Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32025R0512

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/512 tat-13 ta’ Marzu 2025 dwar l-arranġamenti tekniċi għall-iżvilupp, il-manutenzjoni u t-tħaddim ta’ sistemi elettroniċi għall-iskambju u l-ħżin tal-informazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

C/2025/1503

ĠU L, 2025/512, 20.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/512/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/512/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/512

20.3.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/512

tat-13 ta’ Marzu 2025

dwar l-arranġamenti tekniċi għall-iżvilupp, il-manutenzjoni u t-tħaddim ta’ sistemi elettroniċi għall-iskambju u l-ħżin tal-informazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(1), il-punt (b), l-Artikolu 17 u l-Artikolu 50(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 (“il-Kodiċi” jew “KDU”) jirrikjedi li l-iskambji kollha ta’ informazzjoni, bħal dikjarazzjonijiet, applikazzjonijiet, jew deċiżjonijiet, bejn l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri u bejn l-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, u l-ħżin ta’ dik l-informazzjoni, kif meħtieġ skont il-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni, isiru bl-użu ta’ tekniki elettroniċi tal-ipproċessar tad-data.

(2)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2879 (2) tistabbilixxi l-programm ta’ ħidma għall-implimentazzjoni tas-sistemi elettroniċi meħtieġa għall-applikazzjoni tal-Kodiċi, li għandhom jiġu żviluppati permezz tal-proġetti elenkati fit-Taqsima II tal-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni.

(3)

Jenħtieġ li jiġu speċifikati arranġamenti tekniċi importanti għall-funzjonament tas-sistemi elettroniċi, bħall-arranġamenti għall-iżvilupp, l-ittestjar u l-varar kif ukoll għall-manutenzjoni u għall-bidliet li għandhom jiġu introdotti fis-sistemi elettroniċi. Jenħtieġ li jiġu speċifikati aktar arranġamenti dwar il-protezzjoni tad-data, l-aġġornament tad-data, il-limitazzjoni tal-ipproċessar tad-data u s-sjieda u s-sigurtà tas-sistemi.

(4)

Sabiex jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet u l-interessi tal-Unjoni, tal-Istati Membri, u tal-operaturi ekonomiċi, huwa importanti li jiġu stabbiliti r-regoli proċedurali u li jiġu previsti soluzzjonijiet alternattivi li għandhom jiġu implimentati f’każ ta’ ħsara temporanja fis-sistemi elettroniċi.

(5)

Il-Portal Doganali tal-Unjoni Ewropea għan-Negozjanti (EUCTP, European Union Customs Trader Portal), kif inizjalment żviluppat permezz tal-Operatur Ekonomiku Awtorizzat (AEO, Authorised Economic Operator) tal-KDU, l-Informazzjoni Vinkolanti Ewropea dwar it-Tariffi (EBTI, European Binding Tariff Information) u l-Iskedi ta’ Informazzjoni (INF, Information Sheets) għal Proċeduri Speċjali (INF SP, Information Sheets for Special Procedures), għandu l-għan li jipprovdi punt ta’ aċċess uniku għall-operaturi ekonomiċi u persuni oħra, u li jaċċessa kull wieħed mill-portali speċifiċi tan-negozjanti żviluppati għas-sistemi relatati tagħhom.

(6)

Is-Sistema tad-Deċiżjonijiet Doganali (CDS, Customs Decisions System), żviluppata permezz tal-proġett tad-Deċiżjonijiet Doganali tal-KDU msemmi fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2879, għandha l-għan li tarmonizza l-proċessi għall-applikazzjoni għal deċiżjoni doganali, għat-teħid tad-deċiżjonijiet u għall-ġestjoni tad-deċiżjonijiet fl-Unjoni kollha bl-użu ta’ tekniki elettroniċi għall-ipproċessar tad-data biss. Għalhekk, jeħtieġ jiġu stabbiliti regoli li jirregolaw dik is-sistema elettronika. Il-kamp ta’ applikazzjoni tas-sistema jenħtieġ li jiġi ddeterminat b’referenza għad-deċiżjonijiet doganali li ssir applikazzjoni għalihom, meħuda u ġestiti bl-użu ta’ dik is-sistema. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dettaljati dwar il-komponenti komuni tas-sistema (il-portal tan-negozjanti tal-UE, is-sistema ċentrali ta’ ġestjoni tad-deċiżjonijiet doganali u s-servizzi ta’ referenza għall-klijenti) u l-komponenti nazzjonali (il-portal nazzjonali għan-negozjanti u s-sistema nazzjonali ta’ ġestjoni tad-deċiżjonijiet doganali), billi jiġu speċifikati l-funzjonijiet u l-interkonnessjonijiet tagħhom.

(7)

Is-sistema tal-Ġestjoni Uniformi tal-Utenti u tal-Firma Diġitali (UUM&DS, Uniform User Management and Digital Signature), żviluppata permezz tal-proġett ta’ aċċess dirett għan-negozjanti għas-Sistemi tal-Informazzjoni Ewropej (Ġestjoni Uniformi tal-Utenti u tal-Firma Diġitali) imsemmi fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2879, għandha l-għan li tiġġestixxi l-proċess tal-awtentikazzjoni u tal-verifika tal-aċċess għall-operaturi ekonomiċi u għal persuni oħra. Jeħtieġ jiġu stabbiliti regoli dettaljati dwar il-kamp ta’ applikazzjoni u l-karatteristiċi tas-sistema billi jiġu speċifikati l-komponenti differenti (komponenti komuni u nazzjonali) tas-sistema, il-funzjonijiet u l-interkonnessjonijiet tagħhom.

(8)

Is-sistema tal-EBTI, kif aġġornata permezz tal-proġett ta’ Informazzjoni Vinkolanti dwar it-Tariffi (BTI, Binding Tariff Information) tal-KDU msemmi fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2879, għandha l-għan li tallinja l-proċessi għall-applikazzjoni għal deċiżjonijiet tal-BTI, it-teħid u l-ġestjoni tagħhom mar-rekwiżiti tal-Kodiċi bl-użu ta’ tekniki elettroniċi tal-ipproċessar tad-data biss. Għalhekk, jeħtieġ jiġu stabbiliti r-regoli li jirregolaw dik is-sistema. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dettaljati għall-komponenti komuni tas-sistema (il-portal tan-negozjanti tal-UE, is-sistema ċentrali tal-EBTI u l-monitoraġġ tal-użu tal-BTI) u għall-komponenti nazzjonali (il-portal nazzjonali għan-negozjanti u s-sistema tal-BTI nazzjonali), billi jiġu speċifikati l-funzjonijiet u l-interkonnessjonijiet tagħhom. Barra minn hekk, il-proġett għandu l-għan li jiffaċilita l-monitoraġġ tal-użu obbligatorju tal-BTI u l-monitoraġġ u l-ġestjoni tal-użu estiż tal-BTI.

(9)

Is-sistema tar-Reġistrazzjoni u tal-Identifikazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi (EORI, Economic Operator Registration and Identification), kif aġġornata permezz tal-proġett tas-sistema tar-Reġistrazzjoni u tal-Identifikazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi tal-KDU (EORI 2) imsemmi fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2879, tippermetti r-reġistrazzjoni u l-identifikazzjoni tal-operaturi ekonomiċi tal-Unjoni u ta’ pajjiżi terzi u ta’ persuni oħra għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni. Għalhekk, jeħtieġ jiġu stabbiliti regoli li jirregolaw is-sistema billi jiġu speċifikati l-komponenti (is-sistema ċentrali tal-EORI u s-sistemi nazzjonali tal-EORI) u l-użu tas-sistema tal-EORI. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-leġiżlazzjoni doganali u tal-kontrolli doganali, li jinkludu l-leġiżlazzjoni kollha li tirregola d-dħul, l-importazzjoni, l-esportazzjoni, it-tranżitu u l-ħruġ tal-merkanzija, inklużi miżuri restrittivi f’konformità mal-Artikoli 46 u 50(1) tal-Kodiċi, u, b’mod partikolari, biex l-Istati Membri jingħataw data arrikkita u informazzjoni oħra rilevanti għall-identifikazzjoni tar-riskji permezz tal-ipproċessar tad-data, u t-tqabbil u l-analiżi tad-data minn sorsi differenti fil-livell tal-Unjoni, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-Kummissjoni tingħata aċċess għall-komponent ċentrali tas-sistema tal-EORI. Barra minn hekk, kif stabbilit fl-Artikolu 17 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha tiżgura l-applikazzjoni tat-Trattati u tal-miżuri adottati mill-istituzzjonijiet skonthom, li jinkludu l-leġiżlazzjoni doganali u b’hekk ukoll id-dispożizzjonijiet dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-operaturi ekonomiċi fil-leġiżlazzjoni doganali, dan ir-regolament u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2879 adottati skont l-Artikolu 280(2), il-punt (b) tal-Kodiċi biex jittejbu l-effiċjenza, l-effettività u l-applikazzjoni uniformi tal-proċeduri doganali inklużi l-kontrolli doganali. Bħala waħda mis-sistemi stabbiliti f’dan ir-regolament u fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2879, u kif diġà previst fir-rigward tas-Sistema ta’ Kontroll tal-Importazzjoni 2 (ICS2, Import Control System 2) u s-sistema ta’ Sorveljanza, is-sistema tal-EORI jenħtieġ li għalhekk tintuża wkoll mill-Kummissjoni biex tiżgura l-implimentazzjoni uniformi, effettiva u effiċjenti tal-leġiżlazzjoni doganali u għalhekk jenħtieġ li jiġi ċċarat li l-Kummissjoni jenħtieġ li taċċessa l-komponent ċentrali tas-sistema tal-EORI għal dan l-għan ukoll.

(10)

Is-sistema tal-AEO, kif aġġornata permezz tal-proġett tal-Operaturi Ekonomiċi Awtorizzati (AEO) tal-KDU msemmi fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2879, għandha l-għan li ttejjeb il-proċessi tan-negozju relatati mal-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet tal-AEO u l-ġestjoni ta’ tali applikazzjonijiet u awtorizzazzjonijiet. Is-sistema għandha wkoll l-għan li timplimenta l-formola elettronika li għandha tintuża għall-applikazzjonijiet u d-deċiżjonijiet tal-AEO, u li tipprovdi lill-operaturi ekonomiċi EUCTP li permezz tiegħu jissottomettu l-applikazzjonijiet tal-AEO u jirċievu d-deċiżjonijiet tal-AEO b’mod elettroniku. Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dettaljati dwar il-komponenti komuni tas-sistema.

(11)

Is-Sistema ta’ Kontroll tal-Importazzjoni 2 (ICS2), kif żviluppata permezz tal-proġett ICS2 imsemmi fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2879 għandha l-għan li ssaħħaħ is-sikurezza u s-sigurtà tal-merkanzija li tidħol fl-Unjoni. Is-sistema tappoġġa l-ġbir ta’ data tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul minn operaturi ekonomiċi differenti u persuni oħra li jaġixxu fil-ktajjen tal-provvista internazzjonali għall-merkanzija. Is-sistema għandha wkoll l-għan li tappoġġa l-iskambji kollha ta’ informazzjoni relatata mal-issodisfar tar-rekwiżiti tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul bejn l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri u l-operaturi ekonomiċi u persuni oħra permezz ta’ interfaċċa armonizzata tan-negozjanti żviluppata jew bħala applikazzjoni komuni jew bħala applikazzjoni nazzjonali. Is-sistema għandha wkoll l-għan li tappoġġa, permezz ta’ repożitorju komuni u proċessi relatati, l-implimentazzjoni kollaborattiva f’ħin reali tal-analiżi tar-riskju għas-sigurtà u s-sikurezza mill-uffiċċji doganali tal-ewwel dħul u l-iskambju tar-riżultati tal-analiżi tar-riskju fost l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, qabel it-tluq tal-merkanzija minn pajjiżi terzi u/jew qabel il-wasla tagħhom fit-territorju doganali tal-Unjoni. Barra minn hekk, is-sistema tappoġġa miżuri doganali biex jiġu indirizzati r-riskji għas-sikurezza u s-sigurtà identifikati wara analiżi tar-riskju, inklużi kontrolli doganali u l-iskambju tar-riżultati tal-kontrolli, u, meta rilevanti, notifiki lill-operaturi ekonomiċi u lil persuni oħra dwar ċerti miżuri li jeħtieġ li jieħdu biex jimmitigaw ir-riskji. Fl-aħħar nett, is-sistema tappoġġa l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni mill-Kummissjoni u mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri tal-implimentazzjoni tal-kriterji u l-istandards komuni tar-riskju għas-sikurezza u s-sigurtà u tal-miżuri ta’ kontroll u l-oqsma ta’ kontroll prijoritarji msemmija fil-Kodiċi. Għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, jeħtieġ jiġu stabbiliti regoli dettaljati li jispeċifikaw il-komponenti u l-użu tas-sistema.

(12)

F’konformità mad-Deċiżjoni 6/2020 tal-Kumitat Konġunt (3) u mal-Artikolu 12(2) tal-Qafas ta’ Windsor (4), jenħtieġ li jiġi kkonfermat li r-Rappreżentanti tal-Unjoni kif imsemmija fl-Artikolu 12(2) tal-Qafas ta’ Windsor jistgħu jkomplu jużaw id-data relatata mar-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq, li tinġabar permezz tal-ICS2.

(13)

Is-Sistema Awtomatizzata tal-Esportazzjoni, kif aġġornata permezz tal-proġett tas-Sistema Awtomatizzata tal-Esportazzjoni (AES, Automated Export System) tal-KDU msemmi fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2879, għandha l-għan li taġġorna s-Sistema ta’ Kontroll tal-Esportazzjoni eżistenti biex tiġi allinjata mar-rekwiżiti l-ġodda tan-negozju u tad-data stabbiliti fil-Kodiċi. Is-sistema għandha wkoll l-għan li toffri l-funzjonalitajiet kollha meħtieġa u li tkopri l-interfaċċi meħtieġa mas-sistemi ta’ appoġġ, jiġifieri s-Sistema Ġdida ta’ Tranżitu Kompjuterizzata (NCTS, New Computerised Transit System) u s-Sistema tal-Movimenti u tal-Kontrolli ta’ Prodotti Soġġetti għas-Sisa. Barra minn hekk, l-AES tappoġġa l-implimentazzjoni tal-iżdoganar ċentralizzat fil-funzjonalitajiet tal-esportazzjoni. Peress li l-AES hija sistema deċentralizzata, jeħtieġ jiġu stabbiliti regoli li jispeċifikaw il-komponenti u l-użu tas-sistema.

(14)

Fl-interess tal-kontinwità tal-operat u sabiex jiġi evitat tfixkil serju fil-kummerċ, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jkomplu jagħmlu użu mill-miżuri tranżizzjonali u mill-mekkaniżmi ta’ appoġġ, inkluż il-konvertur ċentrali għall-AES, matul perjodu estiż li jintemm fid-data definita fl-Artikolu 56 ta’ dan ir-Regolament, li jmur lil hinn mit-tieqa tal-varar tal-AES stabbilita fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2879.

(15)

L-NCTS, kif aġġornata permezz tal-proġett tas-Sistema Ġdida ta’ Tranżitu Kompjuterizzata (NCTS) tal-KDU msemmi fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2879, għandha l-għan li taġġorna l-Fażi 4 tal-NCTS eżistenti biex tallinja mar-rekwiżiti l-ġodda tan-negozju u tad-data stabbiliti fil-Kodiċi. Is-sistema għandha wkoll l-għan li toffri funzjonalitajiet ġodda msemmija fil-Kodiċi u li tkopri l-interfaċċi meħtieġa b’sistemi ta’ appoġġ u l-AES. Peress li l-NCTS hija sistema deċentralizzata, jeħtieġ jiġu stabbiliti regoli li jispeċifikaw il-komponenti u l-użu tas-sistema.

(16)

Is-sistema tal-INF SP, żviluppata permezz tal-Iskedi ta’ Informazzjoni tal-KDU (INF) għall-proġett tal-Proċeduri Speċjali msemmi fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2879, għandha l-għan li tiżviluppa sistema trans-Ewropea ġdida biex tappoġġa u tissimplifika l-proċessi tal-ġestjoni tad-data tal-INF u t-trattament elettroniku tad-data tal-INF fil-qasam tal-Proċeduri Speċjali. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dettaljati biex jispeċifikaw il-komponenti u l-użu tas-sistema.

(17)

F’konformità mal-Artikolu 46(3) u (5) kif ukoll mal-Artikolu 47(2) tal-Kodiċi, mal-Artikolu 8 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (5), mal-Protokoll 10 dwar is-simplifikazzjoni tal-ispezzjonijiet u tal-formalitajiet fir-rigward tat-trasport ta’ oġġetti kif emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 76/2009 (6) u mal-Artikolu 12 tal-Ftehim tal-25 ta’ Ġunju 2009 bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar is-simplifikazzjoni tal-ispezzjonijiet u tal-formalitajiet fir-rigward tat-trasport ta’ oġġetti kif ukoll dwar miżuri doganali ta’ sigurtà kif emendat bid-Deċiżjoni Nru 1/2021 tal-Kumitat Konġunt UE-Żvizzera (7), is-sistema ta’ ġestjoni tar-riskju doganali (CRMS, customs risk management system) imsemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (8) għandha l-għan li tappoġġa l-iskambju ta’ informazzjoni dwar ir-riskju bejn l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, tal-Iżvizzera u tan-Norveġja, u bejn dawk l-awtoritajiet doganali u l-Kummissjoni biex tappoġġa l-implimentazzjoni tal-qafas komuni tal-ġestjoni tar-riskju.

(18)

Is-sistema tal-Iżdoganar Ċentralizzat għall-Importazzjoni (CCI, Centralised Clearance for Import), kif żviluppata permezz tal-proġett tal-Iżdoganar Ċentralizzat għall-Importazzjoni (CCI) tal-KDU msemmi fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2879 għandha l-għan li tippermetti li l-merkanzija titqiegħed taħt proċedura doganali permezz ta’ żdoganar ċentralizzat, u b’hekk tippermetti lill-operaturi ekonomiċi jiċċentralizzaw in-negozju tagħhom minn perspettiva doganali. L-ipproċessar tad-dikjarazzjoni doganali u r-rilaxx fiżiku tal-merkanzija jenħtieġ li jiġu kkoordinati bejn l-uffiċċji doganali involuti. Peress li s-sistema tas-CCI hija sistema deċentralizzata, jeħtieġ jiġu stabbiliti regoli li jispeċifikaw il-komponenti u l-użu tas-sistema.

(19)

Is-sistema tal-Esportaturi Rreġistrati (REX, Registered Exporter), imsemmija fl-Artikoli 68 sa 93 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447, għandha l-għan li tippermetti lill-esportaturi rreġistrati fl-Unjoni u f’xi pajjiżi terzi li magħhom l-Unjoni għandha arranġament kummerċjali preferenzjali biex jiċċertifikaw huma stess l-oriġini tal-merkanzija tagħhom. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dettaljati biex jispeċifikaw il-komponenti u l-użu tas-sistema.

(20)

Is-sistema tal-Prova tal-Istatus tal-Unjoni (PoUS, Proof of Union Status), żviluppata permezz tal-proġett tal-PoUS tal-KDU msemmi fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2879, għandha l-għan li toħloq sistema trans-Ewropea ġdida għall-ħżin, il-ġestjoni u l-irkupru tal-provi tal-istatus tal-Unjoni fil-forma ta’ dokumenti T2L/T2LF u dokumenti tal-manifest doganali tal-merkanzija (CGM, customs goods manifest). Jeħtieġ jiġu stabbiliti regoli li jispeċifikaw il-komponenti u l-użu tas-sistema.

(21)

Is-sistema ta’ Sorveljanza, kif aġġornata permezz tal-proġett Sorveljanza 3 tal-KDU msemmi fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2879, għandha l-għan li taġġorna s-sistema ta’ Sorveljanza 2+ biex tiżgura li tkun allinjata mar-rekwiżiti tal-KDU bħall-iskambju standard ta’ informazzjoni permezz ta’ tekniki elettroniċi tal-ipproċessar tad-data u l-istabbiliment tal-funzjonalitajiet meħtieġa għall-ipproċessar u l-analiżi tas-sett sħiħ tad-data tas-sorveljanza miksub mill-Istati Membri. Is-sistema ta’ Sorveljanza, li hija disponibbli għall-Kummissjoni u għall-Istati Membri, tinkludi wkoll kapaċitajiet ta’ estrazzjoni tad-data u funzjonalitajiet ta’ rapportar. Jeħtieġ jiġu stabbiliti regoli li jispeċifikaw il-komponenti u l-użu tas-sistema.

(22)

Is-sistema tal-Ġestjoni tal-Garanziji (GUM, Guarantee Management), żviluppata permezz tal-proġett GUM tal-KDU msemmi fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2879, għandha l-għan li tiżgura l-ġestjoni effiċjenti u effettiva ta’ tipi differenti ta’ garanziji, ħlief għat-tranżitu li jiġi ttrattat bħala parti mill-proġett tal-NCTS. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dettaljati biex jispeċifikaw il-komponenti u l-użu tas-sistema.

