EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005D0578R(01)
2005/578/KE: Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 27 ta’ Lulju 2005 li twassal deroga għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE, dwar dak li jikkonċerna r-regoli ta’ origini għall-molluski tal-ġeneru Placopecten magellanicus ta’ Saint-Pierre u Miquelon ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )
2005/578/KE: Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 27 ta’ Lulju 2005 li twassal deroga għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE, dwar dak li jikkonċerna r-regoli ta’ origini għall-molluski tal-ġeneru Placopecten magellanicus ta’ Saint-Pierre u Miquelon ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )
ELT L 71M, 17.3.2009, p. 260–262
(MT)
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/578/corrigendum/2009-03-17/oj
17.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L NaN/260 |
Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Lulju 2005 li twassal deroga għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE, dwar dak li jikkonċerna r-regoli ta’ origini għall-molluski tal-ġeneru Placopecten magellanicus ta’ Saint-Pierre u Miquelon
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/578/KE għandha taqra:
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-27 ta’ Lulju 2005
li twassal deroga għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE, dwar dak li jikkonċerna r-regoli ta’ origini għall-molluski tal-ġeneru Placopecten magellanicus ta’ Saint-Pierre u Miquelon
(notifikata bid-dokument numru C(2005) 2819)
(2005/578/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE tas-27 ta’ Novembru 2001 dwar l-Assoċjazzjoni tal-Pajjiżi u Territorji lil Hinn mix-Xtut tal-Komunità Ewropea (1), u notevolment l-Artikolu 37 ta’ l-Anness III tagħha,
Billi
(1) |
Fis-27 ta’ April 2005, Saint-Pierre u Miquelon talbu, għal perjodu ta’ seba’ snin, deroga mir-regoli ta’ origini definiti fl-Anness III tad-Deċiżjoni 2001/822/KE f’dak li jikkonċerna l-kwantità annwali ta’ 250 tunnellata ta’ molluski tal-ġeneru Placopecten magellanicus, friski jew iffriżati, esportati minn Saint-Pierre u Miquelon. |
(2) |
Saint-Pierre u Miquelon ibbaża t-talba tiegħu minn banda minħabba d-dewmien meħud għall-bidu ta’ l-attivitajiet ta’ trobbija ta’ l-imsemmija molluski fil-bajja ta’ Miquelon u, mill-banda l-oħra, minħabba l-fatt li l-produzzjoni lokali ta’ dawn il-molluski għadha bbażata fil-parti l-kbira fuq il-bajd ta’ molluski importat mill-Kanada. Il-bajd tal-molluski, kif ukoll molluski mhux ipproċessati u molluski importati mill-Kanada se jieħdu post temporanjament l-ammonti ta’ provisti ta’ molluski mhux ipproċessati li huma nieqsa fl-industrija ta’ l-ipproċessar lokali. |
(3) |
Id-deroga mitluba hi ġġustifikata bis-saħħa ta’ l-Anness III tad-Deċiżjoni 2001/822/KE u b’mod partikulari bl-Artikolu 37(1) tiegħu notevolment f’dak li jikkonċerna l-iżvilupp ta’ industrija eżistenti f’Saint-Pierre u Miquelon. Id-deroga hi indispensabbli għaż-żamma ta’ l-attività tal-fabbrika kkonċernata, li tħaddem numru importanti ta’ persuni. Bir-riżerva li tirrispetta ċerti kondizzjonijiet relatati mal-kwantitajiet, mas-sorveljanza u d-dewmien, id-deroga ma tistax tikkawża preġudizzju serju lil settur ekonomiku tal-Komunità jew ta’ wieħed jew diversi Stati Membri tagħha. |
(4) |
Konsegwentement, deroga għandha tkun mogħtija għal ċerti kwantitajiet ta’ molluski tal-ġeneru Placopecten magellanicus, ipproċessati f’Saint-Pierre u Mielon u importati fil-Komunità. |
(5) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa ċerti dispożizzjonijiet ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-kodiċi doganali Komunitarja (2), jiffissa r-regoli ta’ l-immaniġġjar tal-kwoti tariffarji. Dawn ir-regoli għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-immaniġġjar tal-kwantitajiet li għalihom d-deroga kkonċernata hi mogħtija. |
(6) |
Minħabba t-tmiem tal-validità tad-Deċiżjoni 2001/822/KE tal-1 ta’ Diċembru 2011, dispożizzjoni adatta għandha tkun introdotta sabiex tiżgura l-validità tad-deroga lil hinn mill-31 ta’ Diċembru 2011, fl-eventwalità fejn deċiżjoni ġdida relatata ma’ l-Assoċjazzjoni tal-Pajjiżi u Territorji lil Hinn mix-Xtut tal-Komunità tkun adottata qabel din id-data jew jekk il-validità tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE kienet estiża. |
(7) |
Il-miżuri previsti b’din id-Deċiżjoni jikkonformaw ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Permezz ta’ deroga għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness III tad-Deċiżjoni 2001/822/KE, il-molluski tal-ġeneru Placopecten magellanicus friski jew iffriżati li jaqgħu fil-pożizzjoni 0307 ta’ l-NM u speċifikati fl-Anness, ipproċessati f’Saint-Pierre u Miquelon, huma kkunsidrati li qed joriġinaw minn Saint-Pierre u Miquelon meta huma jkunu akkwistati mill-bajd ta’ molluski, molluski mhux ipproċessati u molluski tal-ġeneru Placopecten magellanicus mhux oriġinarji, b’konformità mal-kondizzjonijiet definiti f’din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Id-deroga prevista mill-Artikolu 1 tapplika għall-kwantitajiet indikati fl-Anness, li huma importati minn Saint-Pierre u fil-Komunità bejn l-1 ta’ Awissu 2005 u l-31 ta’ Lulju 2012.
