Scegli le funzioni sperimentali da provare

Questo documento è un estratto del sito web EUR-Lex.

Documento 02014R0885-20180706

Testo consolidato: Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 885/2014 tat- 13 ta' Awwissu 2014 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet speċifiċi li japplikaw għall-importazzjoni tal-okra u tal-weraq tal-kari mill-Indja u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 91/2013 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/885/2018-07-06

02014R0885 — MT — 06.07.2018 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 885/2014

tat-13 ta' Awwissu 2014

li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet speċifiċi li japplikaw għall-importazzjoni tal-okra u tal-weraq tal-kari mill-Indja u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 91/2013

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 242 14.8.2014, p. 20)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/941 tat-2 ta' Lulju 2018

  L 166

7

3.7.2018




▼B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 885/2014

tat-13 ta' Awwissu 2014

li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet speċifiċi li japplikaw għall-importazzjoni tal-okra u tal-weraq tal-kari mill-Indja u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 91/2013

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Il-kamp ta' applikazzjoni

▼M1

1.  Dan ir-Regolament għandu japplika għal konsenji tal-ikel ta' oriġini mhux mill-annimali, li huwa elenkat fl-Anness I.

▼B

2.  Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għall-ikel kompost li fih kull ikel imsemmi fil-paragrafu 1 fi kwantità aktar minn 20 %.

3.  Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal kunsinni tal-ikel imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 li huma ddestinati għal persuna privata għall-konsum u l-użu personali biss. F'każ ta' dubju, il-piż tal-provi huwa tar-riċevitur tal-kunsinna.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 u l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009.

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, kunsinna tikkorrispondi għal lott kif imsemmi fid-Direttiva 2002/63/KE.

Artikolu 3

Importazzjoni fl-Unjoni

Il-kunsinni tal-ikel imsemmija fl-Artikolu 1(1) u (2) jistgħu jiġu importati fl-Unjoni biss skont il-proċeduri stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Il-kunsinni ta' dan it-tip ta' ikel jistgħu jidħlu fl-Unjoni biss mill-Punt tad-Dħul Magħżul (DPE).

Artikolu 4

Ir-riżultati tat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi

1.  Il-kunsinni tal-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1) u (2) għandu jkollhom magħhom ir-riżultati tat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi li jagħmlu l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż tal-oriġini, jew tal-pajjiż minn fejn tkun ġejja l-kunsinna jekk dan tal-aħħar ikun differenti mill-pajjiż tal-oriġini, biex tiġi żgurata l-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-livelli massimi tar-residwi tal-pestiċidi, għall-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1)(a) u (b), inkluż l-ikel kompost li jkun fih minn dan l-ikel fi kwantità aktar minn 20 %.

2.  It-teħid tal-kampjuni msemmi fil-paragrafu 1 irid isir skont id-Direttiva 2002/63/KE għar-residwi tal-pestiċidi.

Artikolu 5

Ċertifikat tas-saħħa

1.  Il-kunsinni għandu jkollhom amgħhom ukoll ċertifikat tas-saħħa skont il-mudell stabbilit fl-Anness II.

2.  Iċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jimlieh, jiffirmah u jivverifikah rappreżentant awtorizzat tal-awtorità kompetenti tal-pajjiż tal-oriġini jew tal-awtorità kompetenti tal-pajjiż minn fejn tkun ġejja l-kunsinna jekk dan il-pajjiż ikun differenti mill-pajjiż tal-oriġini.

3.  Iċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jinkiteb bil-lingwa uffiċjali, jew b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn jinsab il-Punt tad-Dħul Magħżul. Madankollu, Stat Membru jista' jaċċetta li ċ-ċertifikati tas-saħħa jinkitbu b'lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni.

