EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32022R2095

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2095 tat-28 ta’ Ottubru 2022 li jistabbilixxi miżuri għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni, l-istabbiliment u t-tixrid fit-territorju tal-Unjoni ta’ Anoplophora chinensis (Forster) u li jħassar id-Deċiżjoni 2012/138/UE

C/2022/7611

ĠU L 281, 31.10.2022, p. 53–70 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Status legali tad-dokument Fis-seħħ

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/2095/oj

31.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 281/53


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2095

tat-28 ta’ Ottubru 2022

li jistabbilixxi miżuri għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni, l-istabbiliment u t-tixrid fit-territorju tal-Unjoni ta’ Anoplophora chinensis (Forster) u li jħassar id-Deċiżjoni 2012/138/UE

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1) u (2) u l-Artikolu 41(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/138/UE (2) tipprevedi miżuri għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni u t-tixrid fih ta’ Anoplophora chinensis (Forster)(“il-pest speċifikat”).

(2)

It-tifqigħat reċenti tal-pest speċifikat f’xi Stati Membri u l-esperjenza miksuba matul l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/138/UE juru l-ħtieġa li dawk il-miżuri jiġu aġġornati biex ikollhom approċċ aktar immirat għas-sorveljanza u għall-kontroll tal-pest speċifikat fit-territorju tal-Unjoni.

(3)

L-Artikolu 1(a) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/138/UE jinkludi lista ta’ pjanti speċifikati, l-ospiti tal-pest speċifikat li fuqhom ġie rrapportat dak il-pest fit-territorju tal-Unjoni. Dawk il-pjanti speċifikati huma soġġetti għal rekwiżiti għall-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni, għall-moviment fit-territorju tal-Unjoni, u għall-qerda jew għat-trażżin ta’ dak il-pest.

(4)

Dawn il-pjanti speċifikati għadhom ta’ tħassib fitosanitarju. Għalhekk, dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprevedi wkoll tali lista ta’ pjanti speċifikati, soġġetti għall-miżuri rispettivi. Wara s-sejbiet tal-pest speċifikat fuq il-pjanti Vaccinium corymbosum, Melia spp., Ostrya spp. u Photinia spp. u peress li dawk il-pjanti huma pjanti ospitanti tal-pest speċifikat, jenħtieġ li jiżdiedu ma’ dik il-lista.

(5)

Il-pjanti ospitanti preżenti fit-territorju tal-Unjoni, jiġifieri l-pjanti Acer spp., Aesculus hippocastanum, Alnus spp., Betula spp., Carpinus spp., Chaenomeles spp., Citrus spp., Cornus spp., Corylus spp., Cotoneaster spp., Crataegus spp., Cryptomeria spp., Fagus spp., Ficus spp., Hibiscus spp., Lagerstroemia spp., Malus spp., Melia spp., Morus spp., Ostrya spp., Parrotia spp., Photinia spp., Platanus spp., Populus spp., Prunus laurocerasus, Pyrus spp., Rosa spp., Salix spp. u Ulmus spp. u Vaccinium corymbosum, jenħtieġ li jkunu soġġetti għal sorveljanza annwali sabiex jiġi żgurat li l-lista tagħhom tkun aġġornata u bbażata fuq l-iżviluppi tekniċi u xjentifiċi.

(6)

Sabiex tiġi żgurata stampa ġenerali aħjar tal-preżenza tal-pest speċifikat, l-Istati Membri jenħtieġ li jintensifikaw l-istħarriġiet annwali għal dik il-preżenza u jużaw metodi f’konformità mal-informazzjoni xjentifika u teknika l-aktar reċenti.

(7)

Sabiex jinqered il-pest speċifikat u biex jiġi pprevenut it-tixrid tiegħu fit-territorju tal-Unjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu żoni demarkati li jikkonsistu minn żona infestata u minn żona ta’ lqugħ, u għandhom japplikaw miżuri ta’ qerda. Il-wisa’ ta’ żona ta’ lqugħ jenħtieġ li tkun ta’ 2 km, peress li dan huwa xieraq meta titqies il-kapaċità ta’ tixrid tal-pest speċifikat.

(8)

Madankollu, f’każijiet ta’ okkorrenzi iżolati tal-pest speċifikat, l-istabbiliment ta’ żona demarkata jenħtieġ li ma jkunx meħtieġ jekk il-pest speċifikat ikun jista’ jiġi eliminat minn dawk il-pjanti, u jekk ikun hemm evidenza li dawk il-pjanti kienu infestati qabel l-introduzzjoni tagħhom fiż-żona, jew jekk tkun sejba iżolata, li mhux mistennija twassal għal stabbiliment. Dan huwa l-aktar approċċ proporzjonat, dment li l-istħarriġiet imwettqa fiż-żona kkonċernata jikkonfermaw in-nuqqas tal-pest speċifikat.

(9)

F’ċerti żoni tat-territorju tal-Unjoni, il-qerda tal-pest speċifikat ma għadhiex possibbli. Għalhekk, minflok qerda, l-Istati Membri kkonċernati jenħtieġ li jitħallew japplikaw miżuri għat-trażżin ta’ dak il-pest f’dawk iż-żoni. Dawk il-miżuri jenħtieġ li jkunu inqas stretti mill-miżuri għall-qerda, iżda jenħtieġ li jiżguraw approċċ ta’ stħarriġ diliġenti u aktar azzjonijiet ta’ prekawzjoni, prinċipalment fiż-żoni ta’ lqugħ rispettivi, sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-pest speċifikat lejn il-bqija tat-territorju tal-Unjoni.

(10)

L-Istati Membri jenħtieġ li jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn b’kull żona demarkata għat-trażżin li jkollhom l-intenzjoni li jiddeżinjaw jew jimmodifikaw, sabiex il-Kummissjoni tikseb perspettiva tat-tixrid tal-pest speċifikat fit-territorju tal-Unjoni, u sabiex tkun tista’ tirrieżamina dan ir-Regolament u tinkludi dik iż-żona f’lista ta’ żoni demarkati għat-trażżin.

(11)

Sabiex tiġi żgurata t-tneħħija immedjata tal-pjanti infestati u sabiex jiġi pprevenut aktar tixrid tal-pest speċifikat lejn il-bqija tat-territorju tal-Unjoni, jenħtieġ li l-istħarriġiet taż-żoni ta’ lqugħ jitwettqu kull sena fl-aktar żmien xieraq tas-sena u b’intensità suffiċjenti, filwaqt li titqies il-possibbiltà li l-awtoritajiet kompetenti jimmonitorjaw ulterjorment il-pjanti ospitanti fiż-żoni infestati għat-trażżin.

(12)

L-ispeċijiet ta’ pjanti li huma magħrufa bħala suxxettibbli għall-pest speċifikat identifikat fiż-żona demarkata u li għal mill-inqas parti minn ħajjithom ikunu tkabbru f’dik iż-żona demarkata, jew li għaddew minn ġo żona bħal din, għandhom aktar probabbiltà li jsiru infestati bil-pest speċifikat. Għalhekk, huwa ġġustifikat li jiġu stabbiliti rekwiżiti speċjali għall-moviment fit-territorju tal-Unjoni tal-pjanti speċifikati.

(13)

Bl-għan li jiġi ffaċilitat il-kummerċ filwaqt li tiġi protetta s-saħħa tal-pjanti, il-pjanti ospitanti li joriġinaw minn pajjiż terz fejn dak il-pest ma jkunx preżenti, meta jiġu introdotti fit-territorju tal-Unjoni jenħtieġ li jkunu akkumpanjati minn ċertifikat fitosanitarju li jinkludi dikjarazzjoni addizzjonali li tgħid li l-pajjiż huwa ħieles mill-pest speċifikat.