(23)

Meta l-Kummissjoni għandha taġixxi bħala kontrollur konġunt flimkien mal-Istati Membri, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jistabbilixxu arranġamenti ta’ kontroll konġunt skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) u l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10).

(24)

Il-perjodi ta’ żamma tad-data jeħtieġ jiġu definiti biex jippermettu l-applikazzjoni sħiħa tal-leġiżlazzjoni doganali u biex jiżguraw ġestjoni u kontrolli effettivi tar-riskju, inklużi kontrolli ex post.

(25)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1070 (11) jistabbilixxi l-arranġamenti tekniċi għall-iżvilupp, il-manutenzjoni u l-użu ta’ sistemi elettroniċi għall-iskambju ta’ informazzjoni u għall-ħżin ta’ tali informazzjoni skont il-Kodiċi. Minħabba l-għadd ta’ emendi li jeħtieġ isiru f’dak ir-Regolament biex jitqies il-fatt li l-GUM sar kompletament operattiv, l-iżviluppi fir-rigward tal-approċċ ta’ tranżizzjoni għall-AES u l-aċċess aġġornat għad-data għall-EORI, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1070 jitħassar u jiġi sostitwit b’Regolament ta’ Implimentazzjoni ġdid.

(26)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali. Meta għall-finijiet tal-applikazzjoni uniformi tal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni jkun meħtieġ li d-data personali tiġi pproċessata fis-sistemi elettroniċi, jenħtieġ li l-awtoritajiet tal-Istati Membri jipproċessaw dik id-data f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 u jenħtieġ li l-Kummissjoni tipproċessa dik id-data f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725. Id-data personali tal-operaturi ekonomiċi u ta’ persuni oħrajn ipproċessata mis-sistemi elettroniċi jenħtieġ li tkun ristretta għas-settijiet tad-data kif stabbilit fl-Anness A, it-Titolu II, it-Taqsima 3, il-Grupp 33 – Partijiet; l-Anness B, it-Titolu II, il-Grupp 13 – Partijiet; u l-Anness 12-01 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 (12).

(27)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725.

(28)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament japplika għas-sistemi ċentrali li ġejjin żviluppati jew aġġornati permezz tal-proġetti li ġejjin imsemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2879:

(a)

is-Sistema tad-Deċiżjonijiet Doganali (CDS), żviluppata permezz tal-proġett tad-Deċiżjonijiet Doganali tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (il-“Kodiċi” jew il-“KDU”);

(b)

is-sistema tal-Ġestjoni Uniformi tal-Utenti u tal-Firma Diġitali (UUM&DS), żviluppata permezz tal-proġett tal-aċċess dirett min-negozjanti għas-Sistemi tal-Informazzjoni Ewropej (Ġestjoni Uniformi tal-Utenti u Firma Diġitali);

(c)

is-sistema tal-Informazzjoni Vinkolanti Ewropea dwar it-Tariffi (EBTI), aġġornata permezz tal-proġett tal-Informazzjoni Vinkolanti dwar it-Tariffi (BTI) tal-KDU;

(d)

is-sistema tar-Reġistrazzjoni u tal-Identifikazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi (EORI), aġġornata permezz tal-proġett ta’ aġġornament tas-sistema tar-Reġistrazzjoni u tal-Identifikazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi (EORI 2) tal-KDU;

(e)

is-sistema tal-Operatur Ekonomiku Awtorizzat (AEO), aġġornata f’konformità mar-rekwiżiti tal-Kodiċi permezz tal-proġett ta’ aġġornament tal-AEO;

(f)

is-Sistema ta’ Kontroll tal-Importazzjoni 2 (ICS2), żviluppata permezz tal-proġett ICS2;

(g)

is-sistema tal-Iskedi ta’ Informazzjoni (INF) għall-Proċeduri Speċjali (INF SP), żviluppata permezz tal-proġett tal-Iskedi ta’ Informazzjoni tal-KDU (INF) għall-Proċeduri Speċjali;

(h)

is-sistema tal-Esportaturi Rreġistrati (REX), żviluppata permezz tal-proġett tar-REX tal-KDU;

(i)

is-sistema tal-Prova tal-Istatus tal-Unjoni (PoUS), żviluppata permezz tal-proġett tal-PoUS tal-KDU;

(j)

is-sistema ta’ Sorveljanza, aġġornata permezz tal-proġett ta’ Sorveljanza 3 tal-KDU.

2.   Dan ir-Regolament japplika għas-sistemi deċentralizzati li ġejjin kif żviluppati jew aġġornati permezz tal-proġetti li ġejjin imsemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2879:

(a)

is-Sistema Awtomatizzata tal-Esportazzjoni (AES), żviluppata f’konformità mar-rekwiżiti tal-Kodiċi permezz tal-proġett AES;

(b)

is-Sistema Ġdida ta’ Tranżitu Kompjuterizzata (NCTS), aġġornata f’konformità mar-rekwiżiti tal-Kodiċi permezz tal-proġett ta’ aġġornament tal-NCTS;

(c)

is-sistema tal-Iżdoganar Ċentralizzat għall-Importazzjoni (CCI), żviluppata permezz tal-proġett tas-CCI tal-KDU;

(d)

is-sistema tal-Ġestjoni tal-Garanziji (GUM), żviluppata permezz tal-proġett GUM tal-KDU.

3.   Dan ir-Regolament japplika wkoll għas-sistemi ċentrali li ġejjin:

(a)

il-Portal Doganali tal-Unjoni Ewropea għan-Negozjanti (EUCTP);

(b)

is-sistema ta’ ġestjoni tar-riskju doganali (CRMS) imsemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“komponent komuni” tfisser komponent tas-sistemi elettroniċi żviluppat fil-livell tal-Unjoni, li jkun disponibbli għall-Istati Membri kollha jew identifikat bħala komuni mill-Kummissjoni għal raġunijiet ta’ effiċjenza, sigurtà u razzjonalizzazzjoni;

(2)

“komponent nazzjonali” tfisser komponent tas-sistemi elettroniċi żviluppat fil-livell nazzjonali, li jkun disponibbli fl-Istat Membru li jkun ħoloq it-tali komponent jew li jkun ikkontribwixxa għall-ħolqien konġunt tiegħu;

(3)

“sistema trans-Ewropea” tfisser ġabra ta’ sistemi kollaborattivi b’responsabbiltajiet imqassma fost l-amministrazzjonijiet nazzjonali u l-Kummissjoni, u żviluppati b’kooperazzjoni mal-Kummissjoni;

(4)

“sistema ċentrali” tfisser sistema trans-Ewropea żviluppata fil-livell tal-Unjoni, li tikkonsisti minn komponenti komuni li huma disponibbli għall-Istati Membri kollha u li ma jeħtiġux il-ħolqien ta’ komponent nazzjonali;

(5)

“sistema deċentralizzata” tfisser sistema trans-Ewropea li tikkonsisti minn komponenti komuni u nazzjonali bbażati fuq speċikazzjonijiet komuni;

(6)

“EU Login” huwa s-servizz ta’ awtentikazzjoni tal-utent tal-Kummissjoni, li jippermetti lill-utenti awtorizzati jaċċessaw b’mod sikur firxa wiesgħa ta’ servizzi web tal-Kummissjoni;

(7)

“estrazzjoni tad-data” tfisser l-analiżi ta’ volumi kbar ta’ data f’forma diġitali permezz ta’ kwalunkwe teknika analitika biex tiġi ġġenerata informazzjoni li tinkludi mudelli, xejriet u korrelazzjonijiet biex jittaffew ir-riskji u jiġi permess teħid ta’ deċiżjonijiet infurmat ibbażat fuq intervent mill-bniedem;

(8)

“Rappreżentanti tal-Unjoni” tfisser ir-rappreżentanti tal-Unjoni kif imsemmija fl-Artikolu 12(2) tal-Qafas ta’ Windsor.

Artikolu 3

Punti ta’ kuntatt għas-sistemi elettroniċi

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jaħtru punti ta’ kuntatt għal kull sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament, għall-finijiet tal-iskambju ta’ informazzjoni biex jiġu żgurati żvilupp, tħaddim u manutenzjoni koordinati ta’ dawk is-sistemi elettroniċi.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw id-dettalji ta’ dawk il-punti ta’ kuntatt lil xulxin u jinfurmaw lil xulxin minnufih bi kwalunkwe bidla.

KAPITOLU II

PORTAL DOGANALI TAL-UE GĦAN-NEGOZJANTI

Artikolu 4

Objettiv u struttura tal-EUCTP

Il-Portal Doganali tal-UE għan-Negozjanti (“EUCTP”) għandu jipprovdi lill-operaturi ekonomiċi u lil persuni oħra punt ta’ dħul uniku biex jaċċessaw il-portali speċifiċi għan-negozjanti tas-sistemi trans-Ewropej imsemmija fl-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Awtentikazzjoni u aċċess għall-EUCTP

1.   L-awtentikazzjoni u l-verifika tal-aċċess tal-operaturi ekonomiċi u ta’ persuni oħra għall-finijiet ta’ aċċess għall-EUCTP għandhom isiru bl-użu tas-sistema tal-UUM&DS.

Sabiex ir-rappreżentanti doganali jkunu awtentikati u jkunu jistgħu jaċċessaw l-EUCTP, l-għoti tas-setgħa lilhom biex jaġixxu f’dik il-kapaċità għandu jkun irreġistrat fis-sistema tal-UUM&DS jew f’sistema tal-ġestjoni tal-identità u tal-aċċess stabbilita minn Stat Membru skont l-Artikolu 20 ta’ dan ir-Regolament. L-għoti tas-setgħa ma għandux jiġi rreġistrat għall-fini ta’ aċċess għall-interfaċċa kondiviża tan-negozjanti għall-ICS2 kif imsemmi fl-Artikolu 45 ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-awtentikazzjoni u l-verifika tal-aċċess tal-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għall-finijiet ta’ aċċess għall-EUCTP għandhom isiru bl-użu tas-servizzi tan-network ipprovduti mill-Kummissjoni.

3.   L-awtentikazzjoni u l-verifika tal-aċċess tal-persunal tal-Kummissjoni għall-finijiet tal-aċċess għall-EUCTP għandhom isiru billi tintuża s-sistema tal-UUM&DS jew is-servizzi tan-network ipprovduti mill-Kummissjoni.

Artikolu 6

Użu tal-EUCTP

1.   L-EUCTP għandu jipprovdi aċċess għall-portali speċifiċi għan-negozjanti tas-sistemi trans-Ewropej EBTI AEO, INF, REX u PoUS imsemmija fl-Artikoli 24, 38, 68, 83 u 96 ta’ dan ir-Regolament, rispettivament, kif ukoll għall-interfaċċa kondiviża tan-negozjanti għall-ICS2 imsemmija fl-Artikolu 45 ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-EUCTP għandu jintuża għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri u l-operaturi ekonomiċi u persuni oħra, dwar it-talbiet, l-applikazzjonijiet, l-awtorizzazzjonijiet u d-deċiżjonijiet relatati mal-EBTI, l-AEO, l-INF, is-sistema tar-REX u l-PoUS.

3.   L-EUCTP jista’ jintuża għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri u l-operaturi ekonomiċi u persuni oħra, dwar dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul u meta applikabbli, dwar l-emendi, ir-referenzi maħruġa u l-invalidazzjoni tagħhom relatati mal-ICS2.

KAPITOLU III

SISTEMA TA’ DEĊIŻJONIJIET DOGANALI

Artikolu 7

Objettiv u struttura tas-CDS

1.   Is-Sistema ta’ Deċiżjonijiet Doganali (“CDS”) għandha tippermetti l-komunikazzjoni bejn il-Kummissjoni, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, l-operaturi ekonomiċi u persuni oħra biex jissottomettu u jipproċessaw l-applikazzjonijiet u d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 8(1) ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll biex jiġġestixxu deċiżjonijiet relatati mal-awtorizzazzjonijiet, jiġifieri, emendi, revoki, annullamenti u sospensjonijiet.

2.   Is-CDS għandha tikkonsisti mill-komponenti komuni li ġejjin:

(a)

portal tal-UE għan-negozjanti;

(b)

sistema ċentrali ta’ ġestjoni tad-deċiżjonijiet doganali (CDMS, customs decisions management system, “CDMS ċentrali”);

(c)

servizzi ta’ referenza għall-klijenti (CRS, customer reference services).

3.   L-Istati Membri jistgħu joħolqu l-komponenti nazzjonali li ġejjin:

(a)

portal nazzjonali għan-negozjanti;

(b)

sistema nazzjonali ta’ ġestjoni tad-deċiżjonijiet doganali (“CDMS nazzjonali”).

Artikolu 8

Użu tas-CDS

1.   Is-CDS għandha tintuża għas-sottomissjoni u l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet li ġejjin, kif ukoll għall-ġestjoni tad-deċiżjonijiet relatati ma’ dawk l-applikazzjonijiet jew l-awtorizzazzjonijiet:

(a)

l-awtorizzazzjoni għas-simplifikazzjoni tad-determinazzjoni tal-ammonti li jkunu parti mill-valur doganali tal-merkanzija, kif imsemmi fl-Artikolu 73 tal-Kodiċi;

(b)

l-awtorizzazzjoni għall-għoti ta’ garanzija komprensiva, inkluż xi tnaqqis jew eżenzjoni possibbli, kif imsemmi fl-Artikolu 95 tal-Kodiċi;

(c)

l-awtorizzazzjoni għal differiment tal-pagament tad-dazju pagabbli, sakemm il-permess ma jingħatax fir-rigward ta’ operazzjoni unika, kif imsemmi fl-Artikolu 110 tal-Kodiċi;

(d)

l-awtorizzazzjoni għat-tħaddim ta’ faċilitajiet ta’ ħżin temporanju, kif imsemmi fl-Artikolu 148 tal-Kodiċi;

(e)

l-awtorizzazzjoni biex jiġu stabbiliti servizzi regolari tat-tbaħħir, kif imsemmi fl-Artikolu 120 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446;

(f)

l-awtorizzazzjoni għall-istatus ta’ utent awtorizzat, kif imsemmi fl-Artikolu 128 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446;

(g)

l-awtorizzazzjoni għall-użu regolari ta’ dikjarazzjoni simplifikata, kif imsemmi fl-Artikolu 166(2) tal-Kodiċi;

(h)

l-awtorizzazzjoni għall-iżdoganar ċentralizzat, kif imsemmi fl-Artikolu 179 tal-Kodiċi;

(i)

l-awtorizzazzjoni biex tiġi ppreżentata dikjarazzjoni doganali permezz ta’ dħul ta’ data fir-rekords tad-dikjarant, inkluż għall-proċedura ta’ esportazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 182 tal-Kodiċi;

(j)

l-awtorizzazzjoni għal awtovalutazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 185 tal-Kodiċi;

(k)

l-awtorizzazzjoni għall-istatus ta’ piżatur awtorizzat tal-banana, kif imsemmi fl-Artikolu 155 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446;

(l)

l-awtorizzazzjoni għall-użu tal-proċedura ta’ proċessar attiv, kif imsemmi fl-Artikolu 211(1), il-punt (a) tal-Kodiċi;

(m)

l-awtorizzazzjoni għall-użu tal-proċedura ta’ proċessar passiv, kif imsemmi fl-Artikolu 211(1), il-punt (a) tal-Kodiċi;

(n)

l-awtorizzazzjoni għall-użu tal-proċedura tal-użu finali, kif imsemmi fl-Artikolu 211(1), il-punt (a) tal-Kodiċi;

(o)

l-awtorizzazzjoni għall-użu tal-proċedura ta’ dħul temporanju, kif imsemmi fl-Artikolu 211(1), il-punt (a) tal-Kodiċi;

(p)

l-awtorizzazzjoni għat-tħaddim ta’ faċilitajiet ta’ ħżin għall-ħżin doganali tal-merkanzija, kif imsemmi fl-Artikolu 211(1), il-punt (b) tal-Kodiċi;

(q)

l-awtorizzazzjoni għall-istatus ta’ konsenjatarju awtorizzat għal operazzjoni TIR, kif imsemmi fl-Artikolu 230 tal-Kodiċi;

(r)

l-awtorizzazzjoni għall-istatus ta’ speditur awtorizzat għat-tranżitu fl-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 233(4), il-punt (a) tal-Kodiċi;

(s)

l-awtorizzazzjoni għall-istatus ta’ konsenjatarju awtorizzat għat-tranżitu fl-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 233(4), il-punt (b) tal-Kodiċi;

(t)

l-awtorizzazzjoni għall-użu ta’ siġilli ta’ tip speċjali, kif imsemmi fl-Artikolu 233(4), il-punt (c) tal-Kodiċi;

(u)

l-awtorizzazzjoni għall-użu ta’ dikjarazzjoni ta’ tranżitu b’rekwiżiti tad-data mnaqqsa, kif imsemmi fl-Artikolu 233(4), il-punt (d) tal-Kodiċi;

(v)

l-awtorizzazzjoni għall-użu ta’ dokument tat-trasport elettroniku bħala dikjarazzjoni doganali, kif imsemmi fl-Artikolu 233(4), il-punt (e) tal-Kodiċi.

2.   Il-komponenti komuni tas-CDS għandhom jintużaw fir-rigward tal-applikazzjonijiet u tal-awtorizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, kif ukoll fir-rigward tal-ġestjoni ta’ deċiżjonijiet relatati ma’ dawk l-applikazzjonijiet u awtorizzazzjonijiet, meta dawk l-awtorizzazzjonijiet jew dawk id-deċiżjonijiet jista’ jkollhom impatt f’aktar minn Stat Membru wieħed. L-awtorizzazzjonijiet jew id-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (f), ta’ dan ir-Regolament għandhom jinħażnu fis-CDMS ċentrali biex isiru disponibbli għas-sistema ċentrali tal-PoUS.

3.   Stat Membru jista’ jiddeċiedi li l-komponenti komuni tas-CDS jistgħu jintużaw fir-rigward tal-applikazzjonijiet u tal-awtorizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, kif ukoll fir-rigward tal-ġestjoni ta’ deċiżjonijiet relatati ma’ dawk l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet, meta dawk l-awtorizzazzjonijiet jew id-deċiżjonijiet ikollhom impatt biss f’dak l-Istat Membru.

4.   Is-CDS ma għandhiex tintuża fir-rigward ta’ applikazzjonijiet, awtorizzazzjonijiet jew deċiżjonijiet għajr dawk elenkati fil-paragrafu 1.

Artikolu 9

Awtentikazzjoni u aċċess għas-CDS

1.   L-awtentikazzjoni u l-verifika tal-aċċess tal-operaturi ekonomiċi u ta’ persuni oħra għall-finijiet ta’ aċċess għall-komponenti komuni tas-CDS għandhom isiru bl-użu tas-sistema tal-UUM&DS.

Sabiex ir-rappreżentanti doganali jkunu awtentikati u jkunu jistgħu jaċċessaw il-komponenti komuni tas-CDS, l-għoti tas-setgħa lilhom biex jaġixxu f’dik il-kapaċità għandu jkun irreġistrat fis-sistema tal-UUM&DS jew f’sistema ta’ ġestjoni tal-identità u tal-aċċess stabbilita minn Stat Membru skont l-Artikolu 20 ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-awtentikazzjoni u l-verifika tal-aċċess tal-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għall-finijiet ta’ aċċess għall-komponenti komuni tas-CDS għandhom isiru bl-użu tas-servizzi tan-network ipprovduti mill-Kummissjoni.

3.   L-awtentikazzjoni u l-verifika tal-aċċess tal-persunal tal-Kummissjoni għall-finijiet tal-aċċess għall-komponenti komuni tas-CDS għandhom isiru bl-użu tas-sistema tal-UUM&DS jew bl-użu tas-servizzi tan-network ipprovduti mill-Kummissjoni.

Artikolu 10

Portal tal-UE għan-negozjanti

1.   Il-portal tal-UE għan-negozjanti għandu jkun punt ta’ dħul fis-CDS għall-operaturi ekonomiċi u għal persuni oħra.

2.   Il-portal tal-UE għan-negozjanti għandu jinteropera mas-CDMS ċentrali, u mas-CDMS nazzjonali meta tinħoloq minn Stat Membru.

3.   Il-portal tal-UE għan-negozjanti għandu jintuża għall-applikazzjonijiet u għall-awtorizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 8(1) ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll għall-ġestjoni ta’ deċiżjonijiet relatati ma’ dawk l-applikazzjonijiet u awtorizzazzjonijiet, meta dawk l-awtorizzazzjonijiet jew dawk id-deċiżjonijiet jista’ jkollhom impatt f’aktar minn Stat Membru wieħed.

4.   Stat Membru jista’ jiddeċiedi li l-portal tal-UE għan-negozjanti jista’ jintuża għall-applikazzjonijiet u għall-awtorizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 8(1) ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll għall-ġestjoni tad-deċiżjonijiet relatati ma’ dawk l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet, meta dawk l-awtorizzazzjonijiet jew dawk id-deċiżjonijiet ikollhom impatt biss f’dak l-Istat Membru.

