Choisissez les fonctionnalités expérimentales que vous souhaitez essayer

Ce document est extrait du site web EUR-Lex

Document 01998D0181-19980309

Texte consolidé: Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Settembru 1997 rigward il-konklużjoni, mill-Komunitajiet Ewropej, tat-Trattat tal-Karta tal-Enerġija u l-Protokoll tal-Karta tal-Enerġija dwar l-effiċjenza fl-enerġija u l-aspetti ambjentali relatati

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1998/181/1998-03-09

01998D0181 — MT — 09.03.1998 — 000.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

▼C1

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

tat-23 ta’ Settembru 1997

rigward il-konklużjoni, mill-Komunitajiet Ewropej, tat-Trattat tal-Karta tal-Enerġija u l-Protokoll tal-Karta tal-Enerġija dwar l-effiċjenza fl-enerġija u l-aspetti ambjentali relatati ( 1 )

▼B

(ĠU L 069 9.3.1998, p. 1)


Ikkoreġuta bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 90798, 12.12.2024, p.  1  (181/1998)




▼B

▼C1

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

tat-23 ta’ Settembru 1997

rigward il-konklużjoni, mill-Komunitajiet Ewropej, tat-Trattat tal-Karta tal-Enerġija u l-Protokoll tal-Karta tal-Enerġija dwar l-effiċjenza fl-enerġija u l-aspetti ambjentali relatati ( 2 )

▼B



Artikolu 1

It- ►C1  Trattat tal-Karta tal-Enerġija ◄ u l- ►C1  Protokoll tal-Karta tal-Enerġija ◄ dwar l-effiċjenza ta’ l-Enerġija u aspetti ambjentali relatati (minn issa l-quddiem imsemmija bħala il-“ ►C1  Karta tal-Protokoll tal-Enerġija ◄ ”) huma b’dan approvati f’isem il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, il-Komunità Ewropea u il-Komunita Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika.

It-testi tat- ►C1  Trattat tal-Karta tal-Enerġija ◄ u taċ- ►C1  Karta tal-Protokoll tal-Enerġija ◄ huma mehmuza ma’ din id-Deċizjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem il-Komunitajiet Ewropej, jiddepożita l-istrument ta’ l-approvazzjoni tat- ►C1  Trattat tal-Karta tal-Enerġija ◄ u tal- ►C1  Protokoll tal-Karta tal-Enerġija ◄ mal-Gvern tar-Repubblika Portugiża, b’konformita ma’ l-Artikoli 39 u 49 tat- ►C1  Trattat tal-Karta tal-Enerġija ◄ u mal-Artikoli 15 u 21 tal- ►C1  Protokoll tal-Karta tal-Enerġija ◄ . Permezz ta’ l-istess kondizzjonijiet, il-President tal-Kummissjoni għandu jiddepożita l-istrumenti ta’ l-approvazzjoni f’isem il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u tal-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika.

Il-President tal-Kunsill u l-President tal-Kummissjoni, waqt li jaġixxu f’isem il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika rispettivament, għandhom jikkonsultaw ma l-Istati Membri sabiex jassiguraw, sa kemm hu possibbli, d-depożiti simultanji tal-istrumenti tagħhom ta’ l-approvazzjoni.

Artikolu 3

1.  
Il-pożizzjoni li l-Komunità Ewropea tista tkun meħtieġa li tieħu fi ħdan il-Konferenza dwar iċ- ►C1  Karta ◄ ta’ l-Enerġija, stabbilita bit- ►C1  Trattat tal-Karta tal-Enerġija ◄ , fir-rigward ta’ deċiżjonijiet ta’ din il-Konferenza li teħtieġ l-introduzzjoni jew il-modifika tal-leġislazzjoni tal-Komunità għandha, bla ħsara għal paragrafu 3, tkun adottata mill-Kunsill, li jaġixxi b’konformità mar-regoli tat-Trattat li jistabbilixxu l-Komunità Ewropea.

Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata. B’dana kollu, il-Kunsill għandu jaġixxi unanimament jekk id-deċiżjoni li għandha tittieħed mill-imsemmija Konferenza tkopri qasam li għalih tinħtieġ l-unanimità għat-tħaddin tar-regoli nterni tal-Komunità.

2.  
F’każi oħrajn, il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunità Ewropea għandha tkun adottata mill-Kunsill.
3.  
Għal dawk il-materji li jaqgħu fi ħdan il-paragraph 1, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jinfurmaw fis-sħiħ lill-Parlament Ewropew fuq bażi regolari u għandhom jagħtu lill-Parlament Ewropew l-opportunità li jesprimi l-opinjonijiet tiegħu fuq il-pożizzjoni li l-Komunità għandha tiehu fil-Konferenza msemmija fil-paragraph 1.

Fil-każ ta’ deċiżjonijiet tal-Konferenza msemmija permezz ta’ l-Artikolu 34(7) tat- ►C1  Trattat tal-Karta tal-Enerġija ◄ , il-Kunsill għandu jikkonsulta, jew jikseb il-kunsens ta’, il-Parlament Ewropew qabel ma jieħu d-deċiżjoni tiegħu, permezz talkondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 228(3) tat-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea.

4.  
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar għandha tkun adottata mill-Kummissjoni bl-approvazzoni tal-Kunsill, li għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata jew b’unanimità skond il-materja tas-suġġett.
5.  
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem il-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika għandha tkun adottata mill-Kummissjoni bl-approvazzoni tal-Kunsill li għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.



( ) Id-Deċiżjoni dwar il-konkluzjoni taċ- ►C1  Karta ◄ tat-Trattat ta’ l-Enerġija f’isem il-Komunità Ewropea kienet adottata mill-Kunsill fis-27 ta’ Mejju 1997.

( ) Id-Deċiżjoni dwar il-konkluzjoni taċ- ►C1  Karta ◄ tat-Trattat ta’ l-Enerġija f’isem il-Komunità Ewropea kienet adottata mill-Kunsill fis-27 ta’ Mejju 1997.

Haut