(14)

Sabiex jiġi żgurat li l-pjanti ospitanti introdotti fit-territorju tal-Unjoni minn żoni ta’ pajjiżi terzi fejn tkun magħrufa l-preżenza tal-pest speċifikat, ikunu ħielsa mill-pest speċifikat, ir-rekwiżiti għall-introduzzjoni tagħhom fit-territorju tal-Unjoni jenħtieġ li jkunu simili għal dawk stipulati għall-moviment ta’ pjanti speċifikati li joriġinaw minn żoni demarkati.

(15)

Fid-dawl tal-evidenza xjentifika u teknika l-aktar reċenti, jenħtieġ li jiġu intensifikati wkoll l-attivitajiet ta’ stħarriġ imwettqa minn pajjiżi terzi biex jiġi kkonfermat in-nuqqas tal-pest speċifikat f’żoni tat-territorju tagħhom jew f’siti ta’ produzzjoni awtorizzati biex jesportaw lejn it-territorju tal-Unjoni.

(16)

Huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli dwar kontrolli uffiċjali fuq il-movimenti tal-pjanti speċifikati ’l barra miż-żoni demarkati lejn il-bqija tat-territorju tal-Unjoni, u dwar l-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni ta’ pjanti ospitanti minn pajjiżi terzi.

(17)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/138/UE jenħtieġ li titħassar.

(18)

Rigward attivitajiet ta’ stħarriġ imwettqa f’żoni tat-territorju tal-Unjoni fejn ikun magħruf li l-pest speċifikat ma huwiex preżenti jew f’żoni jew f’siti ta’ produzzjoni ta’ pajjiżi terzi, huwa xieraq li jitħalla biżżejjed żmien biex l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi jfasslu dawk l-attivitajiet sabiex jipprovdu l-livell suffiċjenti ta’ fiduċja meħtieġ fl-istatistika. Għalhekk, ir-rekwiżiti relatati ma’ dawk l-attivitajiet ta’ stħarriġ jenħtieġ li japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2025.

(19)

Id-dispożizzjonijiet dwar it-twettiq ta’ stħarriġiet f’żoni demarkati abbażi tal-Linji Gwida Ġenerali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) għal stħarriġiet statistikament sodi u bbażati fuq ir-riskju għall-pesti tal-pjanti (3) jenħtieġ li japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2025 sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jippjanaw, iħejju t-tfassil u jallokaw biżżejjed riżorsi għal tali stħarriġiet.

(20)

Id-dispożizzjonijiet dwar il-pjanijiet ta’ kontinġenza jenħtieġ li japplikaw mill-1 ta’ Awwissu 2023 sabiex l-Istati Membri jingħataw biżżejjed żmien biex iħejju dawk il-pjanijiet.

(21)

Ir-rekwiżiti dwar l-introduzzjoni ta’ pjanti speċifikati fit-territorju tal-Unjoni minn pajjiżi terzi jenħtieġ li japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2024 sabiex l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi u l-operaturi professjonali kkonċernati jkunu jistgħu jħejju għall-implimentazzjoni ta’ dawk ir-rekwiżiti.

(22)

Ir-riskju fitosanitarju tal-pest speċifikat għat-territorju tal-Unjoni jeħtieġ li jiġi vvalutat ulterjorment, peress li l-firxa sħiħa ta’ pjanti ospitanti għad trid tiġi ddeterminata abbażi tat-tixrid tagħha fit-territorju tal-Unjoni u kwalunkwe evidenza teknika u xjentifika miġbura mill-bqija tad-dinja. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika sal-31 ta’ Diċembru 2029 biex jippermetti dik il-valutazzjoni ulterjuri u r-rieżami tagħha.

(23)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

SUĠĠETT U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni, tal-istabbiliment u tat-tixrid fit-territorju tal-Unjoni ta’ Anoplophora chinensis (Forster), u l-qerda jew it-trażżin tiegħu jekk jinstab preżenti f’dak it-territorju.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“pest speċifikat” tfisser Anoplophora chinensis (Forster);

(2)

“pjanti speċifikati” tfisser pjanti għat-tħawwil, li għandhom dijametru ta’ zokk jew tal-għonq tal-għerq ta’ 1 cm jew aktar fl-eħxen punt tagħhom, ta’ Acer spp., Aesculus hippocastanum, Alnus spp., Betula spp., Carpinus spp., Citrus spp., Cornus spp., Corylus spp., Cotoneaster spp., Crataegus spp., Fagus spp., Lagerstroemia spp., Malus spp., Melia spp., Ostrya spp., Photinia spp., Platanus spp., Populus spp., Prunus laurocerasus, Pyrus spp., Rosa spp., Salix spp., Ulmus spp. u Vaccinium corymbosum;

(3)

“post tal-produzzjoni” tfisser post tal-produzzjoni kif definit fl-Istandard Internazzjonali tal-FAO għal Miżuri Fitosanitarji (“ISPM”) Nru 5 (4);

(4)

“pjanti ospitanti” tfisser pjanti għat-tħawwil, li għandhom dijametru taz-zokk jew tal-għonq tal-għerq ta’ 1 cm jew aktar fl-eħxen punt tagħhom, ta’ Acer spp., Aesculus hippocastanum, Alnus spp., Betula spp., Carpinus spp., Chaenomeles spp., Citrus spp., Cornus spp., Corylus spp., Cotoneaster spp., Crataegus spp., Cryptomeria spp., Fagus spp., Ficus spp., Hibiscus spp., Lagerstroemia spp., Malus spp., Melia spp., Morus spp., Ostrya spp., Parrotia spp., Photinia spp., Platanus spp., Populus spp., Prunus laurocerasus, Pyrus spp., Rosa spp., Salix spp., Ulmus spp. u Vaccinium corymbosum;

(5)

“pjanti sentinella” tfisser pjanti speċifikati mħawla speċifikament biex jappoġġaw l-identifikazzjoni bikrija tal-pest speċifikat u użati għas-sorveljanza.

KAPITOLU II

STĦARRIĠIET ANNWALI GĦALL-PREŻENZA TAL-PEST SPEĊIFIKAT U PJANIJIET TA’ KONTINĠENZA

Artikolu 3

Stħarriġiet tal-pjanti ospitanti fl-Istati Membri

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu stħarriġiet annwali bbażati fuq ir-riskju tal-pjanti ospitanti fiż-żoni tat-territorji tagħhom fejn il-pest speċifikat ma huwiex magħruf li jinstab għall-preżenza tal-pest speċifikat.

L-iskema ta’ disinn u ta’ kampjunar ta’ dawk l-istħarriġiet għandha tippermetti li jiġi identifikat, fl-Istat Membru kkonċernat, b’livell suffiċjenti ta’ fiduċja, livell baxx ta’ preżenza ta’ pjanti infestati. L-istħarriġiet għandhom ikunu bbażati fuq il-Linji Gwida Ġenerali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“Awtorità”) għal stħarriġiet statistikament sodi u bbażati fuq ir-riskju għall-pesti tal-pjanti.

2.   L-istħarriġiet għandhom jitwettqu:

(a)

abbażi tal-livell tar-riskju fitosanitarju rispettiv;

(b)

fil-beraħ, kif ukoll fil-mixtliet, fl-istabbilimenti tal-ġardinaġġ, fiċ-ċentri tan-negozjar, fiż-żoni naturali u urbani u f’siti rilevanti oħrajn kif xieraq;

(c)

fi żminijiet xierqa matul is-sena rigward il-possibbiltà li jiġi identifikat il-pest speċifikat, filwaqt li titqies il-bijoloġija ta’ dak il-pest, il-preżenza u l-bijoloġija tal-pjanti ospitanti, kif ukoll l-informazzjoni xjentifika u teknika msemmija fil-Karta tal-Istħarriġ Fitosanitarju tal-Awtorità fuq Anoplophora chinensis (5).

3.   L-istħarriġiet għandhom jikkonsistu minn:

(a)

eżami viżwali tal-pjanti ospitanti; u

(b)

fejn xieraq, il-ġbir ta’ kampjuni u l-ittestjar ta’ pjanti għat-tħawwil.

Sabiex jiġu kkomplementati l-eżamijiet viżwali, fejn xieraq, jistgħu jintużaw klieb tat-tfittxija mħarrġa speċifikament.

