Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R1303R(01)

Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013)

ĠU L 200, 26.7.2016, pp. 140–148 (EL)
ĠU L 200, 26.7.2016, pp. 140–152 (DE, PL)
ĠU L 200, 26.7.2016, pp. 140–311 (ES)
ĠU L 200, 26.7.2016, pp. 140–150 (BG, EN, LT, SL)
ĠU L 200, 26.7.2016, pp. 140–158 (GA)
ĠU L 200, 26.7.2016, pp. 140–154 (FR, MT, NL)
ĠU L 200, 26.7.2016, pp. 140–313 (HU, PT, RO)
ĠU L 200, 26.7.2016, pp. 140–157 (DA, HR, FI)
ĠU L 200, 26.7.2016, pp. 140–151 (CS)
ĠU L 200, 26.7.2016, pp. 140–159 (ET)
ĠU L 200, 26.7.2016, pp. 140–149 (IT)
ĠU L 200, 26.7.2016, pp. 140–161 (SV)
ĠU L 200, 26.7.2016, pp. 140–163 (SK)
ĠU L 200, 26.7.2016, pp. 140–153 (LV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1303/corrigendum/2016-07-26/oj

26.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 200/140


Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 347 tal-20 ta' Diċembru 2013 )

1.

It-titolu fil-paġna tal-Werrej u t-titolu fil-paġna 320,

minflok:

“Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006”,

aqra:

“Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006”;

2.

Fil-paġna 320, il-premessa 2, l-ewwel sentenza,

minflok:

“Sabiex itejbu l-koordinazzjoni u jarmonizzaw l-implimentazzjoni tal-Fondi li jipprovdu appoġġ taħt il-politika tal-koeżjoni, jiġifieri l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u l-Fond ta' Koeżjoni, mal-Fond għall-iżvilupp rurali, jiġifieri l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), u għas-settur marittimu u tas-sajd, jiġifieri l-miżuri ffinanzjati taħt il-ġestjoni konġunta fit-Titolu V tal-Fond Ewropew Marittimu u għas-Sajd (FEMS), għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet komuni għal dawn il-Fondi kollha (‘Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej’ — ‘il-Fondi ESI’)”,

aqra:

“Sabiex itejbu l-koordinazzjoni u jarmonizzaw l-implimentazzjoni tal-Fondi li jipprovdu appoġġ taħt il-politika tal-koeżjoni, jiġifieri l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u l-Fond ta' Koeżjoni, mal-Fond għall-iżvilupp rurali, jiġifieri l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), u għas-settur marittimu u tas-sajd, jiġifieri l-miżuri ffinanzjati taħt il-ġestjoni konġunta fit-Titolu V tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS), għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet komuni għal dawn il-Fondi kollha (‘Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej’ — ‘il-Fondi ESI’)”;

3.

Fil-paġna 320, in-nota ta' qiegħ il-paġna 3,

minflok:

“(3)

ĠU C 47, 17.2.2011, p. 1, …”,

aqra::

“(3)

ĠU C 47, 17.2.2012, p. 1, …”;

4.

Fil-paġna 323, in-nota ta' qiegħ il-paġna 1,

minflok:

“(1)

Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill ta' 17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1081/2006 …”,

aqra:

“(1)

Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' 17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1081/2006 …”;

5.

Fil-paġna 327, il-premessa 46,

minflok:

“… u li jiġu stabbiliti regoli oħrajn dwar l-użu tar-riżorsi wara t-tmiem tal-perjodu ta' eliġibbiltà.”,

aqra:

“… u li jiġu stabbiliti regoli oħrajn dwar l-użu mill-ġdid tar-riżorsi wara t-tmiem tal-perjodu ta' eliġibbiltà.”;

6.

Fil-paġna 328, in-nota ta' qiegħ il-paġna 1,

minflok:

“(1)

Regolament (UE) Nru 1301/2013, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' 17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Żvilupp Reġjonali u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw il-mira Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1080/2006 …”,

aqra:

“(1)

Regolament (UE) Nru 1301/2013, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' 17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw l-Investiment li għandu fil-mira t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 …”;

7.

Fil-paġna 328, in-nota ta' qiegħ il-paġna 3,

minflok:

“(3)

Regolament (UE) Nru 1299/2013, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' 17 ta' Diċembru 2013 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-mira kooperazzjoni territorjali Ewropea …”,

aqra:

“(3)

Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' 17 ta' Diċembru 2013 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea …”;

8.

Fil-paġna 328, in-nota ta' qiegħ il-paġna 4,

minflok:

“(4)

Regolament (UE) Nru 1305/2013, tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill ta' 17 ta' Diċembru 2013 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 …”,

aqra:

“(4)

Regolament (UE) Nru 1305/2013, tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill ta' 17 ta' Diċembru 2013 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 …”;

9.

