Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32017R0422

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/422 tad-9 ta' Marzu 2017 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti elettrodi tal-grafit li joriġinaw mill-Indja wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    C/2017/1542

    IO L 64, 10.3.2017, p. 46–71 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 07/06/2023

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/422/oj

    10.3.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 64/46


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/422

    tad-9 ta' Marzu 2017

    li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti elettrodi tal-grafit li joriġinaw mill-Indja wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (ir-“Regolament bażiku”) u, b'mod partikolari, l-Artikolu 11(2) tiegħu,

    Billi:

    A.   PROĊEDURA

    1.   Miżuri fis-seħħ

    (1)

    Wara investigazzjoni antidumping, skont ir-Regolament (KE) Nru 1629/2004 (2), il-Kunsill impona dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafit li joriġinaw fl-Indja (“il-pajjiż ikkonċernat”), li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 8545 11 00 (kodiċi TARIC 8545110010) u ex 8545 90 90 (kodiċi TARIC 8545909010).

    (2)

    Wara investigazzjoni antidumping, skont ir-Regolament (KE) Nru 1628/2004 (3), il-Kunsill impona wkoll dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafit li joriġinaw fl-Indja.

    (3)

    Wara rieżami interim parzjali ex officio tal-miżuri kumpensatorji, il-Kunsill, skont ir-Regolament (KE) Nru 1354/2008 (4) emenda r-Regolamenti (KE) Nru 1628/2004 u (KE) Nru 1629/2004.

    (4)

    Wara rieżami tal-iskadenza tal-miżuri antidumping skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1186/2010 (5) il-Kunsill estenda l-miżuri antidumping. Wara rieżami tal-iskadenza tal-miżuri kumpensatorji, permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1185/2010 (6) il-Kunsill estenda l-miżuri kumpensatorji.

    (5)

    Il-miżuri antidumping ħadu l-forma ta' rata tad-dazju ad valorem ta' 9,4 % u 0 % għal importazzjonijiet minn esportaturi msemmija b'mod individwali, b'rata ta' dazju residwa ta' 8,5 %.

    2.   Talba għal rieżami tal-iskadenza

    (6)

    Wara l-pubblikazzjoni ta' avviż ta' skadenza imminenti (7) tal-miżuri antidumping fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafit li joriġinaw fl-Indja, il-Kummissjoni rċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (8).

    (7)

    It-talba saret minn SGL Carbon GmbH, minn TOKAI Erftcarbon GmbH u minn GrafTech Switzerland SA (“l-applikanti”) li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafit.

    (8)

    It-talba kienet ibbażata fuq ir-raġuni li l-iskadenza tal-miżuri aktarx twassal għall-kontinwazzjoni tad-dumping u għall-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza tad-dannu għall-industrija tal-Unjoni.

    3.   Bidu

    (9)

    Wara li stabbilixxiet li kien hemm biżżejjed evidenza għall-bidu ta' rieżami tal-iskadenza, fil-15 ta' Diċembru 2015 il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta' avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (9) (“in-Notifika ta' Bidu”), il-bidu ta' rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.

    4.   Investigazzjoni parallela

    (10)

    Permezz ta' notifika ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-15 ta' Diċembru 2015 (10), il-Kummissjoni ħabbret ukoll il-bidu ta' rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 (11) tal-miżuri kumpensatorji definittivi fis-seħħ fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafit li joriġinaw fl-Indja.

    5.   Il-partijiet interessati

    (11)

    Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Minbarra dan, il-Kummissjoni speċifikament infurmat lill-applikant, lil produtturi magħrufa oħra tal-Unjoni, lil produtturi esportaturi, importaturi u utenti fl-Unjoni li kien magħruf li kienu kkonċernati, u lill-awtoritajiet Indjani dwar il-bidu tar-rieżami tal-iskadenza u stednithom biex jipparteċipaw.

    (12)

    Il-partijiet interessati kollha kellhom l-opportunità biex jikkummentaw dwar il-bidu tar-rieżami u biex jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali.

    5.1.   Teħid ta' kampjuni

    (13)

    Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni indikat li hija tista' tieħu kampjuni minn partijiet interessati, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

    (a)   Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

    (14)

    Fin-Notifika ta' Bidu tagħha, il-Kummissjoni ddikjarat li kienet għażlet b'mod proviżorju kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. B'konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet il-kampjun abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta' bejgħ li seta' jkun investigat b'mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli, b'kont meħud ukoll tal-pożizzjoni ġeografika. Dan il-kampjun kien jikkonsisti minn erba' produtturi tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun kienu jirrappreżentaw aktar minn 80 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni, abbażi ta' tal-informazzjoni riċevuta waqt l-eżerċizzju tas-sitwazzjoni. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jikkummentaw dwar il-kampjun proviżorju. Ma wasal l-ebda kumment sad-data tal-għeluq u għaldaqstant il-kampjun kien ikkonfermat. Il-kampjun huwa rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni.

    (b)   Teħid ta' kampjuni tal-importaturi

    (15)

    Biex tiddeċiedi jekk kienx meħtieġ li jittieħed kampjun u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-importaturi mhux relatati kollha sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu.

    (16)

    L-ebda importatur ma ppreżenta ruħu biex jagħti l-informazzjoni mitluba fin-Notifika ta' Bidu.

    5.2.   Kwestjonarji u żjarat ta' verifika

    (17)

    Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-produtturi tal-Unjoni kollha fil-kampjun, lil żewġ produtturi esportaturi Indjani u lil 53 utent li ppreżentaw ruħhom wara l-bidu.

    (18)

    Waslu tweġibiet għall-kwestjonarji mingħand l-erba' produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, produttur esportatur Indjan wieħed u tmien utenti tal-prodott taħt rieżami. It-tieni produttur esportatur li kkoopera fl-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri Graphite India Limited (“GIL”), ma ppreżentax tweġiba għall-kwestjonarju fir-rieżami preżenti.

    (19)

    Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset neċessarja għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dumping u d-danni li jirriżultaw u għad-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni. Saru żjarat ta' verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

    (a)

    Produtturi tal-Unjoni:

    Graftech France S.N.C. Calais, Franza

    Graftech Iberica S.L., Navarra, Spanja

    SGL Carbon S.A., Wiesbaden, il-Ġermanja

    Tokai Erftcarbon GmbH, Grevenbroich, il-Ġermanja

    (b)

    Produttur esportatur fl-Indja:

    HEG Limited, Bhopal (“HEG”).

    6.   Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami u l-perjodu kkunsidrat

    (20)

    L-investigazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta' Ottubru 2014 sat-30 ta' Settembru 2015 (il-“perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami” jew “PIR”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2012 sat-tmiem tal-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami (il-“perjodu kkunsidrat”).

    B.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

    1.   Il-prodott ikkonċernat

    (21)

    Il-prodott ikkonċernat huwa elettrodi tal-grafit tat-tip użat għal fran tal-elettriku, b'densità apparenti ta' 1,65 g/cm3 jew aktar u b'reżistenza elettrika ta' 6,0 μ.Ω.m jew inqas, u nipples użati għal dawn l-elettrodi, kemm jekk impurtati flimkien kif ukoll jekk b'mod separat li joriġinaw mill-Indja (“GES” jew “il-prodott taħt rieżami”), li fil-preżent jaqa' taħt il-kodiċi NM ex 8545 11 00 (kodiċi TARIC 8545110010) u ex 8545 90 90 (kodiċi TARIC 8545909010).

    2.   Il-prodott simili

    (22)

    L-investigazzjoni wriet li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:

    il-prodott taħt rieżami;

    il-prodott immanifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

    (23)

    Il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn il-prodotti huma prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

    C.   IL-PROBABBILTÀ TA' KONTINWAZZJONI JEW RIKORRENZA TAD-DUMPING

    1.   Kummenti preliminari

    (24)

    Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk huwiex probabbli li l-iskadenza tal-miżuri eżistenti twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dumping.

    (25)

    Kif issemma aktar 'il fuq fil-premessa (18) produttur esportatur Indjan wieħed biss ikkoopera fl-investigazzjoni preżenti. Din il-kumpanija kienet tkopri aktar minn 95 % tal-esportazzjonijiet ta' GES mill-Indja lejn l-Unjoni matul il-PIR. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li kellha biżżejjed informazzjoni għall-valutazzjoni tal-prezz tal-esportazzjoni u tal-marġni tad-dumping matul il-PIR.

    (26)

    Madankollu, dan il-produttur esportatur kien jirrappreżenta biss 50 % tal-kapaċità ta' produzzjoni totali u bejn 40 % u 50 % biss tal-produzzjoni totali ta' GES fl-Indja matul il-PIR. Barra minn hekk, l-esportazzjonijiet tiegħu lejn pajjiżi terzi oħra kienu f'firxa ta' bejn 43 % u 52 % biss tal-esportazzjonijiet totali mill-Indja lejn pajjiżi terzi oħra matul il-PIR (il-piż eżatt tal-uniku produttur esportatur Indjan li kkoopera fil-produzzjoni Indjana totali u fl-esportazzjonijiet totali ma jistax jiġi żvelat minħabba raġunijiet ta' kunfidenzjalità). Għalhekk, u minħabba li l-produttur Indjan l-ieħor ta' GES ma kkooperax, il-Kummissjoni qieset li ma kellhiex biżżejjed informazzjoni għall-eżami tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dumping u kellhom jintużaw il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku sabiex jiġi valutat l-iżvilupp tal-importazzjonijiet f'każ li jitħassru l-miżuri.

    (27)

    L-awtoritajiet Indjani ġew debitament informati li minħabba l-kooperazzjoni baxxa tal-produtturi esportaturi Indjani, il-Kummissjoni tista' tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment f'dan ir-rigward.

    (28)

    Għalhekk, is-sejbiet fit-Taqsima 3 kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli. Għal dan il-għan, intużaw l-informazzjoni pprovduta mill-produttur esportatur li kkoopera, it-talba għar-rieżami tal-iskadenza, l-istatistika tal-Eurostat, id-data miġbura mill-Istati Membri skont l-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku (il-“bażi tad-data skont l-Artikolu 14(6)”) u l-informazzjoni pubblikament disponibbli.

    2.   Dumping fl-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

    2.1.   Valur normali

    (29)

    Il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-volum totali ta' bejgħ domestiku għall-uniku produttur esportatur li kkoopera kienx rappreżentattiv, skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku jkun rappreżentattiv jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku tal-prodott simili lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku għal kull produttur esportatur kien jirrappreżenta mill-inqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ għall-esportazzjoni tiegħu tal-prodott taħt rieżami, lejn l-Unjoni, matul il-PIR. Fuq din il-bażi, il-bejgħ totali tal-uniku produttur esportatur li kkoopera, tal-prodott simili fis-suq domestiku, kien rappreżentattiv.

    (30)

    Suċċessivament, il-Kummissjoni identifikat it-tipi ta' prodotti mibjugħin fuq livell domestiku li kienu identiċi jew paragunabbli għat-tipi ta' prodotti mibjugħin għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni għall-produttur esportatur b'bejgħ domestiku rappreżentattiv. L-elementi kkunsidrati fid-definizzjoni tat-tipi ta' prodotti tal-GES kienu (i) jekk dawn kinux jinbiegħu b'nipple jew le, (ii) id-dijametru tagħhom u (iii) it-tul tagħhom.

    (31)

    Il-produttur esportatur li kkoopera sostna li l-fatt li l-GES jiġu manifatturati minn gradi differenti ta' kokk aċikulari (materja prima bażika) jinħtieġ li jiġi kkunsidrat meta jiġu stabbiliti tipi identiċi jew direttament paragunabbli ta' GES. L-investigazzjoni kkonfermat li fil-proċess tal-produzzjoni, il-kumpanija użat żewġ tipi differenti ta' kokk aċikulari, jiġifieri kokk aċikulari importat li huwa ta' kwalità superjuri u kokk aċikulari regolari miksub mis-suq Indjan. Kien ikkonfermat ukoll li t-tip ta' kokk li jintuża jiddetermina l-kost tal-produzzjoni u l-prezz tal-prodott finali.

    (32)

    Għalhekk, sabiex tassigura tqabbil ġust, il-Kummissjoni qasmet kull wieħed mit-tipi ta' prodott fi prodotti ta' grad baxx u fi prodotti ta' grad għoli sabiex jiġi kkalkulat id-dumping.

    (33)

    Il-Kummissjoni mbagħad eżaminat jekk il-bejgħ domestiku mill-uniku produttur esportatur li kkoopera, fis-suq domestiku tiegħu għal kull tip ta' prodott li huwa identiku jew paragunabbli ma' tip ta' prodott mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, kienx rappreżentattiv, skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku ta' tip ta' prodott ikun rappreżentattiv jekk il-volum totali ta' bejgħ domestiku ta' dak it-tip ta' prodott lil konsumaturi indipendenti matul il-PIR jirrappreżenta mill-inqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ għall-esportazzjoni tal-prodott identiku jew paragunabbli lejn l-Unjoni. Il-Kummissjoni stabbilixxiet li dawn it-tipi ta' prodotti kienu rappreżentattivi.

    (34)

    Il-Kummissjoni mbagħad iddefinixxiet il-proporzjon tal-bejgħ profittabbli lil konsumaturi indipendenti fis-suq domestiku għal kull tip ta' prodott matul il-PIR biex tiddeċiedi jekk tużax il-prezz tal-bejgħ domestiku reali għall-kalkolu tal-valur normali, skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku.