Artikolu 4

Pjanijiet ta’ kontinġenza

1.   Kull Stat Membru għandu, minbarra l-obbligi previsti fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2016/2031, jistabbilixxi pjan ta’ kontinġenza li jistabbilixxi l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu fit-territorju tiegħu dwar:

(a)

il-qerda tal-pest speċifikat, kif stabbilit fl-Artikolu 8;

(b)

il-movimenti tal-pjanti speċifikati fit-territorju tal-Unjoni, kif stabbilit fl-Artikolu 10;

(c)

l-ispezzjonijiet uffiċjali li għandhom jitwettqu fuq il-movimenti ta’ pjanti speċifikati fit-territorju tal-Unjoni u ta’ pjanti ospitanti fit-territorju tal-Unjoni, kif stabbilit fl-Artikoli 10 u 11;

(d)

ir-riżorsi minimi li jridu jkunu disponibbli u l-proċeduri biex dawn ir-riżorsi addizzjonali jsiru disponibbli f’każ ta’ preżenza suspettata jew ikkonfermata tal-pest speċifikat;

(e)

ir-regoli li jispjegaw il-proċeduri għall-identifikazzjoni tas-sidien tal-pjanti li jridu jitneħħew, għan-notifika tal-ordni ta’ tneħħija u għall-aċċess ta’ proprjetajiet privati.

2.   L-Istati Membri għandhom jaġġornaw il-pjanijiet ta’ kontinġenza tagħhom, kif xieraq, sal-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena.

KAPITOLU III

ŻONI DEMARKATI

Artikolu 5

Stabbiliment ta’ żoni demarkati

1.   Fejn il-preżenza tal-pest speċifikat tkun ġiet ikkonfermata uffiċjalment, l-Istat Membru kkonċernat għandu jistabbilixxi żona demarkata mingħajr dewmien li tikkonsisti minn:

(a)

żona li tinkludi l-pjanti infestati u l-pjanti speċifikati kollha li jistgħu jiġu infestati f’raġġ ta’ 100 m madwar il-pjanti infestati (“żona infestata”);

(b)

żona ta’ lqugħ b’wisa’ ta’ mill-inqas 2 km lil hinn mill-konfini taż-żona infestata.

2.   Id-delimitazzjoni taż-żona demarkata għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji xjentifiċi, il-bijoloġija tal-pest speċifikat, il-livell ta’ infestazzjoni, id-distribuzzjoni partikolari tal-pjanti ospitanti fiż-żona kkonċernata u l-evidenza dwar l-istabbiliment tal-pest speċifikat.

3.   Għall-finijiet tat-teħid ta’ miżuri ta’ qerda msemmija fl-Artikolu 8 u fejn l-awtorità kompetenti tikkonkludi li l-qerda tal-pest speċifikat hija possibbli, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi tat-tifqigħa, bħad-daqs u l-post tagħha, il-livell ta’ infestazzjoni jew l-għadd u d-distribuzzjoni tal-pjanti ospitanti, il-wisa’ taż-żona ta’ lqugħ tista’ titnaqqas għal mhux inqas minn kilometru wieħed.

4.   Għall-finijiet tat-teħid tal-miżuri ta’ trażżin imsemmija fl-Artikolu 9, iż-żona ta’ lqugħ għandha tkun wiesgħa mill-inqas 4 km.

Il-wisa’ taż-żona ta’ lqugħ tista’ titnaqqas għal mhux inqas minn 2 km, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi tat-tifqigħa, bħad-daqs u l-post tagħha, il-livell ta’ infestazzjoni jew l-għadd u d-distribuzzjoni tal-pjanti ospitanti.

5.   Meta l-preżenza tal-pest speċifikat tkun ġiet ikkonfermata uffiċjalment fiż-żona ta’ lqugħ ta’ żona demarkata għat-trażżin, għandhom japplikaw l-Artikoli 17 u 18 tar-Regolament (UE) 2016/2031.

Artikolu 6

Derogi mill-istabbiliment ta’ żoni demarkati

1.   B’deroga mill-Artikolu 5, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħżlu li ma jistabbilixxux żona demarkata jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ikun hemm evidenza li l-pest speċifikat ikun ġie introdott fiż-żona mal-pjanti li jkun instab fuqhom u li dawk il-pjanti jkunu ġew infestati qabel l-introduzzjoni tagħhom fiż-żona kkonċernata, jew tkun sejba iżolata, li ma tkunx mistennija li twassal għal stabbiliment; u

(b)

jiġi aċċertat li ma hemm l-ebda stabbiliment tal-pest speċifikat u t-tixrid u t-tnissil b’suċċess tal-pest speċifikat ma humiex possibbli minħabba l-bijoloġija tiegħu, abbażi tar-riżultati ta’ investigazzjoni speċifika u l-miżuri ta’ qerda meħuda.

2.   Meta l-awtorità kompetenti tuża d-deroga prevista fil-paragrafu 1, hija għandha:

(a)

tieħu immedjatament miżuri biex tiżgura l-qerda minnufih tal-pest speċifikat u li teskludi l-possibilità tat-tixrid tiegħu;

(b)

matul mill-inqas ċiklu wieħed tal-ħajja tal-pest speċifikat flimkien ma’ sena addizzjonali, u mill-inqas erba’ snin konsekuttivi, timmonitorja wisa’ ta’ mill-inqas kilometru wieħed madwar il-pjanti infestati jew il-post fejn instab il-pest speċifikat, regolarment u b’mod intensiv mill-inqas matul l-ewwel sena;

(c)

teqred kwalunkwe materjal tal-pjanti infestat;

(d)

tittraċċa lura l-oriġini tal-infestazzjoni u tal-pjanti assoċjati mal-infestazzjoni kemm jista’ jkun u teżamina dawk il-pjanti għal kwalunkwe sinjal ta’ infestazzjoni, inkluż permezz ta’ kampjunar distruttiv immirat;

(e)

tqajjem kuxjenza pubblika dwar it-theddida tal-pest speċifikat; u

(f)

tieħu kwalunkwe miżura oħra, li tista’ tgħin biex teqred il-pest speċifikat, filwaqt li tqis l-ISPM Nru 9 (6) u tapplika approċċ integrat f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-ISPM Nru 14 (7).

Artikolu 7

Tneħħija tad-demarkazzjoni

1.   Id-demarkazzjoni tista’ titneħħa meta, abbażi tal-istħarriġiet imsemmija fl-Artikolu 8(1)(h), il-pest speċifikat ma jinstabx f’żona demarkata għal mill-inqas ċiklu tal-ħajja wieħed tal-pest speċifikat flimkien ma’sena addizzjonali, u b’kollox mhux inqas minn erba’ snin konsekuttivi.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, it-tul eżatt taċ-ċiklu tal-ħajja tal-pest speċifikat għandu jiddependi fuq l-evidenza li tkun disponibbli għaż-żona kkonċernata jew għal żona klimatika simili.

