This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 366de6a5-4ee6-11ed-92ed-01aa75ed71a1
Consolidated text: Direttiva 2014/26/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati u ħruġ ta’ liċenzji multiterritorjali ta’ drittijiet f’xogħlijiet mużikali għall-użu onlajn fis-suq intern (Test b’relevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Direttiva 2014/26/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati u ħruġ ta’ liċenzji multiterritorjali ta’ drittijiet f’xogħlijiet mużikali għall-użu onlajn fis-suq intern (Test b’relevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
In force
02014L0026 — MT — 09.04.2014 — 000.006
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DIRETTIVA 2014/26/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati u ħruġ ta’ liċenzji multiterritorjali ta’ drittijiet f’xogħlijiet mużikali għall-użu onlajn fis-suq intern (ĠU L 084 20.3.2014, p. 72) |
Ikkoreġuta bi:
DIRETTIVA 2014/26/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-26 ta’ Frar 2014
dwar l-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati u ħruġ ta’ liċenzji multiterritorjali ta’ drittijiet f’xogħlijiet mużikali għall-użu onlajn fis-suq intern
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
TITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Din id-Direttiva tistabbilixxi r-rekwiżiti meħtieġa biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tal-immaniġġjar tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati mill-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv. Tistabbilixxi wkoll ir-rekwiżiti għall-għoti ta’ liċenzji multiterritorjali mill-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awturi f’xogħlijiet mużikali għall-użu onlajn.
Artikolu 2
Kamp ta’ Applikazzjoni
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet li ġejjin:
“organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv” tfisser kwalunkwe organizzazzjoni li hija awtorizzata mil-liġi jew permezz ta’ assenjazzjoni, liċenzja jew kwalunkwe arranġament kuntrattwali ieħor biex timmaniġġja d-drittijiet tal-awtur jew id-drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur f’isem aktar minn detentur tad-drittijiet wieħed, għall-benefiċċju kollettiv ta’ dawk id-detenturi tad-drittijiet, bħala l-għan uniku jew l-għan prinċipali tagħha, u li tissodisfa wieħed mill-kriterji li ġejjin jew it-tnejn li huma:
tkun ipposseduta jew ikkontrollata mill-membri tagħha;
tkun organizzata fuq bażi mingħajr skop ta’ qligħ;
“entità ta’ mmaniġġjar indipendenti” tfisser kwalunkwe organizzazzjoni li hija awtorizzata mil-liġi jew permezz ta’ assenjazzjoni, liċenzja jew kwalunkwe arranġament kuntrattwali ieħor biex timmaniġġja d-drittijiet tal-awtur jew id-drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur f’isem aktar minn detentur tad-drittijiet wieħed, għall-benefiċċju kollettiv ta’ dawk id-detenturi tad-drittijiet, bħala l-għan uniku jew l-għan prinċipali tagħha u li:
la tkun ipposseduta u l-anqas ikkontrollata, direttament jew indirettament, b’mod sħiħ jew parzjalment, mid-detenturi tad-drittijiet u
tkun organizzata fuq bażi ta' skop ta’ qligħ;
“detentur tad-drittijiet” tfisser kull persuna jew entità, minbarra organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv, li għandha dritt tal-awtur jew dritt relatat jew li, skont ftehim għall-isfruttament tad-drittijiet jew bil-liġi, hija intitolata għal sehem mid-dħul tad-drittijiet;
“membru ” tfisser detentur tad-drittijiet jew entità li tirrappreżenta detenturi tad-drittijiet, inklużi organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv u assoċjazzjonijiet oħra ta’ detenturi tad-drittijiet, li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-adeżjoni tal-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv u huma ammessi minnha;
“statut” tfisser il-memorandum u l-artikoli ta’ assoċjazzjoni, l-istatut, ir-regoli jew id-dokumenti ta’ kostituzzjoni ta’ organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv;
“assemblea ġenerali tal-membri” tfisser il-korp fl-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv li fih il-membri jipparteċipaw u jeżerċitaw id-drittijiet tal-vot tagħhom, irrispettivament mill-forma ġuridika tal-organizzazzjoni;
“direttur” tfisser:
fejn id-dritt nazzjonali jew l-istatut tal-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv jipprovdu għal bord unitarju, kwalunkwe membru tal-bord amministrattiv;
fejn id-dritt nazzjonali jew l-istatut tal-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv jipprovdi għal bord doppju, kwalunkwe membru tal-bord ta’ tmexxija jew tal-bord superviżorju;
“dħul mid-drittijiet” tfisser id-dħul miġbur minn organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv f’isem id-detenturi tad-drittijiet, kemm jekk joriġina minn dritt esklussiv, minn dritt għal remunerazzjoni jew minn dritt għal kumpens;
“tariffi għall-immaniġġjar” tfisser l-ammonti imposti, imnaqqsa jew paċuti minn organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv mid-dħul mid-drittijiet jew minn kwalunkwe introjtu li jirriżulta mill-investiment tad-dħul mid-drittijiet sabiex tkopri l-ispejjeż marbuta mal-immaniġġjar tagħha tad-drittijiet tal-awtur jew id-drittijiet relatati;
“ftehim ta’ rappreżentazzjoni” tfisser kwalunkwe ftehim bejn organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv li bih organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv waħda tawtorizza lil organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv oħra biex timmaniġġja d-drittijiet li tirrappreżenta, inkluż ftehim konkluż skont l-Artikoli 29 u 30.
“utent” tfisser kwalunkwe persuna jew entità li tkun qed twettaq atti suġġetti għall-awtorizzazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet, remunerazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet jew ħlas ta’ kumpens lid-detenturi tad-drittijiet u li ma tkunx qed taġixxi fil-kapaċità ta’ konsumatur.
“repertorju” tfisser ix-xogħlijiet li fir-rigward tiegħu organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv timmaniġġja d-drittijiet.