4.  Iċ-ċertifikat tas-saħħa jkun validu biss għall-erba' xhur minn meta jinħareġ.

Artikolu 6

Identifikazzjoni

Kull kunsinna tal-ikel li jissemma fl-Artikolu 1(1) u (2) għandha tiġi identifikata b'kodiċi ta' identifikazzjoni li jikkorrispondi mal-kodiċi ta' identifikazzjoni miktub fuq ir-riżultati tal-kampjuni u l-analiżi msemmija fl-Artikolu 4 u fuq iċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fl-Artikolu 5. Kull borża individwali tal-kunsinna, jew kull forma oħra ta' imballaġġ tal-kunissina għandha tiġi identifikata b'dan il-kodiċi.

Artikolu 7

Notifika minn qabel dwar il-wasla tal-kunsinni

1.  L-operaturi kummerċjali tal-għalf jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom javżaw minn qabel bid-data u l-ħin mistennija tal-wasla fiżika tal-kunsinni tal-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1) u (2) lill-awtoritajiet kompetenti fil-Punt tad-Dħul Magħżul, u dwar in-natura tal-kunsinna.

2.  Għall-fini tan-notifika minn qabel, iridu jimlew il-Parti I tad-dokument komuni tad-dħul (DKD) u jibagħtu d-dokument lill-awtorità kompetenti fil-Punt tad-Dħul Magħżul, mill-inqas ġurnata waħda tax-xogħol qabel tasal il-kunsinna.

3.  Għall-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1)(a) u (b) ta' dan ir-Regolament inkluż l-ikel kompost li fih dan it-tip ta' ikel fi kwantità aktar minn 20 %, sabiex jimlew id-Dokument Komuni tad-Dħul fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-operaturi kummerċjali tal-ikel għandhom iqisu n-noti gwida għad-DKD stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 669/2009.

Artikolu 8

Kontrolli uffiċjali

1.  L-awtorità kompetenti fil-Punt tad-Dħul Magħżul għandha tagħmel verifiki dokumentati ta' kull kunsinna tal-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1) u (2) u taċċerta l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5.

2.  Il-verifiki fiżiċi u ta' identità li jsiru fuq l-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1)(a) u (b) u fuq l-ikel kompost relatat, imsemmi fl-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament, għandhom isiru f'konformità mal-Artikoli 8, 9 u 19 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 bil-frekwenza stabbilita fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

3.  Malli jitlestew il-kontrolli, l-awtoritajiet kompetenti għandhom

(a) jimlew l-annotazzjonijiet relevanti tal-Parti II tad-DKD;

(b) Jiġbru flimkien ir-riżultati tat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi mwettqa skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;

(c) jipprovdu u jimlew in-numru ta' referenza tad-DKD fuq id-DKD;

(d) jittimbraw u jiffirmaw id-DKD oriġinali;

(e) iżommu kopja tad-DKD iffirmata u ttimbrata.

4.  L-oriġinali tad-DKD u taċ-ċertifikat tas-saħħa flimkien mar-riżultati tat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi msemmija fl-Artikolu 4 għandhom jibqgħu mal-kunsinna waqt it-trasportazzjoni tagħha, sakemm din tinħeles għaċ-ċirkulazzjoni libera. Għall-ikel imsemmi fl-Artikolu 1(1) u (2), f'każ ta' awtorizzazzjoni biex il-kunsinni jkomplu fil-vjaġġ tagħhom skont ir-riżultati tal-verifiki fiżiċi, għandha tinħareġ kopja ċċertifikata tal-oriġinali tad-DKD għal dak il-għan.

Artikolu 9

Qsim tal-kunsinna

1.  Il-kunsinni ma għandhomx jinqasmu qabel ma jkunu tlestew l-ispezzjonijiet uffiċjali kollha, u qabel ma jkun imtela d-DKD kollu mill-awtoritàjiet kompetenti kif stipulat fl-Artikolu 8.

2.  Fil-każ li wara dan, il-kunsinna tinqasam, trid tintbagħat kopja awtentika tad-DKD ma' kull parti tal-kunsinna sakemm dawn jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera.