2.   Id-demarkazzjoni tista’ titneħħa wkoll f’każijiet fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6(1).

KAPITOLU IV

MIŻURI TA’ QERDA U TA’ TRAŻŻIN

Artikolu 8

Miżuri ta’ qerda

1.   Fiż-żoni demarkati għall-qerda, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri kollha li ġejjin:

(a)

it-tqaċċit immedjat tal-pjanti infestati u tal-pjanti suspettati li huma infestati, u t-tneħħija sħiħa tal-għeruq tagħhom;

(b)

it-tqaċċit immedjat tal-pjanti speċifikati kollha u t-tneħħija tal-għeruq tagħhom f’raġġ ta’ 100 m madwar il-pjanti infestati, u eżami ta’ dawk il-pjanti speċifikati għal kwalunkwe sinjal ta’ infestazzjoni, ħlief f’każijiet fejn il-pjanti infestati nstabu barra mill-perjodu tat-titjir tal-pest speċifikat, meta t-tqaċċit u t-tneħħija għandhom jitwettqu fiż-żmien qabel il-bidu tal-perjodu tat-titjir li jmiss;

(c)

it-tneħħija, l-eżami u r-rimi b’mod sikur tal-pjanti mqaċċtin f’konformità mal-punti (a) u (b) u tal-għeruq tagħhom, bil-prekawzjonijiet kollha meħtieġa biex jiġi evitat it-tixrid tal-pest speċifikat matul u wara t-tqaċċit;

(d)

il-projbizzjoni ta’ kwalunkwe ċaqliq ta’ materjal potenzjalment infestat ’il barra miż-żona demarkata;

(e)

l-investigazzjoni tal-oriġini tal-infestazzjoni bit-traċċar tal-pjanti, sa fejn ikun possibbli, u l-eżaminazzjoni ta’ dawk il-pjanti għal kwalunkwe sinjal ta’ infestazzjoni, inkluż kampjunar distruttiv immirat;

(f)

is-sostituzzjoni ta’ pjanti speċifikati bi speċijiet oħrajn ta’ pjanti mhux suxxettibbli, fejn xieraq;

(g)

il-projbizzjoni li jitħawlu pjanti speċifikati ġodda fil-beraħ fiż-żona msemmija fil-punt (b), għajr għall-postijiet tal-produzzjoni msemmija fl-Artikolu 10(1);

(h)

stħarriġiet imwettqa f’konformità mal-Artikolu 3(2) u (3), tal-pjanti ospitanti fiż-żona demarkata, b’enfasi speċifika fuq iż-żona ta’ lqugħ, għall-preżenza tal-pest speċifikat u inkluż, fejn xieraq, kampjunar distruttiv immirat imwettaq mill-awtorità kompetenti u b’indikazzjoni tal-għadd ta’ kampjuni fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 13(1);

(i)

fil-każijiet ta’ pjanti sentinella, dawk il-pjanti għandhom ikunu soġġetti għal spezzjonijiet mill-inqas darba fix-xahar u għandhom jinqerdu u jiġu eżaminati wara mhux aktar tard minn sentejn;

(j)

is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar it-theddida tal-pest speċifikat u l-miżuri adottati għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid tiegħu fit-territorju tal-Unjoni, inklużi l-kundizzjonijiet rigward il-moviment ta’ pjanti speċifikati miż-żona demarkata;

(k)

fejn ikun hemm bżonn, miżuri speċifiċi li jindirizzaw kull sitwazzjoni partikolari jew kumplikazzjoni li tista’ tkun mistennija li timpedixxi, tfixkel, jew iddewwem il-qerda, b’mod partikolari dawk relatati mal-aċċessibbiltà u l-qerda xierqa tal-pjanti kollha li jkunu infestati jew li jkun hemm suspett li huma infestati, irrispettivament mill-post fejn jinsabu, ikunux ta’ sjieda pubblika jew privata, jew irrispettivament mill-persuna jew mill-entità li hija responsabbli għalihom;

(l)

kwalunkwe miżura oħra li tista’ tikkontribwixxi għall-qerda tal-pest speċifikat, f’konformità mal-Istandard Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji (“ISPM”) Nru 9 (8) u għall-applikazzjoni ta’ approċċ ta’ sistemi f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-ISPM Nru 14 (9).

Fil-każ tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), fejn ma jkunx possibbli li jitneħħew il-ġdur u l-għeruq tal-wiċċ profondi, dawn għandhom ikunu mitħuna sa mhux inqas minn 40 cm taħt il-livell tal-art, jew għandhom ikunu mgħottija b’materjal reżistenti għall-insetti.

L-istħarriġiet imsemmija fil-punt (h) tal-paragrafu (1), għandhom jiġu intensifikati meta mqabbla mal-istħarriġiet imsemmija fl-Artikolu 3.

L-istħarriġiet fiż-żona ta’ lqugħ għandhom ikunu bbażati fuq il-Linji Gwida Ġenerali tal-Awtorità għal stħarriġiet statistikament sodi u bbażati fuq ir-riskju għall-pesti tal-pjanti u t-tfassil tal-istħarriġ u l-iskema ta’ kampjunar użati fiż-żona ta’ lqugħ għandhom ikunu jistgħu jidentifikaw b’mill-inqas 95 % tal-fiduċja, livell ta’ preżenza ta’ pjanti infestati ta’ 1 %.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), fejn awtorità kompetenti tikkonkludi li t-tqaċċit ma jkunx xieraq għal għadd limitat ta’ pjanti individwali, minħabba l-valur soċjali, kulturali jew ambjentali partikolari tagħhom, dawk il-pjanti individwali għandhom ikunu soġġetti għal eżaminazzjoni individwali ta’ kull xahar għal kwalunkwe sinjal ta’ infestazzjoni u għandhom jittieħdu miżuri alternattivi għat-tqaċċit li jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni biex jiġi pprevenut kwalunkwe tixrid possibbli tal-pest speċifikat minn dawk il-pjanti.

Ir-raġunijiet għal tali konklużjoni u l-miżuri meħuda bħala riżultat tagħha għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni fir-rapport skont l-Artikolu 13.

Artikolu 9

Miżuri ta’ trażżin

1.   Meta r-riżultati tal-istħarriġiet imsemmija fl-Artikolu 8(1)(h) ikunu kkonfermaw il-preżenza tal-pest speċifikat f’żona matul aktar minn erba’ snin konsekuttivi u jkun hemm evidenza li l-pest speċifikat ma għadux jista’ jinqered, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jillimitaw il-miżuri għat-trażżin tal-pest speċifikat.

Fiż-żoni demarkati għat-trażżin, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri li ġejjin:

(a)

il-bidu immedjat tat-tqaċċit tal-pjanti infestati u tal-pjanti b’sintomi kkawżati mill-pest speċifikat, u t-tneħħija sħiħa tal-għeruq tagħhom, u t-tlestija tal-attivitajiet kollha fiż-żmien qabel il-bidu tal-perjodu tat-titjir li jmiss;

(b)

it-tneħħija, l-eżami u r-rimi ta’ pjanti mqaċċta u tal-għeruq tagħhom, filwaqt li jittieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa biex jiġi evitat it-tixrid tal-pest speċifikat wara t-tqaċċit;

(c)

il-projbizzjoni ta’ kwalunkwe ċaqliq ta’ materjal potenzjalment infestat ’il barra miż-żona demarkata;

(d)

fejn xieraq, is-sostituzzjoni ta’ pjanti speċifikati bi pjanti oħrajn li ma humiex suxxettibbli;

(e)

il-projbizzjoni tat-tħawwil fiż-żona infestata ta’ pjanti speċifikati ġodda fil-beraħ, ħlief għall-postijiet tal-produzzjoni msemmija fl-Artikolu 10(1);

(f)

l-istħarriġiet imwettqa f’konformità mal-Artikolu 3(2) u (3), tal-pjanti ospitanti fiż-żona ta’ lqugħ għall-preżenza tal-pest speċifikat, fi żminijiet xierqa u inkluż, fejn xieraq, kampjunar distruttiv immirat;

(g)

fil-każijiet fejn jintużaw pjanti sentinella, dawk il-pjanti għandhom ikunu soġġetti għal spezzjonijiet mill-inqas darba fix-xahar u għandhom jinqerdu u jiġu eżaminati wara mhux aktar tard minn sentejn;

(h)

is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar it-theddida tal-pest speċifikat u l-miżuri adottati għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid tiegħu fit-territorju tal-Unjoni, inklużi l-kundizzjonijiet rigward il-moviment ta’ pjanti speċifikati ’l barra miż-żona demarkata stabbilita skont l-Artikolu 5;

(i)

fejn meħtieġ, miżuri speċifiċi biex jindirizzaw kwalunkwe sitwazzjoni partikolari jew kumplikazzjoni li tista’ raġonevolment tkun mistennija li tipprevjeni, tfixkel jew idewwem it-trażżin, b’mod partikolari dawk relatati mal-aċċessibbiltà u t-tqaċċit u l-qerda adegwati tal-pjanti kollha li huma infestati jew li huma ssuspettati li għandhom infestazzjoni, irrispettivament mill-post u mis-sjieda tagħhom, jew mill-persuna responsabbli għalihom;

(j)

kwalunkwe miżura oħra, li tista’ tgħin biex jiġi kkontrollat il-pest speċifikat.

