendat kif ġej:

(a)Fil-paragrafu 1, il-punti (b) u (c) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(b)l-importazzjoni finali ta’ merkanzija rregolata mid-Direttivi tal-Kunsill 2007/74/KE (*), 2009/132/KE (**) u 2006/79/KE (***);

(c)l-importazzjoni finali ta’ merkanzija, f’ċirkolazzjoni ħielsa minn territorju terz li jifforma parti mit-territorju doganali tal-Unjoni, li tkun intitolata għal eżenzjoni skont il-punt (b) jekk din tkun ġiet importata fi ħdan it-tifsira tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 30;”,

(b)Fil-paragrafu 1, il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)l-importazzjoni ta’ merkanzija mibgħuta jew ittrasportata minn territorju terz jew pajjiż terz u importata fi Stat Membru li ma jkunx dak li fih tkun waslet il-merkanzija mibgħuta jew ittrasportata, fejn il-provvista ta’ merkanzija ta’ dan it-tip mill-importatur innominat jew rikonoxxut skont l-Artikolu 201 bħala obbligat iħallas il-VAT tkun provvista intra-Unjoni ta’ merkanzija;”,

(c)Fil-paragrafu 1, il-punt (fa) huwa sostitwit b’li ġej:

“(fa)l-importazzjoni ta’ merkanzija magħmula mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, mill-Bank Ewropew tal-Investiment, jew mill-korpi stabbiliti mill-Unjoni Ewropea li għalihom japplika l-Protokoll (Nru 7) dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni, fil-limiti u skont il-kundizzjonijiet ta’ dak il-Protokoll u l-ftehim għall-implimentazzjoni tiegħu jew il-ftehim tal-kwartieri ġenerali, sakemm dan ma jwassalx għal distorsjoni tal-kompetizzjoni;”,

(d)Il-kliem introduttorju tal-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.    L-eżenzjoni prevista f’punt (d) tal-paragrafu 1 għandha tapplika f’każijiet meta l-importazzjoni ta’ merkanzija tkun segwita mill-provvista intra-Unjoni ta’ merkanzija biss jekk fil-mument tal-importazzjoni l-importatur ikun ipprovda lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-importazzjoni tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:”,

(e)Fil-paragrafu 2, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)“in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT tal-konsumatur li lilu tkun ġiet fornuta l-merkanzija, maħruġ fi Stat Membru ieħor, jew in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT tiegħu stess f’każ ta’ trasferiment skont l-Artikolu 17(1);”;

_________________________________________________________________

(*)    Id-Direttiva tal-Kunsill 2007/74/KE tal-20 ta’ Diċembru 2007 dwar l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud u d-dazju tas-sisa fuq oġġetti importati minn persuni li jkunu qed jivvjaġġaw minn pajjiżi terzi (ĠU L 346, 29.12.2007, p. 6).

(**)    Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/132/KE tad-19 ta’ Ottubru 2009 li tiddetermina l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 143(b) u (c) tad-Direttiva 2006/112/KE dwar l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-importazzjoni finali ta’ ċerti oġġetti (verżjoni kodifikata) (ĠU L 292, 10.11.2009, p. 5).

(***)    Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/79/KE tal-5 ta’ Ottubru 2006 dwar eżenzjonijiet mit-taxxi applikabbli għall-importazzjoni ta’ kunsinni żgħar ta’ merkanzija ta’ natura mhux kummerċjali minn pajjiżi terzi (verżjoni kodifikata) (ĠU L 286, 17.10.2006, p. 15).

(57)It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 145(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-Istati Membri jistgħu jaddattaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom sabiex jimminimizzaw id-distorsjoni tal-kompetizzjoni u, b’mod partikolari, biex jipprevjenu l-assenza ta’ tassazzjoni jew it-tassazzjoni doppja fl-Unjoni.”;

(58)Fl-Artikolu 146(1), il-punti (a) sa (d) jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“(a)il-provvista ta’ merkanzija mibgħuta jew ittrasportata għal destinazzjoni barra mill-Unjoni mill-bejjiegħ jew f’ismu;

(b)il-provvista ta’ merkanzija mibgħuta jew ittrasportata lejn destinazzjoni barra mill-Unjoni minn konsumatur li ma jkunx stabbilit fit-territorju rispettiv tagħha jew f’ismu, bl-eċċezzjoni ta’ merkanzija trasportata mill-konsumatur innifsu għall-armar, l-għoti tal-karburant u l-provviżjoni ta’ dgħajjes tad-divertiment u ta’ inġenji tal-ajru privati jew kwalunkwe mezz tat-trasport ieħor għall-użu privat;

(c)il-provvista ta’ merkanzija lil korpi approvati li jesportawha barra mill-Unjoni bħala parti mill-attivitajiet umanitarji, ta’ karità jew attivitajiet ta’ tagħlim ’il barra mill-Unjoni;

(d)il-provvista ta’ servizzi li jikkonsistu f’xogħol fuq proprjetà mobbli akkwistata jew importata bil-ħsieb li jsir tali xogħol fuqha fit-territorju tal-Unjoni, u mibgħuta jew ittrasportata ’l barra mill-Komunità mill-fornitur, mill-konsumatur jekk dan mhux stabbilit fit-territorju rispettiv tagħhom jew f’isem wieħed jew l-ieħor;”;

(59)L-Artikolu 147 huwa emendat kif ġej:

(a)Fil-paragrafu 1, il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(a)il-vjaġġatur mhux stabbilit fi ħdan l-Unjoni;

(b)il-merkanzija hija ttrasportata barra mill-Unjoni qabel l-aħħar tat-tielet xahar wara dak li fih tkun saret il-provvista;”,

(b)Fil-paragrafu 2, l-ewwel u t-tieni subparagrafi huma sostitwiti b’dan li ġej:

“2.    Għall-finijiet tal-paragrafu 1, “vjaġġatur mhux stabbililt fi ħdan l-Unjoni” għandha tfisser vjaġġatur li l-indirizz permanenti jew ir-residenza abitwali tiegħu mhux qiegħda fl-Unjoni. F’dak il-każ “indirizz permanenti jew residenza abitwali” tfisser il-post imniżżel bħala tali f’passaport, karta tal-identità, jew dokument ieħor tal-identità rikonoxxut mill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu ssir il-provvista.

Prova ta’ esportazzjoni għandha tkun fornuta permezz tal-fattura jew dokument ieħor flokha, iffirmat mill-uffiċċju tad-dwana ta’ ħruġ mill-Unjoni.”;

(60)Fl-Artikolu 151(1), il-punt (aa) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(aa)il-provvista ta’ merkanzija jew servizzi għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni, għall-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, għall-Bank Ewropew tal-Investiment, jew għall-korpi stabbiliti mill-Unjoni Ewropea li għalihom japplika l-Protokoll (Nru 7) dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni, fil-limiti u skont il-kundizzjonijiet ta’ dak il-Protokoll u l-ftehim għall-implimentazzjoni tiegħu jew il-ftehim tal-kwartieri ġenerali, sakemm dan ma jwassalx għal distorsjoni tal-kompetizzjoni;”,

(61)Fl-Artikolu 153, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

L-Istati Membri għandhom jeżentaw il-provvista ta’ servizzi minn intermedjarji, li jaġixxu f’isem persuna oħra jew għaliha, fejn huma jieħdu sehem fit-tranżazzjonijiet imsemmija fil-Kapitoli 6, 7 u 8, jew ta’ tranżazzjonijiet mwettqa barra mill-Unjoni.”;

(62)L-Artikoli 154 u 155 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Artikolu 154

Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, “imħażen minbarra mħażen doganali” għandha, fil-każ ta’ merkanzija soġġetta għad-dazju tas-sisa, tfisser il-postijiet definiti bħala mħażen tat-taxxa mill-Artikolu 4(11) tad-Direttiva 2008/118/KEE u, fil-każ ta’ merkanzija li ma tkunx soġġetta għad-dazju tas-sisa, il-postijiet definiti bħala tali mill-Istati Membri.

Artikolu 155

Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijet oħra tat-taxxa tal-Unjoni, l-Istati Membri jistgħu, wara li jikkonsultaw mal-Kumitat tal-VAT, jieħdu miżuri speċjali mfassla biex jeżentaw it-tranżazzjonijiet kollha jew ftit minnhom imsemmija f’din it-Taqsima, sakemm dawk il-miżuri ma jkunux immirati għall-użu jew konsum finali u li l-ammont tal-VAT dovuta fuq il-waqfien tal-arranġamenti jew sitwazzjonijiet imsemmija f’din it-Taqsima jikkorrispondi għall-ammont ta’ taxxa li kellha tkun dovuta kieku kull tranżazzjoni kienet intaxxata fit-territorju tagħhom.”;

(63)Fl-Artikolu 156, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.    Il-postijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu dawk definiti bħala tali mid-dispożizzjonijiet doganali tal-Unjoni fis-seħħ.”;

(64)Fl-Artikolu 158(1), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)fejn il-merkanzija hija maħsuba għal persuni taxxabli, għall-finijiet ta’ twettiq ta’ provvisti għal vjaġġaturi abbord inġenji tal-ajru jew bastimenti matul titjira jew vjaġġ bil-baħar fejn il-post tal-wasla jinsab barra mill-Unjoni;”;

(65)Fl-Artikolu 161, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)il-provvista ta’ merkanzija msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 30 waqt li tibqa’ koperta mill-proċedura ta’ tranżitu intern tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 276.”;

(66)L-Artikolu 162 jitħassar;

(67)L-Artikolu 164 huwa emendat kif ġej:

(a)Fil-paragrafu 1, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)l-importazzjoni u l-provvisti ta’ merkanzija għall-persuna taxxabbli, bil-ħsieb tal-esportazzjoni tagħha mill-Unjoni kif inhi jew wara l-ipproċessar;”,

(b)Il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.    L-eżenzjoni ma għandhiex tapplika fil-każ ta’ provvisti intra-Unjoni ta’ merkanzija fejn il-fornitur, li huwa obbligat iħallas il-VAT, jagħmel użu mill-iskema speċjali prevista fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu XII għad-dikjarazzjoni u għall-ħlas tat-taxxa fuq dawn il-provvisti.”;

(68)L-Artikolu 165 jitħassar.

(69)L-Artikolu 168 huwa emendat kif ġej:

(a)Il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)il-VAT dovuta fir-rigward tat-tranżazzjonijiet trattati bħala provvisti ta’ merkanzija jew servizzi skont l-Artikolu 17(1), il-punt (a) tal-Artikolu 18 u l-Artikolu 27;”,

(b)Il-punti (c) u (d) jitħassru;

(70)Fl-Artikolu 169, il-punti (b) u (c) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(b)tranżazzjonijiet li huma eżentati skont l-Artikoli 142 jew 144, l-Artikolu 146 sa 149, l-Artikoli 151, 152, 153 jew 156, il-punt (b) tal-Artikolu 157(1), l-Artikoli 158 sa 161 jew l-Artikolu 164;

(c)tranżazzjonijiet li huma eżentati skont il-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 135(1), fejn il-konsumatur ikun stabbilit barra mill-Unjoni jew fejn dawk it-tranżazzjonijiet ikunu relatati direttament mal-merkanzija li ser tkun esportata barra mill-Unjoni.”;

(71)Fl-Artikolu 170, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)tranżazzjonijiet li għalihom it-taxxa hija pagabbli biss mill-konsumatur skont l-Artikoli 194, 196 u 199.”;

(72)L-Artikolu 171 huwa emendat kif ġej:

(a)Il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.    Il-VAT għandha titħallas lura lil persuni taxxabbli li mhumiex stabbiliti fit-territorju tal-Unjoni skont ir-regoli ta’ implimentazzjoni dettaljati stabbiliti fid-Direttiva 85/560/KEE.