“liċenzja multiterritorjali” tfisser liċenzja li tkopri t-territorju ta’ aktar minn Stat Membru wieħed;
“drittijiet onlajn f’xogħlijiet mużikali” tfisser kwalunkwe wieħed mid-drittijiet ta’ awtur f’xogħol mużikali previsti skont l-Artikoli 2 u 3 tad-Direttiva 2001/29/KE li huma meħtieġa għall-forniment ta’ servizz ta’ mużika onlajn.
TITOLU II
ORGANIZZAZZJONIJIET TA’ MMANIĠĠJAR KOLLETTIV
KAPITOLU 1
Rappreżentazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet u adeżjoni u organizzazzjoni tal-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv
Artikolu 4
Prinċipji ġenerali
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv jaġixxu fl-aħjar interessi tad-detenturi tad-drittijiet li d-drittijiet tagħhom huma jirrappreżentaw u li ma jimponu l-ebda obbligu fuqhom li ma jkunx oġġettivament neċessarju għall-protezzjoni tad-drittijiet u l-interessi tagħhom jew għall-immaniġġjar effettiv tad-drittijiet tagħhom.
Artikolu 5
Drittijiet tad-detenturi tad-drittijiet
Organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv għandha tinforma lil dawk id-detenturi tad-drittijiet li jkunu diġà awtorizzawha dwar id-drittijiet tagħhom skont il-paragrafi 1 sa 7, kif ukoll dwar kwalunkwe kundizzjoni marbuta mad-dritt stabbilit fil-paragrafu 3, sal-10 ta’ Ottubru 2016.
Artikolu 6
Regoli tal-adeżjoni tal-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv
Artikolu 7
Drittijiet tad-detenturi tad-drittijiet li mhumiex membri tal-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv
Artikolu 8
Assemblea ġenerali tal-membri tal-organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv
F’organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv b’sistema ta’ bord doppju, l-assemblea ġenerali tal-membri ma għandhiex tiddeċiedi dwar il-ħatra jew it-tneħħija tal-membri tal-bord ta’ tmexxija jew tapprova r-remunerazzjoni u benefiċċji oħra tagħhom fejn is-setgħa għat-teħid ta’ tali deċiżjonijiet hija delegata lill-bord superviżorju.
F’konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu 2 tat-Titolu II, l-assemblea ġenerali tal-membri għandha tiddeċiedi għall-anqas dwar il-kwistjonijiet li ġejjin:
il-politika ġenerali tat-tqassim ta’ ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet;
il-politika ġenerali dwar l-użu ta’ ammonti li ma jistgħux jitqassmu;
il-politika ta’ investiment ġenerali fir-rigward tad-dħul mid-drittijiet u kwalunkwe introjtu li jirriżulta mill-investiment tad-dħul mid-drittijiet;
il-politika ġenerali dwar it-tnaqqis mid-dħul tad-drittijiet u minn kwalunkwe introjtu li jirriżulta mill-investiment tad-dħul mid-drittijiet;
l-użu ta’ ammonti li ma jistgħux jitqassmu;
il-politika tal-immaniġġjar tar-riskju;
l-approvazzjoni ta’ kwalunkwe akkwist, bejgħ jew ipoteka ta’ proprjetà immobbli;
l-approvazzjoni ta’ fużjonijiet u alleanzi, it-twaqqif ta’ sussidjarji, u l-akkwist ta’ entitajiet jew ishma jew drittijiet oħra f’entitajiet oħra;
l-approvazzjoni tat-teħid ta’ self, l-għoti ta’ self u l-provvediment ta’ garanzija għal self.
L-Istati Membri jistgħu jippermettu sistemi jew modalitajiet alternattivi għall-ħatra u t-tneħħija tal-awditur, kemm-il darba dawk is-sistemi jew modalitajiet jiġu ddisinjati biex jiżguraw l-indipendenza tal-awditur mill-persuni li jimmaniġġjaw l-affarijiet tal-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv.
Il-membri kollha tal-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv għandu jkollhom id-dritt li jipparteċipaw u jivvotaw, fl-assemblea ġenerali tal-membri. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu restrizzjonijiet fuq id-dritt tal-membri tal-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv li jipparteċipaw, u li jeżerċitaw id-dritt tal-vot, fl-assemblea ġenerali tal-membri, abbażi ta’ waħda minn dawn il-kriterji li ġejjin jew it-tnejn li huma:
perjodu tal-adeżjoni;
l-ammonti riċevuti minn membru jew dovuti lilu,
kemm-il darba tali kriterji jiġu determinati u applikat b’tali mod li jkun ġust u proporzjonat.
Il-kriterji stipulati fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu għandhom jiġu inklużi fl-istatut jew fit-termini ta’ adeżjoni tal-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv u għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont l-Artikoli 19 u 21.
Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal restrizzjonijiet li jikkonċernaw il-ħatra ta’ detenturi ta’ prokura u l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot tal-membri li huma jirrappreżentaw jekk tali restrizzjonijiet ma jippreġudikawx il-parteċipazzjoni xierqa u effikaċi tal-membri fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet ta’ organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv.
Kull prokura għandha tkun valida għal assemblea ġenerali tal-membri waħda biss. Id-detentur tal-prokura għandu jkollu l-istess drittijiet fl-assemblea ġenerali tal-membri bħal dawk li għalihom kien ikun intitolat il-membru li jagħmel il-ħatra. Id-detentur tal-prokura għandu jivvota skont l-istruzzjonijiet maħruġa mill-membru li jagħmel il-ħatra.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li s-setgħat tal-assemblea ġenerali tal-membri jistgħu jiġu eżerċitati minn assemblea tad-delegati eletti tal-inqas kull erba’ snin mill-membri tal-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv, bil-kundizzjoni li:
tiġi żgurata parteċipazzjoni xierqa u effikaċi tal-membri fil-proċess ta’ teħid tad-deċiżjonijiet tal-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv; kif ukoll
ir-rappreżentanza tal-kategoriji differenti ta’ membri fl-assemblea tad-delegati tkun ġusta u bbilanċjata.
Ir-regoli stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 10 għandhom japplikaw għall-assemblea tad-delegati mutatis mutandis.