    (35)

    Il-valur normali huwa bbażat fuq il-prezz domestiku attwali għal kull tip ta' prodott, irrispettivament minn jekk dak il-bejgħ hux profittabbli jew le, jekk:

    (a)

    il-volum tal-bejgħ domestiku tat-tip ta' prodott, mibjugħ bi prezz tal-bejgħ nett daqs jew ogħla mill-kost ikkalkolat tal-produzzjoni, kien jirrappreżenta aktar minn 80 % tal-volum tal-bejgħ totali ta' dan it-tip ta' prodott; u

    (b)

    il-prezz tal-bejgħ medju ponderat ta' dak it-tip ta' prodott huwa daqs jew ogħla mill-kost tal-produzzjoni għal kull unità.

    (36)

    F'dan il-każ, il-valur normali huwa l-medja ponderata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta' dak it-tip ta' prodott matul il-PIR.

    (37)

    Il-valur normali huwa l-prezz domestiku reali għal kull tip ta' prodott tal-bejgħ domestiku bi profitt biss tat-tipi ta' prodotti matul il-PIR, jekk:

    (a)

    il-volum tal-bejgħ bi profitt, tat-tip ta' prodott, jirrappreżenta 80 % jew inqas tal-volum totali tal-bejgħ ta' dan it-tip: jew

    (b)

    il-prezz medju ponderat ta' dan it-tip ta' prodott ikun inqas mill-kost tal-produzzjoni għal kull unità.

    (38)

    Fejn ma kienx hemm biżżejjed bejgħ jew ma kienx hemm bejgħ ta' ċertu tip ta' prodott tal-prodott simili fl-andament normali tan-negozju, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali skont l-Artikolu 2(3) u (6) tar-Regolament bażiku.

    (39)

    Għal dawn it-tipi ta' prodotti, il-valur normali nħadem billi mal-kost medju tal-produzzjoni tal-prodott simili tal-uniku produttur esportatur li kkoopera matul il-PIR ġew miżjuda:

    (a)

    l-ispejjeż medji ponderati tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (selling, general and administrative, “SG&A”) mmġarrba mill-uniku produttur esportatur li kkoopera, fuq il-bejgħ domestiku tal-prodott simili, fl-andament normali tal-kummerċ, matul il-PIR; u

    (b)

    il-profitt medju ponderat magħmul mill-uniku produttur esportatur li kkoopera, mill-bejgħ domestiku tal-prodott simili, fl-andament normali tal-kummerċ, matul il-PIR.

    (40)

    Għat-tipi ta' prodotti li ma nbiegħu xejn fis-suq domestiku, kienu miżjuda l-ispejjeż SG&A u l-profitt medji ponderati tat-tranżazzjonijiet kollha li saru fl-andament normali tal-kummerċ fis-suq domestiku.

    2.2.   Prezz tal-esportazzjoni

    (41)

    L-uniku produttur esportatur li kkoopera esporta lejn l-Unjoni direttament lil klijenti indipendenti. Għalhekk, il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz realment imħallas jew li jista' jitħallas għall-prodott ikkonċernat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

    (42)

    Waqt il-verifika fuq il-post, instabu numru ta' żbalji fil-prezzijiet tal-esportazzjoni rrappurtati mill-esportatur li kkoopera. Dawn l-iżbalji ġew irranġati u l-produttur esportatur ġie infurmat b'mod xieraq.

    2.3.   Tqabbil

    (43)

    Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni kif stabbiliti hawn fuq, abbażi tal-prezz mill-fabbrika.

    (44)

    Fejn kien iġġustifikat mill-ħtieġa li jiġi assigurat tqabbil ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet, skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Fejn kien applikabbli u ġustifikat, saru aġġustamenti għall-ispejjeż tat-trasport, l-assigurazzjoni, il-ġarr, it-tagħbija u l-ispejjeż anċillari, l-ispejjeż tal-ippakkjar, l-ispejjeż ta' kreditu, l-imposti tal-banek u d-dazji kumpensatorji mħallsa mill-produttur esportatur li kkoopera.

    (45)

    L-uniku produttur esportatur li kkoopera talab aġġustament għall-imposti tal-importazzjoni mħallsa skont l-Artikolu 2(10)(b) tar-Regolament bażiku fuq il-materja prima, abbażi tal-imposti tal-importazzjoni nġarru mill-GES manifatturati għall-konsum fl-Indja iżda tħallsu lura permezz tal-iskema ta' rifużjoni tad-dazju (“DDS”) meta l-prodott inbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. L-investigazzjoni madankollu wriet li ma kien hemm l-ebda rabta diretta bejn l-ammonti ta' DDS riċevuti fuq l-esportazzjonijiet ta' GES u d-dazji attwalment imħallsa fuq il-materja prima importata inkorporata. Għalhekk huwa meqjus li l-produttur esportatur naqas milli jagħti prova li t-taxxa mħallsa lura fuq il-bejgħ għall-esportazzjoni ġiet inkluża fil-prezz domestiku. Dan kien ikkonfermat ukoll fil-premessi minn (38) sa (42) tal-investigazzjoni parallela antisussidji fejn ġie stabbilit li d-DDS tikkostitwixxi sussidju fil-forma ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-Gvern tal-Indja u ma tistax titqies bħala sistema permissibbli ta' rifużjoni tad-dazju jew sistema ta' rifużjoni ta' sostituzzjoni. Għalhekk l-aġġustament ma jistax jingħata.

    (46)

    Barra minn hekk, il-produttur esportatur Indjan li kkoopera talab aġġustament ibbażat fuq l-Artikolu 2(10)(b) tar-Regolament bażiku abbażi tal-imposti tal-importazzjoni allegatament kienu jinġarru mill-prodott simili meta kien maħsub għall-konsum fl-Indja iżda ma kinux jinġabru minħabba l-Iskema ta' Awtorizzazzjoni Avvanzata meta l-prodott kien jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. L-investigazzjoni madankollu wriet li ma kien hemm fis-seħħ l-ebda sistema sabiex taċċerta li l-materja prima importata mingħajr dazju taħt l-AAS kienet inkorporata esklussivament fil-GES esportati. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-produttur esportatur naqas milli jagħti prova li t-taxxa mhux imħallsa fuq il-bejgħ għall-esportazzjoni kienet inkluża fil-prezz domestiku. Dan kien ikkonfermat ukoll fil-premessi minn (59) sa (62) tal-investigazzjoni parallela antisussidji fejn ġie stabbilit li l-AAS tikkostitwixxi sussidju fil-forma ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-Gvern tal-Indja u ma tistax titqies bħala sistema permissibbli ta' rifużjoni tad-dazju jew sistema ta' rifużjoni ta' sostituzzjoni. Għalhekk dan l-aġġustament ma jistax jingħata.

    2.4.   Marġni tad-dumping

    (47)

    Kif previst fl-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-valur normali medju ponderat skont it-tip ġie mqabbel mal-prezz medju ponderat tal-esportazzjoni tat-tip korrispondenti tal-prodott taħt rieżami. Abbażi ta' din il-metodoloġija, il-marġni tad-dumping stabbilit għall-produttur esportatur li kkoopera jammonta għal 29,8 % matul il-PIR.

    (48)

    Waqt il-verifika fil-post fil-bini tal-uniku produttur esportatur li kkoopera fl-Indja, il-kumpaniji sostniet li l-varjazzjoni allegatament sinifikanti fil-prezz tal-materja prima prinċipali (kokk aċikulari) matul il-PIR għandha tiġi kkunsidrata u talbet li l-Kummissjoni tikkalkula marġni tad-dumping trimestrali għal dan l-għan. Dan juri li ma kienx hemm dumping matul il-PIR. F'dan ir-rigward, il-kumpanija ppreżentat il-kost tal-produzzjoni (“COP”) trimestrali fit-tmiem tal-verifika fuq il-post.

    (49)

    Minħabba li din it-tajba la ġiet sottomessa fi stadju aktar bikri tal-proċediment u lanqas fit-tweġiba għall-kwestjonarju, il-Kummissjoni ma kinitx f'pożizzjoni li tivverifika sew din l-allegazzjoni u għaldaqstant ma setgħetx tistabbilixxi jekk id-data pprovduta kinitx kompluta u eżatta.

    (50)

    F'kull każ, abbażi tad-data pprovduta, matul il-verifika fil-post, ġie stabbilit li s-COP ta' unità għal kull tip ta' prodott wera xejra ta' tnaqqis matul il-PIR minn trimestru għal ieħor għal xi tipi ta' prodotti, iżda mhux kollha. Għal diversi PCNs is-COP tal-unità żdiedet fl-aħħar tliet xhur. Il-prezz tal-esportazzjoni ta' unità kellu xejra simili ta' tnaqqis ħlief għall-aħħar trimestru, billi matulu żdiedu l-prezzijiet tal-esportazzjoni ħlief għal żewġ tipi ta' prodotti. Il-kumpanija esportat volumi sinifikanti f'kull trimestru tal-PIR li kienu distribwiti fuq it-trimestri differenti kif muri fit-tabella ta' hawn taħt (id-data preċiża dwar il-volumi ma tistax tiġi żvelata minħabba raġunijiet ta' kunfidenzjalità). Barra minn hekk, mhux it-tipi ta' prodotti kollha ġew mibjugħa fit-trimestri kollha, minn 23 tip ta' prodott mibjugħa minn produttur esportatur li kkoopera lejn is-suq tal-Unjoni, kienu biss sitta minnhom li ġew mibjugħa f'kull trimestru.

    (51)

    Il-marġni tad-dumping ikkalkulati għal kull trimestru skont il-metodoloġija spjegata fil-premessi (29) sa (47) urew dumping sinifikanti f'kull trimestru tal-PIR.

    Tabella 1

    PIR

    Marġni tad-dumping (%)

    Volum tal-esportazzjonijiet (tunnellati)

    Ottubru 2014 — Diċembru 2014

    23,1

    [1 500 — 1 700 ]

    Jannar 2015 — Marzu 2015

    32,3

    [1 900 — 2 100 ]

    April 2015 — Ġunju 2015

    15,4

    [1 500 — 1 700 ]

    Lulju 2015 — Settembru 2015

    6,4

    [1 100 — 1 400 ]

    (52)

    L-affermazzjoni tal-produttur esportatur li kkoopera, li kalkolu tal-marġni tad-dumping tiegħu fuq bażi trimestrali jirriżulta f'ebda dumping, għalhekk kienet skorretta. Il-marġnijiet ta' dumping kienu sinifikanti f'kull trimestru u bl-istess mod il-medja ta' marġini ta' dumping matul il-PIR ikkalkulati abbażi ta' dawn il-marġini trimestrali baqgħu f'livell sinifikanti, jiġifieri 19,3 %.

    (53)

    Filwaqt li l-marġnijiet tad-dumping fit-trimestri differenti kkalkulati abbażi tat-tip ta' prodott juru xejra fluttwanti (tiżdied bejn Ottubru 2014 — Diċembru 2014 sa Jannar 2015 — Marzu 2015 u mbagħad tonqos bejn Jannar 2015 — Marzu 2015 sa tmiem il-PIR), it-tnaqqis gradwali tas-COP matul il-PIR ma kellux l-impatt iddikjarat. Ta' min jinnota li t-tnaqqis fil-marġni ta' dumping parzjalment kien ukoll minħabba żieda fil-prezz tal-esportazzjoni. Ta' min jiftakar li t-talba tal-produttur esportatur li kkoopera għal marġni tad-dumping trimestrali kienet ibbażata biss fuq il-varjazzjonijiet fil-prezz tal-materja prima. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-informazzjoni pprovduta ma poġġietx fid-dubju s-sejbiet ta' dumping matul il-PIR u konsegwentement is-sejbiet ta' kontinwazzjoni ta' dumping fil-premessi (57) sa (87).

    (54)

    Wara l-iżvelar, l-uniku produttur esportatur Indjan li kkoopera argumenta li għall-kalkolu ta' profittabbiltà wżat biex jiġi ddeterminat il-valur normali, jinħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel distinzjoni bejn prodotti mmanifatturati minn kokk domestiku, fuq naħa waħda, u l-prodotti manufatturati minn kokk aċikulari importat, fuq in-naħa l-oħra. Dan kien minħabba differenza fl-użu ta' dawn il-prodotti. Huwa sostna wkoll li fis-suq tal-Unjoni jinbiegħu biss il-prodotti manifatturati minn kokk aċikulari, li huma wżati fil-forn bl-ark elettriku ta' qawwa għolja, u jinħtieġ li l-profittabbiltà wżata biex jiġi ddeterminat il-valur normali għaldaqstant tkun ikkalkulata biss abbażi ta' dawn it-tipi ta' prodotti. Matul seduta li saret mal-Kummissjoni wara l-iżvelar, HEG elaborat li, abbażi ta' dawn it-talbiet, sabiex tiddetermina l-valur normali jinħtieġ li l-Kummissjoni ma tużax medja ppiżata tar-rata tal-profittabbiltà ikkalkulat fuq il-bejgħ domestiku kollu. HEG argumentat li l-Kummissjoni jinħtieġ li tikkalkula żewġ rati ta' profittabbiltà separati u tqis l-oriġini tal-kokk, u tapplikah kif jixraq fid-determinazzjoni tal-valur normali.

    (55)

    Fit-tweġiba għall-kwestjonarju, HEG irrappurtat l-oriġini tal-materja prima u l-prestazzjoni tal-GES għal kull tip ta' prodott. Madankollu, meta jitqiesu biss dawn iż-żewġ elementi, il-paragun bejn it-tipi ta' prodott mibjugħa fis-suq tal-Unjoni u l-uħud mibjugħa fis-suq Indjan urew li HEG biegħet l-istess tipi ta' prodott fiż-żewġt iswieq matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami. Għaldaqstant, l-ewwel parti tat-talba hija fattwalment żbaljata.