Il-persuni taxxabbli msemmija fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 86/560/KEE għandhom ukoll, għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva, jiġu kkunsidrati bħala persuni taxxabbli li mhumiex stabbiliti fl-Unjoni meta, fl-Istat Membru li fih jixtru merkanzija u servizzi jew jimportaw merkanzija soġġetta għall-VAT, huma wettqu biss il-provvista ta’ merkanzija jew servizzi lil persuna li tkun inħatret skont l-Artikoli 194, 196, jew 199 bħala obbligata tħallas il-VAT.”;

(b)Fil-paragrafu 3, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)l-ammonti ta’ VAT fatturati fir-rigward tal-provvisti ta’ merkanzija li l-provvista tagħha huwa, jew jista’ jkun, eżentat skont il-punt (b) tal-Artikolu 146(1).”;

(73)L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 171a huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-Istati Membri jistgħu, minflok jagħtu rifużjoni tal-VAT skont id-Direttivi 86/560/KEE jew 2008/9/KE fuq dawk il-provvisti ta’ merkanzija jew servizzi għal persuni taxxabbli fir-rigward ta’ liema persuna taxxabbli hija responsabbli għall-ħlas tat-taxxa skont l-Artikoli 194, 196 jew 199, jippermettu tnaqqis ta’ din it-taxxa skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 168. Ir-restrizzjonijiet eżistenti skont l-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 86/560/KEE jistgħu jinżammu.”;

(74)Fl-Artikolu 172(1), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.    Kwalunkwe persuna kkunsidrata bħala persuna taxxabbli minħabba l-fatt li tipprovdi, fuq bażi okkażjonali, mezz ġdid ta’ trasport skont l-Artikolu 9(2) għandha, fl-Istat Membru li fih it-tluq jew it-trasport ta’ mezz ġdid ta’ trasport lill-konsumatur jibda, tkun intitolata li tnaqqas il-VAT dovuta jew imħallsa fir-rigward tal-akkwist jew l-importazzjoni tal-mezz ġdid ta’ trasport, sa ammont li ma jaqbiżx l-ammont tal-VAT li kienet tkun obbligata tħallas li kieku l-provvista soġġetta għall-VAT fl-Istat Membru li fih it-tluq jew it-trasport ta’ mezz ġdid ta’ trasport lill-konsumatur jibda.”;

(75)It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 175(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Madanakollu, l-Istati Membri jistgħu jżommu r-regoli fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1979 jew, fil-każ tal-Istati Membri li aderew għall-Unjoni wara dik id-data, fid-data tal-adeżjoni tagħhom.”;

(76)Fl-Artikolu 176, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Sa kemm id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-ewwel paragrafu jidħlu fis-seħħ, l-Istati Membri jistgħu jżommu l-esklużjonijiet kollha pprovduti skont il-liġijiet nazzjonali fl-1 ta’ Jannar 1979 jew, fil-każ tal-Istati Membri li aderew għall-Unjoni wara dik id-data, fid-data tal-adeżjoni tagħhom.”;

(77)Fl-Artikolu 177, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

Biex iżommu kundizzjonijiet identiċi ta’ kompetizzjoni, l-Istati Membri jistgħu, minflok jirrifjutaw it-tnaqqis, jintaxxaw merkanzija fabbrikata mill-persuna taxxabbli nnifisha jew li din tkun xtrat fl-Unjoni, jew importat, b’tali mod li t-taxxa ma teċċedix l-ammont ta’ VAT li kienet tiġi addebitata fuq l-akkwist ta’ merkanzija simili.”;

(78)L-Artikolu 178 huwa emendat kif ġej:

(a)Il-punti (c) u (d) jitħassru,

(b)Il-punt (f) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(f)meta tkun meħtieġa tħallas il-VAT bħala konsumatur fejn japplikaw l-Artikoli 194,196 jew 199, hi għandha tkun konformi mal-formalitajiet kif stabbiliti minn kull Stat Membru.”;

(79)L-Artikolu 181 jitħassar;

(80)L-Artikolu 182 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 182

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-kundizzjonijiet u r-regoli dettaljati biex japplikaw l-Artikoli 180 u 181.

(81)L-Artikolu 193 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 193

Il-VAT għandha titħallas minn kwalunkwe persuna taxxabbli li tkun qed twettaq provvista taxxabbli ta’ merkanzija jew servizzi, minbarra fejn din titħallas minn persuna oħra fil-każijiet imsemmija fl-Artikoli 194 sa 200 u fl-Artikolu 202.”;

(82)Fl-Artikolu 194, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.    Fejn il-provvista taxxabbli ta’ servizzi titwettaq minn persuna taxxabbli li tkunx stabbilita fl-Istat Membru li fih hi dovuta l-VAT, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-persuna obbligata tħallas il-VAT tkun il-persuna li lilha qed issir il-provvista tas-servizzi.”;

(83)Jiddaħħal l-Artikolu 194a li ġej:

“Artikolu 194a

Il-VAT għandha titħallas mill-persuna li tiġi fornuta bil-merkanzija sakemm din tkun persuna taxxabbli ċertifikata, kif definit fl-Artikolu 13a jekk il-merkanzija tiġi provvduta minn persuna taxxabbli mhux stabbilita fit-territorju tal-Istat Membru li fih hi dovuta l-VAT.”;

(84)L-Artikolu 195 jitħassar;

(85)L-Artikolu 197 jitħassar;

(86)L-Artikolu 199 a huwa emendat kif ġej:

(a)Fil-paragrafu 1, il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.    Sal-31 ta’ Diċembru 2028, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-persuna obbligata tħallas il-VAT hija l-persuna taxxabbli li lilha jsirulha l-provvisti li ġejjin:”;

(b)Fil-paragrafu 1, il-punti (c), (d), (e), (h), (i) u (j) jitħassru,

(c)Il-paragrafu 1b huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1b.    L-applikazzjoni tal-mekkaniżmu previst fil-paragrafu 1 għall-provvista ta’ kwalunkwe wieħed mis-servizzi elenkati fil-punti (f) u (g) ta’ dak il-paragrafu hija soġġetta għall-introduzzjoni ta’ obbligi ta’ rappurtar xierqa u effettivi minn persuni taxxabbli li jipprovdu s-servizzi li għalihom japplika l-mekkaniżmu previst fil-paragrafu 1.”,

(d)Il-paragrafi 3 sa 5 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“3.    “L-Istati Membri li japplikaw il-mekkaniżmu previst fil-paragrafu 1 għandhom, abbażi tal-kriterji ta’ evalwazzjoni previsti fil-punt (c) tal-paragrafu 2, jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2027. Ir-rapport għandu jindika b’mod ċar l-informazzjoni li għandha tiġi trattata b’mod kunfidenzjali u l-informazzjoni li tista’ tiġi ppubblikata.

Ir-rapport għandu jipprovdi valutazzjoni dettaljata tal-effettività u l-effiċjenza ġenerali tal-miżura, partikolarment rigward:

(a)l-impatt fuq attivitajiet ta’ frodi fir-rigward tal-provvisti ta’ servizzi koperti mill-miżura;

(b)it-trasferiment possibbli ta’ attivitajiet ta’ frodi għal servizzi oħrajn;

(c)l-ispejjeż ta’ konformità għall-persuni taxxabbli li jirriżultaw mill-miżura.

4.    Kull Stat Membru, li jkun individwa bidla fix-xejriet tal-attivitajiet frodulenti fit-territorju tiegħu fir-rigward tas-servizzi elenkati fil-paragrafu 1, mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan l-Artikolu fir-rigward ta’ tali servizzi, għandu jippreżenta rapport lill-Kummissjoni f’dak ir-rigward mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2027.

5.    Qabel l-1 ta’ Jannar 2028, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta’ valutazzjoni ġenerali dwar l-effetti tal-mekkaniżmu previst fil-paragrafu 1 fuq il-ġlieda kontra l-frodi.”;

(87)Fl-Artikolu 199b, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.    Stat Membru jista’, f’każijiet ta’ urġenza imperattiva u f’konformità mal-paragrafi 2 u 3, jinnomina r-riċevitur bħala l-persuna obbligata tħallas il-VAT fuq provvisti speċifiċi ta’ servizzi b’deroga mill-Artikolu 193 bħal miżura speċjali ta’ Mekkaniżmu ta’ Reazzjoni Rapida (“MRR”) fil-ġlieda kontra frodi għall-għarrieda u massiv li probabbilment iwassal għal telf finanzjarju konsiderevoli u irreparabbli.

Il-miżura speċjali ta’ MRR għandha tkun soġġetta għal miżuri ta’ kontroll xierqa mill-Istat Membru fir-rigward ta’ persuni taxxabbli li jipprovdu s-servizzi li għalihom tkun tapplika dik il-miżura, u għandha tkun għal perjodu ta’ mhux aktar minn disa’ xhur.”;

(88)L-Artikolu 200 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 200

Il-VAT għandha titħallas mill-persuna li lilha jiġi pprovdut mezz ġdid ta’ trasport skont l-Artikoli 35a jew 35b, fejn il-fornitur ikun persuna taxxabbli skont l-Artikolu 9(2).

Għall-finijiet ta’ din id-dispożizzjoni, persuna taxxabbli li hija soġġetta għall-iskema komuni b’rata fissa għall-bdiewa għall-finijiet agrikoli, tal-foresti jew tas-sajd tan-negozju tagħha u persuna taxxabbli li twettaq biss provvisti ta’ merkanzija u servizzi li fir-rigward tagħhom il-VAT ma tistax titnaqqas għandha titqies bħala persuna taxxabbli skont l-Artikolu 9(2).”;

(89)Fl-Artikolu 204, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.    Fejn, skont l-Artikoli 193 sa 196 u l-Artikoli 199 u 200, il-persuna obbligata tħallas il-VAT hija persuna taxxabbli li mhix stabbilita fl-Istat Membru li fih il-VAT hija dovuta, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lil dik il-persuna taħtar rappreżentant tat-taxxa bħala l-persuna responsabbli għall-ħlas tal-VAT.

Barra minn hekk, fejn it-tranżazzjoni taxxabbli tiġi effettwata minn persuna taxxabbli li mhix stabbilita fl-Istat Membru li fih il-VAT hi dovuta u fejn ma jeżisti l-ebda strument legali mal-pajjiż li fih il-persuna taxxabbli hija stabbilita jew għandha s-sede tagħha, li għandha x’taqsam mal-għajnuna reċiproka simili fl-iskop bħal dik prevista fid-Direttiva 2010/24/UE (*) u r-Regolament (KE) Nru 904/2010, l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri li jipprovdu li l-persuna obbligata tħallas il-VAT tkun rappreżentant tat-taxxa maħtur mill-persuna taxxabbli li mhix stabbilita.

Madankollu, l-Istat Membri ma jistgħux japplikaw l-alternattiva msemmija fit-tieni subparagrafu għal persuna taxxabbli li mhux stabbilita fl-Unjoni li għażlet l-iskema speċjali prevista fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu XII.”;

_________________________________________________________________

(*)    Id-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE tas-16 ta’ Marzu 2010 dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet relatati ma’ taxxi, dazji u miżuri oħra (ĠU L 84, 31.3.2010, p. 1).

(90)L-Artikolu 205 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 205

Fis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 193 sa 199b u l-Artikoli 202, 203 u 204, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu illi persuna li mhix il-persuna obbligata tħallas il-VAT għandha tkun responsabbli in solidum għall-ħlas tal-VAT.”;

(91)Fl-Artikolu 207, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li dawk il-persuni li, skont l-Artikoli 194,196,199 u 204, jitqiesu li huma obbligati jħallsu l-VAT minflok persuna taxxabbli li mhix stabbilita fit-territorju rispettiv tagħhom jikkonformaw mal-obbligi tal-ħlas imniżżla f’din it-Taqsima.”;

(92)L-Artikoli 209 u 210 jitħassru;

(93)Fl-Artikolu 213, jitħassar il-paragrafu 2.