Artikolu 9
Funzjoni Superviżorja
Il-korp li jeżerċita l-funzjoni superviżorja għandu jiltaqa’ b’mod regolari u għandu jkollu talanqas dawn il-poteri li ġejjin:
li jeżerċita s-setgħat delegati lilu mil-laqgħa ġenerali tal-membri, innkluż skont l-Artikolu 8(4) u (6);
li jimmonitorja l-attivitajiet u t-twettiq tad-dmirijiet tal-persuni msemmija fl-Artikolu 10, inkluża l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-laqgħa ġenerali tal-membri u, b’mod partikolari, tal-politiki ġenerali elenkati fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 8(5).
Artikolu 10
Obbligi tal-persuni li jimmaniġġjaw in-negozju tal-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv
Il-proċeduri msemmijin fl-ewwel subparagrafu għandhom jinkludu dikjarazzjoni annwali individwali minn kull waħda mill-persuni msemmija fil-paragrafu 1 lil-laqgħa ġenerali tal-membri, li tkun tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
kwalunkwe interess fl-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv;
kwalunkwe remunerazzjoni fis-sena finanzjarja preċedenti mill-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv, inkluż fil-forma ta’ skemi ta’ pensjonijiet, benefiċċji materjali u tipi oħra ta’ benefiċċji;
kwalunkwe ammont li jasal fis-sena finanzjarja preċedenti bħala detentur tad-dritt mill-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv;
dikjarazzjoni li tikkonċerna kwalunkwe kunflitt reali jew potenzjali bejn kwalunkwe interessi personali u dawk tal-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv jew bejn kwalunkwe obbligu dovut lill-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv u kwalunkwe dmir dovut lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra.
KAPITOLU 2
Immaniġġjar tad-dħul mid-drittijiet
Artikolu 11
Ġbir u użu ta’ dħul mid-drittijiet
L-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kolletiv għandha żżomm separat fil-kontijiet tagħha:
id-dħul mid-drittijiet u kwalunkwe introjtu li jirriżultamill-investiment tad-dħul mid-drittijiet; kif ukoll
kwalunkwe assi proprji u dħul derivat minn dawn l-assi, li jista’ jkollha, mit-tariffi tal-immaniġġjar jew minn attivitajiet oħra.
Meta organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv tinvesti d-dħul mid-drittijiet jew kwalunkwe introjtu li jirriżulta mill-investiment tad-dħul mid-drittijiet, hija għandha tagħmel dan fl-aħjar interess tad-detenturi tad-dritt li tirrappreżenta d-drittijiet tagħhom, skont il-politika ġenerali dwar l-investiment ġenerali u l-immaniġġjar tar-riskju msemmija fil-punti (c) u (f) tal-Artikolu 8(5) u b’kunsiderazzjoni tar-regoli li ġejjin:
meta jkun hemm kwalunkwe kunflitt ta’ interess potenzjali, l-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv għanda tiżgura li l-investiment isir biss fl-interess uniku ta’ dawk id-detenturi tad-drittijiet;
l-assi għandhom ikunu investiti sabiex jiżguraw is-sigurtà, il-kwalità, il-likwidità u l-profittabbiltà tal-portafoll kollu;
l-assi għandhom ikunu diversifikati kif xieraq sabiex tkun evitata dipendenza eċċessiva fuq kwalunkwe assi partikolari u akkumulazzjoni ta’ riskji fil-portafoll kollu kemm hu.
Artikolu 12
Tnaqqis
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti applikabbli għall-użu u t-trasparenza dwar l-użu tal-ammonti mnaqqsa jew paċuti fir-rigward tat-tariffi tal-immaniġġjar japplikaw għal kwalunkwe tnaqqis ieħor magħmul sabiex jiġu kopruti l-ispejjeż tal-immaniġġjar tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati.
Artikolu 13
Tqassim ta’ ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet
L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv jew il-membri tagħhom li huma entitajiet li jirrappreżentaw id-detenturi tad-drittijiet iqassmu u jħallsu dawk l-ammonti lid-detenturi tad-drittijiet malajr kemm jistà jkun iżda mhux aktar minn disa’ xhur mit-tmiem tas-sena finanzjarja li tulha nġabar id-dħul mid-drittijiet, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet oġġettivi relatati b’mod partikolari għar-rappurtar mill-utenti, l-identifikar tad-drittijiet, tad-detenturi tad-drittijiet jew it-tqabbil ta’ informazzjoni dwar xogħolijiet u materjal tematiku ieħor mad-detenturi tad-drittijiet li jipprevjenu l-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv jew, fejn applikabbli, lill-membri tagħha milli jissodisfaw dik l-iskadenza.
L-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv għandha tieħu l-miżuri kollha neċessarji, b’konformità mal-paragrafu 1, biex tidentifika u tillokalizza d-detenturi tad-drittijiet. B’mod partikolari, sa mhux aktar minn tliet xhur mit-tmiem tal-iskadenza ffissata fil-paragrafu 1, l-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv għandha tagħmel disponibbli informazzjoni dwar ix-xogħolijiet u materjal tematiku ieħor li għalihom detentur tad-dritt wieħed jew aktar ma jkunux ġew identifikati jew misjuba lil:
id-detenturi tad-drittijiet li tirrappreżenta;
l-entitajiet li jirrappreżentaw lid-detenturi tad-drittijiet, fejn tali entitajiet huma membri ta’ organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv; u
l-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv kollha li magħhom tkun ikkonkludiet ftehimiet ta’ rappreżentazzjoni,.
L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tinkludi, fejn disponibbli, dan li ġej:
it-titolu tax-xogħol jew ta’ kwalunkwe materjal tematiku ieħor,
l-isem tad-detentur tad-dritt,
l-isem tal-pubblikatur jew produttur rilevanti, u
kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra disponibbli li tista’ tgħin fl-identifikazzjoni tad-detentur tad-dritt.
L-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv għandha tivverifika ukoll ir-rekords imsemmija fl-Artikolu 6(5) u kwalunkwe rekord ieħor disponibbli faċilment. Jekk il-miżuri msemmija hawn fuq jonqsu milli jagħtu riżultati, l-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli lill-pubbliku sa mill-anqas sena wara t-tmiem tal-perjodu ta’ tliet xhur.