Fil-każ tat-tieni subparagrafu, il-punt (a), fejn ma jkunx possibbli li jitneħħew il-ġdur u l-għeruq tal-wiċċ li jkunu mdaħħlin fil-fond, dawn għandhom ikunu mitħuna tal-inqas 40 cm taħt il-livell tal-art, jew għandhom ikunu mgħottija b’materjal reżistenti għall-insetti.

L-istħarriġiet imsemmija fit-tieni subparagrafu, il-punt (f), għandhom jiġu intensifikati meta mqabbla mal-istħarriġiet imsemmija fl-Artikolu 3.

Dawk l-istħarriġiet għandhom ikunu bbażati fuq il-Linji Gwida Ġenerali tal-Awtorità għal stħarriġiet statistikament sodi u bbażati fuq ir-riskju għall-pesti tal-pjanti u t-tfassil tal-istħarriġiet u l-iskema tal-kampjunar użati għandhom ikunu jistgħu jidentifikaw b’mill-inqas 95 % tal-fiduċja, livell ta’ preżenza ta’ pjanti infestati ta’ 1 %.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn b’kull żona demarkata għat-trażżin li jkollhom l-intenzjoni li jiddeżinjaw jew jimmodifikaw.

KAPITOLU V

MOVIMENTI FIT-TERRITORJU TAL-UNJONI

Artikolu 10

Movimenti fit-territorju tal-Unjoni

1.   Il-pjanti speċifikati li joriġinaw minn żoni demarkati stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 5 jistgħu jinħarġu miż-żoni demarkati u miż-żoni infestati fiż-żoni ta’ lqugħ biss jekk ikunu akkumpanjati minn passaport tal-pjanti mħejji u maħruġ f’konformità mal-Artikoli 78 sa 95 tar-Regolament (UE) 2016/2031, u jekk ikunu tkabbru għal mill-inqas sentejn qabel il-moviment, jew fil-każ ta’ pjanti li għandhom inqas minn sentejn, matul ħajjithom, f’post tal-produzzjoni li jissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

ikun irreġistrat f’konformità mal-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) 2016/2031;

(b)

ikun ġie soġġett kull sena għal mill-inqas żewġ spezzjonijiet uffiċjali għal kwalunkwe sinjal tal-pest speċifikat imwettqa fi żminijiet xierqa, u ma jkun instab l-ebda sinjal bħal dan;

(c)

ikun jinsab f’żona demarkata fejn l-istħarriġiet uffiċjali għall-preżenza jew għas-sinjali tal-pest speċifikat ikunu twettqu kull sena f’wisa’ ta’ mill-inqas kilometru wieħed madwar is-sit fi żminijiet xierqa u ma jkun instab l-ebda pest speċifikat jew sinjal tiegħu u fejn il-pjanti jkunu tkabbru f’sit:

(i)

bi protezzjoni fiżika sħiħa mill-introduzzjoni tal-pest speċifikat;

jew

(ii)

fejn ikunu ġew applikati trattamenti preventivi xierqa; jew

(iii)

fejn jitwettaq kampjunar distruttiv immirat fuq kull lott ta’ pjanti speċifikati qabel il-moviment.

L-ispezzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b), għandhom jinkludu l-kampjunar distruttiv immirat tal-għeruq u taz-zkuk tal-pjanti. Id-daqs tal-kampjun għall-ispezzjoni għandu jkun tali li jippermetti tal-inqas id-detezzjoni ta’ livell ta’ 1 % ta’ infestazzjoni bil-livell ta’ fiduċja ta’ 99 %.

Il-kampjunar distruttiv immirat imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (c), għandu jitwettaq fil-livell stabbilit fit-tabella fl-Anness II.

L-istħarriġiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (c), għandhom ikunu bbażati fuq il-Linji Gwida Ġenerali tal-Awtorità għal stħarriġiet statistiċi sodi u bbażati fuq ir-riskju ta’ pesti tal-pjanti, u t-tfassil tal-istħarriġ u l-iskema ta’ kampjunar użati għandhom ikunu jistgħu jidentifikaw b’livell ta’ fiduċja ta’ mill-inqas 95 %, livell ta’ preżenza ta’ pjanti infestati ta’ 1 %.

Ir-riżomi mkabbra f’post tal-produzzjoni li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha tal-ewwel subparagrafu jistgħu jitlaqqmu bi friegħi għat-tilqim li ma jkunux ġew imkabbra bil-kundizzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, iżda li ma jkunux akbar minn 1 cm bħala dijametru fl-eħxen punt tagħhom.

2.   Il-pjanti speċifikati li ma joriġinawx minn żoni demarkati, iżda li jiġu introdotti f’post ta’ produzzjoni f’dawn iż-żoni, jistgħu jiġu mċaqalqa fit-territorju tal-Unjoni biss jekk dak il-post ta’ produzzjoni jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), u biss jekk il-pjanti jkunu akkumpanjati minn passaport tal-pjanti kif imsemmi fil-paragrafu 1.

3.   Il-pjanti speċifikati importati minn pajjiżi terzi, fejn il-pest speċifikat huwa magħruf li huwa preżenti, f’konformità mal-Kapitolu VI, jistgħu jiġu mċaqalqa fit-territorju tal-Unjoni biss jekk ikunu akkumpanjati mill-passaport tal-pjanti kif imsemmi fil-paragrafu 1.

KAPITOLU VI

INTRODUZZJONI FIT-TERRITORJU TAL-UNJONI TA’ PJANTI SPEĊIFIKATI LI JORIĠINAW MINN PAJJIŻ TERZ

Artikolu 11

Pjanti ospitanti li joriġinaw minn pajjiż terz fejn mhuwiex magħruf li l-pest speċifikat huwa preżenti

Pjanti speċifikati li joriġinaw minn pajjiż terz fejn mhuwiex magħruf li l-pest speċifikat huwa preżenti jistgħu jiġu introdotti fit-territorju tal-Unjoni biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti tal-pajjiż terz ikkonċernat tkun għarrfet bil-miktub lill-Kummissjoni li l-pest speċifikat ma huwiex magħruf li huwa preżenti f’dak il-pajjiż; u

(b)

il-pjanti ospitanti jkunu akkumpanjati minn ċertifikat fitosanitarju li jiddikjara, taħt l-intestatura “Dikjarazzjoni Addizzjonali”, li l-pest speċifikat ma jkunx preżenti fil-pajjiż terz rispettiv.