(94)l-Artikolu 214(1) huwa emendat kif ġej:

(a)Il-punti (a) u (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)kull persuna taxxabbli, bl-eċċezzjoni ta’ dawk imsemmija fl-Artikolu 9(2), li fit-territorju tagħhom twettaq provvisti ta’ merkanzija jew servizzi li fir-rigward tagħhom tista’ titnaqqas il-VAT, minbarra l-provvisti ta’ merkanzija jew servizzi li għalihom il-VAT għandha titħallas biss mill-konsumatur jew mill-persuna li għaliha huma intenzjonati l-merkanzija jew is-servizzi, skont l-Artikoli 194 sa 196 u l-Artikolu 199;

(b)kull persuna taxxabbli, jew persuna legali mhux taxxabbli, li tkun ir-riċevitur ta’ provvista intra-Unjoni ta’ merkanzija;”,

(b)Il-punt (c) jitħassar;

(c)Jiddaħħal il-punt (f) li ġej:

“(f)kull persuna taxxabbli, bl-eċċezzjoni ta’ dawk imsemmija fl-Artikolu 9(2), stabbilita fit-territorju tagħhom, li twettaq provvisti intra-Unjoni ta’ merkanzija biss.”;

(95)L-Artikolu 216 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 216

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li s-sistemi ta’ identifikazzjoni tagħhom jippermettu li l-persuni taxxabbli msemmija fl-Artikolu 214 jiġu identifikati.”;

(96)Il-punt (a) tal-Artikolu 219a(2) huwa emendat kif ġej:

(a)Il-punt (ii) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(ii)il-provvista ta’ merkanzija jew servizzi ma tkunx meqjusa li saret ġewwa l-Unjoni, skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu V;”,

(b)Jiddaħħal il-punt (iii) li ġej:

“(iii)il-fornitur mhux stabbilit fl-Istat Membru li fih iwettaq provvisti intra-Unjoni ta’ merkanzija li għalihom huwa obbligat iħallas il-VAT u li mhux jagħmel użu mill-iskema speċjali msemmija fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu XII;”;

(97)Fl-Artikolu 220(1), il-punti (3) u (4) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(3)il-provvisti ta’ mezz ġdid tat-trasport skont l-Artikolu 35b;

(4)kwalunkwe ħlas fuq kont magħmul lilha qabel ma titwettaq waħda mill-provvisti ta’ merkanzija msemmija fil-punti (1) u (2) ħlief għall-provvisti intra-Unjoni ta’ merkanzija;”;

(98)Fl-Artikolu 220 a, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.    L-Istati Membri ma għandhomx jippermettu li persuni taxxabbli joħorġu fattura simplifikata fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)għall-provvista intra-Unjoni ta’ merkanzija;

(b)meta l-fattura tkun trid tinħareġ skont il-punt (2) tal-Artikolu 220(1);

(c)fejn il-provvista taxxabbli ta’ merkanzija jew servizzi titwettaq minn persuna taxxabbli li mhijiex stabbilita fl-Istat Membru li fih il-VAT hi dovuta, jew fejn l-istabbiliment tagħha f’dak l-Istat Membru ma jintervjenix fil-provvista fi ħdan it-tifsira skont l-Artikolu 192a, u l-persuna obbligata tħallas il-VAT tkun il-persuna li lilha qed issir il-provvista tal-merkanzija jew servizzi.”;

(99)Fl-Artikolu 221, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.L-Istati Membri jistgħu jeħilsu persuni taxxabbli mill-obbligu stabbilit fl-Artikolu 220(1) jew fl-Artikolu 220a milli joħorġu fattura fir-rigward ta’ provvisti ta’ merkanzija jew servizzi li jkunu għamlu fit-territorju tagħhom u li jkunu eżentati, bil-possibbiltà ta’ tnaqqis tal-VAT imħallsa fl-istadju preċedenti jew mingħajrha, skont l-Artikoli 132, il-punti (h) sa (l) tal-Artikolu135(1), l-Artikoli 136, 371, 375, 376 u 377, l-Artikolu 378(2), l-Artikolu 379(2) u l-Artikoli 380 sa 390c.”;

(100)Fl-Artikolu 222, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Għal provvisti intra-Unjoni ta’ merkanzija mwettqa skont mezz ġdid ta’ trasport skont l-Artikolu 35b jew għal provvisti ta’ servizzi li għalihom il-VAT titħallas mill-konsumatur skont l-Artikolu 196, għandha tinħareġ fattura sa mhux aktar tard mill-ħmistax-il jum tax-xahar wara dak li fih iseħħ l-avveniment li jagħti lok għall-ħlas.”;

(101)L-Artikolu 225 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 225

L-Istati Membri jistgħu jimponu kundizzjonijiet speċifiċi fuq persuni taxxabbli f’każijiet fejn il-parti terza, jew il-konsumatur, li toħroġ il-fatturi tkun stabbilita f’pajjiż li miegħu ma jkun jeżisti l-ebda strument legali relatat ma’ assistenza reċiproka simili fl-iskop għal dak previst fid-Direttiva 2010/24/UE u r-Regolament (KE) Nru 904/2010.”;

(102)L-Artikolu 226 huwa emendat kif ġej:

(a)Il-punt (4) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(4)in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT tal-konsumatur, kif imsemmi fl-Artikolu 214, li taħtu l-konsumatur irċieva provvista intra-Unjoni ta’ merkanzija jew provvista ta’ merkanzija u servizzi li fir-rigward tagħha obbligat iħallas il-VAT;”,

(b)Il-punt (12) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(12)fil-każ ta’ provvista intra-Unjoni ta’ mezz ġdid ta’ trasport, jew ta’ provvista ta’ mezz ġdid ta’ trasport kif imsemmi fl-Artikolu 35b, il-karatteristiċi kif identifikati fl-Artikolu 9(3);”;

(103)L-Artikolu 230 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 230

L-ammonti li jidhru fuq il-fattura jistgħu jkunu espressi f’kull munita, sakemm l-ammont ta’ VAT li għandu jitħallas jew li jrid jiġi aġġustat, ikun espress fil-munita nazzjonali tal-Istat Membru li fih l-ammont ta’ VAT għandu jitħallas jew irid jiġi aġġustat, bl-użu tal-mekkaniżmu ta’ kambju stabbilit fl-Artikolu 91.”;

(104)L-Artikolu 235 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 235

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kundizzjonijiet speċifiċi għal fatturi maħruġa b’mezzi elettroniċi fir-rigward ta’ merkanzija jew servizzi pprovduti fit-territorju tagħhom minn pajjiż li miegħu ma jeżisti l-ebda strument legali relatat ma’ għajnuna reċiproka simili fl-ambitu għal dak previst fid-Direttiva 2010/24/UE u fir-Regolament (KE) Nru 904/2010.”;

(105)Fl-Artikolu 238, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.    L-arranġamenti simplifikati previsti fil-paragrafu 1 m’għandhomx ikunu applikati meta l-fatturi jkunu jridu jinħarġu fir-rigward ta’ dan li ġej:

(a)il-provvista intra-Unjoni ta’ merkanzija;

(b)skont il-punt (2) tal-Artikolu 220(1);

(c)fejn il-provvista taxxabbli ta’ merkanzija jew servizzi titwettaq minn persuna taxxabbli li mhijiex stabbilita fl-Istat Membru li fih il-VAT hi dovuta, jew fejn l-istabbiliment tagħha f’dak l-Istat Membru ma jintervjenix fil-provvista fi ħdan it-tifsira skont l-Artikolu 192a, u l-persuna obbligata tħallas il-VAT tkun il-persuna li lilha qed issir il-provvista tal-merkanzija jew servizzi.”;

(106)L-Artikolu 239 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 239

F’każijiet fejn l-Istati Membri jagħmlu użu mill-alternattiva skont il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 272(1) li ma jallokawx numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT lil persuni taxxabbli li ma jwettqu l-ebda waħda mit-tranżazzjonijiet msemmija fl-Artikoli 14(4), 17(1), u 36, u fejn il-fornitur jew il-konsumatur ma jkunx ġie allokat numru ta’ identifikazzjoni ta’ dak it-tip, numru ieħor magħruf bħala n-numru ta’ referenza tat-taxxa, kif inhu definit mill-Istati Membri kkonċernati, għandu jiddaħħal fil-fattura minflok.”;

(107)Fl-Artikolu 240, il-punt (1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(1)fir-rigward tal-provvista ta’ servizzi, kif imsemmi fl-Artikolu 44, 47, 50, 53, 54 u 55, in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT u n-numru ta’ referenza tat-taxxa tal-fornitur;”;

(108)Fl-Artikolu 242 a, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.    Fejn persuna taxxabbli tiffaċilita, permezz tal-użu ta’ interfaċċa elettronika bħal post tas-suq, pjattaforma, portal jew mezzi simili, il-provvista ta’ merkanzija jew servizzi lil persuna mhux taxxabbli fi ħdan l-Unjoni skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu V, il-persuna taxxabbli li tiffaċilita l-provvista għandha tkun obbligata żżomm reġistri ta’ dawk il-provvisti. Dawk ir-reġistri għandhom ikunu f’dettall biżżejjed biex jippermettu lill-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri fejn dawk il-provvisti huma taxxabbli biex jivverifikaw li l-VAT tkun ġiet kontabilizzata b’mod korrett.”;

(109)Fl-Artikolu 243, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.    Kull persuna taxxabbli għandha żżomm reġistru tal-merkanzija mibgħuta jew ittrasportata minnha, jew f’isimha, lejn destinazzjoni barra t-territorju tal-Istat Membru tat-tluq iżda fl-Unjoni għall-finijiet ta’ tranżazzjonijiet li jikkonsistu fi stimi ta’ dik il-merkanzija jew xogħol fuqha jew fl-użu temporanju tagħha kif imsemmi fil-punti (f), (g) u (h) tal-Artikolu 17(2).”;

(110)Fl-Artikolu 247, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.    L-Istat Membru msemmi fil-paragrafu 1 jista’ jistabbilixxi kundizzjonijiet speċifiċi li jipprojbixxu jew jirrestrinġu l-ħażna ta’ fatturi f’pajjiż li miegħu ma jkun jeżisti l-ebda strument legali relatat ma’ għajnuna reċiproka simili fl-ambitu għal dak previst fid-Direttiva 2010/24/UE u fir–Regolament (KE) Nru 904/2010, jew għad-dritt imsemmi fl-Artikolu 249 ta’ aċċess b’mezzi elettroniċi, li jniżżluhom u li jużawhom.”;

(111)L-Artikolu 251 jitħassar;

(112)L-Artikolu 254 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 254

Fil-każ li l-provvista ta’ mezzi ġodda ta’ trasport ipprovdut skont l-Artikoli 35a jew 35b u li l-persuna li lilha tkun qed tiġi pprovduta tkun obbligata tħallas il-VAT, skont l-Artikolu 200, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-bejjiegħ jikkomunika l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tkun applikata l-VAT u tkun ivverifikata l-applikazzjoni tagħha mill-awtoritajiet tat-taxxa.”;

(113)L-Artikolu 257 jitħassar;

(114)L-Artikoli 258 u 259 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Artikolu 258

1.    L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dettaljati għall-preżentazzjoni ta’ denunzji tal-VAT mill-persuna obbligata tħallas il-VAT skont l-Artikolu 200 fir-rigward ta’ provvisti ta’ mezzi ġodda ta’ trasport li jsiru skont l-Artikoli 35a jew 35b.

2.    Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal persuni taxxabbli li jippreżentaw denunzji tal-VAT f’konformità mal-Artikolu 250.