KAPITOLU 3
L-immaniġġjar tad-drittijiet f’isem organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv oħra
Artikolu 14
Drittijiet immaniġġjati skont ftehimiet ta’ rappreżentazzjoni
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv ma tiddiskriminax kontra kwalunkwe detentur tad-drittijiet li timmaniġġja d-drittijiet tiegħu skont ftehim ta’ rappreżentanza, b’mod partikolari fir-rigward tat-tariffi applikabbli, it-tariffi tal-immaniġġjar, u l-kundizzjonijiet għall-ġbir tad-dħul mid-drittijiet u t-tqassim ta’ ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet.
Artikolu 15
Tnaqqis u pagamenti fil-ftehimiet ta’ rappreżentazzjoni
L-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv l-oħra, jew, meta jkollha bħala membri tagħha entitajiet li jirrappreżentaw lid-detenturi tad-drittijiet, dawk il-membri, għandhom iqassmu u jħallsu lid-detenturi tad-drittijiet l-ammonti dovuti lilhom malajr kemm jistà jkun iżda mhux aktar tard minn sitt xhur minn meta dawk l-ammonti ġew riċevuti, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet oġġettivi relatati b’mod partikolari għar-rappurtar mill-utenti, l-identifikar tad-drittijiet, tad-detenturi tad-drittijiet jew it-tqabbil ta’ informazzjoni dwar xogħolijiet u materjal tematiku ieħor mad-detenturi tad-drittijiet li jipprevjenu l-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv jew, fejn applikabbli lill-membri tagħha milli jissodisfaw dik l-iskadenza.
KAPITOLU 4
Relazzjonijiet mal-utenti
Artikolu 16
Ħruġ ta’ liċenzji
Id-detenturi tad-drittijiet għandhom jirċievu remunerazzjoni xierqa għall-użu tad-drittijiet tagħhom. Tariffi għal drittijiet esklussivi u għal drittijiet ta’ rimunerazzjoni għandhom ikunu raġonevoli fir-rigward ta’, inter alia, il-valur ekonomiku tal-użu tad-drittijiet innegozjati b’kunsiderazzjoni tan-natura u tal-ambitu tal-użu tax-xogħol u ta’ suġġetti oħra, kif ukoll fir-rigward tal-valur ekonomiku tas-servizz provdut mill-organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv. L-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv għandhom jinformaw lill-utent ikkonċernat dwar il-kriterji użati għat-tfassil ta’ dawk it-tariffi.
Hekk kif tirċievi l-informazzjoni rilevanti kollha, l-organizzazzjoni ta’ mmaniġġġjar kollettiv għandhom mingħajr dewmien żejjed, jew toffri liċenzja jew inkella tipprovdi lill-utent b’dikjarazzjoni motivata li tispjega għalfejn mhijiex beħsiebha toħroġ liċenzja għal servizz partikolari.
Artikolu 17
Obbligi tal-utenti
L-Istati Membri għandhom jadottaw dispożizzjonijiet li jipprovdu lil organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv, fi żmien miftiehem jew stabbilit minn qabel, u f’format miftiehem jew stabbilit minn qabel, b’tali informazzjoni rilevanti kollha disponibbli għalihom dwar l-użu tad-drittijiet rappreżentati mill-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv li hija meħtieġa għall-ġbir tad-dħul tad-drittijiet u għat-tqassim u l-ħlas tal-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet. Fid-deċiżjoni dwar il-format għall-provviżjoni ta’ tali informazzjoni, l-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv u l-utenti għandhom jikkunsidraw, sa fejn ikun possibbli, standards industrijali volontarji.
KAPITOLU 5
Trasparenza u rappurtar
Artikolu 18
Informazzjoni pprovduta lid-detenturi tad-drittijiet dwar l-immaniġġjar tad-drittijiet tagħhom
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikoli 19 u 28(2), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv tqiegħed għad-dispożizzjoni mhux anqas minn darba f’sena lil kull wieħed mid-detenturi tad-drittijiet li lilu tkun attribwiet d-dħul mid-drittijiet jew tkun għamlet pagamenti, matul il-perjodu li għalih tirreferi l-informazzjoni, tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:
kwalunkwe dettall ta’ kuntatt li d-detentur tad-drittijiet ikun awtorizza li tintuża mill-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv,biex jiġi identifikat u lokalizzat id-detentur tad-drittijiet;
id-dħul mid-drittijiet attribwit lid-detentur tad-drittijiet;
l-ammonti mħallsa mill-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv lid-detentur tad-drittijiet skont il-kategorija ta’ drittijiet immaniġġjati, u skont it-tip ta’ użu;
il-perjodu li matulu saru l-użi li għalihom kienu allokati u mħallsal-ammonti lid-detentur tad-drittijiet, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet oġġettivi relatati mar-rappurtar mill-utenti ma jipprevjenux l-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv milli tipprovdi din l-informazzjoni;
it-tnaqqis li sar fir-rigward tat-tariffi tal-immaniġġjar;
it-tnaqqis li sar għal kwalunkwe skop ħlief fir-rigward tat-tariffi tal-immaniġġjar, inklużi dawk li jistgħu jkunu rikjesti mil-liġi nazzjonali għall-provvediment ta’ kwalunkwe servizz soċjali, kulturali u edukattiv;
kwalunkwe dħul mid-drittijiet attribwit lid-detentur tad-drittijiet li huwa pendenti għal kwalunkwe perjodu.
