EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02008R0202-20080325

Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 202/2008 ta' l- 4 ta’ Marzu 2008 li jemenda r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 f'dak li jirrigwarda l-għadd u l-ismijiet tal-Bordijiet Xjentifiċi ta' l-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà ta' l-Ikel (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/202/2008-03-25

2008R0202 — MT — 25.03.2008 — 000.002


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 202/2008

ta' l-4 ta’ Marzu 2008

li jemenda r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 f'dak li jirrigwarda l-għadd u l-ismijiet tal-Bordijiet Xjentifiċi ta' l-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà ta' l-Ikel

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 060 5.3.2008, p. 17)


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 098, 14.4.2016, p.  7 (Nru 202/2008)




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 202/2008

ta' l-4 ta’ Marzu 2008

li jemenda r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 f'dak li jirrigwarda l-għadd u l-ismijiet tal-Bordijiet Xjentifiċi ta' l-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà ta' l-Ikel

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet tas-sigurtà ta' l-ikel ( 1 ), u partikolarment it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 28(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat it-talba mressqa mill-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà fl-Ikel tat-12 ta' Settembru 2007,

Billi:

(1)

Il-Bord dwar l-addittivi fl-ikel, togħmiet, għajnuna ta' pproċessar u materjali li jiġu f'kuntatt ma' l-ikel huwa element ewlieni tas-sigurtà tal-katina ta' l-ikel u l-protezzjoni tal-konsumatur.

(2)

L-esperjenza turi li, mill-ħolqien tiegħu 'l hawn il-Bord waslulu kważi 50 % tan-numru totali ta' mandati mibgħuta lill-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà fl-Ikel (EFSA). Minkejja l-adozzjoni ta' numru għoli ta' opinjonijiet xjentifiċi kull sena, il-Bord jiffaċċja diffikultajiet fil-ġestjoni tal-kwantità tax-xogħol li għandu.

(3)

Hu mistenni li n-numru ta' mandati li jirċievi l-Bord jiżdied fil-ġejjieni bl-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni vertikali ġdida fil-qasam tal-vitamini u l-minerali miżjuda ma' l-ikel u fuq addittivi ta' l-ikel, togħmiet, u enżimi ta' l-ikel.

(4)

Għalhekk jeħtieġ li l-Bord jiġi sostitwit b'żewġ Bordijiet ġodda msemmija rispettivament “Bord fuq l-addittivi ta' l-ikel u s-sorsi tan-nutrijenti miżjuda ma' l-ikel” u ►C1  “Bord dwar il-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel, l-enzimi, l-aromatizzanti u l-aġenti tal-ipproċessar”. ◄

(5)

Id-diviżjoni ta' responsabilitajiet bejn iż-żewġ Bordijiet ġodda għandha timmira li tiżgura li l-għarfien espert ta' kull Bord jikkorrispondi mal-qasam rispettiv tal-kompetenza tagħhom u jikkontribwixxi għal bilanċ aqwa tax-xogħol. Il-proċeduri li jirregolaw il-Kumitat Xjentifiku u l-Bordijiet ta' l-EFSA għandhom jiggarantixxu koordinazzjoni flessibbli u metodi armonizzati.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Fl-Artikolu 28(4) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 l-ewwel subparagrafu huwa emendat kif ġej:

(1) il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:

“(a) il-Bord fuq l-addittivi ta' l-ikel u s-sorsi tan-nutrijenti miżjuda ma' l-ikel;”

(2) jiżdied il-punt ġdid (j) li ġej:

“(j) il-Bord dwar il-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel, l-enzimi, l-aromatizzanti u l-aġenti tal-ipproċessar”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.



( 1 ) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 575/2006 (ĠU L 100, 8.4.2006, p. 3).

Top