Artikolu 259

L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li persuni li għalihom huma pprovduti mezzi ġodda ta’ trasport, biex meta jippreżentaw id-denunzja tal-VAT imsemmija fl-Artikolu 258(1), jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tkun applikata l-VAT u biex l-applikazzjoni tagħha tkun ivverifikata mill-awtoritajiet tat-taxxa.”;

(115)Fl-Artikolu 261, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.    L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li persuna taxxabbli tippreżenta denunzja li turi l-partikolarijiet kollha speċifikati fl-Artikoli 250 fir-rigward tat-tranżazzjonijiet kollha magħmula matul is-sena ta’ qabel. Dik id-denunzja għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa għal kwalunkwe aġġustament.”;

(116)L-Artikolu 262 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 262

Kull persuna taxxabbli identifikata għall-finijiet tal-VAT għandha tippreżenta dikjarazzjoni rikapitulattiva tal-persuni taxxabbli u l-persuni legali mhux taxxabbli identifikati għall-finijiet ta’ VAT, li lilhom tkun provdiet servizzi, għajr dawk is-servizzi li huma eżentati mill-VAT fl-Istat Membru fejn it-tranżazzjoni tkun taxxabbli, u li għaliha r-riċevitur ikun obbligat li jħallas it-taxxa skont l-Artikolu 196.”;

(117)L-Artikolu 263 huwa emendat kif ġej:

(a)Fil-paragrafu 1 jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:

“L-Istati Membri jistgħu, skont il-kundizzjonijiet u l-limiti li jistgħu jistabbilixxu, jawtorizzaw lill-persuni taxxabbli li jippreżentaw id-dikjarazzjoni rikapitulattiva għal kull trimestru kalendarju, f’limitu ta’ żmien ta’ mhux aktar minn xahar li jibda minn tmiem it-trimestru.”,

(b)Il-paragrafi 1a, 1b u 1c jitħassru;

(118)l-Artikolu 264 huwa emendat kif ġej:

(a)Fil-paragrafu 1, il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(a)in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT tal-persuna taxxabbli fl-Istat Membru li fih għandha tintbagħat id-dikjarazzjoni rikapitulattiva u li taħtu hi wettqet il-provvista ta’ servizzi skont il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 44;

(b)irid jiġi ppreżentat in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT tal-persuna li tirċievi s-servizzi fi Stat Membru li mhux dak li fih għandha tintbagħat id-dikjarazzjoni rikapitulattiva u li taħtu s-servizzi ġew provvduti lilha;”,

(b)Fil-paragrafu 1, jitħassar il-punt (c);

(c)Fil-paragrafu 1, il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)għal kull persuna li akkwistat servizzi, il-valur totali tal-provvista tas-servizzi li tkun saret mill-persuna taxxabbli;”,

(d)Fil-paragrafu 1, jitħassar il-punt (e);

(e)Il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.    L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1(d), għandu jiġi ddikjarat għall-perjodu ta’ preżentazzjoni stabbilit konformement mal-Artikolu 263(1), li matulu l-VAT tkun saret debitabbli.

L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1(f), għandu jiġi ddikjarat għall-perjodu ta’ preżentazzjoni stabbilit konformement mal-Artikolu 263(1), li matulu l-persuna li takkwista l-merkanzija tkun ġiet infurmata bl-aġġustament.”;

(119)L-Artikoli 265, 268, 269 u 270 jitħassru.

(120)L-Artikolu 271 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 271

Wara li jikkonsultaw lill-Kumitat tal-VAT, l-Istati Membri li jistabbilixxu l-perjodu tat-taxxa fuq tliet xhur li fir-rigward tiegħu persuni taxxabbli għandhom jippreżentaw id-denunzja tal-VAT prevista fl-Artikolu 250, jistgħu jippermettu lil tali persuni jippreżentaw dikjarazzjonijiet rikapitulattivi tal-istess perjodu fejn il-valur annwali totali, mingħajr il-VAT, tal-provvisti ta’ merkanzija u servizzi ta’ dawk il-persuni taxxabbli ma jaqbiżx EUR 200 000 jew l-ekwivalenti fil-munita nazzjonali.”;

(121)l-Artikolu 272 huwa emendat kif ġej:

(a)Fil-paragrafu 1, jitħassar il-punt (a),

(b)Fil-paragrafu 1, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)persuni taxxabbli li ma jwettqu l-ebda mit-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 14(4), 17(1) u 36;”,

(c)Il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.    Jekk l-Istati Membri jeżerċitaw l-alternattiva skont il-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, huma għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw l-applikazzjoni korretta tal-arranġamenti tranżizzjonali għat-tassazzjoni intra-Unjoni ta’ tranżazzjonijiet.”;

(122)L-Artikoli 274 sa 280 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Artikolu 274

L-Artikoli 275, 276 u 277 għandhom japplikaw għall-importazzjoni ta’ merkanzija li hija f’ċirkolazzjoni ħielsa li tidħol fil-Komunità minn territorju terz li jifforma parti mit-territorju doganali tal-Unjoni.

Artikolu 275

Il-formalitajiet li għandhom x’jaqsmu mal-importazzjoni tal-merkanzija msemmija fl-Artikolu 274 għandhom ikunu l-istess bħal dawk stabbiliti mid-dispożizzjonijiet doganali tal-Unjoni fis-seħħ għall-importazzjoni ta’ merkanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni.

Artikolu 276

Fejn il-merkanzija mibgħuta jew ittrasportata msemmija fl-Artikolu 274 tispiċċa f’post li jinsab barra mill-Istat Membru tad-dħul tagħhom fl-Unjoni, dawn għandhom jiċċirkolaw fl-Unjoni skont il-proċedura ta’ tranżitu tal-Unjoni intern stabbilita mid-dispożizzjonijiet doganali tal-Unjoni fis-seħħ, safejn dawn kienu s-suġġett ta’ dikjarazzjoni li tqegħedhom taħt din il-proċedura mad-dħul tagħhom fl-Unjoni.

Artikolu 277

Fejn, mad-dħul tagħha fl-Unjoni, il-merkanzija msemmija fl-Artikolu 274 tinsab f’waħda mis-sitwazzjonijiet li tikkwalifikaha, jekk din tkun ġiet importata fit-tifsira tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 30, biex tkun koperta minn wieħed mill-arranġamenti jew sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 156, jew minn arranġament ta’ importazzjoni temporanju b’eżenzjoni totali mid-dazji fuq l-importazzjoni, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-merkanzija tista’ tibqa’ fl-Unjoni skont l-istess kundizzjonijiet bħal dawk stipulati għall-applikazzjoni ta’ dawk l-arranġamenti jew sitwazzjonijiet.

Artikolu 278

L-Artikoli 279 u 280 għandhom japplikaw għall-esportazzjoni ta’ merkanzija f’ċirkolazzjoni ħielsa li tintbagħat jew tiġi trasportata minn Stat Membru lejn territorju terz li jifforma parti mit-territorju doganali tal-Unjoni.

Artikolu 279

Il-formalitajiet li għandhom x’jaqsmu mal-esportazzjoni tal-merkanzija msemmija fl-Artikolu 278 mit-territorju tal-Unjoni għandhom ikunu l-istess bħal dawk stabbiliti mid-dispożizzjonijiet doganali tal-Unjoni fis-seħħ għall-esportazzjoni ta’ merkanzija mit-territorju doganali tal-Unjoni.

Artikolu 280

Fil-każ ta’ merkanzija li hija temporanjament esportata mill-Unjoni, sabiex din terġa’ tiġi importata, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li, mar-riimportazzjoni fl-Unjoni, tali merkanzija tista’ tiġi koperta mill-istess dispożizzjonijiet li kienu japplikaw kieku din kienet ġiet temporanjament esportata mit-territorju doganali tal-Unjoni.”;

(123)Fl-Artikolu 283(1), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)il-provvisti ta’ mezz ġdid tat-trasport skont l-Artikoli 35a jew 35b;”;

(124)Fl-Artikolu 300, jitħassar il-punt 2;

(125)l-Artikolu 303 huwa emendat kif ġej:

(a)Il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.    L-Istati Membri għandhom jagħtu rifużjoni lill-konsumatur tal-ammont tal-kumpens b’rata fissa li hu ħallas għal kwalunkwe minn dawn it-tranżazzjonijiet li ġejjin:

(a)il-provvista ta’ prodotti agrikoli mibgħuta jew trasportata barra mit-territorju tal-Istat Membru tal-provvista lil konsumatur taxxabbli stabbilit fl-Unjoni imma fi Stat Membru ieħor sakemm il-prodotti jintużaw minn dak il-konsumatur għall-finijiet tat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 169(a) u (b);

(b)il-provvista ta’ prodotti agrikoli, li twettqet skont il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikoli 146, 147, 148 u 156, l-Artikolu 157(1)(b) u l-Artikoli 158, 160 u 161, lil konsumatur taxxabbli stabbilit barra mill-Unjoni, sakemm il-prodotti jintużaw minn dak il-konsumatur għall-finijiet tat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 169(a) u (b) jew għall-finijiet ta’ provvisti ta’ servizzi li jitqiesu li seħħew fit-territorju tal-Istat Membru li fih il-konsumatur hu stabbilit u li fuqhom it-taxxa titħallas biss mill-konsumatur skont l-Artikolu 196;

(c)il-provvista ta’ servizzi agrikoli lil konsumatur taxxabbli stabbilit fl-Unjoni imma fi Stat Membru ieħor jew lil konsumatur taxxabbli stabbilit barra mill-Unjoni, sakemm is-servizzi jintużaw mill-konsumatur għall-iskopijiet tat-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 169(a) u (b) jew għall-finijiet ta’ provvista ta’ servizzi li jitqiesu li seħħew fit-territorju tal-Istat Membru li fih il-konsumatur hu stabbilit u li fir-rispett tiegħu il-VAT trid titħallas biss mill-konsumatur skont l-Artikolu 196.”,

(b)Il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.    L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-metodu li permezz tiegħu jsiru r-rifużjonijiet previsti fil-paragrafu 2. B’mod partikolari, huma jistgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 2008/9/KE u 86/560/KEE.”;

(126)L-Artikolu 305 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 305

“Kull meta l-Istati Membri japplikaw din l-iskema b’rata fissa, huma għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-provvista ta’ prodotti agrikoli bejn l-Istati Membri, li twettqet skont il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 33(1), tkun dejjem intaxxata bl-istess mod, kemm jekk il-provvista tkun saret minn bidwi b’rata fissa jew minn persuna taxxabbli oħra.”;

(127)L-Artikolu 309 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 309

Jekk tranżazzjonijet fdati mill-aġent tal-ivvjaġġar lil persuni taxxabbli oħrajn jitwettqu mit-tali persuni barra mill-Unjoni, il-provvista ta’ servizzi mwettqa mill-aġent tal-ivjaġġar għandha tkun trattata bħala attività intermedjarja eżentata skont l-Artikolu 153.