Artikolu 19
Informazzjoni pprovduta lill-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv oħra dwar l-immaniġġjar tad-drittijiet skont il-ftehimiet ta’ rappreżentazzjoni
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv, tagħmel disponibbli talanqas l-informazzjoni li ġejja, mhux inqas minn darba kull sena u permezz ta’ mezzi elettroniċi, lill-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv li jimmaniġġjaw id-drittijiet f’isimha skont ftehim ta’ rappreżentazzjoni, għall-perjodu li għalih tirrelata l-informazzjoni:
id-dħul mid-drittijiet attribwiti, l-ammonti mħallsa mill-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv skont il-kategorija li timmaniġġja, u skont it-tip ta’ użu, għad-drittijiet li timmaniġġja skont il-ftehim ta’ rappreżentazzjoni, u kwalunkwe dħul mid-drittijiet attribwiti li huma żejda għal kwalunkwe perjodu;
it-tnaqqis li sar fir-rigward tat-tariffi tal-immaniġġjar;
it-tnaqqis li sar għal kwalunkwe raġuni ħlief fir-rigward tat-tariffi tal-immaniġġjar kif imsemmija fl-Artikolu 15;
informazzjoni dwar kull liċenzja mogħtija jew rifjutata fir-rigward ta’ xogħlijiet u materjal tematiku ieħor koperti mill-ftehim ta’ rappreżentazzjoni;
riżoluzzjonijietadottati mil-laqgħa ġenerali tal-membri sakemm dawk ir-riżoluzzjonijiet jkunu rilevanti għall-immaniġġjar tad-drittijiet skont il-ftehim ta’ rappreżentazzjoni.
Artikolu 20
Informazzjoni pprovduta lid-detenturi tad-drittijiet, organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv oħra u utenti, fuq talba
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 25, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, b’risposta għal talba debitament ġustifikata, organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv tagħmel disponibbli mill-anqas l-informazzjoni li ġejja b’mezzi elettroniċi u mingħajr dewmien żejjed lil organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv li timmaniġġja f’isimha d-drittijiet skont ftehim ta’ rappreżentazzjoni jew lil kwalunkwe detentur tad-drittijiet jew għal kwalunkwe utent:
ix-xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor li tirrappreżenta, id-drittijiet li timmaniġġja, direttament jew skont ftehimiet ta’ rappreżentazzjoni, u t-territorji koperti; jew
fejn, minħabba l-ambitu tal-attività tal-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv, tali xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor ma jistgħux jiġu determinati, it-tipi ta’ xogħlijiet jew ta’ materjal tematiku ieħor li tirrappreżenta, id-drittijiet li timmaniġġja u t-territorji koperti.
Artikolu 21
Divulgazzjoni ta’ informazzjoni lill-pubbliku
L-Istati Membri għandhom jiżguraw lil organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv tagħmel disponibbli mill-anqas l-informazzjoni li ġejja:
l-istatut tagħha;
it-termini ta’ adeżjoni tagħha u t-termini ta’ terminazzjoni tal-awtorizzazzjoni għall-immaniġġjar tad-drittijiet, jekk dawn ma jkunux inklużi fl-istatut;
il-kuntratti ta’ ħruġ ta’ liċenzji standard u t-tariffi applikabbli standard inkluż it-tnaqqis,
il-lista tal-persuni msemmija fl-Artikolu 10;
il-politika ġenerali tagħha dwar it-tqassim tal-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet;
il-politika ġenerali tagħha dwar it-tariffi tal-immaniġġjar;
il-politika ġenerali tagħha dwar it-tnaqqis, ħlief fir-rigward tat-tariffi tal-immaniġġjar, mid-dħul mid-drittijiet jew minn kwalunkwe introjtu li jirriżulta mill-investiment tad-dħul mid-drittijiet, inkluż it-tnaqqis għall-finijiet ta’ servizzi soċjali, kulturali u edukattivi;
lista tal-ftehimiet ta’ rappreżentazzjoni li hi parti minngom, u l-ismijiet ta’ organizzazzjonijiet ta’ mmaniġjar kollettivi li magħhom kienu konklużi dawk il-ftehimiet ta’ rappreżentazzjoni;
il-politika ġenerali dwar l-użu ta’ ammonti li ma jistgħux jitqassmu;
il-proċeduri ta’ trattament tal-ilmenti u ta’ riżolviment ta’ tilwim disponibbli skont l-Artikoli 33, 345 u 35.
Artikolu 22
Rapport annwali dwar it-trasparenza
L-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv għandha tippubblika fuq il-websajt tagħha r-rapport annwali dwar it-trasparenza, li għandu jibqa’ disponibbli għall-pubbliku fuq dik il-websajt għal talanqas ħames snin.
Ir-rapport tal-awditu, inkluża kwalunkwe kwalifika għal dan, għandhom jiġu riprodotti b’mod sħiħ fir-rapport annwali dwar it-trasparenza.
Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, l-informazzjoni dwar il-kontabbiltà, għandha tinkludi d-dikjarazzjonijiet finanzjarji msemmija fil-punt 1(a) tal-Anness u kwalunkwe informazzjoni finanzjarja msemmija fil-punti (g) u (h) tal-punt 1 u fil-punt 2 tal-Anness.
TITOLU III
ĦRUĠ TA’ LIĊENZJI MULTITERRITORJALI TA’ DRITTIJIET ONLAJN F’XOGĦLIJIET MUŻIKALI MILL-ORGANIZZAZZJONIJIET TA’ MMANIĠĠJAR KOLLETTIV
Artikolu 23
Ħruġ ta’ liċenzji multiterritorjali fis-suq intern
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv li stabbiliti fit-territorju tagħhom, jikkonformaw mar-rekwiżiti f’dan it-Titolu meta joħorġu liċenzji multiterritorjali għal drittijiet onlajn f’xogħlijiet mużikali.
Artikolu 24
Kapaċità li jiġu pproċessati liċenzji multiterritorjali
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv talanqas għandha tikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
li jkollha l-kapaċità li tidentifika b’mod preċiż, tidentifika b’mod sħiħ jew parzjali, ix-xogħlijiet mużikali li l-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv hi awtorizzata li tirrappreżenta;
li jkollha l-kapaċità li tidentifika b’mod preċiż, u b’mod sħiħ jew parzjali, fir-rigward ta’ kull territorju rilevanti, id-drittijiet u d-detenturi tad-drittijiet korrispondenti għal kull xogħol mużikali jew tiskambja ma’ dan li l-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv hija awtorizzata li tirrappreżenta;
li tagħmel użu ta’ identifikaturi uniċi biex jiġu identifikati detenturi tad-drittijiet u x-xogħlijiet mużikali, b’kunsiderazzjoni, sa fejn ikun possibbli, għall-istandards u l-prattiki industrijali volontarji li ġew żviluppati fuq il-livell internazzjonali jew tal-Unjoni;
li tagħmel użu ta’ mezzi adegwati biex tidentifika u tirriżolvi fil-ħin u b’mod effettiv inkonsistenzi fid-dejta miżmuma minn organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv oħra li joħorġu liċenzji multiterritorjali għal drittijiet onlajn f’xogħlijiet mużikali.