Artikolu 10

Rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera

Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera tal-kunsinni għandu jkun soġġett għall-preżentazzjoni (fiżikament jew elettronikament) mill-kummerċjanti tal-għalf jew mir-rappreżentant tagħhom lill-awtoritajiet tad-dwana ta' DKD mimli mill-awtorità kompetenti ladarba jkunu saru l-kontrolli uffiċjali kollha. L-awtoritajiet doganali għandhom jirrilaxxaw il-kunsinna għaċ-ċirkolazzjoni libera biss jekk l-awtorità kompetenti tkun taqbel ma' dan fil-kaxxa II.14 u tiffirma fil-kaxxa II.21 tad-DKD.

Artikolu 11

Nuqqas ta' konformità

Jekk il-kontrolli uffiċjali jistabbilixxu li hemm nuqqas ta' konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti, l-awtorità kompetenti għandha timla l-Parti III tad-DKD u għandha tittieħed azzjoni skont l-Artikoli 19, 20 u 21 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

Artikolu 12

Ir-rapporti

Kull tliet xhur, l-Istati Membri għandhom iressqu rapport lill-Kummissjoni bir-riżultati analitiċi kollha tal-kontrolli uffiċjali fuq il-kunsinni tal-ikel skont dan ir-Regolament. Dan ir-rapport għandu jiġi ppreżentat fix-xahar wara kull tliet xhur tas-sena.

Ir-rapport għandu jinkludi din l-informazzjoni:

 l-għadd ta' kunsinni importati;

 l-għadd ta' kunsinni li minnhom ittieħdu l-kampjuni għall-analiżi;

 ir-riżultati tal-kontrolli kif stipulat fl-Artikolu 8(2);

Artikolu 13

L-ispejjeż

L-ispejjeż kollha tal-ispezzjonijiet uffiċjali, inkluż it-teħid tal-kampjuni, l-analiżi, il-ħżin u kull miżura li tittieħed wara riżultat ta' nuqqas ta' konformità, għandu jħallashom l-operatur kummerċjali tal-ikel.

Artikolu 14

Revoka

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 91/2013 qed jitħassar.

Artikolu 15

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

Ikel mhux ta' oriġini mill-annimali li hu soġġett għall-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament:



Għalf u ikel

(l-użu maħsub)

Il-kodiċi NM (1)

Sotto taqsima TARIC

Il-pajjiż tal-oriġini

Periklu

Il-frekwenza tal-kontrolli fiżiċi u tal-identità (%) waqt l-importazzjoni

▼M1 —————

▼B

Weraq tal-kari (Bergera/Murraya koenigii)

(Ikel — ħxejjex aromatiċi — friski, imnixxfin u friżati)

ex 1211 90 86

10

L-Indja (IN)

Residwi ta' pestiċidi analizzati b'metodi li jużaw residwi multipli bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b'metodi li jużaw residwu wieħed (3)

20

(1)   Meta jkun meħtieġ li jiġu eżaminati biss ċertu prodotti b'xi kodiċi NM, u fin-nomenklatura tal-prodotti ma tkunx teżisti sottotaqsima speċifika skont dak il-kodiċi, il-kodiċi NM jiġi mmarkat “ex”.

(2)    ►M1  Ċertifikazzjoni mill-pajjiż tal-oriġini u kontroll waqt l-importazzjoni mill-Istati Membri biex tkun żgurata konformità mar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi tar-residwi tal-pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1) b'mod partikolari rigward dawn ir-residwi: l-aċefat, il-metamidofos, it-triażofos, l-endosulfan, il-monokrotofos, il-metomil, it-tijodikarb, id-diafentjuron, it-tijametossam, il-fipronil, l-ossamil, l-aċetamiprid, l-indossakarb, il-mandipropammid. ◄

(3)   Ċertifikazzjoni mill-pajjiż tal-oriġini u kontroll waqt l-importazzjoni mill-Istati Membri biex tkun żgurata konformità mar-Regolament (KE) Nru 396/2005, b'mod partikolari rigward dawn ir-residwi: it-trijażofos, l-ossidemeton-metil, il-klorpirifos, l-aċetamiprid, it-tijametossam, il-klotjanidin, il-metamidofos, l-aċefat, il-propargit, il-monokrotofos.




ANNESS II

image

In alto