Jekk it-tranżazzjonijiet twettqu kemm ġewwa u barra mill-Unjoni, hija biss il-parti tas-servizz tal-aġent tal-ivvjaġġar li għandha x’taqsam ma’ tranżazzjonijiet barra mill-Unjoni li tista’ tkun eżentata.”;

(128)Fl-Artikolu 311, il-kliem introduttorju tal-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.    Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, u mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet tal-Unjoni oħrajn, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(129)Fl-Artikolu 313, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.    L-iskema msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu m’għandhiex tapplika għall-provvista ta’ mezzi ġodda ta’ trasport, imwettqa skont il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 35a u 35b.”;

(130)Fl-Artikolu 314, il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-iskema tal-marġni għandha tapplika għall-provvista minn negozjant taxxabbli ta’ merkanzija użata, ta’ oġġetti tal-kollezzjoni jew ta’ antikitajiet fejn dik il-merkanzija kienet ipprovduta lilu fl-Unjoni minn waħda mill-persuni li ġejjin:”;

(131)fit-Titolu XII, is-Subtaqsima 2, tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 4 titħassar;

(132)Fl-Artikolu 333, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.    L-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għall-provvista ta’ mezzi ġodda ta’ trasport, imwettqa skont il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 35a jew 35b.”;

(133)L-Artikolu 341 jitħassar;

(134)Fl-Artikolu 344, il-kliem introduttorju tal-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.    Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, u mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħra tal-Unjoni: “deheb ta’ investiment” għandha tfisser:

(135)L-Artikolu 346 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 346

L-Istati Membri għandhom jeżentaw il-provvista u l-importazzjoni ta’ deheb ta’ investiment mill-VAT, inkluż deheb ta’ investiment rappreżentat b’ċertifikati għal deheb allokat jew mhux allokat jew negozjat fuq kontijiet tad-deheb u li jinkludi, b’mod partikolari, self u tpartit ta’ deheb, li jinvolvu dritt tal-pussess jew talba dwar deheb ta’ investiment, kif ukoll tranżazzjonijiet li jikkonċernaw deheb ta’ investiment li jinvolvu kuntratti futuri u kuntratti miġjuba ’l quddiem li jwasslu għal trasferiment tad-dritt ta’ pussess jew talba dwar deheb ta’ investiment.”;

(136)L-Artikolu 352 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 352

Kull Stat Membru jista’, wara li jikkonsulta lill-Kumitat tal-VAT, japplika l-VAT għal tranżazzjonijiet speċifiċi marbuta mad-deheb ta’ investiment li jsiru f’dak l-Istat Membru bejn persuni taxxabbli li huma membri ta’ suq tad-deheb irregolat mill-Istat Membru kkonċernat jew bejn tali persuna taxxabbli u persuna taxxabbli oħra li mhijiex membru ta’ dak is-suq. Madankollu, l-Istat Membru ma jistax japplika l-VAT għal esportazzjonijiet tad-deheb ta’ investiment.”;

(137)Fl-Artikolu 354, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)il-VAT dovuta jew imħallsa fir-rigward ta’ provvista li ssirilha, jew imwettqa minnha, fuq deheb barra deheb ta’ investiment li hu sussegwentement ittrasformat f’deheb ta’ investiment minnha stess jew f’isimha;

(138)L-Artikolu 355 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 355

Persuni taxxabbli li jipproduċu deheb ta’ investiment jew li jittrasformaw deheb f’deheb ta’ investiment għandhom ikunu intitolati li jnaqqsu l-VAT dovuta jew imħallsa minnhom fir-rigward tal-provvista, jew l-importazzjoni ta’ merkanzija jew servizzi li għandhom x’jaqsmu mal-produzzjoni jew it-trasformazzjoni ta’ dak id-deheb, bħal li kieku l-provvista sussegwenti tad-deheb eżentata skont l-Artikolu 346 kienet intaxxata.”;

(139)Fl-Artikolu 356, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.    L-Istati Membri jistgħu jaċċettaw obbligi ekwivalenti skont miżuri adottati skont leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, bħad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*), biex josservaw il-ħtiġijiet skont il-paragrafu 1.”

_________________________________________________________________

(*)    Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).

(140)Fit-Titolu XII, l-intestatura tal-Kapitolu 6 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Skemi speċjali għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti”

(141)Fl-Artikolu 358, il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej:

Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, u mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet tal-Unjoni oħrajn, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:”;

(142)Fit-Titolu XII, il-Kapitolu 6, l-intestatura tas-Sezzjoni 2 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Skema speċjali għal servizzi pprovduti minn persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Unjoni”;

(143)L-Artikoli 358a sa 362 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Artikolu 358a

Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, u mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet tal-Unjoni oħrajn, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)‘persuna taxxabbli mhux stabbilita fl-Unjoni’ tfisser persuna taxxabbli li ma tkunx stabbiliet in-negozju tagħha fit-territorju tal-Unjoni u li ma jkollha l-ebda stabbiliment fiss hemmhekk;

(2)“Stat Membru ta’ identifikazzjoni” tfisser l-Istat Membru li l-persuna taxxabbli li mhux stabbilita fl-Unjoni tagħżel li tikkuntattja sabiex tiddikjara meta l-attività tagħha bħala persuna taxxabbli fit-territorju tal-Unjoni tibda b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din it-Taqsima.

(3)“Stat Membru tal-konsum” tfisser l-Istat Membru fejn il-provvista ta’ servizzi titqies li sseħħ skont il-Kapitolu 3 tat-Titolu V.

Artikolu 359

L-Istati Membri għandhom jippermettu lil kwalunkwe persuna taxxabbli li mhijiex stabbilita fl-Unjoni li tipprovdi servizzi lil persuna mhux taxxabbli li hija stabbilita fi Stat Membru jew li għandha l-indirizz permanenti tagħha jew normalment tirrisjedi fi Stat Membru, sabiex tuża din l-iskema speċjali. Din l-iskema tapplika għal dawk is-servizzi kollha pprovduti fl-Unjoni.

Artikolu 360

Il-persuna taxxabbli li mhix stabbilita fl-Unjoni għandha tiddikjara lill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni meta tibda u tieqaf mill-attivitajiet tagħha bħala persuna taxxabbli, jew meta tbiddel dik l-attività b’tali mod li ma tibqax tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-użu ta’ din l-iskema speċjali. Hi għandha tikkomunika dik l-informazzjoni b’mezzi elettroniċi.

Artikolu 361

1.    L-informazzjoni li l-persuna taxxabbli li mhix stabbilita fil-Komunità trid tipprovdi lill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni meta l-attività taxxabbli tagħha tibda għandu jkun fiha d-dettalji li ġejjin:

(a)l-isem;

(b)l-indirizz postali;

(c)l-indirizzi elettroniċi, inklużi websajts;

(d)in-numru tat-taxxa nazzjonali, jekk ikollha;

(e)dikjarazzjoni li l-persuna ma tkunx stabbilixxiet in-negozju tagħha fit-territorju tal-Unjoni u li ma jkollha l-ebda stabbiliment fiss hemmhekk.

2.    Il-persuna taxxabbli li mhix stabbilita fl-Unjoni għandha tinnotifika l-Istat Membru ta’ identifikazzjoni bi kwalunkwe tibdil fl-informazzjoni pprovduta.

Artikolu 362

L-Istat Membru ta’ identifikazzjoni għandu jalloka lill-persuna taxxabbli mhux stabbilita fl-Unjoni numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT individwali għall-applikazzjoni ta’ din l-iskema speċjali u għandu jinnotifikaha b’dak in-numru permezz ta’ mezzi elettroniċi. Abbażi tal-informazzjoni użata għal dik l-identifikazzjoni, l-Istati Membri tal-konsum jistgħu jużaw is-sistemi ta’ identifikazzjoni tagħhom.”;

(144)Fl-Artikolu 363, il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-Istat Membru ta’ identifikazzjoni għandu jħassar lill-persuna taxxabbli li mhix stabbilita fl-Unjoni mir-reġistru ta’ identifikazzjoni fil-każijiet li ġejjin:”;

(145)L-Artikolu 364 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 364

Il-persuna taxxabbli mhux stabbilita fl-Unjoni li tuża din l-iskema speċjali għandha tippreżenta denunzja tal-VAT għal kull trimestru kalendarju permezz ta’ mezzi elettroniċi lill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni, kemm jekk ġew ipprovduti servizzi koperti minn din l-iskema speċjali kif ukoll jekk le. Id-denunzja tal-VAT għandha tiġi ppreżentata sa tmiem ix-xahar wara t-tmiem tal-perjodu tat-taxxa kopert mid-denunzja.”;

(146)It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 366(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-Istati Membri li għadhom ma adottawx l-euro jistgħu jeħtieġu li d-denunzja tal-VAT tkun magħmula fil-munita nazzjonali tagħhom. Jekk il-provvista tkun saret f’muniti oħrajn, il-persuna taxxabbli mhux stabbilita fl-Unjoni għandha, għall-finijiet li timla d-denunzja tal-VAT, tuża r-rata tal-kambju li japplikaw fl-aħħar jum tal-perjodu tat-taxxa.";

(147)Fl-Artikolu 367, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

Il-persuna taxxabbli mhux stabbilita fl-Unjoni għandha tħallas il-VAT, waqt li tagħmel referenza għad-denunzja tal-VAT rilevanti, meta tippreżenta d-denunzja tal-VAT, mhux aktar tard, madankollu, mill-iskadenza tat-terminu li fih id-dikjarazzjoni għandha tiġi ppreżentata.”;

(148)Fl-Artikolu 368, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-persuna taxxabbli mhux stabbilita fl-Unjoni li tuża din l-iskema speċjali ma tistax tnaqqas il-VAT skont l-Artikolu 168 ta’ din id-Direttiva. Minkejja l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 86/560/KEE, il-persuna taxxabbli in kwistjoni għandha tingħata l-flus lura skont dik id-Direttiva. L-Artikolu 2(2) u (3), u l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 86/560/KEE ma għandhomx japplikaw għal rifużjonijiet li jirrigwardaw servizzi koperti minn din l-iskema speċjali.”;

(149)Fl-Artikolu 369, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.    Il-persuna taxxabbli mhux stabbilita fl-Unjoni għandha żżomm ir-reġistri tat-tranżazzjonijiet koperti minn din l-iskema speċjali. Dawk ir-reġistri għandhom ikunu dettaljati biżżejjed biex jippermettu lill-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istat Membru tal-konsum jivverifikaw li d-denunzja tal-VAT hija korretta.”;

(150)L-intestatura tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu XII hija sostitwita b’dan li ġej:

“Skema speċjali għall-merkanzija u s-servizzi pprovduti minn persuni taxxabbli mhux stabbiliti fi Stat Membru ta’ tassazzjoni”

(151)L-Artikoli 369a, 369b u 369c huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Artikolu 369a

Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, u mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet tal-Unjoni oħrajn, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)“persuna taxxabbli mhux stabbilita fl-Istat Membru ta’ tassazzjoni” tfisser persuna taxxabbli li stabbilixxiet in-negozju tagħha fit-territorju tal-Unjoni jew li għandha stabbiliment fiss hemm iżda li ma stabbilixxietx in-negozju tagħha u lanqas ma għandha stabbiliment fiss fit-territorju tal-Istat Membru ta’ tassazzjoni;”,

(2)“Stat Membru ta’ tassazzjoni” tfisser l-Istat Membru fejn il-provvista ta’ merkanzija jew servizzi titqies li sseħħ skont il-Kapitoli 1 u  3 tat-Titolu V;

(3)“persuna taxxabbli mhux stabbilita fl-Unjoni” tfisser persuna taxxabbli li ma tkunx stabbilixxiet in-negozju tagħha fit-territorju tal-Unjoni u li ma jkollha l-ebda stabbiliment fiss hemmhekk;

(4)“intermedjarju” tfisser persuna stabbilita fl-Unjoni maħtura mill-persuna taxxabbli mhux stabbilita fl-Unjoni bħala l-persuna obbligata tħallas il-VAT u li taqdi l-obbligi stabbiliti f’din l-iskema speċjali f’isem il-persuna taxxabbli jew għan-nom tagħha.