Artikolu 3
L-Artikoli 308(a), 308(b) u 308(c) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 relatati ma’ l-immaniġġjar tal-kwoti tariffarji japplikaw mutatis mutandis għall-immaniġġjar tal-kwantitajiet indikati fl-Anness.
Artikolu 4
1. L-awtoritajiet tad-dwana ta’ Saint-Pierre u Miquelon għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw il-kontrolli kwantitattivi applikabbli għall-esportazzjonijiet tal-prodotti indikati fl-Artikolu 1. Għal dan l-għan, iċ-ċertifikati maħruġa b’konformità ma’ din id-Deċiżjoni għandhom ikollhom referenza għaliha.
2. L-awtoritajiet kompetenti ta’ Saint-Pierre u Miquelon għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, kull tliet xhur, fattura tal-kwantitajiet li għalihom ċertifikati ta’ ċirkolazzjoni EUR 1 kienu mogħtija bis-saħħa ta’ din id-Deċiżjoni u n-numru tas-serje ta’ dawn iċ-ċertifikati.
Artikolu 5
Il-kolonna Nru 7 taċ-ċertifikati EUR. 1 mogħtija bis-saħħa ta’ din id-Deċiżjoni għandu jkollha wieħed minn dawn it-titli li ġejjin:
— |
“Derogation — Commission Decision 2005/578/EC”, |
— |
“Dérogation — Décision 2005/578/CE de la Commission”. |
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta’ Awissu 2005 sal-31 ta’ Diċembru 2011.
Fl-eventwalità li tkun adottata skema ġdida preferenzjali li tieħu post d-Deċiżjoni 2001/822/KE lil hinn mid-data tal-31 ta’ Diċembru 2011, din id-Deċiżjoni tkompli xorta waħda tapplika sad-data tat-tmiem ta’ dik l-iskema l-ġdida, mingħajr għaldaqstant ma taqbeż id-data tal-31 ta’ Lulju 2012.
Artikolu 7
L-Istati Membri huma d-destinatarji ta’ din id-Deċiżjoni.
Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Lulju 2005.
Għall-Kummissjoni
László KOVÁCS
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
Kwantitajiet importati ta’ Saint-Pierre u Miquelon
Numru ta’ l-ordni |
Kodiċi NM |
TARIC suddiviżjoni |
Isem tal-merkanziji |
Perjodu |
Kwantitajiet (tunnellati) |
09.1643 |
0307 21 00 0307 29 90 |
20 10 |
Molluski tal-ġeneru Placopecten magellanicus, friski jew iffriżati |
mill-1.8.2005 sal-31.7.2006 |
250 |
mill-1.8.2006 sal-31.7.2007 |
250 |
||||
mill-1.8.2007 sal-31.7.2008 |
250 |
||||
mill-1.8.2008 sal-31.7.2009 |
250 |
||||
mill-1.8.2009 sal-31.7.2010 |
250 |
||||
mill-1.8.2010 sal-31.7.2011 |
250 |
||||
mill-1.8.2011 sal-31.7.2012 |
250 |
(1) ĠU L 314, 30.11.2001, p. 1.
(2) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 883/2005 (ĠU L 148, 11.6.2005, p. 5).