Stat Membru li jiddeċiedi li juża l-portal tal-UE għan-negozjanti għal awtorizzazzjonijiet jew deċiżjonijiet li jkollhom impatt biss f’dak l-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan.

Artikolu 11

CDMS ċentrali

1.   Is-CDMS ċentrali għandha tintuża mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri biex jipproċessaw l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 8(1) ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll biex jiġġestixxu d-deċiżjonijiet relatati ma’ dawk l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet, sabiex jivverifikaw jekk il-kundizzjonijiet għall-aċċettazzjoni ta’ applikazzjoni u għat-teħid ta’ deċiżjoni humiex issodisfati.

2.   Is-CDMS ċentrali għandha tinteropera mal-portal tal-UE għan-negozjanti, mas-servizzi ta’ referenza għall-klijenti msemmija fl-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament, u mas-CDMS nazzjonali meta tinħoloq minn Stat Membru.

Artikolu 12

Konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri li jużaw is-CDMS

Awtorità doganali ta’ Stat Membru għandha tuża s-CDMS ċentrali meta jkollha bżonn tikkonsulta ma’ awtorità doganali ta’ Stat Membru ieħor qabel ma tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet jew l-awtorizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 8(1) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 13

Servizzi ta’ referenza għall-klijenti

1.   Is-servizzi ta’ referenza għall-klijenti għandhom jintużaw għall-ħżin ċentrali ta’ data relatata mal-awtorizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 8(1) ta’ dan ir-Regolament, u għal deċiżjonijiet relatati ma’ dawk l-awtorizzazzjonijiet, u għandha tippermetti l-konsultazzjoni, ir-replikazzjoni u l-validazzjoni ta’ dawk l-awtorizzazzjonijiet minn sistemi elettroniċi oħra stabbiliti għall-finijiet tal-Artikolu 16 tal-Kodiċi.

2.   Is-servizzi ta’ referenza għall-klijenti għandhom jintużaw għall-ħżin ċentrali tad-data relatata mar-reġistrazzjonijiet mis-sistema tar-REX msemmija fl-Artikoli 81 u 88 ta’ dan ir-Regolament, u għandhom jippermettu l-konsultazzjoni, ir-replikazzjoni u l-validazzjoni ta’ dawk ir-reġistrazzjonijiet minn sistemi elettroniċi oħra stabbiliti għall-finijiet tal-Artikolu 16 tal-Kodiċi. Is-servizzi ta’ referenza għall-klijenti għandhom jintużaw minn Andorra, min-Norveġja, minn San Marino, mill-Iżvizzera u mit-Turkija biex jaħżnu d-data mill-operaturi ekonomiċi reġistrati nazzjonali tagħhom, u biex jikkonsultaw, jirreplikaw, u jivvalidaw id-data mis-sistema tar-REX għall-Istati Membri u mis-sistema tar-REX għall-pajjiżi terzi li magħhom l-Unjoni għandha arranġament kummerċjali preferenzjali, għall-finijiet tal-iskemi rispettivi tagħhom tas-Sistema Ġeneralizzata ta’ Preferenzi.

3.   Minbarra d-data mis-CDMS ċentrali, is-servizzi ta’ referenza għall-klijenti għandhom jintużaw biex jaħżnu data mis-sistemi tal-EORI, l-EBTI, l-AEO u l-GUM u għandhom jippermettu l-konsultazzjoni, ir-replikazzjoni u l-validazzjoni ta’ dik id-data minn sistemi elettroniċi oħra stabbiliti għall-finijiet tal-Artikolu 16 tal-Kodiċi.

4.   Is-servizzi ta’ referenza għall-klijenti jistgħu jintużaw mill-Kummissjoni u mill-awtoritajiet kompetenti sħab tal-Istati Membri biex jikkonsultaw, jirreplikaw u jivvalidaw id-data mis-sistema tal-EORI, għall-finijiet tal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2022/2399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13).

Artikolu 14

Portal nazzjonali għan-negozjanti

1.   Il-portal nazzjonali għan-negozjanti, meta jinħoloq minn Stat Membru, għandu jkun punt ta’ dħul addizzjonali għas-CDS għall-operaturi ekonomiċi u persuni oħra.

2.   Fir-rigward tal-applikazzjonijiet u tal-awtorizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 8(1) ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll tal-ġestjoni ta’ deċiżjonijiet relatati ma’ dawk l-applikazzjonijiet u ma’ dawk l-awtorizzazzjonijiet meta dawk l-awtorizzazzjonijiet jew dawk id-deċiżjonijiet jista’ jkollhom impatt f’iżjed minn Stat Membru wieħed, l-operaturi ekonomiċi u persuni oħra jistgħu jagħżlu li jużaw il-portal nazzjonali għan-negozjanti, meta jinħoloq, jew il-portal tal-UE għan-negozjanti.

3.   Il-portal nazzjonali għan-negozjanti għandu jinteropera mas-CDMS nazzjonali, meta jinħoloq minn Stat Membru.

4.   Stat Membru li joħloq portal nazzjonali għan-negozjanti għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan.

Artikolu 15

CDMS nazzjonali

1.   Meta tinħoloq minn Stat Membru, CDMS nazzjonali għandha tintuża mill-awtorità doganali tal-Istat Membru li jkun ħoloqha biex tipproċessa l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 8(1) ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll biex tiġġestixxi d-deċiżjonijiet relatati ma’ dawk l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet, sabiex tivverifika jekk il-kundizzjonijiet għall-aċċettazzjoni ta’ applikazzjoni u għat-teħid ta’ deċiżjoni humiex issodisfati.

2.   Is-CDMS nazzjonali għandha tinteropera mas-CDMS ċentrali għall-konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri kif imsemmi fl-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament.

KAPITOLU IV

SISTEMA TAL-ĠESTJONI UNIFORMI TAL-UTENTI U TAL-FIRMA DIĠITALI

Artikolu 16

Objettiv u struttura tas-sistema tal-UUM&DS

1.   Is-Sistema tal-Ġestjoni Uniformi tal-Utenti u tal-Firma Diġitali (“is-sistema tal-UUM&DS”) għandha tippermetti l-komunikazzjoni bejn il-Kummissjoni u s-sistemi ta’ ġestjoni tal-identità u tal-aċċess tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 20 ta’ dan ir-Regolament bil-għan li jiġi pprovdut aċċess awtorizzat sikur għas-sistemi elettroniċi lill-persunal tal-Kummissjoni, lill-operaturi ekonomiċi u lil persuni oħra.

2.   Is-sistema tal-UUM&DS għandha tikkonsisti mill-komponenti komuni li ġejjin:

(a)

sistema ta’ ġestjoni tal-aċċess;

(b)

sistema ta’ ġestjoni tal-amministrazzjoni.

3.   Stat Membru għandu joħloq sistema ta’ ġestjoni tal-identità u tal-aċċess bħala komponent nazzjonali tas-sistema tal-UUM&DS.

Artikolu 17

Użu tas-sistema tal-UUM&DS

Is-sistema tal-UUM&DS għandha tintuża biex tiżgura l-awtentikazzjoni u l-verifika tal-aċċess ta’:

(a)

l-operaturi ekonomiċi u persuni oħra għall-finijiet ta’ aċċess għall-EUCTP, il-komponenti komuni tas-CDS, is-sistema tal-EBTI, is-sistema tal-AEO, is-sistema tal-INF SP, is-sistema tar-REX, is-sistema tal-PoUS, l-ICS2, u s-sistema tal-GUM;

(b)

il-persunal tal-Kummissjoni għall-finijiet ta’ aċċess għall-EUCTP, il-komponenti komuni tas-CDS, is-sistema tal-EBTI, is-sistema tal-EORI, is-sistema tal-AEO, l-ICS2, l-AES, l-NCTS, is-CRMS, is-sistema tas-CCI, is-sistema tar-REX, is-sistema tal-PoUS, is-sistema tal-INF SP u s-sistema tal-GUM għall-finijiet tal-manutenzjoni u l-ġestjoni tas-sistema tal-UUM&DS.

Artikolu 18

Sistema ta’ ġestjoni tal-aċċess

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi s-sistema ta’ ġestjoni tal-aċċess biex tivvalida t-talbiet għall-aċċess ippreżentati mill-operaturi ekonomiċi u minn persuni oħra fis-sistema tal-UUM&DS billi tinteropera mas-sistemi ta’ ġestjoni tal-identità u tal-aċċess tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 20 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 19

Sistema ta’ ġestjoni tal-amministrazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sistema ta’ ġestjoni tal-amministrazzjoni biex tiġġestixxi r-regoli tal-awtentikazzjoni u tal-awtorizzazzjoni għall-validazzjoni tad-data tal-identifikazzjoni tal-operaturi ekonomiċi u ta’ persuni oħra għall-għoti tal-aċċess għas-sistemi elettroniċi.

Artikolu 20

Sistemi ta’ ġestjoni tal-identità u tal-aċċess tal-Istati Membri

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta’ ġestjoni tal-identità u tal-aċċess biex jiżguraw:

(a)

ir-reġistrazzjoni u l-ħżin siguri tad-data tal-identifikazzjoni tal-operaturi ekonomiċi u ta’ persuni oħra;

(b)

l-iskambju sigur tad-data ta’ identifikazzjoni ffirmata u kriptata ta’ operaturi ekonomiċi u ta’ persuni oħra.

KAPITOLU V

SISTEMA EWROPEA TAL-INFORMAZZJONI VINKOLANTI DWAR IT-TARIFFI

Artikolu 21

Objettiv u struttura tas-sistema tal-EBTI

1.   Is-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni Vinkolanti dwar it-Tariffi (“is-sistema tal-EBTI”) għandha, f’konformità mal-Artikoli 33 u 34 tal-Kodiċi, tippermetti dan li ġej:

(a)

il-komunikazzjoni bejn il-Kummissjoni, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, l-operaturi ekonomiċi u persuni oħra għall-finijiet tal-preżentazzjoni u l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għall-BTI u d-deċiżjonijiet tal-BTI;

(b)

il-ġestjoni ta’ kwalunkwe avveniment sussegwenti li jaf jaffettwa l-applikazzjoni jew id-deċiżjoni oriġinali;

(c)

il-monitoraġġ tal-użu obbligatorju tad-deċiżjonijiet tal-BTI;

(d)

il-monitoraġġ u l-ġestjoni tal-użu estiż tad-deċiżjonijiet tal-BTI;

(e)

il-monitoraġġ mill-Kummissjoni tad-deċiżjonijiet tal-BTI, inklużi l-proċessi għall-applikazzjoni għal, it-teħid u l-ġestjoni ta’ dawk id-deċiżjonijiet, biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-leġiżlazzjoni doganali u ta’ liġi oħra tal-Unjoni.

2.   Is-sistema tal-EBTI għandha tikkonsisti mill-komponenti komuni li ġejjin:

(a)

Portal tal-UE speċifiku għan-Negozjanti għall-EBTI;

(b)

sistema ċentrali tal-EBTI;

(c)

il-kapaċità li jiġi mmonitorjat l-użu tad-deċiżjonijiet tal-BTI.

3.   L-Istati Membri jistgħu joħolqu, bħala komponent nazzjonali, sistema nazzjonali vinkolanti tal-informazzjoni dwar it-tariffi (“sistema tal-BTI nazzjonali”) flimkien ma’ portal nazzjonali għan-negozjanti.

Artikolu 22

Użu tas-sistema tal-EBTI

1.   Is-sistema tal-EBTI għandha tintuża għas-sottomissjoni, l-ipproċessar, l-iskambju u l-ħżin ta’ informazzjoni relatata mal-applikazzjonijiet u mad-deċiżjonijiet relatati mal-BTI jew ma’ kwalunkwe avveniment sussegwenti li jista’ jaffettwa l-applikazzjoni jew id-deċiżjoni oriġinali kif imsemmi fl-Artikolu 21(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447.

2.   Is-sistema tal-EBTI għandha tintuża biex tappoġġa l-monitoraġġ mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri tal-konformità mal-obbligi li jirriżultaw mill-BTI skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447.

3.   Is-sistema tal-EBTI għandha tintuża mill-Kummissjoni biex tinforma lill-Istati Membri, skont l-Artikolu 22(2), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447, dwar il-fatt li l-kwantitajiet ta’ merkanzija li jistgħu jiġu żdoganati matul perjodu ta’ użu estiż ikunu ntlaħqu malli jkun seħħ dak il-fatt.

Artikolu 23

Awtentikazzjoni u aċċess għas-sistema tal-EBTI

1.   L-awtentikazzjoni u l-verifika tal-aċċess tal-operaturi ekonomiċi u ta’ persuni oħra għall-finijiet tal-aċċess għall-komponenti komuni tas-sistema tal-EBTI għandhom isiru permezz tas-sistema tal-UUM&DS.

Sabiex ir-rappreżentanti doganali jkunu awtentikati u jkunu jistgħu jaċċessaw il-komponenti komuni tas-sistema tal-EBTI, is-setgħa tagħhom li jaġixxu f’dik il-kapaċità għandha tkun irreġistrata fis-sistema tal-UUM&DS jew f’sistema ta’ ġestjoni tal-identità u tal-aċċess stabbilita minn Stat Membru skont l-Artikolu 20 ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-awtentikazzjoni u l-verifika tal-aċċess tal-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għall-finijiet ta’ aċċess għall-komponenti komuni tas-sistema tal-EBTI għandhom isiru bl-użu tas-servizzi tan-network ipprovduti mill-Kummissjoni.

3.   L-awtentikazzjoni u l-verifika tal-aċċess tal-persunal tal-Kummissjoni għall-finijiet tal-aċċess għall-komponenti komuni tas-sistema tal-EBTI għandhom isiru billi tintuża s-sistema tal-UUM&DS jew is-servizzi tan-network ipprovduti mill-Kummissjoni.

Artikolu 24

Portal tal-UE Speċifiku għan-Negozjanti għall-EBTI

1.   Il-Portal tal-UE Speċifiku għan-Negozjanti għall-EBTI għandu jikkomunika mal-EUCTP, fejn il-EUCTP għandu jkun punt ta’ dħul għas-sistema tal-EBTI għall-operaturi ekonomiċi u persuni oħra.

2.   Il-Portal tal-UE Speċifiku għan-Negozjanti għall-EBTI għandu jinteropera mas-sistema ċentrali tal-EBTI, u għandu joffri ridirezzjoni lill-portali nazzjonali tan-negozjanti meta jkunu nħolqu sistemi nazzjonali tal-BTI mill-Istati Membri.

3.   Il-Portal tal-UE Speċifiku għan-Negozjanti għall-EBTI għandu jintuża biex tiġi sottomessa u skambjata l-informazzjoni relatata mal-applikazzjonijiet u d-deċiżjonijiet relatati mal-BTI jew ma’ kwalunkwe avveniment sussegwenti li jista’ jaffettwa l-applikazzjoni jew id-deċiżjoni oriġinali.

Artikolu 25

Sistema ċentrali tal-EBTI

1.   Is-sistema ċentrali tal-EBTI għandha tintuża mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri biex jipproċessaw, jiskambjaw u jaħżnu l-informazzjoni relatata mal-applikazzjonijiet u mad-deċiżjonijiet relatati mal-BTI jew ma’ kwalunkwe avveniment sussegwenti li jista’ jaffettwa l-applikazzjoni jew id-deċiżjoni oriġinali, biex jivverifikaw jekk il-kundizzjonijiet għall-aċċettazzjoni ta’ applikazzjoni u għat-teħid ta’ deċiżjoni humiex issodisfati.

2.   Is-sistema ċentrali tal-EBTI għandha tintuża mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri biex jikkonsultaw, jipproċessaw, jiskambjaw u jaħżnu l-informazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 16(4), l-Artikolu 17, l-Artikolu 21(2), il-punt (b), u l-Artikolu 21(5) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447.

3.   Is-sistema ċentrali tal-EBTI għandha tinteropera ma’:

(a)

il-Portal tal-UE Speċifiku għan-Negozjanti għall-EBTI;

(b)

is-sistemi nazzjonali tal-BTI, meta jinħolqu mill-Istati Membri.

Artikolu 26

Konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri li jużaw is-sistema ċentrali tal-EBTI

Awtorità doganali ta’ Stat Membru għandha tuża s-sistema ċentrali tal-EBTI biex tikkonsulta awtorità doganali ta’ Stat Membru ieħor biex tiżgura l-konformità mal-Artikolu 16(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447.

Artikolu 27

Monitoraġġ tal-użu tad-deċiżjonijiet tal-BTI

Il-kapaċità tas-sistema tal-EBTI li timmonitorja l-użu tad-deċiżjonijiet tal-BTI għandha tintuża għall-finijiet tal-Artikolu 21(3) u tal-Artikolu 22(2), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447.

Artikolu 28

Portal nazzjonali għan-negozjanti

1.   Meta Stat Membru jkun ħoloq sistema nazzjonali tal-BTI skont l-Artikolu 21(3) ta’ dan ir-Regolament, il-portal nazzjonali għan-negozjanti għandu jkun il-punt tad-dħul ewlieni għas-sistema nazzjonali tal-BTI għall-operaturi ekonomiċi u għal persuni oħra.

2.   L-operaturi ekonomiċi u persuni oħra għandhom jużaw il-portal nazzjonali għan-negozjanti, meta jinħoloq minn Stat Membru, fir-rigward tal-applikazzjonijiet u d-deċiżjonijiet relatati mal-BTI jew ma’ kwalunkwe avveniment sussegwenti li jista’ jaffettwa l-applikazzjoni jew id-deċiżjoni oriġinali.

3.   Il-portal nazzjonali għan-negozjanti għandu jinteropera mas-sistema nazzjonali tal-BTI, meta tinħoloq minn Stat Membru.

4.   Il-portal nazzjonali għan-negozjanti għandu jiffaċilita l-proċessi li huma ekwivalenti għal dawk iffaċilitati mill-Portal tal-UE Speċifiku għan-Negozjanti għall-EBTI.

5.   Stat Membru li joħloq portal nazzjonali għan-negozjanti għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-portal nazzjonali għan-negozjanti jkun aċċessibbli direttament mill-Portal tal-UE Speċifiku għan-Negozjanti għall-EBTI.

Artikolu 29

Sistema nazzjonali tal-BTI

1.   Meta tinħoloq minn Stat Membru, sistema nazzjonali tal-BTI għandha tintuża mill-awtorità doganali tal-Istat Membru li jkun ħoloqha biex tipproċessa, tiskambja u taħżen l-informazzjoni relatata mal-applikazzjonijiet u mad-deċiżjonijiet relatati mal-BTI jew ma’ kwalunkwe avveniment sussegwenti li jista’ jaffettwa l-applikazzjoni jew id-deċiżjoni oriġinali, biex tivverifika jekk il-kundizzjonijiet għall-aċċettazzjoni ta’ applikazzjoni jew għat-teħid ta’ deċiżjoni humiex issodisfati.

2.   L-awtorità doganali ta’ Stat Membru għandha tuża s-sistema nazzjonali tagħha tal-BTI biex tikkonsulta, tipproċessa, tiskambja u taħżen l-informazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 16(4), l-Artikolu 17, l-Artikolu 21(2), il-punt (b), u l-Artikolu 21(5) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447, sakemm dik l-awtorità doganali ma tużax is-sistema ċentrali tal-EBTI għal dawk il-finijiet.

3.   Is-sistema nazzjonali tal-BTI għandha tinteropera ma’:

(a)

il-portal nazzjonali għan-negozjanti, meta jinħoloq minn Stat Membru;

(b)

is-sistema ċentrali tal-EBTI.

KAPITOLU VI

SISTEMA TAR-REĠISTRAZZJONI U TAL-IDENTIFIKAZZJONI TAL-OPERATUR EKONOMIKU

Artikolu 30

Objettiv u struttura tas-sistema tal-EORI

Is-Sistema tar-Reġistrazzjoni u tal-Identifikazzjoni tal-Operatur Ekonomiku (“sistema tal-EORI”) għandha tippermetti reġistrazzjoni u identifikazzjoni uniċi, fil-livell tal-Unjoni, tal-operaturi ekonomiċi u ta’ persuni oħra.

Is-sistema tal-EORI għandha tikkonsisti mill-komponenti li ġejjin:

(a)

sistema ċentrali tal-EORI;

(b)

is-sistemi nazzjonali tal-EORI, meta jinħolqu mill-Istati Membri.

Artikolu 31

Użu tas-sistema tal-EORI

1.   Is-sistema tal-EORI għandha tintuża għall-finijiet li ġejjin:

(a)

biex tirċievi d-data għar-reġistrazzjoni tal-operaturi ekonomiċi u persuni oħra kif imsemmi fl-Anness 12-01 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446 (“data tal-EORI”) ipprovduta mill-Istati Membri;

(b)

biex taħżen b’mod ċentrali d-data tal-EORI li tappartjeni għar-reġistrazzjoni u għall-identifikazzjoni tal-operaturi ekonomiċi u persuni oħra;

(c)

biex id-data tal-EORI ssir disponibbli għall-Istati Membri;

(d)

biex tiżgura l-applikazzjoni uniformi tal-kontrolli doganali u tal-leġiżlazzjoni doganali;

(e)

biex timminimizza ir-riskji.