(5)“Stat Membru ta’ identifikazzjoni” tfisser dan li ġej:

(a)l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-persuna taxxabbli stabbilixxiet in-negozju tagħha jew, jekk ma stabbilixxietx in-negozju tagħha fl-Unjoni, fejn għandha stabbiliment fiss;

(b)fejn il-persuna taxxabbli ma tkunx stabbilixxiet in-negozju tagħha barra l-Unjoni, iżda jkollha stabbiliment fiss wieħed jew aktar fiha, l-Istat Membru bi stabbiliment fiss fejn il-persuna taxxabbli tindika li ser tuża din l-iskema speċjali;

(c)fejn persuna taxxabbli ma tkunx stabbilita fl-Unjoni, iżda taħtar intermedjarju, l-Istat Membru li fih dak l-intermedjarju jkun stabbilixxa n-negozju tiegħu jew, jekk ma jkunx stabbilixxa n-negozju tiegħu fl-Unjoni, fejn għandu stabbiliment fiss;

(d)fejn persuna taxxabbli tkun stabbilixxiet in-negozju tagħha fl-Unjoni, iżda taħtar intermedjarju li jkun stabbilixxa n-negozju tiegħu barra l-Unjoni, iżda li jkollha stabbiliment fiss wieħed jew aktar fiha, l-Istat Membru bi stabbiliment fiss fejn l-intermedjarju jindika li ser juża din l-iskema speċjali.

Għall-finijiet tal-punti (b) u (d), fejn il-persuna taxxabbli jew l-intermedjarju, skont il-każ, ikollhom aktar minn stabbiliment wieħed fiss fl-Unjoni, dawn għandhom ikunu marbuta bid-deċiżjoni li jindikaw l-Istat Membru ta’ stabbiliment għas-sena kalendarja konċernata u għas-sentejn kalendarji ta’ wara.

Artikolu 369b

1.    L-Istati Membri għandhom jippermettu l-użu ta’ din l-iskema speċjali għall-provvisti ta’ merkanzija u servizzi li għalihom il-persuna obbligata tħallas it-taxxa fuq il-valur miżjud hija jew:

(a)persuna taxxabbli mhux stabbilita fl-Istat Membru ta’ tassazzjoni;

(b)persuna taxxabbli mhux stabbilita fl-Unjoni li tkun ħatret u tat mandat lil intermedjarju.

Din l-iskema speċjali għandha tapplika għal dik il-merkanzija jew is-servizzi kollha fornuti fl-Unjoni ħlief għal bejgħ b’distanza ta’ merkanzija importata minn territorji terzi jew minn pajjiżi terzi koperti minn din l-iskema speċjali fit-Taqsima 4 ta’ dan il-Kapitolu.

2.    Persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Unjoni li jipprovdu servizzi lil persuni mhux taxxabbli li huma stabbiliti jew li għandhom l-indirizz permanenti tagħhom jew fejn normalment jirresjedu fi Stat Membru u għalhekk jistgħu jużaw l-iskema speċjali tat-Taqsima 2 ta’ dan il-Kapitolu għandhom jiġu esklużi mill-użu ta’ din l-iskema.

3.    Persuna taxxabbli mhux stabbilita fi ħdan l-Unjoni ma tistax tapplika din l-iskema speċjali u l-iskema speċjali tat-Taqsima 2 ta’ dan il-Kapitolu fl-istess ħin.

4.    Għall-finijiet tal-ittra (b) tal-paragrafu 1, persuna taxxabbli mhux stabbilita fl-Unjoni ma tistax taħtar aktar minn intermedjarju wieħed fl-istess waqt.

Artikolu 369c

Persuna taxxabbli jew l-intermedjarju li jaġixxi f’isimha għandhom jiddikjaraw lill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni meta jibdew u jieqfu mill-attivitajiet taxxabbli tagħhom koperti b’din l-iskema speċjali, jew ibiddlu dawk l-attivitajiet b’tali mod li ma jibqax jissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-użu ta’ din l-iskema speċjali. Dawn għandhom jikkomunikaw dik l-informazzjoni b’mezzi elettroniċi.”;

(152)Jiddaħħal l-Artikolu 369ca li ġej:

“Artikolu 369ca

1.    L-informazzjoni li l-intermedjarju jrid jipprovdi lill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni qabel ma jibda juża din l-iskema speċjali għan-nom ta’ persuna taxxabbli għandu jkun fiha d-dettalji li ġejjin:

(a)l-isem;

(b)l-indirizz postali;

(c)l-indirizz elettroniku;

(d)in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT.

2.    L-informazzjoni li l-intermedjarju għandu jipprovdi lill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni fir-rigward ta’ kull persuna taxxabbli li huwa jirrappreżenta qabel dik il-persuna taxxabbli tibda l-użu ta’ din l-iskema speċjali għandu jkun fiha d-dettalji li ġejjin:

(a)l-isem;

(b)l-indirizz postali;

(c)l-indirizz elettroniku u l-websajts;

(d)in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT jew numru tat-taxxa nazzjonali;

(e)in-numru ta’ identifikazzjoni individwali tiegħu allokat skont l-Artikolu 369d(3).

3.    Kwalunkwe persuna taxxabbli li tuża din l-iskema speċjali jew, fejn applikabbli, l-intermedjarju tagħha, għandhom jinnotifikaw lill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni bi kwalunkwe bidla fl-informazzjoni pprovduta.”;

(153)L-Artikoli 369d u 369 g huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Artikolu 369d

1.    Persuna taxxabbli mhux stabbilita fl-Istat Membru ta’ tassazzjoni li tagħmel użu minn din l-iskema speċjali għandha, għat-tranżazzjonijiet taxxabbli mwettqa taħt din l-iskema, tiġi identifikata għall-finijiet ta’ VAT fl-Istat Membru ta’ identifikazzjoni biss. Għal dak il-fini l-Istat Membru għandu juża n-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT individwali diġà allokat lill-persuna taxxabbli fir-rigward tal-obbligi tagħha taħt is-sistema interna.

2.    Abbażi tal-informazzjoni użata għal dik l-identifikazzjoni, l-Istati Membri ta’ tassazzjoni jistgħu jużaw is-sistemi ta’ identifikazzjoni tagħhom.

3.    L-Istat Membru ta’ identifikazzjoni għandu jalloka lill-intermedjarju numru ta’ identifikazzjoni individwali u għandu jinnotifikah b’dak in-numru permezz ta’ mezzi elettroniċi.

4.    L-Istat Membru ta’ identifikazzjoni għandu jalloka numru ta’ identifikazzjoni individwali tal-VAT għall-applikazzjoni ta’ din l-iskema speċjali lill-intermedjarju fir-rigward ta’ kull persuna taxxabbli li għaliha huwa jkun inħatar.

Artikolu 369e

L-Istat Membru ta’ identifikazzjoni għandu jeskludi lil persuna taxxabbli mill-iskema speċjali fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)jekk il-persuna taxxabbli tinnotifika li m’għadhiex twettaq provvisti ta’ merkanzija jew servizzi koperti minn din l-iskema speċjali jew jekk l-intermedjarju jinnotifika li l-persuna taxxabbli f’isem min jaġixxi waqfet twettaq provvisti ta’ merkanzija jew servizzi koperti minn din l-iskema speċjali;

(b)jekk wieħed jista’ jassumi li l-attivitajiet taxxabbli ta’ persuna taxxabbli, koperti minn din l-iskema speċjali waqfu;

(c)jekk persuna taxxabbli, jew l-intermedjarju tagħha, ma jibqgħux jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-użu ta’ din l-iskema speċjali;

(d)jekk persuna taxxabbli, jew l-intermedjarju tagħha, b’mod persistenti ma jikkonformawx mar-regoli relatati ma’ din l-iskema speċjali;

(e)jekk l-intermedjarju jinnotifika lill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni li huwa m’għadux jirrappreżenta lil din il-persuna taxxabbli.

Artikolu 369f

1.    Il-persuna taxxabbli li tuża din l-iskema speċjali, jew l-intermedjarju tagħha, għandhom jippreżentaw lill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni permezz ta’ mezzi elettroniċi denunzja tal-VAT għal kull trimestru kalendarju, kemm jekk ipprovdew merkanzija jew servizzi koperti minn din l-iskema speċjali kif ukoll jekk le. Id-denunzja tal-VAT għandha tiġi ppreżentata sa tmiem ix-xahar wara t-tmiem tal-perjodu tat-taxxa kopert mid-denunzja.

2.    Fejn il-fatturat annwali fl-Unjoni ta’ persuna taxxabbli li tagħmel użu minn din l-iskema speċjali ikun akbar minn EUR 2 500 000, dik il-persuna taxxabbli jew l-intermedjarju tagħha għandhom jippreżentaw lill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni denunzja tal-VAT għal kull xahar b’mezzi elettroniċi, kemm jekk ipprovdew merkanzija jew servizzi koperti minn din l-iskema speċjali kif ukoll jekk le. Id-denunzja tal-VAT għandha tiġi ppreżentata sa tmiem ix-xahar wara t-tmiem tal-perjodu tat-taxxa kopert mid-denunzja.

3.    Għall-finijiet tal-paragrafu 2 “il-fatturat annwali fl-Unjoni” tfisser il-valur totali annwali tal-provvisti ta’ merkanzija u servizzi, mingħajr VAT, magħmula minn persuna taxxabbli fi ħdan it-territorju tal-Unjoni.

4.    Fejn matul sena kalendarja l-limitu msemmi fil-paragrafu 2 jintlaħaq, l-obbligi stipulati fil-paragrafu 2 għandhom japplikaw mit-trimestru kalendarju sussegwenti.

Artikolu 369g

1.    Id-denunzja tal-VAT għandha turi n-numru ta’ identifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 369d u, għal kull Stat Membru ta’ tassazzjoni li fih il-VAT tkun saret debitabbli, l-informazzjoni li ġejja:

(a)il-valur totali tal-merkanzija u s-servizzi pprovduti, mingħajr il-VAT;

(b)il-perjodu tat-taxxa relevanti;

(c)ir-rati tal-VAT applikabbli;

(d)l-ammont totali skont ir-rata tal-VAT li jkun sar debitabbli;

(e)l-ammont totali ta’ VAT li jkun sar debitabbli fuq il-provvisti ta’ merkanzija u servizzi;

(f)l-ammont totali ta’ VAT li jkun sar debitabbli fuq il-provvisti ta’ merkanzija u servizzi li l-persuna taxxabbli, bħala r-riċevent, tkun obbligata tħallas it-taxxa fuqhom jew fuq l-importazzjoni ta’ merkanzija fejn l-Istat Membru jeżerċita l-alternattiva skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 211;

(g)il-VAT li jsir tnaqqis għaliha;

(h)kwalunkwe emenda relatata mal-perjodi tat-taxxa preċedenti kif previst fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.

(i)l-ammont nett tal-VAT li għandu jitħallas jew li għandu jkun akkreditat kif xieraq.

2.    Fejn, fil-każ ta’ provvista ta’ merkanzija koperta minn din l-iskema speċjali, il-merkanzija tintbagħat jew tiġi trasportata minn Stati Membri oħrajn li mhumiex l-Istat Membru ta’ identifikazzjoni, id-denunzja tal-VAT għandha tinkludi wkoll il-valur totali tat-tali provvisti għal kull Stat Membru mnejn jintbagħtu jew jiġu ttrasportati, flimkien man-numru ta’ identifikazzjoni individwali tal-VAT jew in-numru ta’ referenza tat-taxxa allokat minn kull tali Stat Membru. Id-denunzja tal-VAT għandha tinkludi din l-informazzjoni għal kull Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru ta’ identifikazzjoni, diżaggregata skont l-Istat Membru ta’ tassazzjoni.

3.    Fejn il-persuna taxxabbli li tipprovdi servizzi koperti minn din l-iskema speċjali jkollha stabbiliment fiss wieħed jew aktar, li mhumiex dawk fl-Istat Membru ta’ identifikazzjoni, li minnhom jiġu pprovduti s-servizzi, id-denunzja tal-VAT għandha tinkludi wkoll il-valur totali ta’ tali provvisti, għal kull Stat Membru li fih hija jkollha stabbiliment, flimkien man-numru ta’ identifikazzjoni individwali tal-VAT jew in-numru ta’ referenza tat-taxxa ta’ dan l-istabbiliment, diżaggregat skont l-Istat Membru ta’ tassazzjoni.