Fil-paġna 329, il-premessa 69,

minflok:

“… jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli komuni għal prefinanzjament, talbiet interim għal pagamenti u l-bilanċ aħħari …”,

aqra:

“…jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli komuni għal prefinanzjament, applikazzjonijiet għal pagament interim u l-bilanċ aħħari …”;

10.

Fil-paġna 329, il-premessa 71, l-ewwel sentenza,

minflok:

“… fejn ikun hemm … evidenza ta' irregolaritjiet marbuta ma' talba għal ħlas, jew nuqqas ta' preżentazzjoni …”,

aqra:

“… fejn ikun hemm … evidenza ta' irregolaritajiet marbuta ma' applikazzjoni għal pagament, jew nuqqas ta' preżentazzjoni …”;

11.

Fil-paġna 330, il-premessa 73,

minflok:

“…, li jkunu anormali jew imprevedibbli u li l-konsegwenzi tagħhom ma jistgħux jiġu evitati minkejja d-diliġenza murija kif ukoll f'sitwazzjoni li fiha tkun saret talba għal pagament iżda li għalih l-iskadenza għall-pagament ġiet interrotta jew il-pagament ġie sospiż.”,

aqra:

“…, li jkunu anormali jew imprevedibbli u li l-konsegwenzi tagħhom ma jistgħux jiġu evitati minkejja d-diliġenza murija, kif ukoll f'sitwazzjoni li fiha tkun saret applikazzjoni għal pagament iżda li għalih l-iskadenza għall-pagament ġiet interrotta jew il-pagament ġie sospiż.”;

12.

Fil-paġna 331, il-premessa 88, ir-raba' sentenza,

minflok:

“Bħala prinċipju ġenerali, assi prioritarju għandu jkopri objettiv tematiku wieħed, Fond wieħed u kategorija ta' reġjun waħda.”,

aqra:

“Bħala prinċipju ġenerali, assi ta' prijorità għandu jkopri objettiv tematiku wieħed, Fond wieħed u kategorija ta' reġjun waħda.”;

13.

Fil-paġna 332, il-premessa 96, it-tieni u t-tielet sentenzi,

minflok:

“Sabiex tiġi ssimplifikata u msaħħa l-orjentazzjoni tar-riżultati tal-Fondi, il-ġestjoni tal-pjan ta' azzjoni konġunta għandha tkun ibbażata esklussivament fuq miri, produzzjoni u riżultati maqbula b'mod konġunt kif definit fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tadotta l-pjan ta' azzjoni konġunta. Il-kontroll u l-awditjar ta' pjan ta' azzjoni konġunta għandhom ikunu limitati wkoll għal jekk jinkisbux il-miri, eżiti u riżultati tiegħu.”,

aqra:

“Sabiex tiġi ssimplifikata u msaħħa l-orjentazzjoni tar-riżultati tal-Fondi, il-ġestjoni tal-pjan ta' azzjoni konġunta għandha tkun ibbażata esklussivament fuq miri, outputs u riżultati maqbula b'mod konġunt kif definit fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tadotta l-pjan ta' azzjoni konġunta. Il-kontroll u l-awditjar ta' pjan ta' azzjoni konġunta għandhom ikunu limitati wkoll għal jekk jinkisbux il-miri, outputs u riżultati tiegħu.”;

14.

Fil-paġna 339, l-Artikolu 2, il-punt 22,

minflok:

“(22)

‘talba għal ħlas’ tfisser applikazzjoni għal pagament jew dikjarazzjoni tan-nefqa sottomessa mill-Istat Membru lill-Kummissjoni;”,

aqra:

“(22)

‘applikazzjoni għal pagament’ tfisser applikazzjoni għal pagament jew dikjarazzjoni tan-nefqa sottomessa mill-Istat Membru lill-Kummissjoni;”;

15.

Fil-paġna 339, l-Artikolu 2, il-punt 26,

minflok:

“(26)

‘escrow account’ tfisser … ftehim bil-miktub bejn benefiċjarju ta' korp pubbliku u l-imsieħeb privat approvat mill-awtorità ta' ġestjoni, jew korp intermedjarju, stabbilit speċifikament biex iżomm fondi li għandhom jitħallsu wara l-perjodu ta' eliġibbiltà, esklussivament …”,

aqra:

“(26)

‘escrow account’ tfisser … ftehim bil-miktub bejn il-korp pubbliku benefiċjarju u l-imsieħeb privat approvat mill-awtorità ta' ġestjoni, jew korp intermedjarju, stabbilit speċifikament biex iżomm fondi li għandhom jitħallsu wara l-perjodu ta' eliġibbiltà fil-każ ta' strument finanzjarju, jew matul il-perjodu ta' eliġibbiltà u/jew wara l-perjodu ta' eliġibbiltà fil-każ ta' operazzjoni PPP, esklussivament …”;

16.