2.   Is-sistema tal-EORI għandha tippermetti, lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, aċċess online għad-data tal-EORI maħżuna fil-livell tas-sistema ċentrali.

3.   Is-sistema tal-EORI għandha tinteropera mas-sistemi elettroniċi l-oħra kollha meta jintuża n-numru tal-EORI.

Artikolu 32

Awtentikazzjoni u aċċess għas-sistema ċentrali tal-EORI

1.   L-awtentikazzjoni u l-verifika tal-aċċess tal-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għall-finijiet tal-aċċess għall-komponenti komuni tas-sistema tal-EORI għandhom isiru billi jintużaw is-servizzi tan-network ipprovduti mill-Kummissjoni.

2.   L-awtentikazzjoni u l-verifika tal-aċċess tal-persunal tal-Kummissjoni għall-finijiet tal-aċċess għall-komponenti komuni tas-sistema tal-EORI għandhom isiru billi tintuża s-sistema tal-UUM&DS jew is-servizzi tan-network ipprovduti mill-Kummissjoni.

Artikolu 33

Sistema ċentrali tal-EORI

1.   Is-sistema ċentrali tal-EORI għandha tintuża mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għall-finijiet tal-Artikolu 7 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447, kif ukoll mill-Kummissjoni biex id-data tal-EORI ssir disponibbli għall-finijiet tal-Artikoli 46, 47(2) u 50(1) tal-Kodiċi biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-kontrolli doganali u tal-leġiżlazzjoni doganali u jiġu minimizzati r-riskji, inkluż permezz ta’ tekniki tal-estrazzjoni tad-data u l-iskambju ta’ informazzjoni dwar ir-riskju.

2.   Is-sistema tal-EORI tista’ tintuża wkoll mill-Kummissjoni u mill-awtoritajiet kompetenti sħab tal-Istati Membri għall-finijiet tal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2022/2399.

3.   Is-sistema ċentrali tal-EORI għandha tinteropera mas-sistemi nazzjonali tal-EORI, meta tinħoloq mill-Istati Membri.

Artikolu 34

Sistema nazzjonali tal-EORI

1.   Meta tinħoloq minn Stat Membru, sistema nazzjonali tal-EORI għandha tintuża mill-awtorità doganali tal-Istat Membru li jkun ħoloqha għall-iskambju u l-ħżin tad-data tal-EORI.

2.   Meta tinħoloq minn Stat Membru, sistema nazzjonali tal-EORI għandha tinteropera mas-sistema ċentrali tal-EORI.

KAPITOLU VII

SISTEMA TA’ OPERATUR EKONOMIKU AWTORIZZAT

Artikolu 35

Objettiv u struttura tas-sistema tal-AEO

1.   Is-Sistema tal-Operatur Ekonomiku Awtorizzat (“is-sistema tal-AEO”) għandha tippermetti l-komunikazzjoni bejn il-Kummissjoni, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, l-operaturi ekonomiċi u persuni oħra biex:

(a)

jissottomettu u jipproċessaw l-applikazzjonijiet tal-AEO;

(b)

jagħtu awtorizzazzjonijiet tal-AEO;

(c)

jiġġestixxu kwalunkwe avveniment sussegwenti li jista’ jaffettwa d-deċiżjoni oriġinali kif imsemmi fl-Artikolu 30(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447.

2.   Is-sistema tal-AEO għandha tikkonsisti mill-komponenti komuni li ġejjin:

(a)

Portal tal-UE speċifiku għan-Negozjanti għall-AEO;

(b)

sistema ċentrali tal-AEO.

3.   L-Istati Membri jistgħu joħolqu l-komponenti nazzjonali li ġejjin:

(a)

portal nazzjonali għan-negozjanti;

(b)

sistema nazzjonali ta’ Operaturi Ekonomiċi Awtorizzati (“sistema tal-AEO nazzjonali”).

Artikolu 36

Użu tas-sistema tal-AEO

1.   Is-sistema tal-AEO għandha tintuża għas-sottomissjoni, l-iskambju, l-ipproċessar u l-ħżin ta’ informazzjoni li tikkonċerna l-applikazzjonijiet u d-deċiżjonijiet tal-AEO jew kwalunkwe avveniment sussegwenti li jista’ jaffettwa d-deċiżjoni oriġinali kif imsemmi fl-Artikolu 30(1) u l-Artikolu 31(1) u (4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447.

2.   L-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għandhom jużaw is-sistema tal-AEO biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 31(1) u (4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 u biex iżommu rekord tal-konsultazzjonijiet ikkonċernati.

Artikolu 37

Awtentikazzjoni u aċċess għas-sistema ċentrali tal-AEO

1.   L-awtentikazzjoni u l-verifika tal-aċċess tal-operaturi ekonomiċi u ta’ persuni oħra għall-finijiet tal-aċċess għall-komponenti komuni tas-sistema tal-AEO għandhom isiru permezz tas-sistema tal-UUM&DS.

Sabiex ir-rappreżentanti doganali jkunu awtentikati u jkunu jistgħu jaċċessaw il-komponenti komuni tas-sistema tal-AEO, l-għoti tas-setgħa lilhom biex jaġixxu f’dik il-kapaċità għandu jkun irreġistrat fis-sistema tal-UUM&DS jew f’sistema ta’ ġestjoni tal-identità u tal-aċċess stabbilita minn Stat Membru skont l-Artikolu 20 ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-awtentikazzjoni u l-verifika tal-aċċess tal-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għall-finijiet tal-aċċess għall-komponenti komuni tas-sistema tal-AEO għandhom isiru billi jintużaw is-servizzi tan-network ipprovduti mill-Kummissjoni.

3.   L-awtentikazzjoni u l-verifika tal-aċċess tal-persunal tal-Kummissjoni għall-finijiet tal-aċċess għall-komponenti komuni tas-sistema tal-AEO għandhom isiru billi tintuża s-sistema tal-UUM&DS jew is-servizzi tan-network ipprovduti mill-Kummissjoni.

Artikolu 38

Portal tal-UE Speċifiku għan-Negozjanti għall-AEO

1.   Il-Portal tal-UE Speċifiku għan-Negozjanti għall-AEO għandu jikkomunika mal-EUCTP, fejn l-EUCTP għandu jkun punt ta’ dħul għas-sistema tal-AEO għall-operaturi ekonomiċi u persuni oħra.

2.   Il-Portal tal-UE Speċifiku għan-Negozjanti għall-AEO għandu jinteropera mas-sistema ċentrali tal-AEO, u għandu joffri ridirezzjoni lill-portal nazzjonali għan-negozjanti meta jinħoloq mill-Istat Membru.

3.   Il-Portal tal-UE Speċifiku għan-Negozjanti għall-AEO għandu jintuża sabiex tiġi sottomessa u skambjata l-informazzjoni relatata mal-applikazzjonijiet u d-deċiżjonijiet tal-AEO jew ma’ kwalunkwe avveniment sussegwenti li jista’ jaffettwa d-deċiżjoni oriġinali.

Artikolu 39

Sistema ċentrali tal-AEO

1.   Is-sistema ċentrali tal-AEO għandha tintuża mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri biex jiskambjaw u jaħżnu l-informazzjoni li tikkonċerna l-applikazzjonijiet u d-deċiżjonijiet tal-AEO jew kwalunkwe avveniment sussegwenti li jista’ jaffettwa d-deċiżjoni oriġinali.

2.   L-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għandhom jużaw is-sistema ċentrali tal-AEO biex jiskambjaw u jaħżnu l-informazzjoni, u biex jikkonsultaw u jiġġestixxu d-deċiżjonijiet kif imsemmi fl-Artikoli 30 u 31 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447.

3.   Is-sistema ċentrali tal-AEO għandha tinteropera ma’;

(a)

il-portal għan-negozjanti tal-UE;

(b)

is-sistemi nazzjonali tal-AEO, meta jinħolqu mill-Istati Membri.

Artikolu 40

Portal nazzjonali għan-negozjanti

1.   Meta jinħoloq minn Stat Membru, il-portal nazzjonali għan-negozjanti għandu jippermetti l-iskambju ta’ informazzjoni relatata mal-applikazzjonijiet u d-deċiżjonijiet tal-AEO.

2.   L-operaturi ekonomiċi u persuni oħra għandhom jużaw il-portal nazzjonali għan-negozjanti, meta jkun inħoloq, biex jiskambjaw l-informazzjoni mal-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri fir-rigward tal-applikazzjonijiet u tad-deċiżjonijiet tal-AEO.

3.   Il-portal nazzjonali għan-negozjanti għandu jinteropera mas-sistema nazzjonali tal-AEO, meta tinħoloq minn Stat Membru.

Artikolu 41

Sistema nazzjonali tal-AEO

1.   Meta tinħoloq minn Stat Membru, sistema nazzjonali tal-AEO għandha tintuża mill-awtorità doganali tal-Istat Membru li jkun ħoloqha biex tiskambja u taħżen l-informazzjoni relatata mal-applikazzjonijiet u d-deċiżjonijiet tal-AEO jew ma’ kwalunkwe avveniment sussegwenti li jista’ jaffettwa d-deċiżjoni oriġinali.

2.   Is-sistema nazzjonali tal-AEO għandha tinteropera ma’;

(a)

il-portal nazzjonali għan-negozjanti, meta jinħoloq minn Stat Membru;

(b)

is-sistema ċentrali tal-AEO.

KAPITOLU VIII

SISTEMA TA’ KONTROLL TAL-IMPORTAZZJONI 2

Artikolu 42

Objettiv u struttura tal-ICS2

1.   Is-Sistema ta’ Kontroll tal-Importazzjoni 2 (“ICS2”) għandha tappoġġa l-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri u l-Kummissjoni, u bejn l-operaturi ekonomiċi u persuni oħra u l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, għall-finijiet li ġejjin:

(a)

it-twettiq tar-rekwiżiti tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul;

(b)

l-analiżi tar-riskju mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri primarjament għal finijiet ta’ sigurtà u sikurezza u għal miżuri doganali bil-għan li jiġu mmitigati r-riskji rilevanti inkluż il-kontrolli doganali;

(c)

il-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri bil-għan li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul;

(d)

l-iżgurar tal-applikazzjoni uniformi tal-leġiżlazzjoni doganali u l-minimizzazzjoni tar-riskji, permezz, fost l-oħrajn, tal-ipproċessar, it-tqabbil u l-analiżi tad-data mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni, u l-arrikkiment u l-komunikazzjoni tad-data lill-Istati Membri.

2.   L-ICS2 għandha tikkonsisti mill-komponenti komuni li ġejjin:

(a)

interfaċċa kondiviża tan-negozjanti;

(b)

repożitorju komuni.

3.   Kull Stat Membru għandu joħloq is-sistema ta’ dħul nazzjonali tiegħu bħala komponent nazzjonali.

4.   Stat Membru jista’ joħloq interfaċċa nazzjonali għan-negozjanti bħala komponent nazzjonali.

Artikolu 43

Użu tal-ICS2

1.   L-ICS2 għandha tintuża għall-iskopijiet li ġejjin:

(a)

għas-sottomissjoni, l-ipproċessar u l-ħżin tad-dettalji tad-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul kif imsemmi fl-Artikolu 127 tal-Kodiċi, u t-talbiet għal emendi u invalidazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 129 tal-Kodiċi;

(b)

għar-riċeviment, l-ipproċessar u l-ħżin tad-dettalji tad-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul estratti mid-dikjarazzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 130 tal-Kodiċi;

(c)

għas-sottomissjoni, l-ipproċessar u l-ħżin tal-informazzjoni dwar notifiki tal-wasla ta’ bastiment li jbaħħar jew inġenju tal-ajru kif imsemmi fl-Artikolu 133 tal-Kodiċi;

(d)

għar-riċeviment, l-ipproċessar u l-ħżin tal-informazzjoni dwar il-preżentazzjoni ta’ merkanzija lid-dwana kif imsemmi fl-Artikolu 139 tal-Kodiċi;

(e)

għar-riċeviment, l-ipproċessar u l-ħżin tal-informazzjoni dwar talbiet u riżultati tal-analiżi tar-riskju, rakkomandazzjonijiet ta’ kontroll, deċiżjonijiet dwar kontrolli, u riżultati ta’ kontroll kif imsemmi fl-Artikolu 46(3) u (5) u l-Artikolu 47(2) tal-Kodiċi;

(f)

għar-riċeviment, l-ipproċessar, il-ħżin u l-komunikazzjoni tan-notifiki u l-informazzjoni lill-operaturi ekonomiċi jew persuni oħra kif imsemmi fl-Artikolu 186(2), il-punt (e) u l-Artikolu 186(3) sa (6) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 u l-Artikolu 24(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446;

(g)

għas-sottomissjoni, l-ipproċessar u l-ħżin tal-informazzjoni ulterjuri mitluba mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri skont l-Artikolu 186(3) u (4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447.

2.   L-ICS2 għandha tintuża biex tappoġġa l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri tal-implimentazzjoni tal-kriterji u tal-istandards komuni tar-riskju għas-sikurezza u s-sigurtà u tal-miżuri ta’ kontroll u tal-oqsma prijoritarji ta’ kontroll imsemmija fl-Artikolu 46(3) tal-Kodiċi.

3.   Minbarra d-data msemmija fil-paragrafu 1, biex jingħata appoġġ lill-proċessi tal-ġestjoni tar-riskju, il-funzjonalità analitika tas-sikurezza u tas-sigurtà tal-ICS2 tista’ tintuża għall-ġbir, il-ħżin, l-ipproċessar u l-analiżi tal-informazzjoni li ġejja:

(a)

informazzjoni għajr l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu;

(b)

informazzjoni dwar ir-riskju u riżultati tal-analiżi tar-riskju skambjati skont l-Artikolu 46(5) tal-Kodiċi;

(c)

data skambjata skont l-Artikolu 47(2) tal-Kodiċi għajr l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu;

(d)

data miġbura mill-Istati Membri jew mill-Kummissjoni minn sorsi nazzjonali, tal-Unjoni jew internazzjonali skont l-Artikolu 46(4), it-tieni subparagrafu, tal-Kodiċi;

(e)

kwalunkwe data jew informazzjoni oħra magħmula disponibbli fis-sistemi elettroniċi tal-Kummissjoni għall-iskambju u l-ħżin tal-informazzjoni doganali msemmija fl-Artikolu 16 tal-Kodiċi u informazzjoni oħra dwar id-dħul, il-ħruġ, it-tranżitu, il-moviment, il-ħżin u l-użu aħħari ta’ merkanzija trasportata bejn it-territorju doganali tal-Unjoni u pajjiżi jew territorji barra dak it-territorju għall-fini tal-implimentazzjoni uniformi tal-kontrolli doganali u l-leġiżlazzjoni doganali.

Artikolu 44

Awtentikazzjoni u aċċess għall-ICS2

1.   L-awtentikazzjoni u l-verifika tal-aċċess tal-operaturi ekonomiċi u ta’ persuni oħra għall-finijiet ta’ aċċess għall-komponenti komuni tal-ICS2 għandhom isiru bl-użu tas-sistema tal-UUM&DS.

2.   L-awtentikazzjoni u l-verifika tal-aċċess tal-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għall-finijiet ta’ aċċess għall-komponenti komuni tal-ICS2 għandhom isiru bl-użu tas-servizzi tan-network ipprovduti mill-Kummissjoni.

3.   L-awtentikazzjoni u l-verifika tal-aċċess tal-persunal tal-Kummissjoni għall-finijiet ta’ aċċess għall-komponenti komuni tal-ICS2 għandhom isiru bl-użu tas-sistema tal-UUM&DS jew tas-servizzi tan-network ipprovduti mill-Kummissjoni.

Artikolu 45

Interfaċċa kondiviża tan-negozjanti

1.   L-interfaċċa kondiviża tan-negozjanti għandha tkun punt ta’ dħul għall-ICS2 għall-operaturi ekonomiċi u għal persuni oħra għall-finijiet tal-Artikolu 182(1a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447.

2.   L-interfaċċa kondiviża tan-negozjanti għandha tinteropera mar-repożitorju komuni tal-ICS2 imsemmi fl-Artikolu 46 ta’ dan ir-Regolament.

3.   L-interfaċċa kondiviża tan-negozjanti għandha tintuża:

(a)

għas-sottomissjoni, l-ipproċessar, u l-ħżin tad-dettalji tad-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul u n-notifiki tal-wasla;

(b)

għas-sottomissjoni, l-ipproċessar, u l-ħżin tat-talbiet għal emendi u invalidazzjonijiet tad-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul;

(c)

għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri u l-operaturi ekonomiċi u persuni oħra.

Artikolu 46

Repożitorju komuni tal-ICS2

1.   Ir-repożitorju komuni tal-ICS2 għandu jintuża mill-Kummissjoni u mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri biex jipproċessaw, jaħżnu u jiskambjaw:

(a)

id-dettalji tad-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul;

(b)

it-talbiet għal emendi u invalidazzjonijiet tad-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul;

(c)

in-notifiki tal-wasla;

(d)

l-informazzjoni dwar il-preżentazzjoni tal-merkanzija;

(e)

l-informazzjoni dwar it-talbiet u r-riżultati tal-analiżi tar-riskju;

(f)

ir-rakkomandazzjonijiet tal-kontroll;

(g)

id-deċiżjonijiet tal-kontroll;

(h)

ir-riżultati tal-kontroll u l-informazzjoni skambjata mal-operaturi ekonomiċi jew ma’ persuni oħra.

2.   Ir-repożitorju komuni tal-ICS2 għandu jintuża mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri għall-istatistika u għall-evalwazzjoni, u għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar id-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul bejn l-Istati Membri u bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri.

3.   Ir-repożitorju komuni tal-ICS2 għandu jintuża mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri:

(a)

biex jiġbru, jaħżnu, jipproċessaw u janalizzaw elementi addizzjonali ta’ informazzjoni flimkien mad-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul;

(b)

biex jipprovdu appoġġ għall-proċessi ta’ ġestjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 43(3) ta’ dan ir-Regolament permezz tal-funzjonalità analitika tas-sikurezza u s-sigurtà tal-ICS2.

4.   Ir-repożitorju komuni tal-ICS2 għandu jinteropera ma’:

(a)

l-interfaċċa kondiviża tan-negozjanti;

(b)

l-interfaċċi nazzjonali tan-negozjanti, meta jinħolqu mill-Istati Membri;

(c)

is-sistemi nazzjonali ta’ dħul.

Artikolu 47

Skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri bl-użu tar-repożitorju komuni tal-ICS2

Awtorità doganali ta’ Stat Membru għandha tuża r-repożitorju komuni tal-ICS2 biex tiskambja:

(a)

l-informazzjoni ma’ awtorità doganali ta’ Stat Membru ieħor skont l-Artikolu 186(2), il-punt (a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 qabel ma tlesti l-analiżi tar-riskju primarjament għal finijiet ta’ sigurtà u sikurezza;

(b)

ma’ awtorità doganali ta’ Stat Membru ieħor informazzjoni dwar:

(i)

il-kontrolli rakkomandati msemmija fl-Artikolu 186(7), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447;

(ii)

id-deċiżjonijiet meħuda fir-rigward tal-kontrolli rakkomandati msemmija fil-punt (i);

(iii)

ir-riżultati tal-kontrolli doganali mwettqa skont l-Artikolu 186(7) u (7a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447.

Artikolu 48

Interfaċċa nazzjonali tan-negozjanti

1.   Meta tinħoloq mill-Istati Membri, l-interfaċċa nazzjonali tan-negozjanti għandha tkun punt ta’ dħul għall-ICS2 għall-operaturi ekonomiċi u għal persuni oħra f’konformità mal-Artikolu 182(1a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 meta s-sottomissjoni tkun indirizzata lill-Istat Membru li jopera l-interfaċċa nazzjonali tan-negozjanti.

2.   L-operaturi ekonomiċi u persuni oħra jistgħu jagħżlu li jużaw l-interfaċċa nazzjonali tan-negozjanti, meta tinħoloq, jew l-interfaċċa kondiviża tan-negozjanti, biex:

(a)

jissottomettu, jipproċessaw, u jaħżnu d-dettalji tad-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul u n-notifiki tal-wasla;

(b)

jitolbu l-emendi u l-invalidazzjoni tad-dettalji tad-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul;

(c)

jiskambjaw l-informazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali u l-operaturi ekonomiċi u persuni oħra.

3.   Meta tinħoloq, l-interfaċċa nazzjonali tan-negozjanti għandha tinteropera mar-repożitorju komuni tal-ICS2.

4.   Stat Membru li joħloq interfaċċa nazzjonali tan-negozjanti għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan.