Artikolu 25
Trasparenza ta’ informazzjoni ta’ repertorju multiterritorjali
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv li toħroġ liċenzji multiterritorjali għal drittijiet onlajn f’xogħlijiet mużikali, tipprovdi lill-fornituri tas-servizzi tal-mużika onlajn, lid-detenturi tad-drittijiet li tirrappreżenta d-drittijiet tagħhom u lil organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv oħrajn, permezz ta’ mezzi elettroniċi, b’risposta għal talba debitament ġustifikata, informazzjoni aġġornata li tippermetti l-identifikazzjoni tar-repertorju ta’ mużika onlajn li tirrappreżenta. Din għandha tinkludi:
x-xogħlijiet mużikali rappreżentati;
id-drittijiet rappreżentati b’mod sħiħ jew parzjali; u
it-territorji koperti
Artikolu 26
Preċiżjoni ta’ informazzjoni ta’ repertorju multiterritorjali
Artikolu 27
Rappurtar u fatturazzjoni b’mod preċiż u fil-ħin
Artikolu 28
Ħlasijiet preċiżi u fil-ħin lid-detenturi tad-drittijiet
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, l-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv għandha talanqas tipprovdi l-informazzjoni li ġejja lid-detenturi tad-drittijiet flimkien ma’ kull pagament li tagħmel skont il-paragrafu 1:
il-perjodu li matulu saru l-użi li għalihom huma dovuti l-ammonti lid-detenturi tad-drittijiet u t-territorji li fihom saru l-użi;
l-ammonti miġbura, it-tnaqqis magħmul u l-ammonti mqassma mill-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv għal kull xogħol u dritt fi kwalunkwe xogħol mużikali li d-detenturi tad-drittijiet jkunu awtorizzaw lill-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv biex, b’mod sħiħ jew parzjali, tirrappreżentahom;
l-ammonti miġbura għad-detenturi tad-drittijiet, it-tnaqqis li sar u l-ammonti mqassma mill-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv fir-rigward ta’ kull fornitur ta’ servizz onlajn.
Artikolu 29
Ftehimiet bejn organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv għal ħruġ ta’ liċenzji multiterritorjali
Artikolu 30
Obbligu ta’ rappreżentazzjoni ta’ organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv oħra għall-ħruġ ta’ liċenzji multiterritorjali
Artikolu 31
Aċċess għall-ħruġ ta’ liċenzji multiterritorjali
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv ma toħroġx jew ma toffrix li toħroġ liċenzji multiterritorjali għal drittijiet onlajn f’xogħlijiet mużikali jew ma tippermettix lil organizzazzjoni oħra ta’ mmaniġġjar kollettiv tirrappreżenta dawk id-drittijiet għal dan l-iskop sal-10 ta’ April 2017, id-detenturi tad-drittijiet li awtorizzaw lil dik l-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv tirrappreżenta d-drittijiet onlajn tagħhom f’xogħlijiet mużikali, jistgħu jirtiraw minn dik l-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv id-drittijiet onlajn tagħhom f’xogħlijiet mużikali għall-finijiet tal-ħruġ ta’ liċenzji multiterritorjali fir-rigward tat-territorji kollha mingħajr ma jkunu obbligati li jirtiraw id-drittijiet onlajn f’xogħlijiet mużikali għall-finijiet ta’ ħruġ ta’ liċenzji monoterritorjali, b’mod li jkunu jistgħu jagħtu liċenzji multiterritorjali għad-drittijiet onlajn tagħhom f’xogħlijiet mużikali, huma nnifishom jew permezz ta’ xi parti oħra li huma jawtorizzaw jew permezz ta’ xi organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu.
Artikolu 32
Deroga għal drittijiet ta’ mużika onlajn meħtieġa għal programmi tar-radju u tat-televiżjoni
It-Titolu III ma għandux japplika għall-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv meta jagħtu, abbażi tal-aggregazzjoni volontarja tad-drittijiet meħtieġa, f’konformità mar-regoli tad-dritt dwar il-kompetizzjoni skont l-Artikoli 101 u 102 TFUE, liċenzja multiterritorjali għad-drittijiet onlajn f’xogħlijiet mużikali meħtieġa minn xandar biex jikkomunika jew jagħmel disponibbli għall-pubbliku l-programmi tar-radju jew televiżivi tiegħu simultanjament max-xandira inizjali tagħhom jew warajha, kif ukoll kwalunkwe materjal ieħor onlajn, inkluż wiri b’mod antiċipat, prodott mix-xandar jew għalih.
TITOLU IV
MIŻURI TA’ INFURZAR
Artikolu 33
Proċeduri ta’ lmenti
Artikolu 34
Proċeduri alternattivi għar-riżolviment ta’ tilwim
L-Istati Membri għandhom jiżguraw għall-finijiet tat-Titolu III, li t-tilwim li ġej relatat mal-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv stabbilita fit-territorju tagħhom li toħroġ jew toffri li toħroġ liċenzji multiterritorjai għal drittijiet onlajn f’xogħlijiet mużikali, jistgħu jiġu sottomessi lil korpi indipendenti u imparzjali għal riżolviment ta’ tilwim:
tilwim ma’ fornitur tas-servizzi ta’ mużika onlajn reali u potenzjali dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 16, 25, 26 u 27;
tilwim ma’ detentur tad-drittijiet wieħed jew aktar dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 25, 26, 27, 28, 29, 30 u 31;
tilwim ma’ organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv oħra dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 25, 26, 27, 28, 29, u 30.