    (56)

    Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessi (39) u (40), għad-determinazzjoni tal-valur normali, il-Kummissjoni wżat il-profitt medju peżat ta' kull bejgħ domestiku tal-prodott simili, fil-perkors normali tal-kummerċ, tul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami skont l-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku. Minkejja dan, jekk jintużaw ir-rati ta' profitt individwali għal kull tip ta' prodott kif ippreżentata mill-kumpanija matul is-seduta msemmija fil-premessa (54), il-marġni ta' dumping iddikjarat fil-premessa (47) jonqos biss bi 3,2 punti perċentwali għal 26,7 %. Għaldaqstant, dan it-tnaqqis ma jkollux impatt materjali fuq is-sejbiet tal-Kummissjoni ta' dumping matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami u konsegwentement is-sejbiet ta' kontinwazzjoni ta' dumping fil-premessi (57) sa (87).

    3.   Żvilupp tal-importazzjonijiet f'każ li jitħassru l-miżuri

    (57)

    Wara s-sejba ta' dumping sinifikanti matul il-PIR, il-Kummissjoni analizzat jekk kienx hemm probabbiltà ta' kontinwazzjoni tad-dumping jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Kienu analizzati l-elementi li ġejjin: il-kapaċità ta' produzzjoni u l-kapaċità żejda fl-Indja, l-esportazzjonijiet mill-Indja lejn pajjiżi terzi oħra u l-attrattività tas-suq tal-Unjoni.

    (58)

    Kif intqal fil-premessa (25), produttur esportatur wieħed biss fl-Indja kkoopera li kien jirrappreżenta biss nofs il-kapaċità ta' produzzjoni totali tal-Indja. Għalhekk, is-sejbiet fit-taqsimiet ta' hawn taħt kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni wżat l-informazzjoni pprovduta mill-produttur esportatur li kkoopera, it-talba għar-rieżami tal-iskadenza, il-Bażi ta' Data tan-Nazzjonijiet Uniti, l-informazzjoni pprovduta mill-Gvern tal-Indja (GTI) fl-investigazzjoni parallela antisussidji msemmija fil-premessa (10) u l-informazzjoni pubblikament disponibbli.

    3.1.   Il-kapaċità ta' produzzjoni u l-kapaċità żejda

    (59)

    Abbażi ta' informazzjoni finanzjarja pubblika u data verifikata tal-produttur esportatur li kkoopera (12)  (13), iż-żewġ produtturi Indjani żiedu b'27 % il-kapaċità ta' produzzjoni tagħhom wara r-rieżami tal-iskadenza preċedenti msemmi fil-premessa (4). Fi tmiem il-PIR, il-kapaċità ta' produzzjoni totali fl-Indja kienet tammonta għal 160 000 tunnellata fis-sena, maqsuma ndaqs bejn iż-żewġ produtturi (14). Barra minn hekk, l-investigazzjoni żvelat li l-produtturi esportaturi Indjani x'aktarx se jkomplu jżidu l-kapaċità tagħhom f'każ ta' żieda fid-domanda (15).

    (60)

    Il-volum ta' produzzjoni taż-żewġ produtturi Indjani varja bejn 110 000 u 120 000 tunnellata matul il-PIR. Abbażi ta' dan ta' hawn fuq, il-kapaċità żejda totali Indjana ġiet stmata għal bejn 40 000 u 50 000 tunnellata, li kienet tirrappreżenta bejn 29 % u 36 % tal-konsum tal-Unjoni matul il-PIR.

    (61)

    Iż-żieda fil-kapaċità seħħet b'mod parallel għal tnaqqis fil-konsum tal-GES fl-Indja u madwar id-dinja. Il-GES jintużaw prinċipalment fl-industrija tal-azzar elettriku, b'mod aktar speċifiku jintużaw f'impjanti tal-azzar għat-tidwib ta' skart tal-azzar. Għalhekk, l-iżvilupp fil-konsum tal-GES huwa korrelatat mal-iżvilupp fil-produzzjoni tal-azzar elettriku u jsegwi xejriet simili. L-investigazzjoni stabbilixxiet li l-produzzjoni tal-azzar elettriku fl-Indja u madwar id-dinja naqset bejn l-2012 u l-PIR (16) filwaqt li l-kapaċità ta' produzzjoni tal-GES fl-Indja żdiedet.

    (62)

    Fit-tmiem ta' Novembru 2014, l-awtoritajiet Indjani imponew miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet tal-GES miċ-Ċina (17). Huwa mistenni li l-produtturi Indjani se jżidu s-sehem tagħhom tas-suq fis-suq domestiku.

    3.2.   Esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi

    (63)

    Abbażi ta' dikjarazzjonijiet finanzjarji pubbliċi, iż-żewġ produtturi esportaturi Indjani nstab li kienu orjentati lejn l-esportazzjoni (18)  (19) fejn esportaw madwar 60 % tal-produzzjoni totali tagħhom matul il-PIR.

    (64)

    L-Unjoni baqgħet destinazzjoni importanti għall-esportazzjonijiet tal-produttur esportatur li kkoopera HEG minkejja l-miżuri fis-seħħ. L-esportazzjonijiet ta' HEG kienu jammontaw għal bejn 10 % u 17 % tal-bejgħ totali tiegħu f'termini ta' valur u bejn 10 % u 20 % f'termini ta' volum fil-PIR. GIL, il-kumpanija Indjana li ma kkooperatx, esportat volumi baxxi ħafna lejn l-Unjoni matul il-PIR. Madankollu, dan irid jitqies f'korrelazzjoni mad-dazji antidumping u kumpensatorji applikabbli għal GIL (15,7 % b'kollox) meta mqabbla ma' HEG (7 % b'kollox).

    (65)

    Fin-nuqqas ta' xi sors ieħor aktar kredibbli sabiex jiġu stabbiliti l-volumi tal-esportazzjonijiet mill-Indja lejn is-swieq ta' pajjiżi terzi oħra, intużat il-Bażi ta' Data tan-Nazzjonijiet Uniti. Skont din il-bażi ta' data, l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi oħra żdiedu bejn l-2012 u l-2013, bi 43 %, u mbagħad naqsu fl-2014 u fl-2015, bi 38 % kif ikkumparati mal-2013. Il-volum tal-esportazzjonijiet b'mod ġenerali naqas bejn l-2012 u l-PIR (b'10 %). Id-destinazzjonijiet ewlenin tal-esportazzjonijiet Indjani fl-2015 kienu l-Istati Uniti, l-Arabja Sawdija, l-Iran, it-Turkija u l-Emirati Għarab Magħquda, ir-Repubblika tal-Korea, l-Eġittu. Bejn l-2012 u l-2015 l-esportazzjonijiet Indjani lejn xi wħud minn dawn id-destinazzjonijiet żdiedu (bħal eżempju lejn l-Arabja Sawdija, l-Emirati Għarab Magħquda, l-Istati Uniti) filwaqt li xi oħrajn (lejn l-Iran, it-Turkija, ir-Repubblika tal-Korea, l-Eġittu) naqsu, bi tnaqqis globali ta' 9 %.

    (66)

    Filwaqt li fl-2012 ir-Russja kienet it-tielet suq ta' esportazzjoni għall-produtturi Indjani f'termini ta' volum, wara li r-Russja imponiet dazju ad valorem fuq importazzjonijiet tal-GES mill-Indja li varja minn 16,04 % għal 32,83 % f'Diċembru 2012 (20) l-esportazzjonijiet mill-Indja għar-Russja naqsu minn 4 415 tunnellata għal 638 tunnellata fil-2015, tnaqqis ta' 86 %.

    (67)

    L-informazzjoni dwar il-volumi tal-esportazzjonijiet fil-Bażi ta' Data tan-Nazzjonijiet Uniti tista' tiġi kontroverifikata mal-informazzjoni pprovduta mill-GTI fl-investigazzjoni parallela antisussidji, jiġifieri l-istatistika tal-esportazzjonijiet tad-Direttorat Ġenerali tal-Intelligence u l-Istatistika Kummerċjali (“DGCIS”), li wriet xejriet simili għal dawk osservati fil-Bażi ta' Data tan-Nazzjonijiet Uniti.

    (68)

    Barra minn hekk, il-volumi tal-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi oħra, tal-produttur esportatur li kkoopera HEG, segwew ukoll xejriet simili, jiġifieri żieda fil-volumi tal-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi oħra mill-2012 sal-2013 u tnaqqis mill-2014 sal-PIR b'xejra ġenerali ta' tnaqqis matul il-perjodu kkunsidrat Ta' min jinnota li minkejja dan it-tnaqqis fil-volumi tal-esportazzjonijiet, il-livell kumplessiv fil-PIR baqa' sinifikanti, bejn 20 000 tunnellata u 30 000 tunnellata.

    (69)

    Fir-rigward tal-prezzijiet ta' esportazzjoni, abbażi tal-Bażi ta' Data tan-Nazzjonijiet Uniti l-investigazzjoni żvelat li l-prezzijiet tal-esportazzjonijiet Indjani lejn ċerti pajjiżi bħall-Istati Uniti u r-Repubblika tal-Korea li bħala medja kienu jkunu inqas mill-prezzijiet tal-UE bejn l-2012 u l-2014 żdiedu fl-2015 għal madwar l-istess livell bħall-prezzijiet fl-UE. Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-esportazzjoni Indjani lejn pajjiżi oħra bħalma huma l-Arabja Sawdija pereżempju li kienu aktar baxxi mill-prezzijiet tal-UE bejn l-2012 u l-2014, żdiedu f'livell għola mill-prezzijiet tal-UE fl-2015. Minbarra dan, l-esportazzjonijiet mill-Indja lejn ċerti pajjiżi oħra, bħat-Turkija pereżempju, komplew ikunu aktar baxxi mill-prezzijiet tal-UE matul il-perjodu kollu kkunsidrat. Madankollu, ta' min jinnota li l-prezzijiet f'din il-bażi ta' data ma jagħmlux distinzjoni bejn tipi ta' prodotti differenti u għaldaqstant il-kredibbiltà ta' dan il-paragun ta' prezzijiet abbażi tagħha hija limitata.

    (70)

    L-analiżi tal-informazzjoni dwar prezzijiet ta' esportazzjoni li swieq ta' pajjiżi terzi oħra tal-produttur esportatur li kkoopera wriet li matul l-2012 u l-2014, il-prezzijiet medji fis-suq tal-Unjoni kienu ogħla mill-prezzijiet medji ta' HEG fi swieq terzi oħra (aġġustati fuq bażi ta' sena kalendarja billi d-data kienet ipprovduta fuq bażi ta' sena finanzjarja) filwaqt li matul il-PIR, il-prezzijiet medji fis-suq tal-Unjoni kienu aktar baxxi mill-prezzijiet medji ta' HEG fi swieq terzi oħra.

    (71)

    Ma kien hemm ebda data oħra disponibbli sabiex jiġu stabbiliti livelli preċiżi tal-prezzijiet tal-produtturi esportaturi Indjani lejn swieq ta' pajjiżi terzi oħra.

    3.3.   L-attrattività tas-suq tal-Unjoni

    (72)

    L-attrattività tas-suq tal-Unjoni ntweriet mill-fatt li minkejja d-dazji antidumping u kumpensatorji fis-seħħ, il-GES mill-Indja baqgħu jidħlu fis-suq tal-Unjoni. Matul il-perjodu kkunsidrat, l-Indja baqgħet it-tieni l-akbar pajjiż esportatur lejn l-Unjoni wara r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“iċ-Ċina”). Minkejja tnaqqis bejn l-2012 u l-PIR, l-Indja żammet l-esportazzjonijiet tagħha lejn l-Unjoni f'volumi u f'ishma mis-suq sinifikanti kif spjegat fil-premessa (100) aktar 'l isfel.

    (73)

    L-iżvilupp possibbli tal-bejgħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni li kieku l-miżuri jitħallew jiskadu għandu jitqies fl-isfond tat-tnaqqis ġenerali fil-konsum tal-GES fl-Indja u madwar id-dinja flimkien mal-kapaċità żejda fl-Indja. Huwa ferm probabbli li dan se jżid il-pressjoni fuq il-produtturi esportaturi Indjani sabiex ikomplu jesploraw is-swieq tal-esportazzjoni, speċjalment fid-dawl tal-mudell kummerċjali tagħhom li huwa orjentat lejn l-esportazzjoni. Għaldaqstant, jekk il-miżuri fl-Unjoni jitħassru u l-aċċess għas-suq tal-Unjoni jkun ħieles mid-dazji antidumping u kumpensatorji, ikun tabilħaqq probabbli li parti kbira mill-kapaċità żejda disponibbli tintuża għall-esportazzjoni lejn is-suq tal-Unjoni. B'mod partikolari billi l-investigazzjoni wriet li filwaqt li f'xi swieq esportaturi (bħalma huma l-Arabja Sawdija, l-Emirati Għarab Magħquda, l-Istati Uniti tal-Amerika) l-esportazzjonijiet Indjani żdiedu fl-2015, l-esportazzjonijiet kollha mill-Indja lejn swieq ta' pajjiżi terzi oħra segwew tendenza ta' tnaqqis. Dan jindika li għal ċerti pajjiżi terzi jidher li teżisti kapaċità limitata biex jiġu assorbiti kwantitajiet addizzjonali ta' esportazzjonijiet.