Artikolu 49

Sistema nazzjonali ta’ dħul

1.   Sistema nazzjonali ta’ dħul għandha tintuża mill-awtorità doganali tal-Istat Membru kkonċernat għall-finijiet li ġejjin:

(a)

biex tiskambja d-dettalji tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul estratti mid-dikjarazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 130 tal-Kodiċi;

(b)

biex tiskambja l-informazzjoni u n-notifiki mar-repożitorju komuni tal-ICS2 għal informazzjoni dwar il-wasla ta’ bastiment tal-baħar jew inġenju tal-ajru kif imsemmi fl-Artikolu 133 tal-Kodiċi;

(c)

biex tiskambja l-informazzjoni dwar il-preżentazzjoni tal-merkanzija;

(d)

biex tipproċessa t-talbiet għall-analiżi tar-riskju;

(e)

biex tiskambja u tipproċessa l-informazzjoni rigward ir-riżultati tal-analiżi tar-riskju, ir-rakkomandazzjonijiet ta’ kontroll, id-deċiżjonijiet ta’ kontroll u r-riżultati tal-kontroll.

L-awtorità doganali tal-Istat Membru kkonċernat għandha tuża sistema nazzjonali ta’ dħul meta awtorità doganali ta’ Stat Membru tirċievi informazzjoni ulterjuri mingħand l-operaturi ekonomiċi u persuni oħra.

2.   Is-sistema ta’ dħul nazzjonali għandha tinteropera mar-repożitorju komuni tal-ICS2.

3.   Is-sistema nazzjonali ta’ dħul għandha tinteropera ma’ sistemi żviluppati fil-livell nazzjonali biex tiġi rkuprata l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

KAPITOLU IX

SISTEMA AWTOMATIZZATA TAL-ESPORTAZZJONI

Artikolu 50

Objettiv u struttura tas-AES

1.   Is-Sistema Awtomatizzata tal-Esportazzjoni (“AES”) għandha tippermetti l-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, u bejn l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri u l-operaturi ekonomiċi u persuni oħra biex jissottomettu u jipproċessaw id-dikjarazzjonijiet tal-esportazzjoni u r-riesportazzjoni meta l-merkanzija tinħareġ ’il barra mit-territorju doganali tal-Unjoni. L-AES tista’ tippermetti wkoll il-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri biex jittrażmettu d-dettalji tad-dikjarazzjonijiet fil-qosor tal-ħruġ fis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 271(1), it-tieni subparagrafu, tal-Kodiċi.

2.   L-AES għandha tikkonsisti mill-komponenti komuni li ġejjin:

(a)

network ta’ komunikazzjoni komuni;

(b)

servizzi ċentrali.

3.   L-Istati Membri għandhom joħolqu l-komponenti nazzjonali li ġejjin:

(a)

portal nazzjonali għan-negozjanti;

(b)

sistema nazzjonali tal-esportazzjoni (“AES nazzjonali”);

(c)

interfaċċa komuni bejn l-AES u l-NCTS fil-livell nazzjonali;

(d)

interfaċċa komuni bejn l-AES u s-Sistema tal-Movimenti u tal-Kontrolli ta’ Prodotti Soġġetti għas-Sisa (EMCS) fil-livell nazzjonali.

Artikolu 51

Użu tal-AES

L-AES għandha tintuża għall-finijiet li ġejjin meta l-merkanzija tinħareġ mit-territorju doganali tal-Unjoni jew tiġi mċaqilqa lejn territorji fiskali speċjali jew ’il barra minnhom:

(a)

biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-formalitajiet fl-esportazzjoni u fil-ħruġ stabbiliti mill-Kodiċi;

(b)

biex jiġu sottomessi u pproċessati d-dikjarazzjonijiet tal-esportazzjoni u tar-riesportazzjoni;

(c)

biex jiġu ġestiti l-iskambji tal-messaġġi bejn l-uffiċċju doganali tal-esportazzjoni u l-uffiċċju doganali tal-ħruġ u, f’każ ta’ Żdoganar Ċentralizzat fl-Esportazzjoni, bejn l-uffiċċju doganali ta’ superviżjoni u l-uffiċċju doganali tal-preżentazzjoni;

(d)

biex jiġu ġestiti skambji ta’ messaġġi bejn l-uffiċċju doganali tal-preżentazzjoni u l-uffiċċju doganali tal-ħruġ fis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 271(1), it-tieni subparagrafu, tal-Kodiċi.

Artikolu 52

Awtentikazzjoni u aċċess għall-AES

1.   L-operaturi ekonomiċi u persuni oħra għandu jkollhom aċċess biss għall-AES nazzjonali permezz tal-portal nazzjonali għan-negozjanti. L-awtentikazzjoni u l-verifika tal-aċċess għandhom jiġu ddeterminati mill-Istati Membri.

2.   L-awtentikazzjoni u l-verifika tal-aċċess tal-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għall-finijiet tal-aċċess għall-komponenti komuni tas-sistema tal-AES għandhom isiru bl-użu tas-servizzi tan-network ipprovduti mill-Kummissjoni.

3.   L-awtentikazzjoni u l-verifika tal-aċċess tal-persunal tal-Kummissjoni għall-finijiet tal-aċċess għall-komponenti komuni tas-sistema tal-AES għandhom isiru bl-użu tal-UUM&DS jew tas-servizzi tan-network ipprovduti mill-Kummissjoni.

Artikolu 53

Network komuni ta’ komunikazzjoni tal-AES

1.   In-network komuni ta’ komunikazzjoni għandu jiżgura l-komunikazzjoni elettronika bejn l-AES nazzjonali tal-Istati Membri.

2.   L-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għandhom jużaw in-network komuni ta’ komunikazzjoni għall-iskambju ta’ informazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 51(1), il-punti (c) u (d) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 54

Portal nazzjonali għan-negozjanti

1.   Il-portal nazzjonali tan-negozjanti għandu jippermetti l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi jew persuni oħrajn, u l-AES nazzjonali tal-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri.

2.   Il-portal nazzjonali għan-negozjanti għandu jinteropera mal-AES nazzjonali.

Artikolu 55

Sistema Nazzjonali tal-Esportazzjoni

1.   L-AES nazzjonali għandha tinteropera mal-portal nazzjonali għan-negozjanti u għandha tintuża mill-awtorità doganali tal-Istat Membru biex tipproċessa d-dikjarazzjonijiet tal-esportazzjoni u tar-riesportazzjoni.

2.   L-AESs nazzjonali tal-Istati Membri għandhom jikkomunikaw ma’ xulxin b’mod elettroniku permezz tan-network komuni ta’ komunikazzjoni u għandhom jipproċessaw l-informazzjoni dwar l-esportazzjoni u l-ħruġ li jirċievu minn Stati Membri oħra.

3.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu u jżommu fil-livell nazzjonali interfaċċa bejn l-AES nazzjonali tagħhom u l-EMCS għall-finijiet tal-Artikolu 280 tal-Kodiċi u l-Artikoli 21 u 25 tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/262 (14).

4.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu u jżommu fil-livell nazzjonali interfaċċa bejn l-AES u l-NCTS nazzjonali tagħhom għall-finijiet tal-Artikolu 280 tal-Kodiċi, u l-Artikolu 329(5) u (6), u l-Artikolu 333(2), il-punti (b) u (c), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447.

Artikolu 56

Tranżizzjoni tal-IT

1.   Sal-14 ta’ Diċembru 2025, il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Istati Membri komponenti komuni addizzjonali, regoli tranżizzjonali, u mekkaniżmi ta’ appoġġ biex jiġi stabbilit ambjent operazzjonali li fih l-Istati Membri li għadhom ma bdewx jużaw is-sistema tal-AES jistgħu jkomplu, fuq bażi temporanja, jinteroperaw mas-sistemi fl-Istati Membri li diġà varaw dik is-sistema.

2.   Il-Kummissjoni għandha toffri komponent komuni fil-forma ta’ konvertur ċentrali għall-iskambju ta’ messaġġi fuq in-network komuni ta’ komunikazzjoni. Stat Membru jista’ jiddeċiedi li jimplimenta l-konvertur fil-livell nazzjonali. Il-Kummissjoni għandha żżomm u topera l-konvertur ċentrali sal-14 ta’ Diċembru 2025.

3.   F’każ ta’ konnettività gradwali tal-operaturi ekonomiċi u persuni oħra, Stat Membru jista’ joffri konvertur nazzjonali għall-iskambju ta’ messaġġi bejn l-operatur ekonomiku u persuni oħra, u l-awtorità doganali ta’ dak l-Istat Membru.

4.   Il-Kummissjoni, f’kollaborazzjoni mal-Istati Membri, għandha tfassal ir-regoli li huma ta’ natura kummerċjali u teknika li għandhom jiġu applikati sal-14 ta’ Diċembru 2025, biex tippermetti l-immappjar u l-interoperabbiltà bejn ir-rekwiżiti għall-iskambju ta’ informazzjoni stabbiliti fir-Regolamenti Delegati tal-Kummissjoni (UE) 2016/341 (15), u (UE) 2015/2446, u fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447.

KAPITOLU X

SISTEMA ĠDIDA TA’ TRANŻITU KOMPJUTERIZZATA

Artikolu 57

Objettiv u struttura tal-NCTS

1.   Is-Sistema Ġdida ta’ Tranżitu Kompjuterizzata (“NCTS”) għandha tippermetti l-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, u bejn l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri u l-operaturi ekonomiċi u persuni oħra, għas-sottomissjoni u l-ipproċessar tad-dikjarazzjonijiet u n-notifiki doganali meta l-merkanzija titqiegħed taħt il-proċedura ta’ tranżitu.

2.   L-NCTS għandha tikkonsisti mill-komponenti komuni li ġejjin:

(a)

network ta’ komunikazzjoni komuni;

(b)

servizzi ċentrali.

3.   L-Istati Membri għandhom joħolqu l-komponenti nazzjonali li ġejjin:

(a)

portal nazzjonali għan-negozjanti;

(b)

sistema nazzjonali ta’ tranżitu kompjuterizzata (“NCTS nazzjonali”);

(c)

interfaċċa komuni bejn l-NCTS u l-AES fil-livell nazzjonali.

Artikolu 58

Użu tal-NCTS

L-NCTS għandha tintuża għall-finijiet li ġejjin meta l-merkanzija tiġi mċaqilqa skont proċedura ta’ tranżitu:

(a)

biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-formalitajiet fir-rigward tat-tranżitu determinat mill-Kodiċi;

(b)

biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-formalitajiet determinati mill-Konvenzjoni dwar proċedura komuni ta’ tranżitu (16);

(c)

biex jiġu ppreżentati u pproċessati dikjarazzjonijiet ta’ tranżitu;

(d)

biex tiġi ppreżentata dikjarazzjoni ta’ tranżitu li jkun fiha d-dettalji meħtieġa għall-analiżi tar-riskju għal finijiet ta’ sikurezza u sigurtà, imsemmija fl-Artikolu 263(4) tal-Kodiċi;

(e)

biex tiġi ppreżentata dikjarazzjoni ta’ tranżitu minflok dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul kif imsemmi fl-Artikolu 130(1) tal-Kodiċi.

Artikolu 59

Awtentikazzjoni u aċċess għall-NCTS

1.   L-operaturi ekonomiċi għandhom aċċess biss għas-sistema nazzjonali ta’ tranżitu permezz ta’ portal nazzjonali għan-negozjanti. L-awtentikazzjoni u l-verifika tal-aċċess għandhom jiġu ddeterminati mill-Istati Membri.

2.   L-awtentikazzjoni u l-verifika tal-aċċess tal-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għall-finijiet ta’ aċċess għall-komponenti komuni tas-NCTS għandhom isiru bl-użu tas-servizzi tan-network ipprovduti mill-Kummissjoni.

3.   L-awtentikazzjoni u l-verifika tal-aċċess tal-persunal tal-Kummissjoni għall-finijiet ta’ aċċess għall-komponenti komuni tal-NCTS għandhom isiru bl-użu tal-UUM&DS jew tas-servizzi tan-network ipprovduti mill-Kummissjoni.

Artikolu 60

Network komuni ta’ komunikazzjoni tal-NCTS

1.   In-network komuni ta’ komunikazzjoni għandu jiżgura l-komunikazzjoni elettronika bejn l-NCTS nazzjonali tal-Istati Membri u l-Partijiet Kontraenti tal-Konvenzjoni dwar proċedura komuni ta’ tranżitu.

2.   L-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għandhom jużaw in-network komuni ta’ komunikazzjoni għall-iskambju ta’ informazzjoni relatata mal-formalitajiet fir-rigward tat-tranżitu.

Artikolu 61

Portal nazzjonali għan-negozjanti

1.   Il-portal nazzjonali għan-negozjanti għandu jippermetti l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi u persuni oħra, u l-NCTS nazzjonali tal-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri.

2.   Il-portal nazzjonali għan-negozjanti għandu jinteropera mal-NCTS nazzjonali.

Artikolu 62

Sistema nazzjonali ta’ tranżitu

1.   L-NCTS nazzjonali għandha tinteropera mal-portal nazzjonali għan-negozjanti u għandha tintuża mill-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru jew minn Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni dwar proċedura komuni ta’ tranżitu biex jippreżentaw u jipproċessaw id-dikjarazzjoni ta’ tranżitu.

2.   L-NCTS nazzjonali għandha, permezz tan-network komuni ta’ komunikazzjoni, tikkomunika b’mod elettroniku mal-applikazzjonijiet nazzjonali kollha ta’ tranżitu tal-Istati Membri u tal-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni dwar proċedura komuni ta’ tranżitu u għandha tipproċessa l-informazzjoni dwar it-tranżitu li tirċievi minn Stati Membri oħra u Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni dwar proċedura komuni ta’ tranżitu.

3.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu u jżommu interfaċċa bejn is-sistemi nazzjonali tal-NCTS u tal-AES tagħhom għall-finijiet tal-Artikolu 329(5) u (6) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447.

Artikolu 63

Skambju tal-informazzjoni mas-sistema tal-ICS2

1.   Għall-Istati Membri tal-UE u l-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni dwar proċedura komuni ta’ tranżitu li jiddeċiedu li jinkludu dettalji tad-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul fid-dikjarazzjoni ta’ tranżitu, u biss meta jiġu pprovduti mill-operatur ekonomiku jew minn persuna oħra, l-NCTS għandha tikkomunika dawk id-dettalji lis-sistema tal-ICS2 u tappoġġa l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-ICS2 u l-operaturi ekonomiċi u persuni oħra.

2.   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi komponent komuni għall-iskambju ta’ messaġġi bejn l-NCTS u l-ICS2.

Artikolu 64

Tranżizzjoni tal-IT

1.   Matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni tal-NCTS stabbilit fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2879, il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Istati Membri komponenti komuni addizzjonali, regoli tranżizzjonali u mekkaniżmi ta’ appoġġ biex jistabbilixxu ambjent operazzjonali li fih l-Istati Membri li jkunu għadhom ma bdewx jużaw is-sistema l-ġdida tal-NCTS jistgħu jkomplu, fuq bażi temporanja, jinteroperaw mas-sistemi fl-Istati Membri li jkunu diġà varaw dik is-sistema l-ġdida.

2.   Il-Kummissjoni għandha toffri komponent komuni fil-forma ta’ konvertur ċentrali għall-iskambju ta’ messaġġi fuq in-network komuni ta’ komunikazzjoni. Stat Membru jista’ jiddeċiedi li jimplimenta l-konvertur fil-livell nazzjonali.

3.   Fil-każ ta’ konnettività gradwali tal-operaturi ekonomiċi u ta’ persuni oħra, Stat Membru jista’ joffri konvertur nazzjonali għall-iskambju ta’ messaġġi bejn l-operatur ekonomiku u persuni oħra, u l-awtorità doganali ta’ dak l-Istat Membru.

4.   Il-Kummissjoni, f’kollaborazzjoni mal-Istati Membri, għandha tfassal ir-regoli tekniċi li huma ta’ natura kummerċjali u teknika li għandhom jiġu applikati matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni tal-NCTS stabbilit fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2879, biex tippermetti l-immappjar u l-interoperabbiltà bejn ir-rekwiżiti tal-iskambju tal-informazzjoni stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2016/341, fir-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, u fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447.

KAPITOLU XI

SISTEMA TA’ PROĊEDURI SPEĊJALI TAL-INF

Artikolu 65

Objettiv u struttura tas-sistema tal-INF SP

1.   Is-Sistema ta’ Proċeduri Speċjali tal-INF (“is-sistema tal-INF SP”) għandha tippermetti l-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri u l-operaturi ekonomiċi u persuni oħra biex joħorġu u jiġġestixxu d-data tal-INF fil-qasam tal-Proċeduri Speċjali.

2.   Is-sistema tal-INF SP għandha tikkonsisti mill-komponenti komuni li ġejjin:

(a)

Portal tal-UE speċifiku għan-Negozjanti għall-INF;

(b)

sistema ċentrali tal-INF SP.

Artikolu 66

Użu tas-sistema tal-INF SP

1.   Is-sistema tal-INF SP għandha tintuża għall-operaturi ekonomiċi u għal persuni oħra biex jissottomettu talbiet għal INF u sabiex isegwu l-istatus ta’ tali talbiet. L-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għandhom jużaw is-sistema tal-INF SP biex jipproċessaw tali talbiet u biex jiġġestixxu l-INF.

2.   Is-sistema tal-INF SP għandha tippermetti l-ħolqien ta’ INF mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri u l-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri fejn meħtieġ.

3.   Is-sistema tal-INF SP għandha tippermetti l-kalkolu tal-ammont ta’ dazji fuq l-importazzjoni f’konformità mal-Artikolu 86(3) tal-Kodiċi.

Artikolu 67

Awtentikazzjoni u aċċess għas-sistema tal-INF SP ċentrali

1.   L-awtentikazzjoni u l-verifika tal-aċċess tal-operaturi ekonomiċi u persuni oħra għall-finijiet ta’ aċċess għall-komponenti komuni tas-sistema tal-INF SP għandha ssir billi tintuża s-sistema tal-UUM&DS.

Biex ir-rappreżentanti doganali jkunu awtentikati u jkunu jistgħu jaċċessaw il-komponenti komuni tas-sistema tal-INF SP, l-għoti tas-setgħa lilhom biex jaġixxu f’dik il-kapaċità għandu jkun irreġistrat fis-sistema tal-UUM&DS jew f’sistema ta’ ġestjoni tal-identità u tal-aċċess stabbilita minn Stat Membru skont l-Artikolu 20 ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-awtentikazzjoni u l-verifika tal-aċċess tal-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għall-finijiet ta’ aċċess għall-komponenti komuni tas-sistema tal-INF SP għandhom isiru bl-użu tas-servizzi tan-network ipprovduti mill-Kummissjoni.

3.   L-awtentikazzjoni u l-verifika tal-aċċess tal-persunal tal-Kummissjoni għall-finijiet ta’ aċċess għall-komponenti komuni tas-sistema tal-INF SP għandha ssir billi tintuża s-sistema tal-UUM&DS jew billi jintużaw is-servizzi tan-network ipprovduti mill-Kummissjoni.

Artikolu 68

Portal tal-UE Speċifiku għan-Negozjanti għall-INF

1.   L-EUCTP għandu jipprovdi aċċess għall-Portal tal-UE Speċifiku għan-Negozjanti għall-INF kif imsemmi fl-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament, fejn il-Portal tal-UE Speċifiku għan-Negozjanti għandu jkun punt ta’ dħul għas-sistema tal-INF SP għall-operaturi ekonomiċi u persuni oħra.

2.   Il-Portal tal-UE speċifiku għan-Negozjanti għall-INF għandu jinteropera mas-sistema ċentrali tal-INF SP.

Artikolu 69

Sistema ċentrali tal-INF SP

1.   Is-sistema ċentrali tal-INF SP għandha tintuża mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri biex jiskambjaw u jaħżnu l-informazzjoni li tappartjeni għall-INFs sottomessi.

2.   Is-sistema ċentrali tal-INF SP għandha tinteropera mal-Portal tal-UE Speċifiku għan-Negozjanti għall-INF.

KAPITOLU XII

SISTEMA TA’ ĠESTJONI TAR-RISKJU DOGANALI

Artikolu 70

Objettiv u struttura tas-CRMS

1.   Is-Sistema ta’ Ġestjoni tar-Riskju Doganali (“CRMS”) għandha tippermetti l-komunikazzjoni, il-ħżin u l-iskambju tal-informazzjoni dwar ir-riskju bejn l-Istati Membri, l-Iżvizzera u n-Norveġja, kif ukoll bejn l-Istati Membri, l-Iżvizzera, in-Norveġja u l-Kummissjoni biex tappoġġa l-implimentazzjoni tal-qafas komuni tal-ġestjoni tar-riskju.

2.   Servizz web għas-sistemi nazzjonali jista’ jintuża biex jippermetti l-iskambju tad-data bejn is-CRMS u s-sistemi nazzjonali permezz ta’ interfaċċa tal-web. Is-CRMS għandha tinteropera mal-komponenti komuni tal-ICS2.