4.    Fejn tkun meħtieġa kwalunkwe emenda għad-denunzja tal-VAT wara l-preżentazzjoni tagħha, tali emenda għandha tiġi inkluża f’denunzja sussegwenti fi żmien tliet snin wara d-data li fiha kien jeħtieġ li tiġi ppreżentata d-denunzja inizjali skont l-Artikolu 369f. Dik id-denunzja sussegwenti tal-VAT għandha tidentifika l-Istat Membru ta’ tassazzjoni rilevanti, il-perjodu tat-taxxa u l-ammont tal-VAT li għalih l-emendi jkunu meħtieġa.”;

(154)Jiddaħħal l-Artikolu 369ga li ġej:

“Artikolu 369ga

F’każ li persuna taxxabbli twettaq kemm tranżazzjonijiet li fir-rigward tagħhom tista’ titnaqqas il-VAT, skont l-Artikoli 168, 169 u 170 kif ukoll tranżazzjonijiet li fir-rigward tagħhom il-VAT ma tistax titnaqqas, il-proporzjon ta’ tnaqqis tal-VAT għandu jiġi ddeterminat mill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni, skont l-Artikoli 174 u 175, għat-tranżazzjonijiet taxxabbli kollha mwettqa mill-persuna taxxabbli.

F’każ li persuna taxxabbli jkollha diversi stabbilimenti fl-Unjoni li minnhom twettaq kemm tranżazzjonijiet li fir-rigward tagħhom tista’ titnaqqas il-VAT, skont l-Artikoli 168, 169 u 170 kif ukoll tranżazzjonijiet li fir-rigward tagħhom il-VAT ma tistax titnaqqas, il-proporzjon ta’ tnaqqis tal-VAT għandu jiġi ddeterminat mill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni, skont l-Artikoli 174 u 175, għat-tranżazzjonijiet taxxabbli kollha mwettqa mill-persuna taxxabbli.”;

(155)L-Artikolu 369i huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 369i

Il-persuna taxxabbli li tuża din l-iskema speċjali jew l-intermedjarju tagħha għandhom iħallsu s-somma tal-ammonti nett tal-VAT dovuta f’kull Stat Membru ta’ tassazzjoni, filwaqt li jagħmlu referenza għad-denunzja tal-VAT rilevanti mhux aktar tard mill-iskadenza sa meta d-denunzja trid tiġi ppreżentata.

Il-ħlas għandu jsir f’kont bankarju ddenominat fl-euro, magħżul mill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni. L-Istati Membri li ma adottawx l-euro jistgħu jitolbu li l-ħlas isir f’kont bankarju denominat fil-munita tagħhom stess.

(156)jiddaħħlu l-Artikoli 369ia u 369ib li ġejjin:

“Artikolu 369ia

1.    Fejn, għal perjodu partikolari ta’ taxxa, l-ammont ta’ tnaqqis jeċċedi l-ammont tal-VAT dovuta fi Stat Membru ta’ tassazzjoni, l-eċċess għandu jiġi pospost għall-perjodu li jmiss.

2.    Il-persuna taxxabbli jew l-intermedjarju tagħha jistgħu jitolbu rifużjoni tal-eċċess tal-VAT fuq id-denunzja tal-VAT lill-Istat Membru ta’ tassazzjoni jew meta:

(a)l-persuna taxxabbli tkun f’pożizzjoni ta’ kreditu fl-Istat Membru ta’ tassazzjoni matul żewġ perjodi tat-taxxa konsekuttivi ta’ trimestru kalendarju li għalih id-denunzji tal-VAT ġew ppreżentati;

(b)l-persuna taxxabbli tkun f’pożizzjoni ta’ kreditu fl-Istat Membru ta’ tassazzjoni matul tliet perjodi tat-taxxa konsekuttivi ta’ xahar li għalihom id-denunzji tal-VAT ġew ppreżentati;

Artikolu 369ib

Meta persuna taxxabbli mhux stabbilita fl-Istat Membru ta’ tassazzjoni tkun f’pożizzjoni ta’ kreditu fid-denunzja tal-VAT li tippreżenta skont l-Artikolu 250 fl-Istat Membru ta’ identifikazzjoni, dak l-Istat Membru għandu jikkunsidra l-ammont ta’ VAT li jrid jingħata lura skont l-Artikolu 183, bħala ħlas skont l-Artikolu 369i fuq il-bażi ta’ talba minn persuna taxxabbli.”;

(157)L-Artikoli 369j u 369k huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Artikolu 369j

Meta persuna taxxabbli li tagħmel użu minn din l-iskema speċjali ma tagħmel l-ebda provvista ta’ merkanzija u servizzi koperti minn din l-iskema speċjali li fir-rigward tagħha l-VAT saret debitabbli fl-Istat Membru ta’ tassazzjoni f’perjodu ta’ taxxa speċifiku, u lanqas fit-tliet perjodi ta’ taxxa preċedenti meta hija tippreżenta denunzji kull trimestru skont l-Artikolu 369f(1) jew fil-ħdax-il perjodu ta’ taxxa preċedenti meta huwa jippreżenta denunzji ta’ kull xahar skont l-Artikolu 369f(2), huwa ma jistax inaqqas il-VAT imħallsa f’dak l-Istat Membru ta’ tassazzjoni tal-VAT ppreżentata għal dak il-perjodu tat-taxxa. Minkejja l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 86/560/KEE u l-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/9/KE, il-VAT għandha titħallas lura lill-persuna taxxabbli in kwistjoni skont dawk id-Direttivi.

Artikolu 369k

1.    Il-persuna taxxabbli li tuża din l-iskema speċjali, jew l-intermedjarju tagħha, għandhom iżommu reġistri tat-tranżazzjonijiet koperti minn din l-iskema speċjali. Dawk ir-reġistri għandhom ikunu dettaljati biżżejjed biex jippermettu lill-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istat Membru ta’ tassazzjoni jivverifikaw li d-denunzja tal-VAT hija korretta.

2.    Ir-reġistri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru disponibbli b’mezzi elettroniċi fuq talba lill-Istat Membru ta’ tassazzjoni u lill-Istat Membru ta’ identifikazzjoni.

Dawn ir-reġistri għandhom jinżammu għal perjodu ta’ għaxar snin mill-31 ta’ Diċembru tas-sena meta twettqet it-tranżazzjoni.”;

(158)Fl-Artikolu 369l, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, u mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet tal-Unjoni oħrajn, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)“persuna taxxabbli mhux stabbilita fl-Unjoni” tfisser persuna taxxabbli li ma tkunx stabbilixxiet in-negozju tagħha fit-territorju tal-Unjoni u li ma jkollha l-ebda stabbiliment fiss hemmhekk;

(2)“intermedjarju” tfisser persuna stabbilita fl-Unjoni maħtura mill-persuna taxxabbli li twettaq il-bejgħ b’distanza ta’ merkanzija importata minn territorji terzi jew pajjiżi terzi bħala l-persuna obbligata tħallas il-VAT u għall-qadi tal-obbligi stabbiliti f’din l-iskema speċjali f’isem il-persuna taxxabbli jew għan-nom tagħha;

(3)“Stat Membru ta’ identifikazzjoni” tfisser dan li ġej:

(a)fejn il-persuna taxxabbli ma tkunx stabbilita fl-Unjoni, l-Istat Membru li fih hija tagħżel li tkun reġistrata;

(b)fejn il-persuna taxxabbli tkun stabbilixxiet in-negozju tagħha barra l-Unjoni, iżda jkollha stabbiliment fiss wieħed jew aktar fiha, l-Istat Membru bi stabbiliment fiss fejn il-persuna taxxabbli tindika li ser tuża din l-iskema speċjali;

(c)fejn il-persuna taxxabbli tkun stabbilixxiet in-negozju tagħha fi Stat Membru, dak l-Istat Membru;

(d)fejn l-intermedjarju jkun stabbilixxa n-negozju tiegħu fi Stat Membru, dak l-Istat Membru;

(e)fejn l-intermedjarju jkun stabbilixxa n-negozju tiegħu barra l-Unjoni, iżda jkollu stabbiliment fiss wieħed jew aktar fiha, l-Istat Membru bi stabbiliment fiss fejn l-intermedjarju jindika li ser juża din l-iskema speċjali.

Għall-finijiet tal-punti (b) u (e), fejn il-persuna taxxabbli jew l-intermedjarju jkollhom aktar minn stabbiliment wieħed fiss fl-Unjoni għandhom ikunu marbuta bid-deċiżjoni li jindikaw l-Istat Membru ta’ stabbiliment għas-sena kalendarja konċernata u għas-sentejn kalendarji ta’ wara.

(4)“Stat Membru tal-konsum” tfisser l-Istat Membru fejn jintemm it-tluq jew it-trasport ta’ merkanzija lill-konsumatur.”;

(159)Fl-Artikolu 369m(1), il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(a)kwalunkwe persuna taxxabbli stabbilita fl-Unjoni li twettaq bejgħ b’distanza ta’ merkanzija importata minn territorji terzi jew pajjiżi terzi;

(b)kwalunkwe persuna taxxabbli kemm jekk stabbilita fl-Unjoni u kemm jekk le li twettaq bejgħ b’distanza ta’ merkanzija importata minn territorji terzi jew pajjiżi terzi u li hija rappreżentata minn intermedjarju stabbilit fl-Unjoni;”;

(160)L-Artikoli 369y, 369z u 369za huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Artikolu 369y

Fejn, għall-importazzjoni ta’ merkanzija, minbarra prodotti soġġetti għad-dazji tas-sisa, f’kunsinni ta’ valur intrinsiku li ma jaqbiżx EUR 150, ma tintużax l-iskema speċjali msemmija fit-Taqsima 4 tal-Kapitolu 6, l-Istat Membru ta’ importazzjoni għandu jippermetti lill-persuna li tippreżenta l-merkanzija lid-dwana għan-nom tal-persuna li għaliha tkun il-merkanzija fit-territorju tal-Unjoni biex tuża arranġamenti speċjali għad-dikjarazzjoni u għall-ħlas tal-VAT fuq l-importazzjonijiet fir-rigward ta’ merkanzija li għaliha t-tluq jew it-trasport jintemm f’dak l-Istat Membru.

Artikolu 369z

1.    Għall-finijiet ta’ dan l-arranġament speċjali, għandhom japplikaw dawn li ġejjin:

(a)il-persuna li għaliha tkun destinata l-merkanzija għandha tkun obbligata tħallas il-VAT;

(b)il-persuna li tippreżenta l-merkanzija lid-dwana fit-territorju tal-Unjoni għandha tiġbor il-VAT mingħand il-persuna li għaliha tkun destinata l-merkanzija u tħallas tali VAT.

2.    L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-persuna li tippreżenta l-merkanzija lid-dwana fit-territorju tal-Komunità tieħu l-miżuri adatti sabiex tiżgura li titħallas it-taxxa korretta mill-persuna li għaliha hija destinata l-merkanzija.