Artikolu 35
Riżolvimentta’ tilwim
Artikolu 36
Konformità
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti msemmija f’dan l-Artikolu u fl-Artikoli 37 u 38 sal-10 ta’ April 2016. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni li tkun irċeviet f’dak ir-rigward.
Artikolu 37
L-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar
Artikolu 38
Kooperazzjoni għall-iżvilupp ta’ ħruġ ta’ liċenzji multiterritorjali
Abbażi tar-rapporti li jkunu wasslu skont il-paragrafu 3 u l-informazzjoni miġbura skont il-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-applikazzjoni tat-Titolu III ta’ din id-Direttiva. Jekk meħtieġ, u fejn xieraq abbażi ta’ rapport speċifiku, hija għandha tikkunsidra passi ulterjuri biex ikunu indirizzati kwalunkwe tip ta’ problemi identifikati. B’mod partikulari, dik il-valutazzjoni għandha tkopri dan li ġej:
l-għadd ta’ organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv li jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-Titolu III;
l-applikazzjoni tal-Artikoli 29 u 30, inkluż l-għadd ta’ ftehimiet ta’ rappreżentazzjoni konklużi minn organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv skont dawk l-Artikoli;
il-proporzjon mir-repertorju fl-Istati Membri li huwa disponibbli għall-ħruġ ta’ liċenzji fuq bażi multiterritorjali.
TITOLU V
RAPPURTAR U DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 39
Notifika ta’ organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv
Sal-10 ta’ April 2016, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni, abbażi tal-informazzjoni li tinsab għad-dispożizzjoni tagħhom lista ta’ organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv stabbiliti fit-territorji tagħhom.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw minnufih lill-Kummissjoni bi kwalunkwe tibdil f’dik il-lista.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik l-informazzjoni u żżommha aġġornata.
Artikolu 40
Rapport
Sal-10 ta’ April 2021, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Dak ir-rapport għandu jinkludi valutazzjoni tal-impatt ta’ din id-Direttiva fuq l-iżvilupp ta’ servizzi transkonfinali, fuq id-diversità kulturali, fuq ir-relazzjonijiet bejn l-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv u l-utenti u l-operat tal-Unjoni ta’ organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv stabbiliti barra mill-Unjoni u jekk ikun meħtieġ, dwar il-bżonn ta’ reviżjoni. Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva, jekk dan ikun xieraq.
Article 41
Grupp ta’ esperti
Għandu jiġi stabbilit grupp ta’ esperti. Dan għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Il-grupp ta’ esperti għandu jkun presedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni u għandu jiltaqa’ jew fuq l-inizjattiva tal-president jew fuq talba tad-delegazzjoni ta’ Stat Membru. Il-kompiti tal-kumitat għandhom ikunu kif ġej:
li jeżamina l-impatt tat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva dwar il-funzjonament ta’ organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv u ta’ entitajiet ta’ mmaniġġjar indipendenti fis-suq intern u biex jiġu enfasizzati kwalunkwe tip ta’ diffikultajiet;
li jorganizza konsultazzjonijiet dwar il-kwistjonijiet kollha li joħorġu mill-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva;
li jiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni dwar l-iżviluppi rilevanti fil-leġiżlazzjoni u fil-każistika, kif ukoll l-iżviluppi ekonomiċi, soċjali, kulturali u teknoloġiċi rilevanti speċjalment fir-rigward tas-suq diġitali fix-xogħolijiet u materjal tematiku ieħor.
Artikolu 42
Protezzjoni tad-dejta personali
L-ipproċessar tad-dejta personali li jsir fil-qafas ta’ din id-Direttiva għandu jkun soġġett għad-Direttiva 95/46/KE.
Artikolu 43
Traspożizzjoni
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi li bihom issir din ir-referenza għandhom jiġu stipulati mill-Istati Membri.
Artikolu 44
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 45
Indirizzati
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS
1. L-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fir-rapport annwali dwar it-trasparenza msemmi fl-Artikolu 22(2) għandha tinkludi:
dikjarazzjonijiet finanzjarji li jinkludu karta ta’ bilanċ jew dikjarazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet, kont tad-dħul u n-nefqa għas-sena finanzjarja u dikjarazzjoni tal-fluss tal-flus;
rapport dwar l-attivitajiet fis-sena finanzjarja;
informazzjoni dwar ir-rifjut għall-ħruġ ta’ liċenzja skont l-Artikolu 16(3);
deskrizzjoni tal-istruttura ġuridika u ta’ governanza tal-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv;
informazzjoni dwar kwalunkwe entità direttament jew indirettament ta’ proprjetà jew taħt il-kontroll, b’mod sħiħ jew parzjali tal-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv;
informazzjoni dwar l-ammont totali ta’ remunerazzjoni mħallsa lill-persuni msemmija fl-Artikoli 9(3) u 10 fis-sena preċedenti, u dwar benefiċċji oħra li ngħatawlhom;
l-informazzjoni finanzjarja msemmija fil-punt 2 ta’ dan l-Anness;
rapport speċjali dwar l-użu ta’ kwalunkwe ammont imnaqqas għall-finijiet tas-servizzi soċjali, kulturali u edukattivi, li jkun fih l-informazzjoni msemmija fil-punt 3 ta’ dan l-Anness.