    (74)

    Barra minn hekk, kif imsemmi fil-premessa (66), ir-Russja imponiet dazji antidumping fuq importazzjonijiet tal-GES mill-Indja. Għalhekk il-produtturi esportaturi Indjani għandhom aċċess limitat għal dan is-suq u ma jistgħux iżidu jew jidderieġu mill-ġdid il-volumi tal-esportazzjoni tagħhom lejn ir-Russja, kif intwera mit-tnaqqis tal-esportazzjonijiet għal din id-destinazzjoni mill-2012.

    (75)

    Abbażi ta' dan, huwa probabbli li l-produtturi esportaturi Indjani se jkomplu jesportaw kwantitajiet sinifikanti lejn l-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu u saħansitra jżidu l-volumi tal-esportazzjonijiet attwali tagħhom filwaqt li titqies il-kapaċità żejda sinifikanti tagħhom. Huwa probabbli li l-produttur esportatur li kkoopera se jkollu inċentiv biex ikompli jżid il-preżenza diġà sinifikanti tiegħu fis-suq tal-Unjoni, u saħansitra l-inċentiv se jkun akbar għall-produttur esportatur li ma kkooperax, li għandu livelli ta' dazju ogħla meta mqabbel mal-produttur esportatur li kkoopera u li kważi waqaf jesporta lejn is-suq tal-Unjoni.

    3.4.   Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni tad-dumping

    (76)

    L-analiżi ta' hawn fuq turi li (i) l-importazzjonijiet mill-Indja baqgħu jidħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li kienu l-oġġett ta' dumping sinifikanti u fi kwantitajiet sinifikanti; (ii) iż-żewġ produtturi Indjani huma orjentati lejn l-esportazzjoni u għandhom kapaċità żejda li jistgħu jużaw sabiex iżidu l-volumi tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni bi prezzijiet li jkunu l-oġġett ta' dumping; (iii) il-konsum dinji qed isegwi xejra ta' tnaqqis, li tnaqqas il-possibilitajiet ta' esportazzjoni għal ċerti swieq terzi oħra; (iv) l-eżistenza ta' miżuri antidumping fir-Russja kontra GES Indjani tkompli tillimita l-possibilitajiet ta' esportazzjoni lill-produtturi esportaturi Indjani.

    (77)

    Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, wieħed jikkonkludi li hemm probabbiltà ta' kontinwazzjoni tad-dannu jekk jitħassru l-miżuri.

    (78)

    Wara l-iżvelar, l-uniku produttur esportatur Indjan li kkoopera, HEG, sostna li l-Kummissjoni ma kkunsidratx il-fatti relatati mal-perjodu ta' wara l-PIR fl-evalwazzjoni tagħha tal-probabbiltà tal-kontinwazzjoni tad-dumping. Rigward dan, il-produttur esportatur Indjan li qed jikkoopera sostna li meta applikat l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni ma qisitx li GIL, il-produttur Indjan l-ieħor ta' GES, għamel investiment f'faċilità ta' manifattura fl-Unjoni, jiġifieri Graphite Cova GmbH (“GIL Cova”). HEG argumentat ukoll li GIL għandha kuntratt strateġiku fit-tul sabiex tbiegħ elettrodi ħodor moħmi (li huma prodott nofsu lest) għal faċilità ta' grafitizzazzjoni tagħha GIL Cova. HEG iddikjarat ukoll li minħabba l-investiment strateġiku ta' GIL, il-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-esportazzjonijiet mill-Indja lejn l-Unjoni se jiżdiedu hija żbaljata u li s-sejba li ż-żewġ produtturi Indjani għandhom kapaċità żejda disponibbli għall-esportazzjonijiet hija bbażata fuq sempliċi suppożizzjonijiet. HEG argumentat ukoll li l-iskadenza tal-miżuri mhix se żżid il-volum tal-importazzjonijiet fl-Unjoni bbażata fuq ix-xejra ta' tnaqqis ta' esportazzjonijiet mill-Indja lejn l-Unjoni (inkluż l-esportazzjoni ta' HEG lejn l-Unjoni) wara l-PIR.

    (79)

    Barra minn hekk, HEG sostniet li l-pjanijiet ta' HEG li żżid il-kapaċità ta' produzzjoni kienu biss il-viżjoni tal-President tagħha meta qies ix-xenarju ekonomiku favorevoli tal-2010. B'hekk, fir-rapport annwali ta' HEG għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Marzu 2016, ma hemm ebda proposta ġdida li qed tiġi diskussa mill-bord ta' diretturi għall-espansjoni ta' kapaċitajiet.

    (80)

    Fir-rigward tal-paragun tal-prezzijiet imwettaq mill-Kummissjoni fil-premessi (69) u (70) fir-rigward tal-esportazzjonijiet lejn swieq ta' pajjiżi terzi oħra, HEG ippreżentat analiżi tal-prezzijiet CIF/CFR medji tagħha għal erba' pajjiżi terzi oħra kif ikkumparat mal-prezzijiet CIF medji tagħha lejn l-Unjoni u kkonkludiet li, b'mod ġenerali, il-prezzijiet medji tagħha għall-erba' pajjiżi terzi oħra kienu ogħla milli l-prezzijiet għall-Unjoni. Għaldaqstant, HEG ddikjarat li s-suq tal-Unjoni b'livelli aktar baxxi ta' prezzijiet ikun b'paragun inqas attraenti.

    (81)

    Fir-rigward tad-dikjarazzjoni ta' HEG dwar l-investiment ta' GIL f'GIL Cova matul il-perjodu kkunsidrat, GIL esportat volum żgħir immens lejn is-suq tal-Unjoni. Madankollu ta' min iqis li dan mhuwiex biss minħabba l-investiment ta' GIL f'GIL Cova, iżda l-aktar minħabba d-dazji antidumping u kumpensatorji għoljin li japplikaw għall-esportazzjonijiet ta' GIL mill-Indja lejn l-Unjoni (b'kollox 15,7 %). B'hekk, fix-xenarju li l-miżuri antidumping u/jew kompensatorji jiġu revokati, huwa probabbli li GIL tkompli l-esportazzjonijiet tagħha lejn l-Unjoni, minkejja l-investiment tagħha f'GIL Cova, anki filwaqt li titqies il-kapaċità żejda disponibbli tagħha u l-attrazzjoni tas-suq tal-Unjoni kif deskritt fil-premessi (72) sa (75) hawn fuq.

    (82)

    Fir-rigward tad-dikjarazzjoni ta' HEG dwar ix-xejra ta' esportazzjonijiet wara l-PIR, tajjeb wieħed jenfasizza li dawn l-esportazzjonijiet saru filwaqt li l-miżuri antidumping u kumpensatorji kienu fis-seħħ. Għaldaqstant, anki jekk il-volum ta' esportazzjonijiet ta' HEG wara l-PIR ħa xejra 'l isfel, huwa probabbli li l-esportazzjonijiet ta' HEG lejn l-Unjoni jiżdiedu jekk miżuri antidumping u/jew kompensatorji jkunu revokati filwaqt li jitqies li minkejja l-miżuri fis-seħħ, HEG komplet tesporta lejn is-suq tal-Unjoni bi prezzijiet soġġetti għal dumping sinifikanti, il-mudell kummerċjali tagħha orjentat lejn l-esportazzjoni u l-kapaċità żejda tagħha li mhix eskluża l-probabbiltà li tiżdied fil-ġejjieni jekk id-domanda għall-prodotti tagħha tiżdied, kif deskritt fil-premessi (59) sa (75) hawn fuq.

    (83)

    Barra minn hekk, rigward l-intenzjoni ta' HEG li żżid il-kapaċità, ta' min jenfasizza li matul iż-żjara ta' verifika fil-post fl-2016, HEG uriet filmat qasir li t-tim inkarigat mill-każ li ta ħarsa ġenerali lejn il-grupp ta' HEG. Wieħed mill-elementi ppreżentati f'dan il-filmat kien il-pjani futuri tal-kumpanija li żżid il-kapaċità ta' produzzjoni tagħha. Barra minn hekk, ir-rappreżentanti tal-kumpanija spjegaw matul il-verifika fil-post li pjanijiet bħal dawn kienu attwalment sospiżi meta jitqies li l-kumpanija ma kinitx qed tuża l-kapaċità tagħha b'mod sħiħ u t-tnaqqis fid-domanda dinjija. Għaldaqstant, fil-każ li l-miżuri antidumping u/jew kumpensatorji jiġu revokati, x'aktarx li d-domanda għal GES Indjani fis-suq tal-Unjoni x'aktarx li tiżdied u li, għaldaqstant, HEG ikollha l-inċentiv biex iżżid il-kapaċità tagħha sabiex tissodisfa d-domanda.

    (84)

    Fir-rigward tad-dikjarazzjoni ta' HEG dwar id-differenzi fil-prezzijiet bejn is-suq tal-Unjoni u swieq oħra ta' pajjiżi terzi, ta' min jenfasizza li l-paragun li sar mill-Kummissjoni fil-premessi (69) u (70) sar bejn il-prezzijiet medji tal-produtturi esportaturi Indjani fi swieq terzi oħra u l-prezzijiet medji tal-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni u mhux fuq il-prezzijiet medji tal-produtturi Indjani fis-suq tal-Unjoni. Ta' min jiftakar li l-prezz medju ta' HEG fis-suq tal-Unjoni huwa f'livell ta' dumping sinifikanti li jwaqqa' l-prezz medju tal-produtturi tal-Unjoni u għaldaqstant mhuwiex xieraq għall-paragun inkwistjoni.

    (85)

    Fid-dawl ta' dan hawn fuq, it-talbiet ta' HEG huma miċħuda.

    (86)

    Parti interessata oħra sostniet li minħabba l-konsum b'enerġija iktar baxxa, bħala fattur ewlieni tal-kost, u kostijiet ta' xogħol iktar baxxi, il-produtturi Indjani għandhom vantaġġi komparattivi ċari f'termini ta' kosteffiċjenza. Madankollu, ta' min jinnota li l-investigazzjoni żvelat li l-fattur ewlieni tal-kostijiet fil-proċess ta' manifattura ta' GES fl-Indja huwa filfatt il-kokk u mhux l-enerġija jew ix-xogħol. F'kull każ, anki jekk ikun hemm vantaġġ komparattiv għall-produtturi Indjani, dan jinħtieġ li jkollu effett simili fuq il-prezz ta' esportazzjoni u fuq il-valur normali u għalhekk l-ebda impatt fuq il-marġni ta' dumping. Din it-talba hija għaldaqstant fattwalment żbaljata u għalhekk miċħuda.

    (87)

    Il-konklużjoni tal-Kummissjoni li hemm probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dumping jekk il-miżuri jiġu rrevokati hija għalhekk ikkonfermata.

    D.   PROBABBILTÀ TA' KONTINWAZZJONI JEW RIKORRENZA TAD-DANNU

    1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

    (88)

    Matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, il-prodott simili kien immanifatturat minn tmien produtturi (żewġ kumpaniji individwali u żewġ gruppi). Huma jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

    2.   Kummenti preliminari

    (89)

    Kif intqal fil-premessa (61), is-sitwazzjoni tal-industrija tal-GES hija marbuta mill-qrib ma' dik tal-industrija tal-azzar elettriku fejn il-GES jintużaw fil-fran tal-azzar elettriku għat-tidwib tal-iskart tal-azzar. F'dan il-kuntest, matul il-perjodu kkunsidrat, kienu prevalenti kundizzjonijiet tas-suq negattivi fl-industrija tal-azzar elettriku, bi tnaqqis fil-konsum li huwa rifless ukoll fil-konsum tal-GES.

    (90)

    Minħabba li hemm biss żewġ produtturi esportaturi tal-prodott ikkonċernat fl-Indja, id-data relatata mal-importazzjonijiet ta' GES mill-Indja u minn pajjiżi terzi oħra fl-Unjoni Ewropea mhijiex ippreżentata f'ċifri preċiżi sabiex tinżamm il-kunfidenzjalità skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku.

    3.   Konsum tal-Unjoni

    (91)

    Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni billi għaddet flimkien:

    (i)

    il-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, miksub wara verifika tat-tweġibiet għall-kwestjonarju,

    (ii)

    il-bejgħ ta' produtturi tal-Unjoni li kkooperaw, mhux inklużi fil-kampjun, miksub mit-talba għal rieżami,

    (iii)

    il-bejgħ ta' produttur tal-Unjoni li ma kkooperax u li mhuwiex fil-kampjun, miksub mir-rapporti annwali tiegħu,

    (iv)

    l-importazzjonijiet mill-Indja, ibbażati abbażi ta' data skont l-Artikolu 14(6) u

    (v)

    l-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oħra kollha, ibbażati fuq il-Eurostat (livell TARIC).

    (92)

    Fuq din il-bażi, il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

    Tabella 2

    Konsum tal-Unjoni

     

    2012

    2013

    2014

    Perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

    Konsum tal-Unjoni (tunnellati)

    151 508

    140 244

    146 637

    139 974

    Indiċi (2012 = 100)

    100

    93

    97

    92

    Sors: it-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, ir-rapporti annwali tal-produttur tal-Unjoni li ma kkooperax, it-talba għal rieżami, l-Eurostat (livell TARIC), il-bażi ta' data skont l-Artikolu 14(6).