Artikolu 369za

L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li r-rata standard tal-VAT applikabbli fl-Istat Membru ta’ importazzjoni tkun applikabbli meta jintuża dan l-arranġament speċjali.”;

(161)Fit-Titolu XIII, l-intestatura tal-Kapitolu 1 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Derogi li japplikaw sal-adozzjoni ta’ arranġamenti definittivi rigward il-provvista ta’ servizzi”

(162)L-Artikolu 372 jitħassar;

(163)L-Artikolu 373 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 373

L-Istati Membri li, fl-1 ta’ Jannar 1978, kienu japplikaw dispożizzjonijiet li jidderogaw mill-Artikolu 28 jistgħu jkomplu japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet.”;

(164)L-Artikolu 375 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 375

Il-Greċja tista’ tkompli teżenta t-tranżazzjonijiet elenkati fil-punti (2), (9), (11) u (12) tal-Anness X, il-Parti B, skont il-kundizzjonijiet li japplikaw f’dak l-Istat Membru fl-1 ta’ Jannar 1987.”;

(165)Fl-Artikolu 387, jitħassar il-punt (a);

(166)L-Artikolu 393 jitħassar;

(167)Fl-Artikolu 398, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.    B’żieda mal-punti li jiffurmaw is-suġġett tal-konsultazzjoni skont din id-Direttiva, il-Kumitat tal-VAT għandu jeżamina l-mistoqsijiet imqajma mill-president tiegħu, fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba tar-rappreżentant tal-Istat Membru, li jikkonċernaw l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Unjoni dwar il-VAT.”;

(168)L-Artikolu 401 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 401

Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħra tad-dritt tal-Unjoni, din id-Direttiva ma żżommx Stat Membru milli jħalli jew idaħħal taxxi fuq kuntratti ta’ assigurazzjoni, fuq taxxi fuq imħatri u fuq logħob tal-azzard, fuq dazji tas-sisa, fuq taxxi tal-boll jew b’mod aktar ġenerali, fuq kwalunkwe taxxi, dazji jew piżijiet li ma jistgħux ikunu kkaratterizzati bħala taxxi fuq il-fatturat, sakemm il-ġbir ta’ dawk it-taxxi, dazji jew piżijiet ma jwassalx għal formalitajiet li għandhom x’jaqsmu mal-qsim ta’ fruntieri f’negozju bejn l-Istati Membri.”;

(169)L-Artikolu 402 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 402

L-arranġamenti previsti f’din id-Direttiva għat-tassazzjoni tas-servizzi bejn l-Istati Membri huma tranżizzjoanli u għandhom jiġu sostitwiti b’arranġamenti definittivi bbażati fuq il-prinċipju tat-tassazzjoni ta’ servizzi fl-Istat Membru tad-destinazzjoni tal-provvista; għall-obbligu tal-fornitur li jħallas il-VAT, u l-iskema ta’ reġistrazzjoni unika għal dikjarazzjoni, il-ħlas u t-tnaqqis tat-taxxa.”;

(170)L-Artikolu 405 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 405

Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)“Unjoni” tfisser it-territorju tal-Unjoni kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 5 qabel l-adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda;

(2)“Stati Membri ġodda” tfisser it-territorju tal-Istati Membri li daħlu fl-Unjoni wara l-1 ta’ Jannar 1995, kif definit għal kull wieħed minn dawk l-Istati Membri fil-punt (2) tal-Artikolu 5;

(3)“Unjoni mkabbra” tfisser it-territorju tal-Unjoni kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 5 qabel l-adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda.”;

(171)Fl-Artikolu 406, il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(a)il-merkanzija daħlet fl-Unjoni jew f’wieħed mill-Istati Membri l-ġodda qabel id-data ta’ adeżjoni;

(b)il-merkanzija tqiegħdet, mad-dħul fl-Unjoni jew f’wieħed mill-Istati Membri l-ġodda, taħt dawn l-arranġamenti jew sitwazzjonijiet;”;

(172)l-Artikolu 408 huwa emendat kif ġej:

(a)Fil-paragrafu 1, il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.    Dan li ġej għandu jitqies bħala importazzjoni ta’ merkanzija meta jintwera li l-merkanzija kienet f’ċirkolazzjoni ħielsa f’wieħed mill-Istati Membri l-ġodda jew fl-Unjoni:”

(b)Fil-paragrafu 2, il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej:

2.    Minbarra l-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-użu wara d-data ta’ adeżjoni ġewwa t-territorju ta’ Stat Membru, minn persuna taxxabbli jew mhux taxxabbli, ta’ merkanzija pprovduta lilha qabel id-data ta’ adeżjoni fit-territorju tal-Unjoni jew ta’ wieħed mill-Istati Membri l-ġodda għandu jitqies bħala importazzjoni ta’ merkanzija meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:”;

(c)Fil-paragrafu 2, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)il-merkanzija ma kenitx importata f’wieħed mill-Istati Membri l-ġodda jew fl-Unjoni qabel id-data ta’ adeżjoni.”;

(173)l-Artikolu 410(1) huwa emendat kif ġej:

(a)Il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)il-merkanzija importata tintbagħat jew tiġi ttrasportata barra mill-Unjoni mkabbra;”;

(b)Il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)il-merkanzija importata skont it-tifsira tal-Artikolu 408(1)(a) hija mezz ta’ trasport li kienet akkwistata jew importata qabel id-data tal-adeżjoni skont il-kundizzjonijiet ġenerali ta’ tassazzjoni fis-seħħ fis-suq domestiku ta’ wieħed mill-Istati Membri l-ġodda jew ta’ wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni jew li ma kenitx ġiet suġġetta, minħabba fl-esportazzjoni tagħha, għal xi eżenzjoni jew għal xi rifużjoni tal-VAT.”;

(174)L-Anness X huwa emendat kif ġej:

(a)fil-Parti A, il-punti 1 u 4 jinbidlu b’dan li ġej:

“(1)il-provvista ta’ servizzi minn tekniċi dentali;

(4)il-provvista tas-servizzi tal-aġenti tal-ivvjaġġar, kif imsemmija fl-Artikolu 306, u dawk tal-aġenti tal-ivvjaġġar li jaġixxu f’ isem il-vjaġġatur u għan-nom tiegħu, għall-vjaġġi barra mill-Unjoni.”;

(b)Fil-Parti B, il-punti 5 u 6 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(5)il-provvista ta’ servizzi mwettqa minn persuni għomja jew workshops għall-għomja, sakemm dawn l-eżenzjonijiet ma jwasslux għal distorsjoni sinjifikanti tal-kompetizzjoni;

(6)il-provvista ta’ servizzi lil korpi uffiċjali responsabbli għall-kostruzzjoni, it-twaqqif u l-manteniment ta’ ċimiterji, oqbra u monumenti li jikkommemoraw il-mejtin tal-gwerra;”;

(c)Fil-Parti B, jitħassar il-punt (8);

(d)Fil-Parti B, il-punti 11 u 12 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(11)il-provvista ta’ servizzi li jikkonsistu fil-modifikazzjoni, it-tiswija, il-manutenzjoni, in-noleġġ u l-kiri ta’ inġenji tal-ajru użati minn istituzzjonijiet tal-Istat, inkluż tagħmir inkorporat jew użat f’tali inġenji tal-ajru;

(12)il–provvista ta’ servizzi li jikkonsistu fil-modifikazzjoni, it-tiswija, il-manutenzjoni, in-noleġġ u l-kiri ta’ bastimenti tal-ġlied;

Artikolu 2

1.Sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2022, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-testi ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Lulju 2022.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir tali referenza.

2.L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1)    COM(2016) 148 final
(2)

   L-Istat tal-Unjoni 2017. L-ittra ta’ intenzjoni lill-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani u lill-Prim Ministru Jüri Ratas, it-13 ta’ Settembru 2017, disponibbli hawnhekk: https://ec.europa.eu/commission/sites/beta-political/files/state-union-2017-brochure_mt.pdf . Ara wkoll l-Anness I tal-Programm ta’ Ħidma Annwali 2017 tal-Kummissjoni, COM(2016) 710 final, Strasburgu, 25.10.2016, p. 3, hawnhekk:      https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/cwp_2017_annex_i_mt.pdf .

(3)    COM(2017) 566 final
(4)    COM(2018) 20 final
(5)    COM(2018) 21 final
(6)    Proposta emendata għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 904/2010 dwar il miżuri biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (COM(2017) 706 final)
(7)    COM(2017) 569 final
(8)    L-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-2017; ara: https://ec.europa.eu/info/publications/2017-european-semester-annual-growth-survey_mt
(9)    Ewropa 2020 – Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv: ara:
http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2010:2020:FIN:MT:PDF
(10)    Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir” “Att dwar in-Negozji ż-Żgħar” għall-Ewropa (COM(2008) 394 final).
(11)    Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – “Naġġornaw is-Suq Uniku: opportunitajiet aktar għaċ-ċittadini u għan-negozji” (COM(2015) 550 final).
(12)    Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).
(13)    L-Istitut għall-Istudji Fiskali (kap tal-proġett), 2011, A retrospective evaluation of elements of the EU VAT system: http://ec.europa.eu/taxation_customs/sites/taxation/files/resources/documents/common/publications/studies/report_evaluation_vat.pdf
(14)    EY, 2015; ara: https://ec.europa.eu/taxation_customs/sites/taxation/files/docs/body/ey_study_destination_principle.pdf
(15)    COM(2018) 21 final.
(16)    SWD(2018)9 final u SWD(2018)11 final.
(17)    COM(2017)569 final, 4.10.2017.
(18)    Rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-effetti tal-Artikoli 199a u 199b tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE dwar il-ġlieda kontra l-frodi (COM(2018) 118 final tat-8.3.2018)
(19)    Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/2455 tal-5 ta’ Diċembru 2017 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE u d-Direttiva 2009/132/KE fir-rigward ta’ ċerti obbligi tat-taxxa għall-provvisti ta’ servizzi u għall-bejgħ mill-bogħod ta’ merkanzija (ĠU L 348, 29.12.2017, p. 7).
(20)    It-Tlettax-il Direttiva tal-Kunsill 86/560/KEE tas-17 ta’ Novembru 1986 fir-rigward tal-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-taxxi ta’ ċaqliq ta’ flus – Arranġamenti għar-rifond tat-taxxa fuq il-valur miżjud lil persuni taxxabbli li ma humiex stabbiliti fit-territorju tal-Komunità (ĠU L 326, 21.11.1986, p. 40).
(21)    Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE tat-12 ta’ Frar 2008 li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, prevista fid-Direttiva 2006/112/KE, għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru ta’ rifużjoni iżda stabbiliti fi Stat Membru ieħor (ĠU L 44, 20.2.2008, p. 23).
(22)    ĠU C , , p. .
(23)    ĠU C , , p. .
(24)    L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 67/227/KEE tal-11 ta’ April 1967 fuq l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-bejgħ (ĠU 71, 14.4.1967, p. 1301).
(25)    It-Tieni Direttiva tal-Kunsill 67/228/KEE tal-11 ta’ April 1967 fuq l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-bejgħ — Struttura u proċeduri għall-applikazzjoni tas-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud [traduzzjoni mhux uffiċjali]. (ĠU 71, 14.4.1967, p. 1303).
(26)    Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).
(27)    Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-futur tal-VAT (P7_TA(2011)0436) http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//TEXT+TA+P7-TA-2011-0436+0+DOC+XML+V0//MT
(28)    Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta’ Lulju 2011 dwar il-“Green Paper dwar il-futur tal-VAT - Lejn sistema tal-VAT aktar sempliċi, aktar soda u aktar effiċjenti” http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:52011AE1168&from=EN
(29)    Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-futur tal-VAT — it-3167 laqgħa tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, Brussell, il-15 ta’ Mejju 2012 (ara b’mod partikolari l-punt B 4) http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/en/ecofin/130257.pdf
(30)    Pjan ta’ azzjoni dwar il-VAT - Lejn żona unika tal-VAT fl-UE – Iż-żmien biex niddeċiedu (COM(2016)148 final tas-7 ta’ Ġunju 2016).
(31)    Ara: http://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2016/05/25/conclusions-vat-action-plan/
(32)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar is-segwitu għall-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-VAT — Lejn żona unika tal-VAT fl-UE — Wasal iż-żmien li naġixxu (COM(2017) 566 final tal-4 ta’ Ottubru 2017).
(33)    ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.
Top