EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 62008TN0007
Case T-7/08: Action brought on 4 January 2008 — Nestlé v OHIM — Master Beverage Industries (Golden Eagle Deluxe)
Kawża T-7/08: Rikors ippreżentat fl- 4 ta' Jannar 2008 — Nestlé vs L-UASI — Master Beverage Industries (Golden Eagle Deluxe)
Kawża T-7/08: Rikors ippreżentat fl- 4 ta' Jannar 2008 — Nestlé vs L-UASI — Master Beverage Industries (Golden Eagle Deluxe)
ĠU C 64, 8.3.2008, p. 56–57
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
8.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 64/56 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta' Jannar 2008 — Nestlé vs L-UASI — Master Beverage Industries (Golden Eagle Deluxe)
(Kawża T-7/08)
(2008/C 64/90)
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Société des Produits Nestlé SA (Vevey, l-Iżvizzera) (rappreżentant: A. von Mühlendahl, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Master Beverage Industries Pte Ltd (Singapore, Singapore)
Talbiet tar-rikorrent(i)
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell tal-konvenut ta' l-1 ta' Ottubru 2007, Każ R 1312/2006-2 (Trade mark Komunitarja Nru 3 157 534); |
— |
tiċħad l-applikazzjoni kkontestata tat-trade mark Komunitarja Nru 3 157 534 RED MUG bil-logo “Golden Eagle Deluxe”; |
— |
tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord ta' l-Appell; |
— |
tordna lil Master Beverage, il-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell, tħallas l-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti qudiem il-Bord ta' l-Appell, f'każ li ssir parti intervenjenti fil-kawża. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Master Beverage Industries Pte Ltd
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “Golden Eagle” għal prodotti fil-klassi 30 — Applikazzjoni Nru 3 157 534
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: It-trade marks figurattivi Komunitarji, internazzjonali u nazzjonali u t-trade marks verbali “Red Cup”, “Gold Blend” u stampi ta' kikkra, inter alia, għal kafé
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: L-oppożizzjoni ġiet kompletament miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: L-appell ġie miċħud
Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, peress li t-trade marks kunfliġġenti huma simili ħafna mill-aspett viżiv minħabba arranġament identiku ta' disa' elementi, intrinsikament distintivi, preżenti kemm fit-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni kif ukoll fil-maġġoranza tat-trade marks preċedenti.