Artikolu 71

Użu tas-CRMS

1.   Is-CRMS għandha tintuża għall-finijiet li ġejjin:

(a)

l-iskambju ta’ informazzjoni dwar ir-riskju inkluż ir-riżultati tal-analiżi tar-riskju bejn l-Istati Membri, l-Iżvizzera u n-Norveġja, kif ukoll bejn l-Istati Membri, l-Iżvizzera, in-Norveġja u l-Kummissjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 46(5) u l-Artikolu 47(2) tal-Kodiċi u fl-Artikolu 36(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447, u l-ħżin u l-ipproċessar ta’ tali informazzjoni;

(b)

il-komunikazzjoni bejn l-Istati Membri, l-Iżvizzera u n-Norveġja, kif ukoll bejn l-Istati Membri, l-Iżvizzera, in-Norveġja u l-Kummissjoni tal-informazzjoni relatata mal-implimentazzjoni tal-kriterji komuni tar-riskju, mal-azzjonijiet ta’ kontroll prijoritarju, mal-ġestjoni tal-kriżijiet kif imsemmi fl-Artikolu 36(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447, u s-sottomissjoni, l-ipproċessar u l-ħżin ta’ tali informazzjoni, inkluż l-iskambju tal-informazzjoni dwar ir-riskju relatat, ir-riżultati tal-analiżi tar-riskju mwettqa qabel l-azzjonijiet li jikkonċernaw il-kontroll prijoritarju u l-ġestjoni tal-kriżijiet, u l-analiżi tar-riżultati ta’ dawn l-azzjonijiet;

(c)

biex l-Istati Membri, l-Iżvizzera, in-Norveġja u l-Kummissjoni jkunu jistgħu jiksbu b’mod elettroniku mis-sistema r-rapporti tal-analiżi tar-riskju dwar ir-riskji eżistenti, dwar ir-riżultati tal-analiżi tar-riskju, u dwar xejriet ġodda biex jikkontribwixxu għall-qafas komuni tal-ġestjoni tar-riskju u għas-sistema nazzjonali tal-ġestjoni tar-riskju.

2.   Fejn it-trasferiment tad-data bejn is-CRMS u s-sistemi nazzjonali jkun jista’ jiġi awtomatizzat, l-Istati Membri għandhom jadattaw is-sistemi nazzjonali biex jużaw is-servizz web tas-CRMS.

Artikolu 72

Awtentikazzjoni u aċċess għas-CRMS

1.

L-awtentikazzjoni u l-verifika tal-aċċess tal-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għall-finijiet ta’ aċċess għall-komponenti komuni tas-CRMS għandhom isiru bl-użu tas-servizzi tan-network ipprovduti mill-Kummissjoni.

2.

L-awtentikazzjoni u l-verifika tal-aċċess tal-persunal tal-Kummissjoni għall-finijiet tal-aċċess għall-komponenti komuni tas-CRMS għandhom isiru bl-użu tas-sistema tal-UUM&DS jew bl-użu tas-servizzi tan-network ipprovduti mill-Kummissjoni.

Artikolu 73

Komponent komuni tas-CRMS

1.   Is-CRMS għandha tipprevedi formoli ta’ informazzjoni dwar ir-riskju u formoli ta’ feedback dwar l-analiżi tar-riskju u r-riżultati tal-kontroll li għandhom jimtlew elettronikament fis-sistema, jiġu pproċessati għar-rapportar u jinħażnu fis-sistema. L-utenti awtorizzati għandhom ikunu jistgħu jirkupraw il-formoli u jużawhom għal finijiet ta’ ġestjoni u kontroll tar-riskji nazzjonali.

2.   Is-CRMS għandha tipprevedi mekkaniżmi ta’ komunikazzjoni li jippermettu lill-utenti (individwalment jew bħala parti minn unità organizzazzjonali) jipprovdu u jiskambjaw l-informazzjoni dwar ir-riskju, jirrispondu għal talbiet speċifiċi minn utenti oħra u jipprovdu lill-Kummissjoni fatti u analiżi tar-riżultati tal-azzjonijiet tagħhom waqt l-implimentazzjoni tal-kriterji komuni tar-riskju, tal-azzjonijiet ta’ kontroll prijoritarji u tal-ġestjoni tal-kriżijiet.

3.   Is-CRMS għandha tipprovdi għodod li jippermettu l-analiżi u l-aggregazzjoni tad-data mill-formoli tal-informazzjoni dwar ir-riskju maħżuna fis-sistemi.

4.   Is-CRMS għandha tipprevedi pjattaforma fejn għandha tinħażen l-informazzjoni, li tinkludi gwidi, informazzjoni u data ta’ teknoloġija ta’ skoperta u ħolqiet għal bażijiet tad-data oħra, rilevanti għall-ġestjoni u l-kontrolli tar-riskju u din għandha titpoġġa għad-dispożizzjoni tal-utenti awtorizzati għal skopijiet ta’ ġestjoni u kontroll tar-riskju.

KAPITOLU XIII

ŻDOGANAR ĊENTRALIZZAT GĦALL-IMPORTAZZJONI

Artikolu 74

Objettiv u struttura tas-CCI

1.   L-Iżdoganar Ċentralizzat għall-Importazzjoni (“CCI”) għandu jippermetti l-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, u bejn l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri u l-operaturi ekonomiċi biex jissottomettu u jipproċessaw dikjarazzjonijiet doganali fil-kuntest ta’ żdoganar ċentralizzat għall-importazzjoni meta jkun involut aktar minn Stat Membru wieħed.

2.   Is-CCI għandu jikkonsisti mill-komponenti komuni li ġejjin:

(a)

network ta’ komunikazzjoni komuni;

(b)

servizzi ċentrali.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistemi tas-CCI nazzjonali tagħhom jikkomunikaw permezz tan-network komuni ta’ komunikazzjoni għas-CCI mas-sistemi tas-CCI nazzjonali tal-Istati Membri l-oħra u li s-sistema nazzjonali tas-CCI tinkludi l-komponenti nazzjonali li ġejjin:

(a)

portal nazzjonali għan-negozjanti;

(b)

applikazzjoni nazzjonali għas-CCI;

(c)

interfaċċa mal-EMCS/Sistema għall-Iskambju ta’ Data dwar id-Dazji tas-Sisa fil-livell nazzjonali.

Artikolu 75

Użu tas-CCI

Is-sistema tas-CCI għandha tintuża għall-finijiet li ġejjin:

(a)

biex tiżgura l-implimentazzjoni tal-formalitajiet fir-rigward tal-iżdoganar ċentralizzat għall-importazzjoni stabbiliti fil-Kodiċi, meta jkun involut aktar minn Stat Membru wieħed;

(b)

biex tippreżenta u tipproċessa dikjarazzjonijiet doganali standard skont l-iżdoganar ċentralizzat għall-importazzjoni;

(c)

biex tippreżenta u tipproċessa dikjarazzjonijiet doganali simplifikati u dikjarazzjonijiet supplimentari rispettivi skont l-iżdoganar ċentralizzat għall-importazzjoni;

(d)

biex tippreżenta u tipproċessa d-dikjarazzjonijiet doganali rispettivi u n-notifiki ta’ preżentazzjoni pprovduti fl-awtorizzazzjoni għad-dħul fir-rekords tad-dikjarant skont l-iżdoganar ċentralizzat għall-importazzjoni.

Artikolu 76

Awtentikazzjoni u aċċess għas-CCI

1.   L-operaturi ekonomiċi għandu jkollhom aċċess biss għas-sistemi tas-CCI nazzjonali permezz ta’ portal nazzjonali għan-negozjanti żviluppat mill-Istati Membri. L-awtentikazzjoni u l-verifika tal-aċċess għandhom jiġu ddeterminati mill-Istati Membri.

2.   L-awtentikazzjoni u l-verifika tal-aċċess tal-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għall-finijiet ta’ aċċess għall-komponenti komuni tas-sistema tas-CCI għandhom isiru bl-użu tas-servizzi tan-network ipprovduti mill-Kummissjoni.

3.   L-awtentikazzjoni u l-verifika tal-aċċess tal-persunal tal-Kummissjoni għall-finijiet ta’ aċċess għall-komponenti komuni tas-sistema tas-CCI għandhom isiru bl-użu tal-UUM&DS jew tas-servizzi tan-network ipprovduti mill-Kummissjoni.

Artikolu 77

Network komuni ta’ komunikazzjoni tas-CCI

1.   In-network komuni ta’ komunikazzjoni għandu jiżgura l-komunikazzjoni elettronika bejn l-applikazzjonijiet tas-CCI nazzjonali tal-Istati Membri.

2.   L-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għandhom jużaw in-network komuni ta’ komunikazzjoni għall-iskambju tal-informazzjoni rilevanti għall-formalitajiet tal-importazzjoni relatati mas-CCI.

Artikolu 78

Portal nazzjonali għan-negozjanti

1.   Il-portal nazzjonali għan-negozjanti għandu jippermetti l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi u s-sistemi nazzjonali tas-CCI tal-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri.

2.   Il-portal nazzjonali għan-negozjanti għandu jinteropera mal-applikazzjonijiet nazzjonali tas-CCI.

Artikolu 79

Sistema Nazzjonali tas-CCI

1.   Is-sistema nazzjonali tas-CCI għandha tintuża mill-awtorità doganali tal-Istat Membru li jkun ħoloqha għall-finijiet ta’ proċessar tad-dikjarazzjonijiet doganali skont is-CCI.

2.   Is-sistemi nazzjonali tas-CCI tal-Istati Membri għandhom jikkomunikaw ma’ xulxin b’mod elettroniku permezz tad-dominju komuni u għandhom jipproċessaw l-informazzjoni dwar l-importazzjoni li jirċievu minn Stati Membri oħra.

KAPITOLU XIV

SISTEMA TAL-ESPORTATURI REĠISTRATI

TAQSIMA 1

Is-sistema tar-REX għall-Istati Membri

Artikolu 80

Objettiv u struttura tas-sistema tar-REX għall-Istati Membri

1.   Is-sistema tal-Esportaturi Rreġistrati (“is-sistema tar-REX”) għall-Istati Membri għandha tippermetti lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jirreġistraw lill-operaturi ekonomiċi stabbiliti fl-Unjoni biex jiddikjaraw l-oriġini preferenzjali tal-merkanzija, u jiġġestixxu dawk ir-reġistrazzjonijiet, jiġifieri l-modifiki tar-reġistrazzjonijiet, ir-revoki tar-reġistrazzjonijiet, il-kanċellazzjoni tar-revoki u r-rapportar tar-reġistrazzjonijiet.

2.   Is-sistema tar-REX għall-Istati Membri għandha tikkonsisti mill-komponenti komuni li ġejjin:

(a)

Portal tal-UE Speċifiku għan-Negozjanti għas-sistema tar-REX għall-Istati Membri;

(b)

sistema ċentrali tal-EBTI;sistema ċentrali tar-REX għall-Istati Membri.

3.   L-Istati Membri jistgħu joħolqu l-komponenti nazzjonali li ġejjin:

(a)

portal nazzjonali għan-negozjanti;

(b)

sistema nazzjonali ta’ Esportaturi Rreġistrati (“sistema nazzjonali tar-REX”).

Artikolu 81

Użu tas-sistema tar-REX għall-Istati Membri

Is-sistema tar-REX għall-Istati Membri għandha tintuża mill-esportaturi u mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, f’konformità mad-dispożizzjonijiet fis-seħħ għall-finijiet tal-arranġamenti kummerċjali preferenzjali tal-Unjoni.

Artikolu 82

Awtentikazzjoni u aċċess għas-sistema tar-REX għall-Istati Membri

1.   L-awtentikazzjoni u l-verifika tal-aċċess tal-operaturi ekonomiċi u ta’ persuni oħra għall-finijiet ta’ aċċess għall-Portal tal-UE Speċifiku għan-Negozjant għas-sistema tar-REX għall-Istati Membri għandhom isiru permezz tas-sistema tal-UUM&DS.

Sabiex ir-rappreżentanti doganali jiġu awtentikati u jkunu jistgħu jaċċessaw il-Portal tal-UE Speċifiku għan-Negozjanti għas-sistema tar-REX għall-Istati Membri, l-għoti tas-setgħa lilhom biex jaġixxu f’dik il-kapaċità għandu jiġi rreġistrat fis-sistema tal-UUM&DS jew f’sistema ta’ ġestjoni tal-identità u tal-aċċess stabbilita minn Stat Membru skont l-Artikolu 20 ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-awtentikazzjoni u l-verifika tal-aċċess tal-uffiċjali tal-Istati Membri għall-finijiet ta’ aċċess għas-sistema ċentrali tar-REX għall-Istati Membri għandhom isiru bl-użu tas-servizzi tan-network ipprovduti mill-Kummissjoni.

3.   L-awtentikazzjoni u l-verifika tal-aċċess tal-persunal tal-Kummissjoni għall-finijiet ta’ aċċess għas-sistema ċentrali tar-REX għall-Istati Membri għandhom isiru bl-użu tas-servizzi tan-network ipprovduti mill-Kummissjoni.

Artikolu 83

Portal tal-UE Speċifiku għan-Negozjanti għas-sistema tar-REX għall-Istati Membri

1.   Il-Portal tal-UE Speċifiku għan-Negozjanti għas-sistema tar-REX għall-Istati Membri għandu jinteropera mal-EUCTP, u l-EUCTP għandu jkun punt ta’ dħul għal talbiet minn operaturi ekonomiċi u persuni oħra għas-sistema ċentrali tar-REX għall-Istati Membri.

2.   Il-Portal tal-UE Speċifiku għan-Negozjanti għas-sistema tar-REX għall-Istati Membri għandu jkun interoperabbli mas-sistema ċentrali tar-REX għall-Istati Membri u għandu jkun kapaċi jidderieġi mill-ġdid lill-utenti lejn il-portal nazzjonali għan-negozjanti, meta jinħoloq minn Stat Membru.

3.   Fl-Istati Membri fejn ma jinħoloq l-ebda portal nazzjonali għan-negozjanti, għandu jintuża l-Portal tal-UE Speċifiku għan-Negozjanti għas-sistema tar-REX għall-Istati Membri biex tiġi sottomessa u skambjata informazzjoni relatata mal-applikazzjonijiet għal reġistrazzjonijiet u deċiżjonijiet ta’ reġistrazzjonijiet, u fir-rigward ta’ kwalunkwe avveniment sussegwenti li jista’ jaffettwa l-applikazzjoni jew ir-reġistrazzjoni oriġinali kif imsemmi fl-Artikolu 80 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 84

Sistema ċentrali tar-REX għall-Istati Membri

1.   L-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għandhom jużaw is-sistema ċentrali tar-REX għall-Istati Membri biex jipproċessaw l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 83 ta’ dan ir-Regolament, biex jaħżnu r-reġistrazzjonijiet, biex jipproċessaw kwalunkwe avveniment sussegwenti li jista’ jaffettwa l-applikazzjoni jew ir-reġistrazzjoni oriġinali, jew biex jagħmlu tfittxijiet fir-reġistrazzjonijiet.

2.   Is-sistema ċentrali tar-REX għall-Istati Membri għandha tkun interoperabbli mal-Portal tal-UE Speċifiku għan-Negozjanti għas-sistema tar-REX, is-servizzi ta’ referenza għall-klijenti, u sistemi rilevanti oħra.

Artikolu 85

Portal Nazzjonali għan-Negozjanti

1.   Meta Stat Membru jistabbilixxi portal nazzjonali għan-negozjanti, l-operaturi ekonomiċi u persuni oħra għandhom jużaw dak il-portal biex jippreżentaw u jiskambjaw l-informazzjoni relatata mal-applikazzjonijiet għal reġistrazzjonijiet u deċiżjonijiet ta’ reġistrazzjonijiet, u fir-rigward ta’ kwalunkwe avveniment sussegwenti li jista’ jaffettwa l-applikazzjoni jew ir-reġistrazzjoni oriġinali kif imsemmi fl-Artikolu 80 ta’ dan ir-Regolament.

2.   Stat Membru li joħloq portal nazzjonali għan-negozjanti għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan.

3.   Il-portal nazzjonali għan-negozjanti għandu jkun interoperabbli mas-sistema nazzjonali tar-REX.

Artikolu 86

Sistema Nazzjonali tar-REX

1.   L-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għandhom jużaw is-sistema nazzjonali tar-REX, meta tinħoloq minn Stat Membru, biex jipproċessaw l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 85 ta’ dan ir-Regolament, biex jaħżnu r-reġistrazzjonijiet, biex jipproċessaw kwalunkwe avveniment sussegwenti li jista’ jaffettwa l-applikazzjoni jew ir-reġistrazzjoni oriġinali, jew biex jagħmlu tfittxijiet fir-reġistrazzjonijiet.

2.   Is-sistema nazzjonali tar-REX għandha tinteropera u tibqa’ sinkronizzata mas-sistema ċentrali tar-REX għall-Istati Membri.

TAQSIMA 2

Is-sistema tar-REX għal pajjiżi terzi li magħhom l-Unjoni għandha arranġament kummerċjali preferenzjali

Artikolu 87

Objettiv u struttura tas-sistema tar-REX għal pajjiżi terzi li magħhom l-Unjoni għandha arranġament kummerċjali preferenzjali

1.   Is-sistema tar-REX għal pajjiżi terzi li magħhom l-Unjoni għandha arranġament kummerċjali preferenzjali (“is-sistema tar-REX għal pajjiżi terzi”) għandha tippermetti lill-operaturi ekonomiċi f’dawk il-pajjiżi jħejju applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni bħala esportaturi rreġistrati u awtoritajiet kompetenti f’dawk il-pajjiżi, jipproċessaw dawk l-applikazzjonijiet, kif ukoll jiġġestixxu dawk ir-reġistrazzjonijiet, jiġifieri l-modifiki tar-reġistrazzjonijiet, ir-revoki tar-reġistrazzjonijiet, il-kanċellazzjoni tar-revoki u r-rapportar tar-reġistrazzjonijiet.

2.   Is-sistema tar-REX għal pajjiżi terzi għandha tikkonsisti mill-komponenti komuni li ġejjin:

(a)

sistema ta’ preapplikazzjoni;

(b)

sistema ċentrali tar-REX għal pajjiżi terzi.

Artikolu 88

Użu tas-sistema tar-REX għal pajjiżi terzi

Is-sistema tar-REX għal pajjiżi terzi għandha tapplika f’ċerti pajjiżi terzi, f’konformità mal-arranġamenti kummerċjali preferenzjali tal-Unjoni.

Artikolu 89

Awtentikazzjoni u aċċess għas-sistema tar-REX għal pajjiżi terzi

1.   L-awtentikazzjoni u l-verifika tal-aċċess tal-uffiċjali ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ aċċess għas-sistema ċentrali tar-REX għal pajjiżi terzi għandhom isiru bl-użu tal-Login tal-UE u s-sistema ta’ ġestjoni tal-utent għas-sistema tar-REX għal pajjiżi terzi (T-REX).

2.   L-aċċess tal-operaturi ekonomiċi u ta’ persuni oħra għas-sistema ta’ preapplikazzjoni msemmija fl-Artikolu 87(2), il-punt (a) ta’ dan ir-Regolament, għandu jkun anonimu.

3.   L-awtentikazzjoni u l-verifika tal-aċċess tal-persunal tal-Kummissjoni għall-finijiet ta’ aċċess għas-sistema ċentrali tar-REX għal pajjiżi terzi għandhom isiru bl-użu tas-servizzi tan-network ipprovduti mill-Kummissjoni.

4.   Meta l-arranġament kummerċjali preferenzjali tal-Unjoni ma jibqax applikabbli għal pajjiż terz, l-awtoritajiet kompetenti f’dak il-pajjiż terz għandhom iżommu aċċess għas-sistema tar-REX għal pajjiżi terzi sakemm dan ikun meħtieġ biex dawk l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jikkonformaw mal-obbligi tagħhom.

Artikolu 90

Ipproċessar tad-data fir-rigward tas-sistema tar-REX għal pajjiżi terzi

Id-data personali tas-suġġetti tad-data stabbiliti f’pajjiżi terzi fis-sistema tar-REX għal pajjiżi terzi rreġistrata mill-awtoritajiet kompetenti f’pajjiżi terzi għandha tiġi pproċessata biex jiġi implimentat u mmonitorjat l-arranġament kummerċjali preferenzjali rilevanti mal-Unjoni.

Artikolu 91

Sistema ċentrali tar-REX għal pajjiżi terzi li magħhom l-Unjoni għandha arranġament kummerċjali preferenzjali

1.   L-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiżi terzi li magħhom l-Unjoni għandha arranġament kummerċjali preferenzjali għandhom jużaw is-sistema ċentrali tar-REX għal pajjiżi terzi biex jipproċessaw l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjonijiet, biex jaħżnu r-reġistrazzjonijiet, biex jipproċessaw kwalunkwe avveniment sussegwenti li jista’ jaffettwa l-applikazzjoni jew ir-reġistrazzjoni oriġinali, jew biex jagħmlu tfittxijiet fir-reġistrazzjonijiet.

2.   Is-sistema ċentrali tar-REX għal pajjiżi terzi għandha tkun interoperabbli mas-sistema ta’ preapplikazzjoni, mas-servizzi ta’ referenza għall-klijenti u ma’ sistemi rilevanti oħra.