Fil-paġna 340, l-Artikolu 3,

minflok:

“Meta skont l-Artikoli 16(2) u (3), 29(3), 30(2) u (3) …”,

aqra:

“Meta skont l-Artikoli 16(2) u (4), 29(4), 30(2) u (3) …”;

17.

Fil-paġna 348, l-Artikolu 22(6),

minflok:

“Fejn ikun hemm evidenza li tirriżulta minn rieżami tal-prestazzjoni rigward prijorità, li kien hemm nuqqas serju fir-rigward tal-ilħuq tal-għanijiet ta' dik il-prijorità relatati biss mal-indikaturi finanzjarji u tal-produzzjoni u l-passi tal-implimentazzjoni ewlenin … …”,

aqra:

“Fejn ikun hemm evidenza li tirriżulta minn rieżami tal-prestazzjoni rigward prijorità, li kien hemm nuqqas serju fir-rigward tal-ilħuq tal-għanijiet ta' dik il-prijorità relatati biss mal-indikaturi finanzjarji u tal-output u l-passi tal-implimentazzjoni ewlenin …”;

18.

Fil-paġna 349, l-Artikolu 23(1), it-tielet subparagrafu,

minflok:

“Għall-finijiet tal-punt (b) tat-tieni subparagrafu, kull waħda minn dawk il-kundizzjonijiet għandha titqies li ġiet issodisfata meta …”,

aqra:

“Għall-finijiet tal-punt (c) tat-tieni subparagrafu, kull waħda minn dawk il-kundizzjonijiet għandha titqies li ġiet issodisfata meta …”;

19.

Fil-paġna 350, l-Artikolu 23(5),

minflok:

“…mhux aktar tard minn tliet xhur wara s-sottomissjoni tagħhom mill-Istat Membru skont il-paragrafu 3.”,

aqra:

“…mhux aktar tard minn tliet xhur wara s-sottomissjoni tagħhom mill-Istat Membru skont il-paragrafu 4.”;

20.

Fil-paġna 350, l-Artikolu 23(6), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza,

minflok:

“Dak l-att ta' implimentazzjoni għandha tapplika biss fir-rigward ta' talbiet għal pagament sottomessi wara d-data tal-adozzjoni ta' dak l-att ta' implimentazzjoni.”,

aqra:

“Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu japplika biss fir-rigward ta' applikazzjonijiet għal pagament sottomessi wara d-data tal-adozzjoni ta' dak l-att ta' implimentazzjoni.”;

21.

Fil-paġna 351, l-Artikolu 23(9), it-tielet subparagrafu, it-tieni sentenza,

minflok:

“Is-sospensjoni tal-pagamenti għandha tapplika għal talbiet ta' pagament sottomessi għall-programmi konċernati wara d-data tad-deċiżjoni ta' sospensjoni.”,

aqra:

“Is-sospensjoni tal-pagamenti għandha tapplika għal applikazzjonijiet għal pagament sottomessi għall-programmi konċernati wara d-data tad-deċiżjoni ta' sospensjoni.”;

22.

Fil-paġna 352, l-Artikolu 24(1), it-tieni sentenza,

minflok:

“Jekk Stat Membru jissodisfa waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin wara 21 ta' Diċembru 2013, ir-rata miżjuda, li ma tistax taqbeż il-100 %, għandha tapplika għat-talbiet tiegħu għal pagamenti tiegħu għall-perjodu sat-30 ta' Ġunju 2016:”,

aqra:

“Jekk Stat Membru jissodisfa waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin wara l-21 ta' Diċembru 2013, ir-rata miżjuda, li ma tistax taqbeż il-100 %, għandha tapplika għall-applikazzjonijiet għal pagament tiegħu għall-perjodu sat-30 ta' Ġunju 2016:”;

23.

Fil-paġna 352, l-Artikolu 24(2),

minflok:

“(2)   … l-appoġġ tal-Unjoni permezz tal-pagamenti interim u l-pagamenti tal-bilanċ finali ma għandux ikun ogħla mill-appoġġ pubbliku jew l-ammont massimu ta' appoġġ mill-Fondi ESI għal kull prijorità għall-FEŻR, il-FSE u l-Fond ta' Koeżjoni, jew għal kull waħda mill-miżuri tal-FAEŻR u l-FEMS, kif stabbilit fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm.”,

aqra:

“(2)   … l-appoġġ tal-Unjoni permezz tal-pagamenti interim u l-pagamenti tal-bilanċ finali ma għandux ikun ogħla minn:

(a)

in-nefqa pubblika; jew

(b)

l-ammont massimu ta' appoġġ mill-Fondi ESI għal kull prijorità għall-FEŻR, il-FSE u l-Fond ta' Koeżjoni, jew għal kull waħda mill-miżuri għall-FAEŻR u l-FEMS, kif stabbilit fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm,

skont liema ammont ikun l-inqas.”;

24.

