Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R2343R(01)

Rettifika tar-Regolament (UE) 2022/2343 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 2022 li jistabbilixxi l-miżuri ta’ ġestjoni, ta’ konservazzjoni u ta’ kontroll li japplikaw fiż-Żona ta’ Kompetenza tal-Kummissjoni dwar it-Tonn tal-Oċean Indjan (IOTC) u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1936/2001, (KE) Nru 1984/2003 u (KE) Nru 520/2007 (ĠU L 311, 2.12.2022)

ST/13796/2025/INIT

JO L, 2025/90953, 26.11.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2343/corrigendum/2025-11-26/oj (MT)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2343/corrigendum/2025-11-26/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/90953

26.11.2025

Rettifika tar-Regolament (UE) 2022/2343 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 2022 li jistabbilixxi l-miżuri ta’ ġestjoni, ta’ konservazzjoni u ta’ kontroll li japplikaw fiż-Żona ta’ Kompetenza tal-Kummissjoni dwar it-Tonn tal-Oċean Indjan (IOTC) u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1936/2001, (KE) Nru 1984/2003 u (KE) Nru 520/2007

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 311 tat-2 ta' Diċembru 2022 )

1.

Fil-paġna 19, fl-Artikolu 35(1)(g),

minflok:

“(g)

il-qabdiet kollha, inkluż il-qabdiet inċidentali u l-qabdiet skartati, meħuda skont il-ftehim tan-noleġġ, għandhom jingħaddu mal-kwoti jew mal-possibbiltajiet tas-sajd tal-PKK tan-noleġġ; il-kopertura tal-osservaturi abbord tali bastimenti noleġġati għandha tingħadd mar-rata ta’ kopertura tal-PKK tan-noleġġ għat-tul ta’ żmien tal-attività tas-sajd tagħha skont il-ftehim tan-noleġġ”,

aqra:

“(g)

il-qabdiet kollha, inkluż il-qabdiet inċidentali u l-qabdiet skartati, meħuda skont il-ftehim tan-noleġġ, għandhom jinqatgħu mill-kwoti jew mill-possibbiltajiet tas-sajd tal-PKK tan-noleġġ; il-kopertura tal-osservaturi abbord tali bastimenti noleġġati għandha tinqata’ mir-rata ta’ kopertura tal-PKK tan-noleġġ għat-tul ta’ żmien tal-attività tas-sajd tagħha skont il-ftehim tan-noleġġ”.

2.

Fil-paġna 44, fl-Anness 6, is-seba’ sentenza,

minflok:

“Il-qbid kollu (storiku u attwali/futur), inkluż il-qbid inċidentali u l-qbid skartat, meħud skont il-ftehim tan-noleġġ, għandu jingħadd mal-kwota jew il-possibbiltajiet tas-sajd tal-PKK tan-noleġġ. Il-kopertura tal-osservatur (storika, attwali/futura) abbord tali bastimenti għandha tinqatgħa wkoll mir-rata ta’ kopertura tal-PKK tan-noleġġ għat-tul ta’ żmien li l-bastiment jistad skont il-Ftehim dwar in-Noleġġ”,

aqra:

“Il-qbid kollu (storiku u attwali/futur), inkluż il-qbid inċidentali u l-qbid skartat, meħud skont il-ftehim tan-noleġġ, għandu jinqata’ mill-kwota jew mill-possibbiltajiet tas-sajd tal-PKK tan-noleġġ. Il-kopertura tal-osservatur (storika, attwali/futura) abbord tali bastimenti għandha tinqata’ wkoll mir-rata ta’ kopertura tal-PKK tan-noleġġ għat-tul ta’ żmien li l-bastiment jistad skont il-Ftehim dwar in-Noleġġ”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2343/corrigendum/2025-11-26/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top