Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R1303R(15)

    Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 347 tal-20 ta' Diċembru 2013)

    ST/8008/2022/INIT

    OJ L 146, 25.5.2022, p. 155–156 (MT)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1303/corrigendum/2022-05-25/oj

    25.5.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 146/155


    Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006

    ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 347 tal-20 ta' Diċembru 2013 )

    (1)

    Fil-paġna 373, fl-Artikolu 61, il-paragrafu 7(f),

    minflok:

    “(f)

    operazzjonijiet li għalihom l-appoġġ pubbliku jieħu l-forma ta’ somom f’daqqa jew spejjeż għal kull unità bi skala standard”,

    aqra:

    “(f)

    operazzjonijiet li għalihom l-appoġġ pubbliku jieħu l-forma ta’ somom f’daqqa jew kostijiet unitarji bi skala standard”;

    (2)

    Fil-paġna 375, fl-Artikolu 65, il-paragrafu 8(f),

    minflok:

    “(f)

    operazzjonijiet li għalihom l-appoġġ pubbliku jieħu l-forma ta’ somma f’daqqa jew spejjeż ta’ unità ta’ skala standard sakemm id-dħul nett ġie kkunsidrat ex ante;”,

    aqra:

    “(f)

    operazzjonijiet li għalihom l-appoġġ pubbliku jieħu l-forma ta’ somma f’daqqa jew kostijiet unitarji ta’ skala standard sakemm id-dħul nett ġie kkunsidrat ex ante;”;

    (3)

    Fil-paġna 375, fl-Artikolu 67, il-paragrafu 1(b) ,

    minflok:

    “(b)

    skala standard ta' spejjeż għal kull unità;”,

    aqra:

    “(b)

    skala standard ta' kostijiet unitarji;”;

    (4)

    Fil-paġna 376, fl-Artikolu 67, il-paragrafu 5(b),

    minflok:

    “(b)

    f’konformità mar-regoli għall-applikazzjoni ta’ skali korrispondenti ta’ spejjeż unitarji, somom f’daqqa u rati fissi applikabbli f’politiki tal-Unjoni għal tip simili ta’ operazzjoni u ta’ benefiċjarju;”,

    aqra:

    “(b)

    f’konformità mar-regoli għall-applikazzjoni ta’ skali korrispondenti ta’ kostijiet unitarji, somom f’daqqa u rati fissi applikabbli f’politiki tal-Unjoni għal tip simili ta’ operazzjoni u ta’ benefiċjarju;”;

    (5)

    Fil-paġna 376, fl-Artikolu 67, il-paragrafu 5(c),

    minflok:

    “(c)

    f’konformità mar-regoli għall-applikazzjoni ta’ skali korrispondenti ta’ spejjeż unitarji, somom f’daqqa u rati fissi applikati skont skemi għall-għotjiet iffinanzjati għal kollox mill-Istat Membru għal tip simili ta’ operazzjoni u ta’ beneċfiċjarju;”,

    aqra:

    “(c)

    f’konformità mar-regoli għall-applikazzjoni ta’ skali korrispondenti ta’ kostijiet unitarji, somom f’daqqa u rati fissi applikati skont skemi għall-għotjiet iffinanzjati għal kollox mill-Istat Membru għal tip simili ta’ operazzjoni u ta’ benefiċjarju;”;

    (6)

    Fil-paġna 392, fl-Artikolu 109(1),

    minflok:

    “1.   Pagamenti lill-benefiċjarju ta’ pjan ta’ azzjoni konġunta għandhom jiġu ttrattati bħala somom f’daqqa jew skali standard ta’ spejjeż unitarji. M’għandux japplika l-limitu massimu għal somma f'daqqa stabbilita fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 67(1).”,

    aqra:

    “1.   Pagamenti lill-benefiċjarju ta’ pjan ta’ azzjoni konġunta għandhom jiġu ttrattati bħala somom f’daqqa jew skali standard ta’ kostijiet unitarji. M’għandux japplika l-limitu massimu għal somma f'daqqa stabbilita fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 67(1).”;

    (7)

    Fil-paġna 466, fid-Dikjarazzjoni Konġunta mill-Kunsill u mill-Kummissjoni dwar l-Artikolu 67,

    minflok:

    “Il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu li l-Artikolu 67 (4) li jeskludi l-applikazzjoni tal-ispejjeż simplifikati mniżżla fl-Artikolu 67 (1) (b)-(d) f'każijiet fejn operazzjoni jew proġett li jifforma parti minn operazzjoni jiġi implimentat esklussivament permezz ta' proċeduri ta' akkwist pubbliku ma jipprekludix l-implimentazzjoni ta' operazzjoni permezz ta' proċeduri ta' akkwist pubbliku li jirriżultaw fi ħlasijiet mill-benefiċjarju lill-kuntrattur abbażi ta' spejjeż għal kull unità predefiniti. Il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu li l-ispejjeż determinati u mħallsa mill-benefiċjarju abbażi ta' dawn l-ispejjeż għal kull unità stabbiliti permezz ta' proċeduri ta' akkwist pubbliku għandhom jikkostitwixxu fil-fatt spejjeż reali u mġarrba u mħallsa mill-benefiċjarju taħt l-Artikolu 67 (1) (a).”,

    aqra:

    “Il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu li l-Artikolu 67(4) li jeskludi l-applikazzjoni tal-ispejjeż simplifikati mniżżla fl-Artikolu 67(1) (b)-(d) f'każijiet fejn operazzjoni jew proġett li jifforma parti minn operazzjoni jiġi implimentat esklussivament permezz ta' proċeduri ta' akkwist pubbliku ma jipprekludix l-implimentazzjoni ta' operazzjoni permezz ta' proċeduri ta' akkwist pubbliku li jirriżultaw fi ħlasijiet mill-benefiċjarju lill-kuntrattur abbażi ta' kostijiet unitarji predefiniti. Il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu li l-ispejjeż determinati u mħallsa mill-benefiċjarju abbażi ta' dawn il-kostijiet unitarji stabbiliti permezz ta' proċeduri ta' akkwist pubbliku għandhom jikkostitwixxu fil-fatt spejjeż reali u mġarrba u mħallsa mill-benefiċjarju taħt l-Artikolu 67(1)(a).”.


    Top