    (93)

    Il-konsum tal-Unjoni naqas bi 8 % matul il-perjodu kkunsidrat. B'mod aktar speċifiku, il-konsum tal-Unjoni naqas b'7 % fl-2013, irkupra b'4 % bejn l-2013 u l-2014 u mbagħad reġa' naqas b'5 % mill-2014 sal-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

    (94)

    Kif issemma fil-premessi (61) u (89), it-tnaqqis ġenerali fid-domanda kien riżultat tal-kundizzjonijiet negattivi tas-suq li kien hemm fis-settur tal-azzar elettriku, billi l-volumi tal-bejgħ tal-elettrodi tal-grafit isegwu l-iżvilupp fil-volum tal-produzzjoni tal-azzar fil-fran elettriċi.

    (95)

    Wara l-iżvelar, il-produttur esportatur mill-Indja li kkoopera ddikjara li l-analiżi tas-sehem mis-suq u l-konsum għandha tqis l-importazzjonijiet magħmula mill-produtturi tal-Unjoni mill-kumpaniji relatati tagħhom fl-Istati Uniti, il-Messiku, il-Ġappun u l-Malasja li kieku kienu jiżdiedu b'mod sinifikanti matul l-aħħar tliet snin.

    (96)

    Importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oħra kollha ġew ikkunsidrati meta kienet qed jiġi kkalkulat il-konsum tal-Unjoni, kif spjegat hawn fuq fil-premessa (91) u għalhekk huma riflessi fil-konsum totali. Għaldaqstant, l-argument ġie rifjutat.

    4.   Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

    4.1.   Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

    Tabella 3

    Il-volum tal-importazzjonijiet u s-sehem mis-suq

    Pajjiż

     

    2012

    2013

    2014

    Perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

    L-Indja

    Volum tal-importazzjonijiet (tunnellati)

    9 000 — 10 000

    5 000 — 6 000

    7 000 — 8 000

    6 500 — 7 500

    Volum indiċjat tal-importazzjonijiet (2012 = 100)

    100

    57

    80

    74

    Sehem mis-suq (%)

    6 — 7

    3 — 4

    5 — 6

    4 — 5

    Sehem mis-suq indiċjat

    100

    62

    83

    80

    Sors: il-bażi ta' data skont l-Artikolu 14(6).

    (97)

    Il-volumi tal-importazzjonijiet kienu qed jonqsu matul il-perjodu kkunsidrat. Huma naqsu b'mod sinifikanti fl-2013 (bi 43 %), reġgħu telgħu fl-2014 u reġgħu naqsu fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. B'mod ġenerali kien hemm tnaqqis ta' 26 % matul il-perjodu kkunsidrat.

    (98)

    Il-Kummissjoni stabbilixxiet is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet abbażi tal-konsum tal-Unjoni kif stabbilit fil-premessa (91) hawn fuq.

    (99)

    Is-sehem mis-suq wera xejriet simili bħall-volumi tal-importazzjoni, jiġifieri naqas bejn l-2012 u l-2013, żdied bejn l-2013 u l-2014 u mbagħad reġa' naqas bejn l-2014 u l-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. B'mod ġenerali s-sehem mis-suq naqas b'1,2 punti perċentwali fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami meta mqabbel mal-2012.

    (100)

    Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Indja fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat kien fil-medda ta' 6 % sa 7 %. Huwa naqas għall-medda ta' 4 % sa 5 % sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

    4.2.   Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

    (101)

    Il-Kummissjoni stabbiliet ix-xejra tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet Indjani abbażi tad-data rreġistrata fil-bażi ta' data skont l-Artikolu 14(6). B'mod ġenerali dawn kienu jaqblu mal-prezzijiet irrapportati mill-produttur esportatur li kkoopera.

    (102)

    Il-prezz medju tal-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppa kif ġej:

    Tabella 4

    Prezzijiet tal-importazzjoni  (21)

    Pajjiż

     

    2012

    2013

    2014

    Perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

    L-Indja

    Prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/tunnellata)

    2 500 — 3 500

    3 000 — 4 000

    2 500 — 3 500

    2 200 — 3 200

    Indiċi (2012 = 100)

    100

    105

    89

    86

    (103)

    B'mod ġenerali, il-prezzijiet medji tal-importazzjoni naqsu b'14 % matul il-perjodu kkunsidrat. Il-prezzijiet tal-importazzjoni żdiedu b'5 % bejn l-2012 u l-2013, naqsu b'16 % fl-2014 u komplew jonqsu bi 3 % fil-PIR.

    4.3.   Twaqqigħ tal-prezz

    (104)

    Il-Kummissjoni stabbilixxiet it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami billi qabblet (i) il-prezzijiet tal-bejgħ medji ponderati għal kull tip ta' prodott tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun mitluba lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell tal-prezz mill-fabbrika; u (ii) il-prezzijiet medji ponderati korrispondenti għal kull tip ta' prodott tal-importazzjonijiet mill-produttur esportatur Indjan li kkoopera, lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq bażi tal-kost, assigurazzjoni u nol (cost, insurance, freight, CIF), b'aġġustamenti xierqa għad-dazju antidumping/kompensatorju u għall-ispejjeż ta' wara l-importazzjoni.

    (105)

    It-tqabbil tal-prezzijiet sar fuq bażi ta' tip b'tip għal tranżazzjonijiet fl-istess livell ta' kummerċ, debitament aġġustati fejn meħtieġ, u wara tnaqqis tar-rifużjonijiet u l-iskonti. Ir-riżultat tat-tqabbil kien espress bħala perċentwal tal-fatturat tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

    (106)

    Għal produttur esportatur li kkoopera, it-tqabbil wera marġni ta' twaqqigħ tal-prezz medju ponderat ta' 3 % fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Madankollu, meta jitnaqqsu d-dazji antidumping u kumpensatorji mill-kalkoli, il-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz jammonta għal 9 %. Rigward il-produttur esportatur li ma kkooperax, kien importat volum żgħir ħafna matul il-PIR. Minkejja dan, il-Kummissjoni wettqet stima ta' twaqqigħ tal-prezz. Il-Kummissjoni sabet marġini ta' twaqqigħ tal-prezz ta' 12 %, meta d-dazji antidumping u kumpensatorji fis-seħħ tnaqqsu mill-kalkoli. Din l-istima madankollu hija bbażata fuq volum żgħir ħafna u, minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni, ma tikkunsidrax tipi ta' prodotti. Għaldaqstant, l-kredibbiltà tagħha hija limitata.

    4.4.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

    Tabella 5

    Volum tal-importazzjonijiet u s-sehem mis-suq

    Pajjiż

     

    2012

    2013

    2014

    Perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

    Total ta' pajjiżi terzi oħra

    Importazzjonijiet (tunnellati)

    33 000 — 35 000

    30 000 — 32 000

    34 000 — 36 000

    30 000 — 32 000

    Indiċi

    100

    90

    103

    90

    Sehem mis-suq (%)

    22 — 23

    22 — 23

    24 — 25

    22 — 23

    Prezz (EUR/tunnellata)

    2 500 — 3 500

    2 400 — 3 400

    2 400 — 3 400

    2 300 — 3 300

    Indiċi

    100

    98

    89

    92

    Iċ-Ċina

    Importazzjonijiet (tunnellati)

    14 000 — 15 000

    11 000 — 12 000

    16 000 — 17 000

    14 000 — 15 000

    Indiċi

    100

    80

    117

    103

    Sehem mis-suq (%)

    9 — 10

    8 — 9

    11 — 12

    10 — 11

    Prezz (EUR/tunnellata)

    2 000 — 3 000

    1 500 — 2 500

    1 400 — 2 400

    1 600 — 2 600

    Indiċi

    100

    94

    90

    99

    L-Istati Uniti tal-Amerika

    Importazzjonijiet (tunnellati)

    3 000 — 4 000

    4 000 — 5 000

    4 200 — 5 200

    4 200 — 5 200

    Indiċi

    100

    118

    129

    128

    Sehem mis-suq (%)

    2 — 3

    3 — 4

    3 — 4

    3 — 4

    Prezz (EUR/tunnellata)

    3 300 — 4 300

    3 200 — 4 200

    3 000 — 4 000

    2 800 — 3 800

    Indiċi

    100

    96

    84

    81

    Il-Messiku

    Importazzjonijiet (tunnellati)

    3 000 — 4 000

    4 000 — 5 000

    5 500 — 6 500

    4 000 — 5 000

    Indiċi

    100

    127

    165

    119

    Sehem mis-suq (%)

    2 — 3

    3 — 4

    4 — 5

    3 — 4

    Prezz (EUR/tunnellata)

    3 800 — 4 800

    3 900 — 4 900

    3 900 — 4 900

    4 000 — 5 000

    Indiċi

    100

    103

    103

    115

    Ir-Russja

    Importazzjonijiet (tunnellati)

    3 000 — 4 000

    2 500 — 3 500

    3 500 — 4 500

    3 700 — 4 700

    Indiċi

    100

    70

    101

    103

    Sehem mis-suq (%)

    2 — 3

    1 — 2

    2 — 3

    2 — 3

    Prezz (EUR/tunnellata)

    3 000 — 4 000

    2 800 — 3 800

    2 500 — 3 500

    2 100 — 3 100

    Indiċi

    100

    91

    79

    75

    Il-Ġappun

    Importazzjonijiet (tunnellati)

    4 500 — 5 500

    3 000 — 4 000

    3 000 — 4 000

    2 000 — 3 000

    Indiċi

    100

    74

    62

    50

    Sehem mis-suq (%)

    3 — 4

    2 — 3

    2 — 3

    1 — 2

    Prezz (EUR/tunnellata)

    3 400 — 4 400

    3 300 — 4 300

    2 800 — 3 800

    2 900 — 3 900

    Indiċi

    100

    99

    82

    83

    Pajjiżi terzi oħra

    Importazzjonijiet (tunnellati)

    4 000 — 5 000

    4 000 — 5 000

    1 000 — 2 000

    700 — 1 700

    Indiċi

    100

    104

    25

    19

    Sehem mis-suq (%)

    2 — 3

    3 — 4

    0,5 — 1,5

    0,5 — 1,5

    Prezz (EUR/tunnellata)

    2 600 — 3 600

    2 000 — 3 000

    1 900 — 2 900

    1 600 — 2 600

    Indiċi

    100

    83

    78

    72

    Sors: Eurostat (livell TARIC).

    (107)

    Bi qbil mat-tnaqqis fil-konsum, il-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oħra kollha naqas b'10 % bejn l-2012 u l-PIR. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oħra kollha kien fil-medda ta' 22 % — 23 % matul il-perjodu kkunsidrat. L-importazzjonijiet ewlenin kienu miċ-Ċina, mill-Istati Uniti tal-Amerika, mill-Messiku, mir-Russja u mill-Ġappun, li kienu l-uniċi pajjiżi b'ishma mis-suq individwali ogħla minn 1 % matul il-PIR.

    (108)

    Il-prezzijiet tal-importazzjoni mill-Istati Uniti tal-Amerika, mill-Ġappun u mill-Messiku kienu ogħla mill-prezzijiet tal-esportaturi Indjani u mill-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Istati Uniti tal-Amerika u mill-Messiku żdied, b'anqas minn 1 punt perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Ġappun naqas b'1,5 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat.

    (109)

    Il-prezzijiet tal-importazzjoni miċ-Ċina u mir-Russja kienu aktar baxxi mill-prezzijiet tal-esportaturi Indjani u mill-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni (ħlief fl-2012 għar-Russja). Skont l-informazzjoni pprovduta mill-industrija tal-Unjoni fit-talba għal rieżami, parti mill-importazzjonijiet miċ-Ċina tirrigwarda GES b'dijametru żgħir (dijametru ta' anqas minn 400 millimetru) filwaqt li l-maġġoranza tal-importazzjonijiet mill-Indja u l-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni tikkonsisti f'GES b'dijametri kbar (22) (dijametri ta' aktar minn 400 millimetru), li jiswew aktar flus.

    (110)

    Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdied b'1 punt perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat u kien fil-medda ta' 10 % — 11 % matul il-PIR, filwaqt li s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-Russja kien biss fil-medda ta' 2 % — 3 % matul il-PIR, u żdied b'0,3 ta' punt perċentwali matul il-perjodu taħt konsiderazzjoni. Madankollu, dawn iż-żidiet ma kinux għad-detriment tas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni, li kif spjegat fil-premessa segwenti (123), żdied b'1,9 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat.

    5.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

    5.1.   Rimarki ġenerali

    (112)

    Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li influwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

    (113)

    Kif issemma fil-premessa (14), intuża l-kampjunar sabiex tiġi determinat id-dannu possibbli mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

    (114)

    Għad-determinazzjoni tad-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi makroekonomiċi u mikroekonomiċi tad-dannu. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-data kontenuta fit-talba għal rieżami, fir-rapporti annwali tal-produttur tal-Unjoni li ma kkooperax u fit-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Id-data kienet tirrigwarda lill-produtturi kollha tal-Unjoni. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi abbażi tad-data inkluża fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Id-data kienet tirrigwarda l-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta' data nstabu li kienu rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

    (115)

    L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità ta' produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġni ta' dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat.

    (116)

    L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji ta' unità, il-kost unitarju, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-flussi tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità ta' ġbir tal-kapital.

    (117)

    Iż-żewġ settijiet ta' data nstabu li kienu rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

    5.2.   Indikaturi makroekonomiċi

    (a)   Produzzjoni, kapaċità ta' produzzjoni u użu tal-kapaċità

    (118)

    Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità ta' produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

    Tabella 6

    Produzzjoni, kapaċità ta' produzzjoni u użu tal-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni

     

    2012

    2013

    2014

    Perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

    Volum tal-produzzjoni (tunnellati)

    235 915

    235 502

    241 623

    221 971

    Indiċi (2012 = 100)

    100

    100

    102

    94

    Kapaċità ta' produzzjoni (tunnellati)

    297 620

    297 245

    299 120

    290 245

    Indiċi (2012 = 100)

    100

    100

    101

    98

    Użu tal-kapaċità (%)

    79

    79

    81

    76

    Sors: it-talba għal rieżami, ir-rapporti annwali tal-produttur tal-Unjoni li ma kkooperax u t-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

    (119)

    Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-produzzjoni naqas b'6 %. B'mod aktar speċifiku, l-ewwel żdied bi 2 % sal-2014 u mbagħad naqas bi 8 % fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami meta mqabbel mal-2014.