Artikolu 92

Sistema ta’ preapplikazzjoni fis-sistema tar-REX għal pajjiżi terzi li l-Unjoni għandha arranġament kummerċjali preferenzjali magħhom

1.   Is-sistema ta’ preapplikazzjoni għandha tkun punt ta’ dħul għall-operaturi ekonomiċi u għal persuni oħra biex jippreżentaw id-data elettronikament fl-applikazzjoni tagħhom biex isiru esportaturi rreġistrati. Is-sistema ta’ preapplikazzjoni ma għandhiex tintuża għas-sottomissjoni ta’ talbiet għall-modifika jew ir-revoka ta’ reġistrazzjonijiet eżistenti.

2.   Is-sistema ta’ preapplikazzjoni għandha tinteropera mas-sistema ċentrali tar-REX għal pajjiżi terzi li magħhom l-Unjoni għandha arranġament kummerċjali preferenzjali.

KAPITOLU XV

SISTEMA TA’ PROVA TAL-ISTATUS TAL-UNJONI

Artikolu 93

Objettiv u struttura tas-sistema tal-PoUS

1.   Is-Sistema tal-Prova tal-Istatus tal-Unjoni (“is-sistema tal-PoUS”) għandha tippermetti l-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri u l-operaturi ekonomiċi u persuni oħra biex joħorġu u jiġġestixxu dokumenti T2L/T2LF u manifesti doganali tal-merkanzija (CGM) bħala mezz ta’ prova tal-istatus doganali tal-merkanzija tal-Unjoni.

2.   Is-sistema tal-PoUS għandha tikkonsisti mill-komponenti komuni li ġejjin:

(a)

Portal tal-UE Speċifiku għan-Negozjanti għall-PoUS;

(b)

sistema ċentrali tal-PoUS.

3.   L-Istati Membri jistgħu joħolqu l-komponenti nazzjonali li ġejjin:

(a)

portal nazzjonali għan-negozjanti;

(b)

prova nazzjonali tas-sistema tal-istatus tal-Unjoni (“sistema nazzjonali tal-PoUS”).

Artikolu 94

Użu tas-sistema PoUS

1.   L-operaturi ekonomiċi u persuni oħra għandhom jużaw is-sistema tal-PoUS:

(a)

biex jissottomettu talbiet għal approvazzjoni u reġistrazzjoni, jew reġistrazzjoni mingħajr approvazzjoni;

(b)

biex jissottomettu prova tal-istatus tal-Unjoni fil-forma ta’ dokumenti T2L/T2LF u CGM;

(c)

biex jiġġestixxu l-użu tal-prova tal-istatus tal-Unjoni ta’ merkanzija mal-preżentazzjoni.

2.   Is-sistema tal-PoUS għandha tippermetti l-approvazzjoni u r-reġistrazzjoni tat-talbiet tal-operaturi ekonomiċi u ta’ persuni oħra u l-ġestjoni tal-użu tal-prova tal-istatus tal-Unjoni.

3.   Il-PoUS għandha tippermetti wkoll komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri biex jiġu ppreżentati d-dokumenti T2L/T2LF u CGM bħala mezz sabiex jiġi ppruvat l-istatus doganali tal-merkanzija tal-Unjoni.

Artikolu 95

Awtentikazzjoni u aċċess għas-sistema ċentrali tal-PoUS

1.   L-awtentikazzjoni u l-verifika tal-aċċess tal-operaturi ekonomiċi u ta’ persuni oħra għall-finijiet ta’ aċċess għall-komponenti komuni tas-sistema tal-PoUS għandhom isiru permezz tas-sistema tal-UUM&DS.

Sabiex ir-rappreżentanti doganali jiġu awtentikati u jkunu jistgħu jaċċessaw il-Portal tal-UE Speċifiku għan-Negozjanti għas-sistema tal-PoUS għall-Istati Membri, l-għoti tas-setgħa lilhom biex jaġixxu f’dik il-kapaċità għandu jiġi rreġistrat fis-sistema tal-UUM&DS jew f’sistema ta’ ġestjoni tal-identità u tal-aċċess stabbilita minn Stat Membru skont l-Artikolu 20 ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-awtentikazzjoni u l-verifika tal-aċċess tal-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għall-finijiet ta’ aċċess għall-komponenti komuni tas-sistema tal-PoUS għandhom isiru bl-użu tas-servizzi tan-network ipprovduti mill-Kummissjoni.

L-awtentikazzjoni u l-verifika tal-aċċess tal-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għall-finijiet ta’ aċċess għas-sistema nazzjonali tal-PoUS għandhom isiru bl-użu ta’ sistema ta’ ġestjoni tal-identità u tal-aċċess stabbilita mill-Istat Membru rilevanti.

3.   L-awtentikazzjoni u l-verifika tal-aċċess tal-persunal tal-Kummissjoni għall-finijiet ta’ aċċess għall-komponenti komuni tas-sistema tal-PoUS għandhom isiru bl-użu tas-sistema tal-UUM&DS jew is-servizzi tan-network ipprovduti mill-Kummissjoni.

Artikolu 96

Portal tal-UE Speċifiku għan-Negozjanti għall-PoUS

1.   Il-Portal tal-UE Speċifiku għan-Negozjanti għall-PoUS għandu jikkomunika mal-EUCTP, fejn il-EUCTP għandu jkun punt ta’ dħul għas-sistema tal-PoUS għall-operaturi ekonomiċi u persuni oħra.

2.   Il-Portal tal-UE Speċifiku għan-Negozjanti għall-PoUS għandu jkun interoperabbli mas-sistema ċentrali tal-PoUS.

Artikolu 97

Sistema ċentrali tal-PoUS

1.   Is-sistema ċentrali tal-PoUS għandha tintuża mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri biex jiskambjaw u jaħżnu l-informazzjoni li tappartjeni għad-dokumenti T2L/T2LF u CGM sottomessi.

2.   Is-sistema ċentrali tal-PoUS għandha tkun interoperabbli mal-Portal tal-UE Speċifiku għan-Negozjanti għall-PoUS.

Artikolu 98

Portal Nazzjonali għan-Negozjanti

1.   Meta Stat Membru jkun ħoloq sistema nazzjonali tal-PoUS f’konformità mal-Artikolu 93(3), il-punt (b), ta’ dan ir-Regolament, il-portal nazzjonali tan-negozjanti għandu jkun il-punt ewlieni ta’ dħul fis-sistema nazzjonali tal-PoUS għall-operaturi ekonomiċi u għal persuni oħrajn.

2.   Il-portal nazzjonali għan-negozjanti għandu jinteropera mas-sistema nazzjonali tal-PoUS, meta tinħoloq minn Stat Membru.

3.   Il-portal nazzjonali għan-negozjanti għandu jipprevedi l-funzjonalitajiet ekwivalenti għal dawk previsti mill-Portal tal-UE Speċifiku għan-Negozjanti għall-PoUS.

4.   Stat Membru li joħloq portal nazzjonali għan-negozjanti għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan.

Artikolu 99

Sistema nazzjonali tal-PoUS

Is-sistema nazzjonali tal-PoUS għandha tkun interoperabbli mas-sistema ċentrali tal-PoUS sabiex isiru disponibbli fis-sistema ċentrali l-provi maħluqa fis-sistema nazzjonali tal-PoUS.

KAPITOLU XVI

SISTEMA TA-SORVELJANZA

Artikolu 100

Objettiv u struttura tas-sistema ta’ Sorveljanza

1.   Is-sistema ta’ Sorveljanza għandha, f’konformità mal-Artikolu 56(5) tal-Kodiċi u mal-liġi tal-Unjoni li tipprevedi l-użu tagħha, tippermetti, għall-fini ta’ sorveljanza doganali, il-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri u l-Kummissjoni, u l-ġbir, il-ħżin, l-ipproċessar u l-analiżi ta’ data estratta mid-dikjarazzjoni doganali għad-dħul f’ċirkolazzjoni libera jew għall-esportazzjoni ta’ merkanzija.

2.   L-Istati Membri għandhom, b’mod awtomatizzat, jittrażmettu l-informazzjoni mitluba mis-sistemi ta’ dikjarazzjoni doganali lis-sistema ta’ Sorveljanza.

3.   Is-sistema ta’ Sorveljanza hija sistema ċentrali li tikkonsisti fil-komponenti komuni li ġejjin:

(a)

komponent għall-ġbir, il-validazzjoni u l-ħżin tad-data;

(b)

komponent għat-twettiq tal-estrazzjoni tad-data u l-ġenerazzjoni ta’ informazzjoni għall-fini ta’ sorveljanza doganali.

Artikolu 101

Użu tas-sistema ta’ Sorveljanza

Id-data fis-sistema ta’ Sorveljanza għandha tintuża għas-sorveljanza tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera u l-proċeduri ta’ esportazzjoni li tinvolvi:

(a)

l-appoġġ lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-kontrolli doganali u tal-leġiżlazzjoni doganali;

(b)

il-minimizzazzjoni tar-riskji, inkluż permezz tal-estrazzjoni tad-data u l-iskambju ta’ informazzjoni dwar ir-riskju;

(c)

l-implimentazzjoni ta’ miżuri speċifiċi preskritti minn dispożizzjonijiet oħra tal-Unjoni li jridu jiġu implimentati mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri fil-fruntiera.

Artikolu 102

Awtentikazzjoni u aċċess għas-sistema ta’ Sorveljanza

1.   L-awtentikazzjoni u l-verifika tal-aċċess tal-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għall-finijiet ta’ aċċess għall-komponenti komuni tas-sistema ta’ Sorveljanza għandhom isiru bl-użu tas-servizzi tan-network ipprovduti mill-Kummissjoni.

2.   L-awtentikazzjoni u l-verifika tal-aċċess tal-persunal tal-Kummissjoni għall-finijiet ta’ aċċess għall-komponenti komuni tas-sistema ta’ Sorveljanza għandhom isiru bl-użu tas-servizzi tan-network ipprovduti mill-Kummissjoni.

Artikolu 103

Sistema Ċentrali ta’ Sorveljanza

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jużaw is-sistema ċentrali ta’ Sorveljanza biex jiġbru, jaħżnu, jipproċessaw u janalizzaw id-data msemmija fl-Artikolu 101 ta’ dan ir-Regolament.

KAPITOLU XVII

SISTEMA TA’ ĠESTJONI TAL-GARANZIJI

Artikolu 104

Objettiv u struttura tas-sistema tal-GUM

1.   Is-sistema tal-Ġestjoni tal-Garanziji (“Sistema tal-GUM”) għandha tippermetti s-sottomissjoni, l-ipproċessar u l-ġestjoni tal-applikazzjonijiet u tad-deċiżjonijiet relatati mal-garanziji komprensivi permezz tas-CDS imsemmija fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament. Għandha tippermetti wkoll il-ġestjoni u l-monitoraġġ ta’ garanziji komprensivi u garanziji oħra, ħlief għat-tranżitu li jiġi ttrattat bħala parti mill-proġett tal-NCTS.

2.   Is-Sistema tal-GUM għandha tikkonsisti mill-komponenti komuni li ġejjin ta’ CDS imsemmija fl-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament:

(a)

portal tal-UE għan-negozjanti;

(b)

sistema ċentrali tal-GUM;

(c)

servizzi ta’ referenza għall-klijenti (CRS).

3.   L-Istati Membri għandhom joħolqu, bħala komponent nazzjonali, sistema nazzjonali ta’ ġestjoni tal-garanziji (“sistema nazzjonali tal-GUM”).

Artikolu 105

Użu tas-sistema tal-GUM

1.   Is-sistema tal-GUM għandha tintuża, permezz tas-CDS imsemmija fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament, għas-sottomissjoni u għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal garanziji komprensivi, u għall-ġestjoni tad-deċiżjonijiet relatati mal-applikazzjonijiet jew mal-awtorizzazzjonijiet għal garanziji komprensivi.

2.   Is-sistema tal-GUM għandha tintuża wkoll għall-finijiet li ġejjin:

(a)

għar-reġistrazzjoni ta’ garanziji individwali u garanziji komprensivi;

(b)

għall-ġestjoni ta’ garanziji individwali u garanziji komprensivi;

(c)

għall-monitoraġġ tal-eżistenza ta’ garanzija li tingħata fi Stat Membru differenti minn dak li fih tkun qed tintuża l-garanzija;

(d)

għall-monitoraġġ tal-ammont ta’ referenza.

Artikolu 106

Awtentikazzjoni u aċċess għas-sistema ċentrali tal-GUM

1.   L-awtentikazzjoni u l-verifika tal-aċċess tal-operaturi ekonomiċi u ta’ persuni oħra għall-finijiet tal-aċċess għall-komponenti komuni tas-sistema tal-GUM għandhom isiru f’konformità mal-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-awtentikazzjoni u l-verifika tal-aċċess tal-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għall-finijiet ta’ aċċess għall-komponenti komuni tas-sistema tal-GUM għandhom isiru f’konformità mal-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament.

3.   L-awtentikazzjoni u l-verifika tal-aċċess tal-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għall-finijiet tal-aċċess għas-sistema nazzjonali tal-GUM għandhom isiru bl-użu ta’ sistema ta’ ġestjoni tal-identità u tal-aċċess stabbilita mill-Istat Membru kkonċernat.

4.   L-awtentikazzjoni u l-verifika tal-aċċess tal-persunal tal-Kummissjoni għall-finijiet tal-aċċess għall-komponenti komuni tas-sistema tal-GUM għandhom isiru f’konformità mal-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 107

Portal tal-UE għan-negozjanti

1.   Il-portal tal-UE għan-negozjanti msemmi fl-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament għandu jkun punt ta’ dħul għas-sistema tal-GUM għall-operaturi ekonomiċi u persuni oħra.

2.   Il-portal tal-UE għan-negozjanti għandu jintuża għall-applikazzjonijiet u għall-awtorizzazzjonijiet relatati mal-garanziji komprensivi msemmija fl-Artikolu 8(1), il-punt (b), ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll għall-ġestjoni tad-deċiżjonijiet relatati ma’ dawk l-applikazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet.

Artikolu 108

Sistema ċentrali tal-GUM

1.   Is-sistema ċentrali tal-GUM, bl-użu tas-CDMS ċentrali msemmija fl-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament, għandha tintuża mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri biex jiġġestixxu l-applikazzjonijiet u d-deċiżjonijiet relatati mal-garanziji komprensivi.

2.   Is-sistema ċentrali tal-GUM għandha tinterfaċċa mas-sistema nazzjonali tal-GUM għall-garanziji komprensivi.

Artikolu 109

Sistema nazzjonali tal-GUM

1.   Is-sistema nazzjonali tal-GUM għandha tintuża mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għar-reġistrazzjoni u l-ġestjoni ta’ garanziji komprensivi u għall-monitoraġġ tal-ammonti ta’ referenza relatati.

2.   Is-sistema nazzjonali tal-GUM tista’ tintuża għar-reġistrazzjoni u l-ġestjoni ta’ garanziji oħra.

3.   Is-sistema nazzjonali tal-GUM għandha tinteropera mas-sistemi nazzjonali ta’ dikjarazzjoni doganali meta jiġu invokati l-garanziji.

4.   Is-sistema nazzjonali tal-GUM tista’, f’konformità mal-Artikolu 13(3) ta’ dan ir-Regolament, tikseb mis-servizzi ta’ referenza tal-klijenti d-data kummerċjali rilevanti mill-awtorizzazzjoni rispettiva għal garanziji komprensivi.

KAPITOLU XVIII

FUNZJONAMENT TAS-SISTEMI ELETTRONIĊI U TAĦRIĠ FL-UŻU TAGĦHOM

Artikolu 110

Żvilupp, ittestjar, varar u ġestjoni tas-sistemi elettroniċi

1.   Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa, tittestja, tvara u tiġġestixxi l-komponenti komuni, u l-Istati Membri jistgħu jittestjaw dawk il-komponenti komuni. L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw, jittestjaw, ivaraw u jiġġestixxu l-komponenti nazzjonali.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-komponenti nazzjonali jkunu interoperabbli mal-komponenti komuni.

3.   Il-Kummissjoni għandha tfassal u żżomm l-ispeċifikazzjonijiet komuni għas-sistemi deċentralizzati f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw, joperaw u jżommu l-interfaċċi biex jipprovdu l-funzjonalità għas-sistemi deċentralizzati meħtieġa għall-iskambju tal-informazzjoni mal-operaturi ekonomiċi u persuni oħra permezz ta’ komponenti u interfaċċi nazzjonali, u ma’ Stati Membri oħra permezz ta’ komponenti komuni.

Artikolu 111

Manutenzjoni tas-sistemi elettroniċi u bidliet fihom

1.   Il-Kummissjoni għandha twettaq il-manutenzjoni tal-komponenti komuni u l-Istati Membri għandhom iwettqu l-manutenzjoni tal-komponenti nazzjonali tagħhom.

2.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw tħaddim mingħajr interruzzjoni tas-sistemi elettroniċi.

3.   Il-Kummissjoni tista’ tbiddel il-komponenti komuni tas-sistemi elettroniċi biex tikkoreġi l-ħsarat, iżżid funzjonalitajiet ġodda, jew tbiddel il-funzjonalitajiet eżistenti.

4.   Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri bil-bidliet u bl-aġġornamenti tal-komponenti komuni.

5.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-bidliet u bl-aġġornamenti tal-komponenti nazzjonali li jistgħu jaffettwaw il-funzjonament tal-komponenti komuni.

6.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-informazzjoni dwar il-bidliet u l-aġġornamenti fis-sistemi elettroniċi stabbiliti fil-paragrafi 4 u 5 disponibbli pubblikament.

Artikolu 112

Ħsara temporanja fis-sistemi elettroniċi

1.   F’każ ta’ ħsara temporanja fis-sistemi elettroniċi kif imsemmi fl-Artikolu 6(3), il-punt (b), tal-Kodiċi, l-operaturi ekonomiċi u persuni oħra għandhom jippreżentaw l-informazzjoni meħtieġa biex jissodisfaw il-formalitajiet ikkonċernati bil-mezzi stabbiliti mill-Istati Membri, inkluż b’mezzi għajr it-tekniki elettroniċi tal-ipproċessar tad-data.

2.   L-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni ppreżentata f’konformità mal-paragrafu 1 tkun disponibbli fis-sistemi elettroniċi rispettivi fi żmien 7 ijiem minn meta s-sistemi elettroniċi rispettivi jerġgħu jsiru disponibbli.

3.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin bi kwalunkwe nuqqas ta’ disponibbiltà tas-sistemi elettroniċi li jirriżulta minn ħsara temporanja.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinfurmaw ukoll lil xulxin dwar in-nuqqas ta’ disponibbiltà tas-sistemi tal-operaturi ekonomiċi fir-rigward tal-ICS2.

4.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, f’każ ta’ ħsara temporanja fl-ICS2, fl-AES, fis-CRMS, fil-PoUS jew fis-CCI, għandu japplika l-pjan għall-kontinwità tal-operat miftiehem bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni.

5.   Fir-rigward tal-ICS2, kull Stat Membru għandu jiddeċiedi dwar l-attivazzjoni tal-pjan tal-kontinwità tal-operat meta dak l-Istat Membru jkun affettwat mill-ħsara temporanja tas-sistema elettronika jew meta operatur ekonomiku ma jkunx jista’ jippreżenta dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul jew dettalji ta’ tali dikjarazzjoni skont l-Artikolu 127(4) u (6) tal-Kodiċi.

6.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, f’każ ta’ ħsara temporanja fis-sistema tal-NCTS, għandha tapplika l-proċedura tal-kontinwità tal-operat imsemmija fl-Anness 72-04 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447.

7.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 2, f’każ ta’ ħsara temporanja tas-sistema tal-PoUS, għandu japplika l-pjan ta’ kontinwità tal-operat miftiehem bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni.

Artikolu 113

Appoġġ ta’ taħriġ dwar l-użu u l-funzjonament tal-komponenti komuni

Il-Kummissjoni għandha tappoġġa lill-Istati Membri fl-użu u fil-funzjonament tal-komponenti komuni tas-sistemi elettroniċi billi tipprovdi l-materjal xieraq għat-taħriġ.

KAPITOLU XIX

PROTEZZJONI TAD-DATA, ĠESTJONI TAD-DATA U SJIEDA U SIGURTÀ TAS-SISTEMI ELETTRONIĊI

Artikolu 114

Protezzjoni tad-data personali

1.   Id-data personali rreġistrata fis-sistemi elettroniċi għandha tiġi pproċessata għall-finijiet ta’ implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali u leġiżlazzjoni oħra msemmija fil-Kodiċi, filwaqt li jitqiesu l-objettivi speċifiċi ta’ kull waħda mis-sistemi elettroniċi stabbiliti fl-Artikolu 4, l-Artikoli 7(1), 16(1), u 21(1), l-Artikolu 30, l-Artikoli 35(1), 42(1), 50(1), 57(1), 65(1), 70(1), 74(1), 80(1), 87(1), 93(1), 100(1) u 104(1) ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-awtoritajiet superviżorji nazzjonali fil-qasam tal-protezzjoni tad-data personali u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom jikkooperaw, f’konformità mal-Artikolu 62 tar-Regolament (UE) 2018/1725, biex jiżguraw is-superviżjoni kkoordinata tal-ipproċessar tad-data personali rreġistrata fis-sistemi elettroniċi.