Artikolu 12

Pjanti speċifikati li joriġinaw minn pajjiżi terzi fejn il-pest speċifikat ikun magħruf li huwa preżenti

1.   Il-pjanti speċifikati li joriġinaw minn pajjiżi terzi fejn il-pest speċifikat ikun magħruf li huwa preżenti għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat fitosanitarju li jindika, taħt l-intestatura “Dikjarazzjoni Addizzjonali”, waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

li l-pjanti jkunu ġew imkabbra tul ħajjithom kollha f’post tal-produzzjoni li huwa rreġistrat u ssorveljat mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti fil-pajjiż tal-oriġini u li jinsab f’żona ħielsa mill-pesti stabbilita minn dik l-organizzazzjoni f’konformità mal-Istandards Internazzjonali rilevanti għall-Miżuri Fitosanitarji u abbażi tal-istħarriġiet uffiċjali;

(b)

li l-pjanti jkunu ġew imkabbra għal perjodu ta’ mill-inqas sentejn qabel l-esportazzjoni, jew fil-każ ta’ pjanti li għandhom inqas minn sentejn, li jkunu ġew imkabbra tul ħajjithom kollha f’post tal-produzzjoni:

(i)

stabbilit bħala ħieles mill-pesti speċifikati f’konformità mal-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji;

(ii)

irreġistrat u ssorveljat mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti fil-pajjiż tal-oriġini;

(iii)

soġġett għal tal-inqas żewġ spezzjonijiet uffiċjali għal kull sinjal tal-pest speċifikat, li jitwettqu fi żmien xieraq u li ma jkun nstab l-ebda sinjal tal-pest; u

(iv)

fejn il-pjanti jkunu tkabbru f’sit:

bi protezzjoni fiżika kontra l-introduzzjoni tal-pest speċifikat, jew

bl-applikazzjoni ta’ trattamenti preventivi xierqa u mdawwar b’żona ta’ lqugħ b’wisa’ ta’ mill-inqas kilometru wieħed, fejn jitwettqu stħarriġiet uffiċjali għall-preżenza jew għas-sinjali tal-pest speċifikat kull sena fi żminijiet xierqa; u

(v)

fejn immedjatament qabel l-esportazzjoni, il-kunsinni tal-pjanti jkunu soġġetti għal spezzjoni uffiċjali għall-preżenza tal-pest speċifikat, b’mod partikolari fl-għeruq u fiz-zkuk, inkluż kampjunar distruttiv immirat; jew

(c)

li l-pjanti ġew imkabbra minn riżomi li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-punt (b), imlaqqma bi friegħi għat-tilqim li jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

fil-mument tal-esportazzjoni, il-friegħi għat-tilqim imlaqqma ma jkollhomx dijametru akbar minn 1 cm fl-eħxen punt tagħhom; u

(ii)

l-pjanti mlaqqma jkunu ġew spezzjonati f’konformità mal-punt (b)(iii).

L-isem taż-żona ħielsa mill-pesti msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a), għandu jissemma taħt l-intestatura “post tal-oriġini”.

L-istħarriġiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a), kienu bbażati fuq il-Linji Gwida Ġenerali tal-Awtorità għal stħarriġiet statistikament sodi u bbażati fuq ir-riskju ta’ pesti tal-pjanti, filwaqt li t-tfassil tal-istħarriġiet u l-iskema ta’ kampjunar użati setgħu jidentifikaw b’livell suffiċjenti ta’ fiduċja, livell baxx ta’ preżenza ta’ pjanti infestati.

L-istħarriġiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b)(iv), it-tieni inċiż, kienu bbażati fuq il-Linji Gwida Ġenerali tal-Awtorità għal stħarriġiet statistikament sodi u bbażati fuq ir-riskju ta’ pesti tal-pjanti, it-tfassil tal-istħarriġiet u l-iskema ta’ kampjunar użati setgħu jidentifikaw b’livell ta’ fiduċja ta’ mill-inqas 95 % tal-preżenza ta’ pjanti infestati ta’ 1 %. F’każ li jkunu nstabu sinjali tal-pest speċifikat, ikunu ttieħdu minnufih miżuri ta’ qerda biex iż-żona ta’ lqugħ tinħeles mill-ġdid mill-pesti.

Id-daqs tal-kampjun għall-ispezzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b)(v), għandu jkun tali li jippermetti tal-inqas id-detezzjoni ta’ livell ta’ 1 % ta’ infestazzjoni b’ivell ta’ fiduċja ta’ 99 %.

2.   Il-pjanti speċifikati introdotti fit-territorju tal-Unjoni f’konformità mal-paragrafu 1, għandhom jiġu spezzjonati fil-punt tad-dħul jew fil-punti ta’ kontroll approvati.

Il-metodi ta’ spezzjoni applikati għandu jkollhom l-għan tad-detezzjoni ta’ kwalunkwe sinjal tal-pest speċifikat, b’mod partikolari fl-għeruq u fiz-zkuk, u għandhom jinkludu kampjunar distruttiv immirat. Id-daqs tal-kampjun għall-ispezzjoni għandu jkun tali li jippermetti tal-inqas id-detezzjoni ta’ livell ta’ 1 % ta’ infestazzjoni b’livell ta’ fiduċja ta’ 99 %, filwaqt li jitqies l-ISPM Nru 31 (10).

3.   Il-kampjunar distruttiv immirat imsemmi f’dan l-Artikolu għandu jitwettaq fil-livell stabbilit fit-tabella fl-Anness II.

KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 13

Rappurtar dwar il-miżuri

L-Istati Membri għandhom, sat-30 ta’ April ta’ kull sena, jippreżentaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn rapport dwar il-miżuri meħuda matul is-sena preċedenti skont dan ir-Regolament u dwar ir-riżultati tal-miżuri previsti fl-Artikoli 3 sa 9.

Ir-riżultati tal-istħarriġiet imwettqa skont l-Artikoli 8 u 9 għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni bl-użu ta’ wieħed mill-mudelli stabbiliti fl-Anness I.

Artikolu 14

Konformità

Kif meħtieġ sabiex jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom iħassru jew jemendaw il-miżuri li jkunu adottaw biex jipproteġu t-territorju tagħhom kontra l-introduzzjoni u t-tixrid tal-pest speċifikat. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni dwar it-tħassir jew l-emendar ta’ dawk il-miżuri.

Artikolu 15

Tħassir

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/138/UE hija mħassra, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 2, l-Artikolu 3 u l-Anness I tagħha, li huma mħassra b’effett mill-1 ta’ Jannar 2024.

Artikolu 16

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikoli 11 u 12, bl-eċċezzjoni tat-tielet u tar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 12(1), għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2024.

L-Artikolu 4 għandu japplika mill-1 ta’ Awwissu 2023.

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2025:

(a)

it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1);

(b)

ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 8(1);

(c)

il-ħames subparagrafu tal-Artikolu 9(1);

(d)

ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 10(1);

(e)

it-tielet u r-raba’ subparagrafi tal-Artikolu 12(1).

Dan ir-Regolament għandu japplika sal-31 ta’ Diċembru 2029.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ottubru 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4.

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/138/UE tal-1 ta’ Marzu 2012 fir-rigward tal-miżuri ta’ emerġenza li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid tal-Anoplophora chinensis (Forster) (ĠU L 64, 3.3.2012, p. 38).

(3)  EFSA, General guidelines for statistically sound and risk-based surveys of plant pests, 8 ta’ Settembru 2020, doi:10.2903/sp.efsa.2020.EN-1919.

(4)  Adopted Standards (ISPMs) - International Plant Protection Convention (ippc.int)

(5)  EFSA (L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel), 2020. Story map for survey of Anoplophora chinensis. Pubblikazzjoni ta’ sostenn tal-EFSA 2020:EN-1825. Disponibbli online fuq: https://arcg.is/19HTyn. L-aħħar aġġornament: 24 ta’ Marzu 2020.

(6)  Linji gwida għal programmi ta’ qerda ta’ pesti — Standard ta’ Referenza ISPM Nru 9 mis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tal-Pjanti f’Ruma.

(7)  L-użu ta’ miżuri integrati f’approċċ sistematiku għall-ġestjoni tar-riskju ta’ pesti — Standard ta’ Referenza ISPM Nru 14 mis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tal-Pjanti f’Ruma.

(8)  Linji gwida għal programmi ta’ qerda ta’ pesti — Standard ta’ Referenza ISPM Nru 9 mis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tal-Pjanti f’Ruma. Ippubblikati fil-15 ta’ Diċembru 2011.

(9)  L-użu ta’ miżuri integrati f’approċċ sistematiku għall-ġestjoni tar-riskju ta’ pesti — Standard ta’ Referenza ISPM Nru 14 mis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tal-Pjanti f’Ruma. Ippubblikat fit-8 ta’ Jannar 2014.

(10)  Methodologies for sampling of consignments — Reference Standard ISPM No 31 by the Secretariat of the International Plant Protection Convention, Ruma.