    (120)

    Il-kapaċità ta' produzzjoni naqset bi 2 % matul il-perjodu kkunsidrat.

    (121)

    Bħala riżultat tat-tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità naqas bi 3 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat.

    (b)   Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

    (122)

    Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

    Tabella 7

    Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq tal-produtturi tal-Unjoni

     

    2012

    2013

    2014

    Perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

    Volum tal-bejgħ fl-Unjoni (tunnellati)

    107 655

    103 779

    103 704

    102 123

    Indiċi (2012 = 100)

    100

    96

    96

    95

    Sehem mis-suq (%)

    71,1

    74,0

    70,7

    73,0

    Sors: it-talba għal rieżami, ir-rapporti annwali tal-produttur tal-Unjoni li ma kkooperax u t-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

    (123)

    Il-bejgħ totali tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni naqas b'madwar 5 % matul il-perjodu kkunsidrat. Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni varja matul il-perjodu kkunsidrat. Huwa żdied bi 2,9 punti perċentwali fl-2013. Imbagħad naqas bi 3,3 punti perċentwali fl-2014 u reġa' żdied bi 2,3 punti perċentwali fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. B'mod ġenerali, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żdied b'1,9 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat.

    (124)

    Wara l-iżvelar, il-produttur esportatur li kkoopera afferma li l-importazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni mill-kumpaniji relatati tagħhom fl-Istati Uniti, fil-Messiku, fil-Ġappun u l-Malasja għandhom jiġu kkunsidrati meta jiġi stabbilit is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni. Madankollu, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni huwa kkalkulat abbażi tal-bejgħ tal-produzzjoni tagħha stess fis-suq tal-Unjoni. Importazzjonijiet magħmula mill-industrija tal-Unjoni mhumiex meqjusa minħabba li dan ikollu effett distorsiv fuq l-istampa ġenerali, billi l-importazzjoni jingħaddu darbtejn; bħala importazzjoni fuq naħa waħda u bħala bejgħ mill-industrija tal-Unjoni fuq in-naħa l-oħra. Għaldaqstant, dan l-argument ġie rifjutat.

    (c)   Tkabbir

    (125)

    Bejn l-2012 u l-PIR, il-konsum tal-Unjoni naqas bi 8 %. Il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b'5 % li, madankollu, issarraf fi gwadann fis-sehem mis-suq ta' 1,9 punti perċentwali.

    (d)   Impjiegi u produttività

    (126)

    L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

    Tabella 8

    L-impjiegi u l-produttività tal-produtturi tal-Unjoni

     

    2012

    2013

    2014

    Perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

    Numru ta' impjegati

    1 526

    1 539

    1 475

    1 523

    Indiċi (2012 = 100)

    100

    101

    97

    100

    Produttività (tunnellati/impjegat)

    155

    153

    164

    146

    Indiċi (2012 = 100)

    100

    99

    106

    94

    Sors: it-talba għal rieżami, ir-rapporti annwali tal-produttur tal-Unjoni li ma kkooperax u t-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

    (127)

    L-impjiegi tal-industrija tal-Unjoni baqgħu bejn wieħed u ieħor fl-istess livell matul il-perjodu kkunsidrat. Minħabba t-tnaqqis fil-produzzjoni (tnaqqis ta' 6 % tul il-perjodu kkunsidrat), il-produttività wkoll naqset b'6 % matul l-istess perjodu.

    (e)   Id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping preċedenti

    (128)

    L-investigazzjoni stabbilixxiet li l-importazzjonijiet ta' GES mill-Indja komplew jidħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li kienu l-oġġett ta' dumping. Il-marġni tad-dumping stabbilit għall-Indja matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami kien ogħla sewwa mil-livell de minimis kif deskritt fil-premessa (47). Dan ikkoinċida ma' tnaqqis fil-prezzijiet tal-importazzjoni meta mqabbla mal-2012. Madankollu, l-industrija tal-Unjoni rnexxielha tibbenefika mill-miżuri antidumping fis-seħħ billi żammet u żiedet daqsxejn is-sehem tagħha mis-suq.

    5.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

    (a)   Il-prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

    (129)

    Il-prezzijiet tal-bejgħ medji tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

    Tabella 9

    Prezzijiet tal-bejgħ medji fl-Unjoni u l-kost għal kull unità

     

    2012

    2013

    2014

    Perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

    Prezz tal-bejgħ medju ta' unità fl-Unjoni (EUR/tunnellata)

    3 784

    3 468

    2 997

    2 825

    Indiċi (2012 = 100)

    100

    92

    79

    75

    Kost tal-produzzjoni ta' unità (EUR/tunnellata)

    3 357

    3 116

    2 776

    2 745

    Indiċi (2012 = 100)

    100

    93

    83

    82

    Sors: it-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarji tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

    (130)

    Il-prezz tal-bejgħ medju ta' unità tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni naqas b'mod kostanti b'25 % u laħaq l-2 825 EUR/tunnellata fil-PIR. L-industrija tal-Unjoni kellha tnaqqas il-prezzijiet tagħha sabiex tirrifletti t-tnaqqis ġenerali fil-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq tal-GES, minħabba t-tnaqqis fid-domanda fis-settur tal-azzar elettriku.

    (131)

    Il-kost medju tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqas saħansitra inqas, bi 18 %, matul il-perjodu kkunsidrat. Il-fattur ewlieni li influwenza t-tnaqqis fil-kost tal-produzzjoni ta' unità kien it-tnaqqis fil-prezz tal-materja prima.

    (132)

    Wara l-iżvelar, il-produttur esportatur li kkoopera mill-Indja sostna li l-prezz dinji tal-materja prima naqas iktar mill-kost tal-materja prima mġarrab mill-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Għaldaqstant l-industrija tal-Unjoni kienet ineffiċjenti f'termini tas-sorsjar tal-materja prima u għaldaqstant il-vijabilità tagħha kienet dubjuża.

    (133)

    L-investigazzjoni żvelat li l-industrija tal-Unjoni ġabet il-materja prima tagħha madwar id-dinja minn partijiet relatati u mhux relatati f'livell simili ta' prezz u ma kien hemm l-ebda indikazzjoni ta' ineffiċjenzi f'termini tal-issorsjar tal-materja prima. Billi d-dikjarazzjoni ma ġietx sostanzjata iktar, ġiet miċħuda.

    (b)   Kostijiet lavorattivi

    (134)

    Il-kostijiet lavorattivi medji żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

    Tabella 10

    Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat

     

    2012

    2013

    2014

    Perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

    Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat (EUR/impjegat)

    66 111

    66 842

    67 113

    67 253

    Indiċi (2012 = 100)

    100

    101

    102

    102

    Sors: it-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarji tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

    (135)

    Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat żdiedu matul il-perjodu kkunsidrat b'żieda marġinali ta' 2 %.

    (c)   Inventarji

    (136)

    Il-livelli tal-istokkijiet żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

    Tabella 11

    Inventarji

     

    2012

    2013

    2014

    Perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

    Stokkijiet tal-għeluq

    8 952

    8 821

    13 770

    18 465

    Indiċi (2012 = 100)

    100

    99

    154

    206

    Stokkijiet tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni (%)

    6

    5

    7

    11

    Sors: it-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarji tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

    (137)

    Il-livell tal-istokkijiet tal-għeluq tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żdied b'aktar mid-doppju f'termini assoluti matul il-perjodu kkunsidrat. Fil-PIR, il-livell tal-istokkijiet kien jirrappreżenta madwar 11 % tal-produzzjoni tagħha.

    (d)   Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiżdied il-kapital

    (138)

    Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti żviluppaw hekk matul il-perjodu kkunsidrat:

    Tabella 12

    Profittabbiltà, fluss tal-flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti

     

    2012

    2013

    2014

    Perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

    Profittabbiltà tal-bejgħ fl-Unjoni lil konsumaturi mhux relatati (% tal-fatturat mill-bejgħ)

    11,3

    10,2

    7,4

    2,8

    Fluss tal-flus (EUR)

    47 981 432

    46 443 978

    30 426 147

    31 283 121

    Indiċi (2012 = 100)

    100

    97

    63

    65

    Investimenti (EUR)

    25 293 559

    23 133 505

    21 672 869

    12 313 975

    Indiċi (2012 = 100)

    100

    91

    86

    49

    Redditu fuq l-investimenti (%)

    16,5

    13,9

    10,1

    3,9

    Sors: it-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarji tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

    (139)

    Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil konsumaturi mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta' dak il-bejgħ. Il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni naqset b'mod gradwali minn 11,3 % fl-2012 għal 2,8 % fil-PIR, jiġifieri tnaqqis ta' 8,5 punti perċentwali.

    (140)

    Wara l-iżvelar, il-produttur esportatur li kkoopera mill-Indja indika li t-tnaqqis fil-profittabbiltà mill-produtturi tal-Unjoni kien ikkaġunat minn spejjeż ġenerali amministrattivi u tal-bejgħ għoljin.

    (141)

    L-investigazzjoni sabet li l-kost unitarju tal-produzzjoni naqas matul il-perjodu kkunsidrat, kif indikat hawn fuq fil-premessa (131). Dan it-tnaqqis fil-kost unitarju tal-produzzjoni huwa attribwit għall-ispejjeż amministrattivi u tal-bejgħ anki jekk il-parti l-kbira tal-kost kienet attribwita għall-materja prima. Għaldaqstant, l-argument ġie miċħud.

    (142)

    Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-produttur tal-Unjoni li jiffinanzja waħdu l-attivitajiet tiegħu. Il-fluss tal-flus nett naqas b'35 % matul il-perjodu kkunsidrat. It-tnaqqis sostanzjali fil-fluss tal-flus huwa spjegat prinċipalment mit-tnaqqis sinifikanti fil-profittabbiltà, kif deskritt hawn fuq fil-premessa (139).

    (143)

    Matul il-perjodu kkunsidrat, il-fluss annwali ta' investimenti fil-prodott ikkonċernat li għamlet l-industrija tal-Unjoni naqas b'aktar min-nofs, minn EUR 25 miljun fl-2012 għal EUR 12-il miljun fil-PIR.

    (144)

    Wara l-iżvelar, il-produttur esportatur li kkoopera mill-Indja afferma li t-tnaqqis fl-investimenti hija purament minħabba t-tiċkin tad-domanda u l-kapaċitajiet żejda tal-manifattura ta' GES globalment.

    (145)

    Tabilħaqq, l-investigazzjoni kkonfermat li, kif spjegat fil-premessa (93) hawn fuq, kien hemm tnaqqis fil-konsum ta' GES matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, ta' min jinnota li l-investimenti fil-prodott konċernat magħmul mill-industrija tal-Unjoni matul il-PIR tal-aħħar rieżami ta' skadenza, meta jaffaċċaw ukoll it-tnaqqis fil-konsum, kienu tliet darbiet iktar mil-livell ta' investiment miksub matul il-PIR tar-reviżjoni attwali.

    (146)

    Ir-redditu fuq l-investiment huwa l-profitt f'perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Ir-redditu fuq l-investiment mill-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott simili naqas b'mod gradwali minn 16,5 % fl-2012 għal 3,9 % fil-PIR.

    5.4.   Konklużjoni dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

    (147)

    L-investigazzjoni wriet li minkejja l-miżuri fis-seħħ, ħafna mill-indikaturi tad-dannu żviluppaw b'mod negattiv u li s-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni marret għall-agħar matul il-perjodu kkunsidrat. Minkejja dan, l-industrija tal-Unjoni rnexxielha żżomm u żżid daqsxejn is-sehem mis-suq tagħha, li kien possibbli biss għad-detriment tal-livelli ta' profitt inferjuri li kisbet.

    (148)

    Filwaqt li dawn l-iżviluppi negattivi jistgħu jiġu spjegati mit-tnaqqis fil-konsum, li naqas bi 8 % matul il-perjodu kkunsidrat, importazzjonijiet Indjani kienu għadhom preżenza kontinwa fis-suq tal-Unjoni. Dawn l-importazzjonijiet kienu mibjugħa bi prezzijiet inqas mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni u waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija bi 3 % fil-PIR. Barra minn hekk, il-marġni tal-orħos prezz tal-bejgħ instab li kien 9 %. Għaldaqstant, importazzjonijiet Indjani li huma l-oġġett ta' dumping u ssussidjati għadhom qed jagħmlu pressjoni fuq il-prezzijiet. Tabilħaqq, il-pressjoni fuq il-prezzijiet matul il-PIR attwali żdiedet meta mqabbla mar-rieżami tal-iskadenza preċedenti meta t-twaqqigħ tal-prezz kien ta' anqas minn 2 %.

    (149)

    Fl-isfond ta' konsum imnaqqas u l-pressjoni tal-prezzijiet minn importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping u ssussidjati, l-industrija tal-Unjoni kienet sfurzata tnaqqas il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha. B'konsegwenza ta' dan, il-profitt tagħha, minkejja li xorta pożittiv (2,8 %) fil-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, kien taħt il-profitt fil-mira ta' 8 % stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali.