2. Informazzjoni finanzjarja li għandha tkun ipprovduta fir-rapport annwali dwar it-trasparenza:
informazzjoni finanzjarja dwar id-dħul mid-drittijiet, skont il-kategorija ta’ drittijiet immaniġġjati u skont it-tip ta’ użu (eż. xandir, onlajn, wiri pubblika) inkluż l-informazzjoni dwar l-introjtu li jirriżulta mill-investiment ta’ dħul mid-drittijiet u l-użu ta’ dan id-dħul (kemm jekk imqassam lid-detenturi tad-drittijiet jew lil organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv oħrajn, jew jekk jintuża b’mod differenti);
informazzjoni finanzjarja dwar l-ispiża tas-servizzi ta’ ġestjoni tad-drittijiet u servizzi oħra pprovduti mill-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv lid-detenturi tad-drittijiet, b’deskrizzjoni komprensiva ta’ mill-anqas dawn il-punti li ġejjin:
l-ispejjeż operattivi u finanzjarji kollha, imqassma skont il-kategorija ta’ drittijiet ġestiti u fejn l-ispejjeż huma indiretti u ma jistgħux jiġu attribwiti lil kategorija waħda jew aktar ta’ drittijiet, spjegazzjoni tal-metodu użat biex jiġu allokati l-ispejjeż indiretti;
l-ispejjeż operattivi u finanzjarji kollha, imqassma skont il-kategorija ta’ drittijiet immaniġġjati, u meta l-ispejjeż ikunu indiretti u ma jistgħux jiġu attribwiti lil kategorija waħda jew aktar ta’ drittijiet, spjegazzjoni tal-metodu użat għall-allokazzjoni ta’ dawn l-ispejjeż indiretti, unikament fir-rigward tal-immaniġġjar tad-drittijiet inkluż il-ġestjoni ta’ tariffi tal-immaniġġjar imnaqqsa minn jew paċuti mad-dħul mid-drittijiet jew minn kwalunkwe introjtu li jirriżulta mill-investiment tad-dħul mid-drittijiet bi qbil mal-Artikolu 11(4) u l-Artikolu 12(1), (2) u (3);
l-ispejjeż operattivi u finanzjarji fir-rigward tas-servizzi ħlief l-immaniġġjar tad-drittijiet, iżda li jinkludi servizzi soċjali, kulturali u edukattivi;
riżorsi użati biex ikopru l-ispejjeż;
tnaqqis li jsir mid-dħul tad-drittijiet, imqassma skont il-kategorija ta’ drittijiet immaniġġjati u skont it-tip ta’ użu u l-iskop tat-tnaqqis, bħall-ispejjeż relatati mal-immaniġġjar tad-drittijiet jew mas-servizzi soċjali, kulturali jew edukattivi;
il-perċentwali li l-ispiża tas-servizzi ta’ mmaniġġjar tad-drittijiet u servizzi oħra pprovduti mill-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv lid-detenturi tad-drittijiet jirrappreżentaw meta mqabbla mad-dħul mid-drittijiet fis-sena finanzjarja rilevanti, u, fejn l-ispejjeż ikunu indiretti u ma jistgħux jiġu attribwiti lil kategorija waħda jew aktar ta’ drittijiet, spjegazzjoni tal-metodu użat għall-allokazzjoni ta’ dawn l-ispejjeż indiretti;
informazzjoni finanzjarja dwar l-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet, b’deskrizzjoni komprensiva ta’ mill-anqas il-punti li ġejjin:
l-ammont totali attribwit lid-detenturi tad-drittijiet, imqassma skont il-kategorija ta’ drittijiet immaniġġjati u skont it-tip ta’ użu;
l-ammont totali mħallas lid-detenturi tad-drittijiet, imqassam skont il-kategorija ta’ drittijiet immaniġġjati u skont it-tip ta’ użu;
il-frekwenza tal-pagamenti, imqassma skont il-kategorija ta’ drittijiet immaniġġjati u skont it-tip ta’ użu;
l-ammont totali miġbur iżda li jkun għadu ma ġiex attribwit lid-detenturi tad-drittijiet, imqassam skont il-kategorija ta’ drittijiet immaniġġjati u t-tip ta’ użu u li jindika s-sena finanzjarja li fiha nġabru dawk l-ammonti;
l-ammont totali miġbur iżda li jkun għadu ma ġiex mqassam lid-detenturi tad-drittijiet, imqassam skont il-kategorija ta’ drittijiet immaniġġjati u t-tip ta’ użu u li jindika s-sena finanzjarja li fiha nġabru dawk l-ammonti;
meta l-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv tkun għadha ma għamlitx it-tqassim u l-ħlasijiet qabel l-iskadenza ffissata fl-Artikolu 13(1), ir-raġunijiet għal dan id-dewmien;
l-ammonti totali li ma jistgħux jitqassmu, flimkien ma’ spjegazzjoni dwar il-mod kif dawk l-ammonti ntużaw.
informazzjoni dwar ir-relazzjonijet ma’ organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv b’deskrizzjoni ta’ mill-anqas il-punti li ġejjin:
l-ammonti li waslu minn organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv oħra u l-ammonti mħallsa lil organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv oħra, imqassma skont il-kategorija tad-drittijiet, skont it-tip ta’ użu u skont l-organizzazzjoni;
it-tariffi tal-immaniġġjar u tnaqqis ieħor mid-dħul mid-drittijiet dovut lil organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv oħra, imqassma skont il-kategorija ta’ drittijiet, skont it-tip ta’ użu u skont l-organizzazzjoni;
it-tariffi tal-immaniġġjar għal u tnaqqis ieħor mill-ammonti mħallsa minn organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv oħra, imqassma skont il-kategorija ta’ drittijiet u għal kull organizzazzjoni;
l-ammonti distribwiti direttament lid-detenturi tad-drittijiet li joriġina minn organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv, imqassam skont il-kategorija ta’ drittijiet u għal kull organizzazzjoni.
3. L-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fir-rapport speċjali msemmi fl-Artikolu 22(3) għandha tinkludi:
l-ammonti mnaqqsa għall-finijiet ta’ servizzi soċjali, kulturali u edukattivi fis-sena finanzjarja, imqassma skont it-tip ta’ skop u, għal kull tip ta’ skop, skont il-kategorija ta’ drittijiet immaniġġjati u għal kull tip ta’ użu;
spjegazzjoni tal-użu ta’ dawk l-ammonti, imqassma għal kull tip ta’ skop inkluż l-ispejjeż tal-immaniġġjar tal-ammonti mnaqqsa għall-finanzjament ta’ servizzi soċjali, kulturali u edukattivi u tal-ammonti separati użati għas-servizzi soċjali, kulturali u edukattivi.
( 1 ) Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87).