3.   Kwalunkwe talba minn suġġett tad-data rreġistrat fis-sistema tar-REX biex jeżerċita d-drittijiet tiegħu skont il-Kapitolu III tar-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725 għandha l-ewwel tiġi ppreżentata lill-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiż terz jew lill-awtoritajiet doganali fl-Istat Membru li jkun irreġistra d-data personali.

Meta suġġett tad-data jkun issottometta tali talba lill-Kummissjoni mingħajr ma jkun ipprova jikseb id-drittijiet tiegħu jew tagħha mill-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiż terz jew mill-awtoritajiet doganali fl-Istat Membru li jkun irreġistra d-data personali, il-Kummissjoni għandha tibgħat dik it-talba lill-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiż terz jew lill-awtoritajiet doganali fl-Istat Membru, rispettivament, li jkun irreġistra dik id-data.

Meta l-esportatur irreġistrat jonqos milli jikseb id-drittijiet tiegħu mill-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiż terz jew mill-awtoritajiet doganali fl-Istat Membru li jkun irreġistra d-data personali, l-esportatur irreġistrat għandu jissottometti tali talba lill-Kummissjoni li taġixxi bħala kontrollur kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (7), tar-Regolament (UE) 2016/679 u l-Artikolu 3, il-punt (8) tar-Regolament (UE) 2018/1725.

Artikolu 115

Aġġornament tad-data fis-sistemi elettroniċi

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data rreġistrata fil-livell nazzjonali tikkorrispondi mad-data rreġistrata fil-komponenti komuni u tinżamm aġġornata.

2.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, fir-rigward tal-ICS2, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data li ġejja tinżamm aġġornata u tikkorrispondi għad-data fir-repożitorju komuni tal-ICS2:

(a)

data rreġistrata fil-livell nazzjonali u kkomunikata mis-sistema ta’ dħul nazzjonali lir-repożitorju komuni tal-ICS2;

(b)

data li s-sistema ta’ dħul nazzjonali tirċievi mir-repożitorju komuni tal-ICS2.

Artikolu 116

Limitazzjoni tal-aċċess għad-data u l-ipproċessar tad- data

1.   Id-data rreġistrata fil-komponenti komuni tas-sistemi elettroniċi minn Stat Membru tista’ tiġi aċċessata jew ipproċessata minn dak l-Istat Membru. Stat Membru ieħor li jkun involut fl-ipproċessar ta’ applikazzjoni jew fil-ġestjoni ta’ deċiżjoni li magħha tkun relatata d-data jista’ wkoll jaċċessa u jipproċessa dik id-data.

2.   Id-data rreġistrata fil-komponenti komuni tas-sistemi elettroniċi minn operatur ekonomiku jew minn persuna oħra tista’ tiġi aċċessata jew ipproċessata minn dak l-operatur ekonomiku jew dik il-persuna. Stat Membru involut fl-ipproċessar ta’ applikazzjoni jew fil-ġestjoni ta’ deċiżjoni li magħha tkun relatata d-data jista’ wkoll jaċċessa u jipproċessa dik id-data.

3.   Id-data fil-komponent komuni tal-ICS2 li tiġi kkomunikata lill-interfaċċa kondiviża tan-negozjanti jew irreġistrata fiha minn operatur ekonomiku jew minn persuna oħra tista’ tiġi aċċessata jew ipproċessata minn dak l-operatur ekonomiku jew minn dik il-persuna l-oħra.

4.   Id-data rreġistrata fis-sistema ċentrali tal-EBTI minn Stat Membru tista’ tiġi pproċessata minn dak l-Istat Membru. Stat Membru ieħor li jkun involut fl-ipproċessar ta’ applikazzjoni li magħha tkun relatata d-data jista’ wkoll jipproċessa dik id-data, inkluż permezz ta’ konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 26 ta’ dan ir-Regolament. L-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jistgħu jaċċessaw dik id-data għall-finijiet tal-Artikolu 25(2) ta’ dan ir-Regolament u l-Kummissjoni tista’ taċċessa dik id-data għall-finijiet tal-Artikolu 21(1) ta’ dan ir-Regolament.

5.   Id-data rreġistrata fis-sistema ċentrali tal-EBTI minn operatur ekonomiku jew persuna oħra tista’ tiġi aċċessata jew ipproċessata minn dak l-operatur ekonomiku jew minn dik il-persuna. L-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jistgħu jaċċessaw dik id-data għall-finijiet tal-Artikolu 25(2) ta’ dan ir-Regolament u l-Kummissjoni tista’ taċċessa dik id-data għall-finijiet tal-Artikolu 21(1) ta’ dan ir-Regolament.

6.   Id-data rreġistrata fil-komponent komuni tas-sistema tal-EORI tista’ tiġi aċċessata u pproċessata mill-Kummissjoni. L-Istat Membru li rreġistra dik id-data jista’ wkoll jaċċessa u jipproċessa dik id-data.

7.   Id-data fil-komponenti komuni tal-ICS2:

(a)

ikkomunikata lil Stat Membru minn operatur ekonomiku jew persuna oħra permezz tal-interfaċċa kondiviża tan-negozjanti fir-repożitorju komuni tal-ICS2 tista’ tiġi aċċessata u pproċessata minn dak l-Istat Membru fir-repożitorju komuni tal-ICS2, u, meta meħtieġ, dak l-Istat Membru jista’ wkoll jaċċessa dik id-data li tkun irreġistrata fl-interfaċċa kondiviża tan-negozjanti;

(b)

ikkomunikata lir-repożitorju komuni tal-ICS2 jew irreġistrata fih minn Stat Membru tista’ tiġi aċċessata jew ipproċessata minn dak l-Istat Membru;

(c)

imsemmija fil-punti (a) u (b) tista’ tiġi aċċessata u pproċessata wkoll minn Stat Membru ieħor meta dak l-Istat Membru l-ieħor, f’konformità mal-Artikolu 186(2), il-punti (a), (b) u (d), l-Artikolu 186(5), (7) u (7a), u l-Artikolu 189(3) u (4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447, ikun involut fl-analiżi tar-riskju jew fil-proċess ta’ kontroll, jew it-tnejn li huma, li magħhom tkun relatata d-data, bl-eċċezzjoni tad-data rreġistrata fis-sistema mill-awtoritajiet doganali ta’ Stati Membri oħra fir-rigward tal-informazzjoni dwar ir-riskji għas-sigurtà u s-sikurezza kif imsemmi fl-Artikolu 186(2), il-punt (a), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447;

(d)

tista’ tiġi pproċessata mill-Kummissjoni f’kooperazzjoni mal-Istati Membri għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 43(2) ta’ dan ir-Regolament u fl-Artikolu 182(1), il-punt (c), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447, u r-riżultati ta’ tali pproċessar jistgħu jiġu aċċessati mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri;

(e)

tista’ tiġi aċċessata u pproċessata mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 43(3) ta’ dan ir-Regolament, skont il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 119 ta’ dan ir-Regolament u f’konformità mal-ftehimiet speċifiċi tal-proġett li jagħtu dettalji dwar l-operazzjonijiet ta’ pproċessar bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni.

8.   Id-data fil-komponent komuni tal-ICS2 li hija rreġistrata fir-repożitorju komuni tal-ICS2 mill-Kummissjoni tista’ tiġi aċċessata u pproċessata mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri.

9.   Id-data fis-sistema ta’ Sorveljanza tista’ tiġi aċċessata u pproċessata mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri.

10.   Id-data rreġistrata fis-sistema ċentrali tar-REX għall-Istati Membri tista’ tiġi aċċessata għall-fini tal-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-arranġamenti kummerċjali preferenzjali tal-Unjoni mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri u mill-Kummissjoni.

11.   Id-data rreġistrata fis-sistema ċentrali tar-REX għall-pajjiżi terzi, li l-Unjoni għandha arranġament kummerċjali preferenzjali magħhom, tista’ tiġi aċċessata minn dawn li ġejjin:

(a)

l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz li fih tkun ġiet irreġistrata d-data;

(b)

l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għall-fini tat-twettiq ta’ verifiki tad-dikjarazzjonijiet doganali skont l-Artikolu 188 tal-Kodiċi jew ta’ kontroll wara r-rilaxx skont l-Artikolu 48 tal-Kodiċi;

(c)

il-Kummissjoni għall-fini tal-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-arranġamenti kummerċjali preferenzjali tal-Unjoni.

12.   Meta l-Istati Membri jirrapportaw inċidenti u problemi fil-proċessi operazzjonali għall-forniment tas-servizzi tas-sistemi meta l-Kummissjoni taġixxi bħala proċessur, il-Kummissjoni jista’ jkollha aċċess għad-data biss biex issolvi inċident jew problema rreġistrata. Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-kunfidenzjalità ta’ tali data f’konformità mal-Artikolu 12 tal-Kodiċi.

13.   Id-data rreġistrata fil-komponenti komuni tas-CRMS minn Stat Membru, mill-Iżvizzera, min-Norveġja jew mill-Kummissjoni tista’ tiġi aċċessata jew ipproċessata minn dak l-Istat Membru, mill-Iżvizzera, min-Norveġja, minn Stat Membru ieħor jew mill-Kummissjoni biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-qafas komuni ta’ ġestjoni tar-riskju f’konformità mal-Artikolu 46(5) tal-Kodiċi u mal-Artikolu 36 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447.

14.   Id-data rreġistrata fis-sistema ċentrali tal-PoUS tista’ tiġi aċċessata jew ipproċessata minn:

(a)

l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 93 ta’ dan ir-Regolament;

(b)

il-Kummissjoni għal skopijiet ta’ statistika.

15.   Fil-kuntest tal-Qafas ta’ Windsor, ir-rappreżentanti tal-Unjoni jistgħu jaċċessaw id-data tal-ICS2 fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.

Artikolu 117

Sjieda tas-sistema

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun is-sid tas-sistema tal-komponenti komuni.

2.   L-Istati Membri għandhom ikunu s-sidien tas-sistema tal-komponenti nazzjonali rispettivi.

Artikolu 118

Sigurtà tas-sistema

1.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura s-sigurtà tal-komponenti komuni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw is-sigurtà tal-komponenti nazzjonali.

Għal dawk il-finijiet, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex:

(a)

jipprevjenu lil kwalunkwe persuna mhux awtorizzata milli jkollha aċċess għall-installazzjonijiet li jintużaw għall-ipproċessar tad-data;

(b)

jipprevjenu d-dħul ta’ data u kwalunkwe konsultazzjoni, modifika jew tħassir ta’ data minn persuni mhux awtorizzati;

(c)

jidentifikaw kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-punti (a) u (b).

2.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin bi kwalunkwe attività li tista’ tirriżulta fi ksur jew f’suspett ta’ ksur tas-sigurtà tas-sistemi elettroniċi.

3.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pjanijiet ta’ sigurtà li jikkonċernaw is-sistemi elettroniċi kollha.

Artikolu 119

Kontrollur u Proċessur għas-sistemi

Għas-sistemi msemmija fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament u fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali:

(a)

l-Istati Membri għandhom jaġixxu bħala kontrolluri kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (7), tar-Regolament (UE) 2016/679 u għandhom jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti f’dak ir-Regolament;

(b)

il-Kummissjoni għandha taġixxi bħala proċessur kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (12), tar-Regolament (UE) 2018/1725 u għandha tikkonforma mal-obbligi stabbiliti f’dak ir-Regolament;

(c)

permezz ta’ deroga mill-punt (b), il-Kummissjoni għandha taġixxi bħala kontrollur konġunt flimkien mal-Istati Membri fl-ICS2 meta tipproċessa d-data għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-kriterji u l-istandards komuni tar-riskju għas-sigurtà u s-sikurezza u tal-miżuri ta’ kontroll u l-kontroll prijoritarju f’konformità mal-Artikolu 116(7), il-punt (d), ta’ dan ir-Regolament;

(d)

permezz ta’ deroga mill-punt (b), il-Kummissjoni għandha taġixxi bħala kontrollur konġunt flimkien mal-Istati Membri fl-ICS2 meta tipproċessa d-data għall-ġbir, il-ħżin, l-ipproċessar, jew l-analiżi ta’ elementi addizzjonali ta’ informazzjoni flimkien mad-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul u biex tipprovdi appoġġ għall-proċessi ta’ ġestjoni tar-riskju kif imsemmi fl-Artikolu 43(3) ta’ dan ir-Regolament, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Artikolu 116(7), il-punt (e), ta’ dan ir-Regolament;

(e)

permezz ta’ deroga mill-punt (b), il-Kummissjoni għandha taġixxi wkoll bħala kontrollur konġunt flimkien mal-Istati Membri fis-CRMS;

(f)

permezz ta’ deroga mill-punt (b), il-Kummissjoni għandha taġixxi bħala kontrollur konġunt flimkien mal-Istati Membri fis-sistema tar-REX fil-każijiet li ġejjin:

(i)

meta tiġi pproċessata d-data għas-sinkronizzazzjoni ma’ sistema nazzjonali;

(ii)

meta tiġi pproċessata d-data biex tiġi aċċessata d-data għall-verifikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet doganali skont l-Artikolu 188 tal-Kodiċi jew il-kontroll ta’ wara r-rilaxx skont l-Artikolu 48 tal-Kodiċi;

(iii)

meta tiġi pproċessata d-data għal finijiet ta’ statistika u monitoraġġ dwar l-użu tas-sistema tar-REX għall-Istati Membri;

(iv)

meta tiġi pproċessata data għal skopijiet ta’ statistika u monitoraġġ dwar l-użu tas-sistema tar-REX għal pajjiżi terzi.

(g)

permezz ta’ deroga mill-punt (b), il-Kummissjoni għandha taġixxi bħala kontrollur konġunt flimkien mal-Istati Membri fis-sistema ta’ Sorveljanza.

Artikolu 120

Perjodi ta’ żamma tad-data

1.   Il-perjodi ta’ żamma tad-data għas-sistemi li għalihom l-Istati Membri huma kontrolluri, kif stabbilit fl-Artikolu 119 ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu ddeterminati minn dawk l-Istati Membri, filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni doganali. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dawk il-perjodi ta’ żamma.

2.   Il-perjodi ta’ żamma tad-data li ġejjin għandhom japplikaw għas-sistemi li ġejjin li għalihom il-Kummissjoni u l-Istati Membri huma kontrolluri konġunti:

(a)

għall-ICS2, biex timmonitorja u tevalwa l-implimentazzjoni tal-kriterji u l-istandards komuni tar-riskju għas-sigurtà u s-sikurezza, tal-miżuri ta’ kontroll u tal-oqsma ta’ kontroll prijoritarji msemmija fl-Artikolu 43(2), u biex tappoġġa l-proċessi ta’ ġestjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 43(3) ta’ dan ir-Regolament, perjodu ta’ żamma ta’ 10 snin li jibda mill-mument li d-data tiġi pproċessata fis-sistema ċentrali għall-ewwel darba;

(b)

għas-sistema tar-REX, biex tkun tista’ ssir in-notifika tad-dejn doganali għal perjodu massimu ta’ 10 snin f’konformità mal-Artikolu 103(2) tal-Kodiċi, reġistrazzjoni revokata għandha tinżamm fis-sistema tar-REX għal perjodu massimu ta’ 10 snin li jibda mill-1 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara s-sena li fiha tkun seħħet ir-revoka, u, wara l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, l-awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz jew l-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru li jkun irrevoka r-reġistrazzjoni għandhom iħassru d-data tar-reġistrazzjoni. Madankollu, jekk ir-reġistrazzjonijiet kollha f’pajjiż benefiċjarju tas-Sistema Ġeneralizzata ta’ Preferenzi jiġu rrevokati f’konformità mal-Artikolu 90(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447, u jekk il-pajjiż benefiċjarju ma jkun pajjiż benefiċjarju tas-Sistema Ġeneralizzata ta’ Preferenzi tan-Norveġja, tal-Iżvizzera jew tat-Turkija għal aktar minn 10 snin, il-Kummissjoni għandha tħassar id-data tar-reġistrazzjoni;

(c)

għas-CRMS, biex jiġu żgurati l-protezzjoni tas-sigurtà u s-sikurezza taċ-ċittadini u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, perjodu ta’ żamma ta’ 10 snin li jibda mill-mument li d-data tiġi pproċessata fis-sistema ċentrali għall-ewwel darba;

(d)

għas-sistema ta’ Sorveljanza, biex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha u l-politiki kummerċjali u l-politiki l-oħra kollha tal-Unjoni li huma bbażati fuq id-data miksuba permezz ta’ sorveljanza, perjodu ta’ żamma ta’ 10 snin li jibda mill-mument li d-data tiġi pproċessata fis-sistema ċentrali għall-ewwel darba.

Madankollu, meta jkunu bdew proċedimenti tal-qorti jew appell li jinvolvi data maħżuna fis-sistemi elettroniċi msemmija fil-punti (a) sa (d), dik id-data għandha tinżamm sakemm jintemmu l-proċedura tal-appell jew il-proċedimenti tal-qorti.

3.   Il-perjodu ta’ żamma tad-data għandu jkun applikabbli għad-data kollha koperta mis-sistemi elettroniċi.

KAPITOLU XX

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 121

Valutazzjoni tas-sistemi elettroniċi

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-komponenti li huma responsabbli għalihom u għandhom janalizzaw is-sigurtà u l-integrità ta’ dawk il-komponenti u l-kunfidenzjalità tad-data pproċessata f’dawk il-komponenti.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin bir-riżultati ta’ dawk il-valutazzjonijiet.

Artikolu 122

Tħassir

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1070 jitħassar.

Ir-referenzi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni mħassar għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 123

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Marzu 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2879 tal-15 ta’ Diċembru 2023 li tistabbilixxi Programm ta’ Ħidma relatat mal-iżvilupp u l-varar tas-sistemi elettroniċi previsti filKodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L, 2023/2879, 22.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/2879/oj).

(3)  Id-Deċiżjoni Nru 6/2020 tal-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika tas-17 ta’ Diċembru 2020 li tipprevedi l-arranġamenti prattiċi ta’ ħidma relatati mal-eżerċizzju tad-drittijiet tar-rappreżentanti tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 12(2) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq [2020/2250] (ĠU L 443, 30.12.2020, p. 16, ELI:http://data.europa.eu/eli/dec/2020/2250/oj).

(4)  Il-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq anness mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u millKomunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU L 29 31.1.2020, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/withd_2020/sign) jissejjaħ il-Qafas ta’ Windsor Framework skont id-Dikjarazzjoni Konġunta Nru 1/2023 tal-Unjoni u tar-Renju Unit fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika tal-24 ta’ Marzu 2023 (ĠU L 102, 17.4.2023, p. 87).

(5)  Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea – Att Finali – Dikjarazzjonijiet Konġunti – Dikjarazzjonijiet mill-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Komunità u l-Istati tal-EFTA – Arranġamenti – Minuti Miftiehma – Dikjarazzjonijiet minn waħda jew aktar mill-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/1994/1/oj).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 76/2009 tat-30 ta’ Ġunju 2009 li temenda l-Protokoll 10 dwar is-simplifikazzjoni tal-ispezzjonjiet u l-formalitajiet fir-rigward tat-trasport tal-oġġetti u l-Protokoll 37 li fih il-lista prevista fl-Artikolu 101 (ĠU L 232, 3.9.2009, p. 40, ELI:http://data.europa.eu/eli/dec/2009/76(2)/oj).

(7)  Id-Deċiżjoni Nru 1/2021 tal-Kumitat Konġunt UE-Żvizzera Nru 1/2021 tat-12 ta’ Marzu 2021 li temenda l-Kapitolu III u l-Annessi I u II tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar is-simplifikazzjoni tal-kontrolli u tal-formalitajiet fir-rigward tat-trasport ta’ oġġetti kif ukoll dwar miżuri doganali ta’ sigurtà [2021/714] (ĠU L 152, 3.5.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/714/oj).

(8)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/2447/oj).

(9)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj).

(10)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).

(11)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1070 tal-1 ta’ Ġunju 2023 dwar l-arranġamenti tekniċi għall-iżvilupp, il-manutenzjoni u t-tħaddim ta’ sistemi elettroniċi għalliskambju u l-ħżin tal-informazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 143, 2.6.2023, p. 65, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1070/oj).

(12)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta’ Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2015/2446/oj).

(13)  Ir-Regolament (UE) 2022/2399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 2022 li jistabbilixxi l-Ambjent ta’ Tieqa Unika tal-Unjoni Ewropea għad-Dwana u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 952/2013 (ĠU L 317, 9.12.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2399/oj).

(14)  Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/262 tad-19 ta’ Diċembru 2019 li tistabbilixxi l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa (ĠU L 58, 27.2.2020, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2020/262/oj).

(15)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/341 tas-17 ta’ Diċembru 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli tranżizzjonali għal ċerti dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni fejn is-sistemi rilevanti għadhom ma sarux operazzjonali u li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/2446, (ĠU L 69, 15.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2016/341/oj).

(16)  Il-Konvenzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Repubblika tal-Iżlanda, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Renju tal-Iżvezja, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, dwar proċedura komuni ta’ tranżitu (ĠU L 226, 13.8.1987, p. 2, ELI: http://data.europa.eu/eli/convention/1987/415/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/512/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top