ANNESS I

Mudelli għar-rappurtar tar-riżultati tal-istħarriġiet annwali fiż-żoni demarkati mwettqa skont l-Artikoli 8 u 9

PARTI A

1.   Mudell għar-rapportar tar-riżultati tal-istħarriġ annwali

Image 1

2.   Struzzjonijiet dwar kif timtela l-formola

Jekk jimtela dan il-mudell, ma għandux għalfejn jimtela l-mudell fil-Parti B ta’ dan l-Anness.

Għall-kolonna 1

:

Indika l-isem taż-żona ġeografika, in-numru tat-tifqigħa jew kwalunkwe informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni ta’ din iż-żona demarkata (ŻD) u d-data meta ġiet stabbilita.

Għall-kolonna 2

:

Indika d-daqs taż-ŻD qabel il-bidu tal-istħarriġ.

Għall-kolonna 3

:

Indika d-daqs taż-ŻD wara l-istħarriġ.

Għall-kolonna 4

:

Indika l-approċċ: L-eradikazzjoni jew it-trażżin. Jekk jogħġbok inkludi r-ringieli kollha li hemm bżonn, skont in-numru ta’ ŻD għal kull pest u l-approċċi li dawn iż-żoni huma soġġetti għalihom.

Għall-kolonna 5

:

Indika ż-żona taż-ŻD fejn twettaq l-istħarriġ, u inkludi r-ringieli kollha li hemm bżonn: Żona infestata (ŻI) jew żona ta’ lqugħ (ŻL) billi tuża ringieli separati. Meta jkun il-każ, indika ż-żona taż-ŻL fejn sar l-istħarriġ (eż. l-aħħar 20 km maġenb iż-ŻI, madwar mixtla, eċċ.) f’ringieli differenti.

Għall-kolonna 6

:

Indika n-numru u d-deskrizzjoni tas-siti tal-istħarriġ, billi tagħżel waħda (jew aktar) mill-entrati li ġejjin għad-deskrizzjoni:

1.

Fil-beraħ (żona ta’ produzzjoni):

1.1

għalqa (ikkultivata, bur);

1.2.

ġnien bis-siġar tal-frott/vinja;

1.3.

mixtla;

1.4.

foresta;

2.

Fil-beraħ (oħrajn):

2.1.

ġnien privat;

2.2.

siti pubbliċi;

2.3.

żona ta’ konservazzjoni;

2.4.

pjanti selvaġġi f’żoni għajr żoni ta’ konservazzjoni;

2.5.

oħrajn, bi speċifikazzjoni tal-każ partikolari (eż. ħanut tal-pjanti, siti kummerċjali li jużaw materjal tal-imballaġġ magħmul mill-injam, industrija tal-injam, artijiet mistagħdra, network tat-tisqija u tad-drenaġġ, eċċ.);

3.

Kundizzjonijiet magħluqa fiżikament:

3.1.

serra;

3.2.

sit privat, għajr serra;

3.3.

sit pubbliku, għajr serra;

3.4.

oħrajn, bi speċifikazzjoni tal-każ partikolari (eż. ħanut tal-pjanti, siti kummerċjali li jużaw materjal tal-imballaġġ magħmul mill-injam, industrija tal-injam).

Għall-kolonna 7

:

Indika liema huma ż-żoni ta’ riskju identifikat abbażi tal-bijoloġija tal-pest(i), il-preżenza tal-pjanti ospitanti, il-kundizzjonijiet ekoklimatiċi u l-postijiet ta’ riskju.

Għall-kolonna 8

:

Indika ż-żoni ta’ riskju inklużi fl-istħarriġ, minn dawk identifikati fil-kolonna 7.

Għall-kolonna 9

:

Indika l-pjanti, il-frott, iż-żrieragħ, il-ħamrija, il-materjal tal-ippakkjar, l-injam, il-makkinarju, il-vetturi, l-ilma, oħrajn, filwaqt li tispeċifika l-każ speċifiku.

Għall-kolonna 10

:

Indika l-lista ta’ speċijiet/ġeneri tal-pjanti fl-istħarriġ, billi tuża ringiela waħda għal kull speċi/ġeneru tal-pjanti.

Għall-kolonna 11

:

Indika x-xhur tas-sena meta twettaq l-istħarriġ.

Għall-kolonna 12

:

Indika d-dettalji tal-istħarriġ, skont ir-rekwiżiti legali speċifiċi ta’ kull pest. Indika b’M/A meta l-informazzjoni ta’ kolonna partikolari ma tkunx applikabbli.

Fil-kolonni 13 u 14

:

Indika r-riżultati, jekk applikabbli, billi tipprovdi l-informazzjoni disponibbli fil-kolonni korrispondenti. “Mhux determinati” huma dawk il-kampjuni analizzati li għalihom ma nkiseb l-ebda riżultat minħabba fatturi differenti (eż. taħt il-livell ta’ detezzjoni, kampjun mhux ipproċessat-mhux identifikat, antik,).

Għall-kolonna 15

:

Indika n-notifiki tat-tifqigħat tas-sena meta sar l-istħarriġ għas-sejbiet fiż-ŻL. In-numru tan-notifika tat-tifqigħat ma hemmx għalfejn ikun inkluż meta l-awtorità kompetenti tkun iddeċidiet li s-sejba hija waħda mill-każijiet imsemmija fl-Artikolu 14(2), fl-Artikolu 15(2) jew fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2016/2031. F’dan il-każ, indika r-raġuni għaliex ma tajtx din l-informazzjoni fil-kolonna 16 (“Kummenti”).

PARTI B

1.   Mudell għar-rapportar tar-riżultati tal-istħarriġiet annwali bbażati fuq l-istatistika

Image 2

2.   Struzzjonijiet dwar kif timtela l-formola

Jekk jimtela dan il-mudell, ma għandux għalfejn jimtela l-mudell fil-Parti A ta’ dan l-Anness.

Spjega s-suppożizzjonijiet sottostanti għad-disinn tal-istħarriġ għal kull pest. Ikteb fil-qosor u ġġustifika:

il-popolazzjoni fil-mira, l-unità epidemjoloġika u l-unitajiet ta’ spezzjoni,

il-metodu tad-detezzjoni u s-sensittività tal-metodu;

il-fattur(i) tar-riskju, u indika l-livelli tar-riskju u r-riskji u l-proporzjonijiet relattivi korrispondenti tal-popolazzjoni tal-pjanti ospitanti.

Għall-kolonna 1

:

Indika l-isem taż-żona ġeografika, in-numru tat-tifqigħa jew kwalunkwe informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni ta’ din iż-żona demarkata (ŻD) u d-data meta ġiet stabbilita.

Għall-kolonna 2

:

Indika d-daqs taż-ŻD qabel il-bidu tal-istħarriġ.

Għall-kolonna 3

:

Indika d-daqs taż-ŻD wara l-istħarriġ.

Għall-kolonna 4

:

Indika l-approċċ: L-eradikazzjoni jew it-trażżin. Jekk jogħġbok inkludi r-ringieli kollha li hemm bżonn, skont in-numru ta’ ŻD għal kull pest u l-approċċi li dawn iż-żoni huma soġġetti għalihom.

Għall-kolonna 5

:

Indika ż-żona taż-ŻD fejn twettaq l-istħarriġ, u inkludi r-ringieli kollha li hemm bżonn: Żona infestata (ŻI) jew żona ta’ lqugħ (ŻL) billi tuża ringieli separati. Meta applikabbli, indika ż-żona tal-ŻL fejn sar l-istħarriġ (eż. l-aħħar 20 km ħdejn il-ŻL, madwar l-imxietel, eċċ.) f’ringieli differenti.

Għall-kolonna 6

:

Indika n-numru u d-deskrizzjoni tas-siti tal-istħarriġ, billi tagħżel waħda (jew aktar) mill-entrati li ġejjin għad-deskrizzjoni:

1.

Fil-beraħ (żona ta’ produzzjoni):

1.1

għalqa (ikkultivata, bur);

1.2.

ġnien bis-siġar tal-frott/vinja;

1.3.

mixtla;

1.4.

foresta;

2.

Fil-beraħ (oħrajn):

2.1.