    (150)

    Wara l-iżvelar, il-produttur esportatur li kkoopera mill-Indja sostna li billi s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żdied bi 2 % il-produtturi tal-Unjoni bbenefikaw sostanzjalment mit-tnaqqis fl-importazzjonijiet Indjani. Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni kien iddikjarat li jkun saħansitra ogħla kieku l-importazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni minn pajjiżi terzi oħra kienu kkunsidrati wkoll. Fl-istess ħin, l-industrija tal-Unjoni ilha tħabbat wiċċha ma' kompetizzjoni iebsa fil-prezzijiet minn sorsi oħra (prezzijiet ta' importazzjonijiet baxxi miċ-Ċina u r-Russja, b'mod partikolari). Għaldaqstant, intqal li l-ebda ħsara ma tista' tiġi attribwita għall-importazzjonijiet Indjani bħala riżultat ta' sehem mis-suq allegatament iktar baxx mill-produtturi tal-Unjoni.

    (151)

    Tabilħaqq, l-investigazzjoni wriet tnaqqis fil-volumi ta' importazzjoni u l-ishma mis-suq ta' importazzjonijiet mill-Indja, però, kif spjegat hawn fuq fil-premessa (148), importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping u ssussidjati għadhom qed jagħmlu pressjoni fuq il-prezzijiet, li saħansitra żdiedet matul il-PIR attwali meta mqabbla mal-perjodu preċedenti ta' rieżami ta' skadenza. Għaldaqstant, l-argument ġie miċħud.

    (152)

    L-istess parti interessata qalet ukoll li l-Kummissjoni ma kkunsidratx il-fatt li importazzjonijiet bi prezz baxx miċ-Ċina u mir-Russja huma waħda mill-kawżi prinċipali ta' pressjoni fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u ħeġġeġ li ssir analiżi sħiħa tal-importazzjonijiet bi prezz baxx miċ-Ċina u mir-Russja tal-prodott taħt konsiderazzjoni qabel ma tiġi determinata l-probabbiltà ta' rikorrenza ta' dannu għall-industrija tal-Unjoni. Din il-parti allegat ukoll li ċerti manifatturi Ċiniżi żiedu l-importazzjonijiet ta' GES b'dijametru kbir lejn is-suq tal-Unjoni.

    (153)

    Fir-rigward tal-prezzijiet tal-importazzjoni ta' GES miċ-Ċina u r-Russja, kif spjegat hawn fuq fil-premessi (109) u (111) jinħtieġ li wieħed jiftakar li: (i) ma setax isir tqabbil sinifikanti tal-prezzijiet skont it-tip ta' prodott għal importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi, kif kien possibbli għall-Indja abbażi tal-informazzjoni dettaljata pprovduta mill-produttur esportatur li kkoopera; (ii) l-istatistiċi tal-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni ma tippermettix li ssir distinzjoni bejn tipi ta' prodotti differenti u (iii) skont l-informazzjoni pprovduta mill-industrija tal-Unjoni fit-talba għal reviżjoni, u b'konferma mill-utenti, il-maġġoranza tal-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi huma ta' GES b'dijametru iżgħar li huma irħas. Barra minn hekk, il-produttur esportatur li kkoopera mill-Indja ma ssostanzjax id-dikjarazzjoni tiegħu dwar l-importazzjonijiet miżjuda ta' GES b'dijametru ikbar miċ-Ċina lejn l-Unjoni.

    (154)

    Dwar il-volumi ta' importazzjoni ta' GES u l-ishma tas-suq tagħhom miċ-Ċina u r-Russja, kif spjegat hawn fuq fil-premessa (110), is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdied b'1 punt perċentwali, filwaqt li s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-Russja żdied b'0,3 ta' punt perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat. Dawn iż-żidiet ma kinux għad-detriment tas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni, li kif spjegat fil-premessa (110), żdied b'1,9 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat. Għaldaqstant, l-argument ġie miċħud.

    (155)

    L-istess parti interessata allegat li l-industrija tal-Unjoni kienet ineffiċjenti fil-produzzjoni ta' GES b'dijametru iżgħar billi l-bejgħ ta' dawk il-prodotti rrappreżenta biss parti mill-volum tal-bejgħ totali tagħhom.

    (156)

    Il-kundizzjonijiet tas-suq normalment jiżguraw li l-provvista, speċifikament it-tip ta' prodott mibjugħ, tkun xprunata mid-domanda. Billi d-dikjarazzjoni rigward l-ineffiċjenza fil-produzzjoni ta' GES b'dijametru iżgħar mill-industrija tal-Unjoni ma kinitx sostanzjata iktar, l-argument ġie miċħud.

    (157)

    L-istess parti interessata ddikjarat li n-nuqqas ta' analiżi tal-impatt tal-kwantitajiet akbar ta' importazzjonijiet bi prezzijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi oħra inklużi l-importazzjonijiet mingħand kumpaniji affiljati fl-Istati Uniti tal-Amerika, il-Messiku, il-Malasja u l-Ġappun.

    (158)

    Kif indikat hawn fuq fil-premessa (108), il-prezzijiet tal-importazzjoni mill-Istati Uniti tal-Amerika, mill-Ġappun u mill-Messiku kienu ogħla mill-prezzijiet tal-esportaturi Indjani u mill-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi żdied b'0,1 ta' punt perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat u kien inqas minn 10 % sa tmiem il-PIR. Bl-istess mod il-Kummissjoni ma kellha ebda evidenza li l-prezzijiet minn dawn il-pajjiżi kienu l-oġġett ta' dumping. Għaldaqstant, l-argument ġie miċħud.

    (159)

    L-istess parti interessata qalet li meta kkalkulat il-marġnijiet ta' twaqqigħ tal-prezzijiet u tal-bejgħ abbażi tat-tip, il-Kummissjoni wżat in-numru ta' kontroll tal-prodott (“PCN”) li ma kienx jikkunsidra l-materja prima wżata, li madankollu għandha impatt sinifikanti fuq il-kostijiet u l-prezzijiet. It-tqabbil ta' tipi ta' prodotti magħmula mill-istess materja prima kien ikollu l-effett li jnaqqas il-marġni ta' twaqqigħ tal-bejgħ minn 9 % għal 8 %.

    (160)

    Tabilħaqq, id-differenza tal-materja prima ma kinitx riflessa fl-istruttura tal-PCN u għaldaqstant il-kalkolu u għaldaqstant il-kalkolu tal-marġnijiet ta' twaqqigħ tal-prezzijiet u tal-bejgħ ma qisitx din id-differenza. Madankollu, meta t-tipi ta' prodotti kienu maqsuma b'kont meħud tal-materja prima wżata għall-għan tal-kalkolu ta' twaqqigħ tal-prezzijiet u tal-bejgħ, kif ippreżentat mill-parti interessata wara l-iżvelar, il-marġni ta' twaqqigħ tal-bejgħ iddikjarat fil-premessa (148) naqas biss b'1 punt perċentwali għal 8 %. Għaldaqstant, dan in-nuqqas ma kellu l-ebda impatt materjali fuq is-sejbiet tal-Kummissjoni ta' marġni ta' twaqqigħ tal-bejgħ tul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

    (161)

    L-istess parti interessata qajmet dubju dwar il-livell ta' profitt immirat ta' 8 % stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali billi sostniet li l-manifatturi ta' GES kienu qed jaffaċċaw telf minħabba tnaqqis fid-domanda tal-azzar internazzjonali u għaldaqstant il-mira ta' 8 % profitt ma kinitx għadha ġġustifikata.

    (162)

    Ta' min jiftakar li l-livell ta' qligħ fil-mira fuq il-bejgħ tal-prodott simili fis-suq tal-Unjoni jinħtieġ li jkun dak li jista' raġonevolment jinkiseb b'kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni minn industrija ta' dan it-tip f'dan is-settur, jiġifieri fl-assenza ta' importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping jew issussidjati. F'dan ir-rigward, kif osservat fil-premessa (26) tar-Regolament (KE) Nru 1629/2004, sar eżami xierqa tal-livelli ta' profitt tal-industrija tal-Unjoni meta s-sehem tas-suq ta' importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping kien fl-inqas livell tiegħu (jiġifieri fl-1999). Għaldaqstant kien konkluż b'mod definittiv li jenħtieġ li l-marġni tal-profitt li seta' raġonevolment jitqies li jirrapreżenta s-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Komunità fin-nuqqas ta' dumping ta' dannu mill-Indja jkun stabbilit għal 8 % għall-fini tal-kalkolu tal-marġni ta' dannu. Għaldaqstant, l-argument ġie miċħud.

    (163)

    Abbażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni kienet f'sitwazzjoni fraġli ħafna matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, li fil-parti l-kbira huwa attribwibbli għall-kundizzjonijiet negattivi tas-suq u l-waqgħa konsegwenti fil-konsum. Għal din ir-raġuni, il-valutazzjoni tal-Kummissjoni ffukat fuq il-probabbiltà ta' rikorrenza ta' dannu minn importazzjoni oġġett ta' dumping mill-Indja.

    6.   Probabbiltà tar-rikorrenza tad-dannu

    (164)

    Sabiex tiġi stabbilita l-probabbiltà ta' rikorrenza tad-dannu li kieku jitħassru l-miżuri kontra l-Indja, ġew analizzati l-elementi li ġejjin: il-kapaċità ta' produzzjoni u l-kapaċità żejda fl-Indja, l-esportazzjonijiet mill-Indja lejn pajjiżi terzi oħra u l-attrattività tas-suq tal-Unjoni.

    (165)

    Fil-premessa (75) ġie konkluż li huwa probabbli li l-produtturi esportaturi Indjani se jkomplu jesportaw kwantitajiet sinifikanti lejn l-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu u saħansitra jżidu l-volumi tal-esportazzjonijiet attwali tagħhom u li dawn l-esportazzjonijiet aktarx li jsiru bi prezzijiet li jkunu l-oġġett ta' dumping.

    (166)

    Kif stabbilit fil-premessa (60), il-kapaċità Indjana hija stmata għal madwar 160 000 tunnellata fil-PIR, filwaqt li l-kapaċità żejda hija stmata għal bejn 40 000 u 50 000 tunnellata, li kienet tirrappreżenta bejn 29 % u 36 % tal-konsum tal-Unjoni matul l-istess perjodu. Barra minn hekk, kif indikat fil-premessa (59), il-produtturi esportaturi Indjani x'aktarx se jkomplu jżidu l-kapaċità tagħhom f'każ ta' żieda fid-domanda. Kif imsemmi fil-premessa (62), fit-tmiem ta' Novembru 2014, l-awtoritajiet Indjani imponew miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet tal-GES miċ-Ċina. B'konsegwenza, huwa mistenni li l-produtturi Indjani se jżidu s-sehem tagħhom tas-suq fis-suq domestiku.

    (167)

    B'konsegwenza tal-attrattività tas-suq tal-Unjoni deskritta fil-premessi (72) sa (75) jekk il-miżuri jitħassru, mill-inqas parti mill-kapaċità żejda aktarx tiġi diretta mill-ġdid lejn is-suq tal-Unjoni. Barra minn hekk, kif deskritt fil-premessa (63), il-produtturi Indjani huma ferm orjentati lejn l-esportazzjoni. Fir-rigward tal-prezzijiet ta' GES, kif deskritt fil-premessa (69), għal xi destinazzjonijiet tal-importazzjoni Indjani nstabu livelli ogħla tal-prezzijiet milli fl-Unjoni. Madankollu minħabba t-taħlita differenti tal-prodott, din l-informazzjoni ma tippreġudikax il-valutazzjoni globali li l-kapaċità l-ġdida se tkun diretta lejn is-suq tal-Unjoni billi l-kredibbiltà ta' dan il-paragun tal-prezz hija limitata.

    (168)

    Kif indikat fil-premessa (66), miżuri antidumping kontra l-importazzjonijiet Indjani ta' GES kienu ġew imposti fir-Russja u l-esportazzjonijiet mill-Indja lejn ir-Russja naqsu b'mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat. Dan jimplika li l-aċċess għat-tielet l-ikbar suq ta' esportazzjoni għall-produtturi esportaturi Indjani huwa ristrett u bil-kapaċità żejda attwali, li saħansitra jaf tiżdied, imsemmija hawn fuq fil-premessa (166), teżisti probabbiltà qawwija li l-produtturi esportaturi Indjani jżidu b'mod sinifikanti l-importazzjonijiet tagħhom tal-prodott ikkonċernat lejn is-suq tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

    (169)

    Kif stabbilit fil-premessa (106), il-prezzijiet tal-importazzjoni Indjani mingħajr id-dazji antidumping u kumpensatorji jwaqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni b'9 %. Għall-produttur esportatur li ma kkooperax, stima tal-marġni ta' twaqqigħ tal-prezz mingħajr id-dazji antidumping u kumpensatorji inklużi kienet ikkalkulata għal 12 %. Din hija indikazzjoni ta' x'aktarx li jista' jkun il-livell tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Indja li kieku jitħassru l-miżuri. Abbażi ta' dan, huwa probabbli li l-pressjoni fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni tiżdied b'mod sinifikanti jekk jitħassru l-miżuri, u b'hekk tkompli teħżien is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

    (170)

    F'termini ta' volumi, huwa ferm probabbli li t-tħassir tal-miżuri se jippermetti lill-produtturi esportaturi Indjani jiggwadanjaw ishma mis-suq fis-suq tal-Unjoni. B'mod partikolari, il-produttur esportatur li ma kkooperax, li bħalissa għandu r-rata ta' dazju ogħla ta' 15,7 %, se jkollu inċentiv b'saħħtu sabiex ikompli bl-esportazzjonijiet lejn is-suq tal-Unjoni fi kwantitajiet sinifikanti. Jekk isseħħ din is-sitwazzjoni, l-industrija tal-Unjoni tiffaċċa tnaqqis immedjat fil-volumi tal-bejgħ u fl-ishma mis-suq tagħha.

