This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32025R1583
Council Implementing Regulation (EU) 2025/1583 of 29 July 2025 implementing Regulation (EU) 2016/44 concerning restrictive measures in view of the situation in Libya
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1583 tad-29 ta' Lulju 2025 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1583 tad-29 ta' Lulju 2025 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
ST/10874/2025/INIT
ĠU L, 2025/1583, 30.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1583/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1583 |
30.7.2025 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/1583
tad-29 ta' Lulju 2025
li jimplimenta r-Regolament (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 tat-18 ta' Jannar 2016 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(6) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-18 ta' Jannar 2016, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2016/44. |
|
(2) |
F'konformità mal-Artikolu 21(6) tar-Regolament (UE) 2016/44, il-Kunsill irrieżamina l-lista ta' persuni u entitajiet iddeżinjati li tinsab fl-Anness III ta' dak ir-Regolament. |
|
(3) |
Il-Kunsill ikkonkluda li jenħtieġ li titħassar l-entrata għal persuna waħda, u jenħtieġ li jinżammu l-miżuri restrittivi kontra l-persuni u l-entitajiet l-oħra kollha fil-listi li jinsabu fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2016/44. |
|
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2016/44 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness III tar-Regolament (UE) 2016/44 huwa emendat f'konformità mal-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament lill-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Lulju 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BJERRE
(1) ĠU L 12, 19.1.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/44/oj.
ANNESS
Fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2016/44 (“Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 6(2)”), fil-Parti A (“Persuni”), titħassar l-entrata 8 (dwar HOUEJ, Mohamad Ali).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1583/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)