ġonna privati;

2.2.

siti pubbliċi;

2.3.

żona ta’ konservazzjoni;

2.4.

pjanti selvaġġi f’żoni għajr żoni ta’ konservazzjoni;

2.5.

oħrajn, bi speċifikazzjoni tal-każ partikolari (eż. ħanut tal-pjanti, siti kummerċjali li jużaw materjal tal-imballaġġ magħmul mill-injam, industrija tal-injam, artijiet mistagħdra, network tat-tisqija u tad-drenaġġ, eċċ.);

3.

Kundizzjonijiet magħluqa fiżikament:

3.1.

serra;

3.2.

sit privat, għajr serra;

3.3.

sit pubbliku, għajr serra;

3.4.

oħrajn, bi speċifikazzjoni tal-każ partikolari (eż. ħanut tal-pjanti, siti kummerċjali li jużaw materjal tal-imballaġġ magħmul mill-injam, industrija tal-injam).

Għall-kolonna 7

:

Indika x-xhur tas-sena meta twettqu l-istħarriġiet.

Għall-kolonna 8

:

Indika l-popolazzjoni fil-mira magħżula billi tipprovdi kif xieraq il-lista tal-ispeċijiet/ġeneri ospitanti u ż-żona koperta. Il-popolazzjoni fil-mira hija definita bħala l-grupp ta’ unitajiet ta’ spezzjoni. Id-daqs tagħha huwa ddefinit tipikament għal żoni agrikoli bl-ettari, iżda jista’ jkun lottijiet, għelieqi, serer eċċ. Jekk jogħġbok iġġustifika l-għażla li saret fis-suppożizzjonijiet sottostanti. Indika l-unitajiet ta’ spezzjoni mistħarrġa. “Unità ta’ spezzjoni” tfisser pjanti, partijiet ta’ pjanti, komoditajiet, materjali, vetturi ta’ pesti li ġew eżaminati bir-reqqa għall-identifikazzjoni u għad-detezzjoni tal-pesti.

Għall-kolonna 9

:

Indika l-unitajiet epidemjoloġiċi mistħarrġa, filwaqt li tindika d-deskrizzjoni u l-unità ta’ kejl tagħha. “Unità epidemjoloġika” tfisser żona omoġenja fejn l-interazzjonijiet bejn il-pest, il-pjanti ospitanti u l-fatturi u l-kundizzjonijiet abijotiċi u bijotiċi jirriżultaw fl-istess epidemjoloġija, jekk il-pest ikun preżenti. L-unitajiet epidemjoloġiċi huma suddiviżjoni tal-popolazzjoni fil-mira li huma omoġenji f’termini tal-epidemjoloġija b’mill-inqas pjanta ospitanti waħda. F’xi każijiet il-popolazzjoni tal-pjanti ospitanti kollha f’reġjun/żona/pajjiż tista’ tiġi definita bħala unità epidemjoloġika. Dawn jistgħu jkunu reġjuni tan-NUTS, żoni urbani, foresti, ġonna tal-ward jew irziezet, jew ettari. L-għażla tal-unitajiet epidemjoloġiċi għandha tiġi ġġustifikata fis-suppożizzjonijiet sottostanti.

Għall-kolonna 10

:

Indika l-metodi użati matul l-istħarriġ inkluż l-għadd ta’ attivitajiet f’kull każ, skont ir-rekwiżiti legali speċifiċi ta’ kull pest. Indika b’M/A meta l-informazzjoni ta’ kolonna partikolari ma tkunx disponibbli.

Għall-kolonna 11

:

Indika stima tal-effettività tal-kampjunar. L-effettività tal-kampjunar tfisser il-probabbiltà li jintgħażlu partijiet ta’ pjanti infettati minn pjanta infettata. Għall-vetturi, hija l-effettività tal-metodu li jaqbad vettur pożittiv meta jkun preżenti fiż-żona tal-istħarriġ. Għall-ħamrija, hija l-effettività tal-għażla ta’ kampjun tal-ħamrija li jkun fih il-pest meta l-pest ikun preżenti fiż-żona tal-istħarriġ.

Għall-kolonna 12

:

“Sensittività tal-metodu” tfisser il-probabbiltà ta’ metodu li jagħmel detezzjoni korretta tal-preżenza tal-pest. Is-sensittività tal-metodu hija definita bħala l-probabbiltà li ospitant verament pożittiv jittestja pożittiv. Hija l-multiplikazzjoni tal-effettività tal-kampjunar (jiġifieri l-probabbiltà li jintgħażlu partijiet infettati tal-pjanta minn pjanta infettata) bis-sensittività dijanjostika (karatterizzata mill-ispezzjonijiet viżwali u/jew mit-test tal-laboratorju użati fil-proċess ta’ identifikazzjoni).

Għall-kolonna 13

:

Ipprovdi l-fatturi ta’ riskju f’kolonni differenti, u uża kemm hemm bżonn ringieli. Għal kull fattur ta’ riskju indika l-livell ta’ riskju u r-riskju relattiv korrispondenti u l-proporzjon tal-popolazzjoni tal-pjanti ospitanti.

Għall-kolonna B

:

Indika d-dettalji tal-istħarriġ, skont ir-rekwiżiti legali speċifiċi għal kull pest. Indika b’M/A meta l-informazzjoni ta’ kolonna partikolari ma tkunx applikabbli. L-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta f’dawn il-kolonni hija relatata mal-informazzjoni inkluża fil-kolonna 10 “Metodi ta’ detezzjoni”.

Għall-kolonna 18

:

Indika l-għadd ta’ siti tal-insib f’każ li dan in-numru jkun differenti mill-għadd ta’ nases (Kolonna 17) (eż. l-istess nassa tintuża f’postijiet differenti).

Għall-kolonna 21

:

Indika n-numru ta’ kampjuni li nstabu pożittivi, negattivi jew mhux determinati. “Mhux determinati” huma dawk il-kampjuni analizzati li għalihom ma nkiseb l-ebda riżultat minħabba fatturi differenti (eż. taħt il-livell ta’ detezzjoni, kampjun mhux ipproċessat-mhux identifikat, antik).

Għall-kolonna 22

:

Indika n-notifiki tat-tifqigħat tas-sena meta sar l-istħarriġ. In-numru tan-notifika tat-tifqigħat ma hemmx għalfejn ikun inkluż meta l-awtorità kompetenti tkun iddeċidiet li s-sejba hija waħda mill-każijiet imsemmija fl-Artikolu 14(2), fl-Artikolu 15(2) jew fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2016/2031. F’dan il-każ, indika r-raġuni għaliex ma tajtx din l-informazzjoni fil-kolonna 25 (“Kummenti”).

Għall-kolonna 23

:

Indika s-sensittività tal-istħarriġ, kif definit fl-ISPM 31. Dan il-valur tal-livell ta’ fiduċja miksub tal-ħelsien mill-pesti huwa kkalkulat abbażi tal-eżamijiet (u/jew tal-kampjuni) imwettqa fid-dawl tas-sensittività tal-metodu u tal-prevalenza tad-disinn.

Għall-kolonna 24

:

Indika l-prevalenza tad-disinn ibbażata fuq stima ta’ qabel l-istħarriġ tal-probabbiltà ta’ prevalenza attwali tal-pest fl-għalqa. Il-prevalenza tad-disinn hija stabbilita bħala mira tal-istħarriġ u tikkorrispondi mal-kompromess li l-maniġers tar-riskju qed jagħmlu bejn ir-riskju li jkollhom il-pest u r-riżorsi disponibbli għall-istħarriġ. Tipikament, għal stħarriġ ta’ detezzjoni jiġi stabbilit valur ta’ 1 %.


ANNESS II

Livelli ta’ kampjunar distruttiv

Numru ta’ pjanti fil-lott

Livell ta’ kampjunar distruttiv (numru ta’ pjanti li għandhom jinqatgħu)

1 –4 500

10 % tad-daqs tal-lott

> 4 500

450


Fuq