    (171)

    Fuq din il-bażi, fin-nuqqas ta' miżuri, il-produtturi esportaturi Indjani aktarx li jżidu l-preżenza tagħhom fis-suq tal-Unjoni, f'termini ta' volumi tal-importazzjoni u tal-ishma mis-suq bi prezzijiet li jkunu l-oġġett ta' dumping u ssussidjati li jwaqqgħu b'mod sinifikanti l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Dan joħloq pressjoni akbar fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni b'impatt negattiv fuq il-profittabbiltà u s-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni. Dan se jkompli jgħarraq ukoll is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

    (172)

    Abbażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm probabbiltà kbira ta' rikorrenza ta' dannu kkawżat minn importazzjonijiet oġġetti ta' dumping mill-Indja f'każ li l-miżuri jiġu revokati.

    E.   L-INTERESS TAL-UNJONI

    (173)

    Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri antidumping eżistenti kontra l-Indja tmurx kontra l-interessi tal-Unjoni b'mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-interessi varji kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi u tal-utenti.

    (174)

    Ta' min ifakkar li, fl-investigazzjoni oriġinali, kien meqjus li l-adozzjoni tal-miżuri ma tmurx kontra l-interessi tal-Unjoni.

    (175)

    Il-partijiet interessati kollha ngħataw l-opportunità li jesprimu l-opinjonijiet tagħhom skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku.

    (176)

    Abbażi ta' dan il-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta' rikorrenza tad-dumping u tad-dannu, kinux jeżistu raġunijiet konvinċenti li jwasslu għall-konklużjoni li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri eżistenti.

    1.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

    (177)

    Kif spjegat fil-premessa (147), il-miżuri ppermettew lill-industrija tal-Unjoni li żżomm l-ishma mis-suq tagħha. Fl-istess waqt, ġie konkluż ukoll fil-premessa (172), li l-industrija tal-Unjoni aktarx tesperjenza deterjorament tas-sitwazzjoni tagħha f'każ li l-miżuri antidumping kontra l-Indja jitħallew jiskadu. Għaldaqstant, jista' jiġi konkluż li l-kontinwazzjoni tal-miżuri kontra l-Indja tkun ta' benefiċċju għall-industrija tal-Unjoni.

    2.   L-interess tal-importaturi/kummerċjanti

    (178)

    Kif issemma fil-premessa (16), l-ebda importatur ma kkoopera jew ippreżenta ruħu fl-investigazzjoni preżenti. Għalhekk, ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li ż-żamma tal-miżuri jkollha impatt negattiv fuq l-importaturi li jegħleb l-impatt pożittiv tal-miżuri.

    3.   L-interess tal-utenti

    (179)

    Kif intqal fil-premessa (18), minn 53 utent ikkuntattjati, tmienja ppreżentaw tweġiba għall-kwestjonarju. Erbgħa minnhom użaw GES importati mill-Indja. L-importazzjonijiet tagħhom kienu jirrappreżentaw madwar 20 % tal-importazzjonijiet kollha tal-prodott ikkonċernat mill-Indja.

    (180)

    Ta' min ifakkar li fl-investigazzjoni oriġinali, instab li l-impatt tal-impożizzjoni tal-miżuri ma jkunx sinifikanti għall-utenti. Minkejja l-eżistenza tal-miżuri għal għaxar snin, l-utenti fl-Unjoni komplew jakkwistaw il-provvisti tagħhom, fost l-oħrajn, mill-Indja. L-utenti ma ppreżentaw l-ebda informazzjoni li turi li kien hemm diffikultajiet fis-sejbien ta' sorsi oħra u lanqas l-investigazzjoni ma sabet xi informazzjoni bħal din.

    (181)

    Barra minn hekk, dwar l-effett tal-impożizzjoni tal-miżuri fuq l-utenti, ta' min ifakkar li fl-investigazzjoni oriġinali ġie konkluż li, minħabba l-inċidenza negliġibbli tal-kost tal-GES fuq l-industriji li jużawh, kwalunkwe żieda fil-kost ma kinitx probabbli li se jkollha effett sinifikanti fuq l-industrija li tużah. Dawn is-sejbiet kienu kkonfermati fir-rieżami preżenti billi ma nstabet l-ebda indikazzjoni li turi bil-kontra wara l-impożizzjoni tal-miżuri. Barra minn hekk, l-ebda wieħed mill-erba' utenti ma ppreżenta xi argument kontra ż-żamma tal-miżuri.

    (182)

    Federazzjoni minnhom tal-produtturi tal-azzar, il-federazzjoni tal-industrija tal-azzar Ġermaniża (Wirtschaftsvereinigung Stahl) kienet opposta għall-kontinwazzjoni tal-miżuri u sostniet li l-miżuri rriżultaw fi żvantaġġi kompetittivi għall-produtturi tal-azzar fl-Unjoni meta mqabbla ma' produtturi tal-azzar f'reġjuni oħra li ma għandhom ebda miżura imposta fuq il-GES. Il-federazzjoni allegat li l-kontinwazzjoni tal-miżuri tippermetti lill-industrija tal-Unjoni żżomm pożizzjoni dominanti. Madankollu, jidher ċar mill-iżvilupp tal-importazzjonijiet mill-Indja wara l-impożizzjoni tal-miżuri li l-importazzjonijiet mill-Indja komplew matul il-perjodu kkunsidrat. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li l-GES qed jidħlu dejjem aktar fis-suq tal-Unjoni minn numru ta' pajjiżi terzi oħra.

    (183)

    Abbażi ta' dan u b'konformità mal-konklużjonijiet stabbiliti fl-investigazzjoni oriġinali, huwa mistenni li l-kontinwazzjoni tal-miżuri mhux se jkollha impatt negattiv sinifikanti fuq l-utenti u għalhekk ma hemm l-ebda raġuni konvinċenti biex jiġi konkluż li mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li jiġu estiżi l-miżuri eżistenti.

    4.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

    (184)

    Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma hemmx raġunijiet konvinċenti għall-interess tal-Unjoni kontra l-estensjoni tal-miżuri antidumping preżenti fuq l-importazzjonijiet mill-Indja.

    F.   MIŻURI ANTIDUMPING

    (185)

    Il-partijiet interessati kollha ġew infurmati bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien maħsub li jinżammu l-miżuri antidumping fis-seħħ. Il-partijiet ingħataw ukoll perjodu li fih setgħu jippreżentaw kummenti wara dan l-iżvelar. Is-sottomissjonijiet u l-kummenti ngħataw il-kunsiderazzjoni dovuta.

    (186)

    Mill-kunsiderazzjonijiet ta' hawn fuq jirriżulta li, skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' GES li joriġinaw mill-Indja, imposti mir-Regolament (UE) Nru 1225/2009, jinħtieġ li jinżammu.

    (187)

    Wara l-iżvelar, il-produttur esportatur li kkoopera mill-Indja talab lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-kontinwazzjoni tal-miżuri għal perjodu ta' sentejn. Madankollu, l-investigazzjoni ma sabet l-ebda ċirkostanza eċċezzjonali li tiġġustifika li tiġi limitata d-durata tal-miżuri għal sentejn.

    (188)

    Ir-rati tad-dazju antidumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f'dan ir-Regolament japplikaw biss għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn dawn il-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta' dan ir-Regolament bl-isem u l-indirizz tagħha, inklużi l-entitajiet relatati ma' dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom jkunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”.

    (189)

    Kull rikjesta li titlob l-applikazzjoni ta' dawn ir-rati ta' dazju antidumping tal-kumpaniji individwali (pereż. wara bidla fl-isem tal-entità jew wara t-twaqqif ta' entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgħ) jinħtieġ li tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (23) flimkien mal-informazzjoni kollha rilevanti, b'mod partikolari kwalunkwe tibdil fl-attivitajiet tal-kumpanija marbut mal-produzzjoni, il-bejgħ domestiku u għall-esportazzjoni, assoċjat pereżempju ma' dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entità tal-produzzjoni jew tal-bejgħ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament imbagħad jiġi emendat skont dan bl-aġġornament tal-lista tal-kumpaniji li jkunu qegħdin jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali.

    (190)

    Il-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036 ma ppreżentax opinjoni.

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   Qed jiġi impost dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' elettrodi tal-grafit tat-tip użat għall-fran elettriċi, b'densità apparenti ta' 1,65 g/cm3 jew iżjed u reżistenza elettrika ta' 6,0 μ.Ω.m jew anqas, li fil-preżent jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 8545 11 00 (kodiċi TARIC 8545110010) u nipples użati għal dawn l elettrodi, li fil-preżent jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 8545 90 90 (kodiċi TARIC 8545909010) kemm jekk jiġu importati flimkien jew separatament u li joriġinaw mill-Indja.

    2.   Ir-rata tad-dazju applikabbli għall-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, għall-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u manifatturati mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandha tkun kif ġej:

    Kumpanija

    Rata tad-dazju

    Kodiċi TARIC addizzjonali

    Graphite India Limited (GIL), 31 Chowringhee Road, Kolkatta — 700016, West Bengal

    9,4 %

    A530

    HEG Limited, Bhilwara Towers, A-12, Sector-1, Noida — 201301, Uttar Pradesh

    0 %

    A531

    Il-kumpaniji l-oħra kollha

    8,5 %

    A999

    3.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Marzu 2017.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1629/2004 tat-13 ta' Settembru 2004 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafit li joriġinaw fl-Indja (ĠU L 295, 18.9.2004, p. 10).

    (3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1628/2004 tat-13 ta' Settembru 2004 li jimponi taxxa kompensatorja definittiva u li jiġbor definittivament it-taxxa provviżorja imposta fuq l-importazzjoni ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafit li joriġinaw fl-Indja (ĠU L 295, 18.9.2004, p. 4).

    (4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1354/2008 tat-18 ta' Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1628/2004 li jimponi dazju definittiv ta' kumpens fuq importazzjonijiet ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafit li joriġinaw fl-Indja u r-Regolament (KE) Nru 1629/2004 li jimponi dazju definittiv antidumping fuq importazzjonijiet ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafit li joriġinaw fl-Indja (ĠU L 350, 30.12.2008, p. 24.).

    (5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1186/2010 tat-13 ta' Diċembru 2010 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafit li joriġinaw mill-Indja wara reviżjoni ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 332, 16.12.2010, p. 17).

    (6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1185/2010 tat-13 ta' Diċembru 2010 li jimponi dazju kompensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafit li joriġinaw mill-Indja wara reviżjoni ta' skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 597/2009 (ĠU L 332, 16.12.2010, p. 1).

    (7)  ĠU C 82, 10.3.2015, p. 5.

    (8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51). Dan ir-Regolament ġie kkodifikat mir-Regolament bażiku.

    (9)  Notifika ta' bidu ta' rieżami ta' skadenza tal-miżuri antidumping applikabbli għal importazzjonijiet ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafit li joriġinaw mill-Indja (ĠU C 415, 15.12.2015, p. 33).

    (10)  Notifika ta' bidu ta' rieżami ta' skadenza tal-miżuri kumpensatorji applikabbli għal importazzjonijiet ta' ċerti sistemi ta' elettrodi tal-grafit li joriġinaw mill-Indja (ĠU C 415, 15.12.2015, p. 25).

    (11)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93). Dan ir-Regolament ġie kkodifikat mir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55).

    (12)  http://www.google.be/url?sa=t&rct=j&q=&esrc=s&source=web&cd=1&cad=rja&uact=8&ved=0ahUKEwiqt6H2u9_QAhWEzRoKHYUwBVEQFggfMAA&url=http%3A%2F%2Fhegltd.com%2Fwebmaster%2FDownloadFile.aspx%3Fd%3D..%2Fuploads%2FFinance%2F70Results_Release.pdf&usg=AFQjCNGMpUymLm4BNOjIMmolLDgwSGgcDw

    (13)  http://content.icicidirect.com/mailimages/IDirect_GraphiteIndia_Q1FY16.pdf

    (14)  http://hegltd.com/ u http://www.graphiteindia.com/

    (15)  http://hegltd.com/WEBMASTER/DownloadFile.aspx?D=../Uploads/Newsletter/News9.pdf

    (16)  https://www.worldsteel.org/statistics/statistics-archive/yearbook-archive.html

    (17)  http://www.dgtr.gov.in/sites/default/files/adfin_Graphite_Electrodes_diameters_ChinaPR.pdf

    (18)  http://hegltd.com/pdf/HEGLtd_Q1_FY_16_Investors_Presentation.pdf

    (19)  http://www.graphiteindia.com/View/investor_relation.aspx (ara GIL Q3 FY2015 Earnings Presentation.pdf, paġna 14).

    (20)  http://www.eurasiancommission.org/_layouts/Lanit.EEC.Desicions/Download.aspx?IsDlg=0&ID=3805&print=1

    (21)  Il-prezz medju ma jinkludix id-dazji antidumping/kumpensatorji fis-seħħ

    Sors: il-bażi ta' data skont l-Artikolu 14(6).

    (22)  Kemm id-dijametri żgħar kif ukoll dawk kbar tal-elettrodi tal-grafit huma inklużi fl-istess kodiċijiet TARIC.

    (23)  European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate H, B-1049 Brussels, Belgium.


    Fuq