Fil-paġna 353, l-Artikolu 25(1),

minflok:

“… parti mir-riżorsi provduti taħt l-Artikolu 59 u programmati bi qbil mar-regoli speċifiċi għall-Fondi jistgħu, bi ftehim mal-Kummissjoni, jiġu ttrasferiti għal għajnuna teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni ta' miżuri fir-rigward tal-Istat Membru kkonċernat b'konformità mal-punt (k) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 58(1) …”,

aqra:

“… parti mir-riżorsi provduti taħt l-Artikolu 59 u programmati bi qbil mar-regoli speċifiċi għall-Fondi jistgħu, bi ftehim mal-Kummissjoni, jiġu ttrasferiti għal għajnuna teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni ta' miżuri fir-rigward tal-Istat Membru kkonċernat b'konformità mal-punt (l) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 58(1) …”;

25.

Fil-paġna 354, l-Artikolu 27(4), il-punt (b),

minflok:

“indikaturi tal-produzzjoni relatati mal-operazzjonijiet appoġġati;”,

aqra:

“indikaturi tal-output relatati mal-operazzjonijiet appoġġati;”;

26.

Fil-paġna 356, l-Artikolu 33(1), il-punt (c),

minflok:

“deskrizzjoni tal-istrateġija u l-objettivi tagħha, deskrizzjoni tal-karattesristiċi integrati u innovattivi tal-istrateġija u ġerarkija tal-prijoritajiet, inklużi miri li jistgħu jitkejlu għall-produzzjoni jew riżultati….”,

aqra:

“deskrizzjoni tal-istrateġija u l-objettivi tagħha, deskrizzjoni tal-karatteristiċi integrati u innovattivi tal-istrateġija u ġerarkija tal-prijoritajiet, inklużi miri li jistgħu jitkejlu għall-outputs jew riżultati …”;

27.

Fil-paġna 356, l-Artikolu 33(6), it-tieni sentenza,

minflok:

“… fuq il-bażi ta' proposta minn Stat Membru, il-Kummissjoni tista' tadotta jew temenda dawk il-limiti tal-popolazzjoni fid-deċiżjoni tagħha taħt l-Artikolu 15(2) jew (3) biex tapprova jew temenda …”,

aqra:

“…fuq il-bażi ta' proposta minn Stat Membru, il-Kummissjoni tista' tadotta jew temenda dawk il-limiti tal-popolazzjoni fid-deċiżjoni tagħha taħt l-Artikolu 16(2) jew (4) biex tapprova jew temenda …”;

28.

Fil-paġna 358, l-Artikolu 36(4),

minflok:

“4.   L-Istat Membru jew l-awtoritajiet ta' ġestjoni rilevanti għandhom jiżguraw li s-sistema ta' monitoraġġ għall-programm jew programmi tipprovdi għall-identifikazzjoni tal-operazzjonijiet u l-produzzjonijiet ta' assi ta' prijorità jew prijorità li jikkontribbwixxu għal ITI”,

aqra:

“4.   L-Istat Membru jew l-awtoritajiet ta' ġestjoni rilevanti għandhom jiżguraw li s-sistema ta' monitoraġġ għall-programm jew programmi tipprovdi għall-identifikazzjoni tal-operazzjonijiet u l-outputs ta' prijorità li jikkontribwixxu għal ITI”;

29.

Fil-paġna 360, l-Artikolu 38(5), l-ewwel sentenza,

minflok:

“5.   Il-korpi … jistgħu wkoll jafdaw parti mill-implimentazzjoni lil intermedjarji finanzjarji sakemm tali entitajiet jiżguraw …”,

aqra:

“5.   Il-korpi … jistgħu wkoll jafdaw parti mill-implimentazzjoni lil intermedjarji finanzjarji sakemm tali korpi jiżguraw …”;

30.

Fil-paġna 360, l-Artikolu 38(7), il-parti introduttorja,

minflok:

“… it-termini u l-kundizzjonijiet għall-kontribuzzjonijiet minn programmi għal strumenti finanzjari għandhom jiġu stabbiliti fil-ftehimiet ta' finanzjament skont l-Anness III fil-livelli li ġejjin:”,

aqra:

“…it-termini u l-kundizzjonijiet għall-kontribuzzjonijiet minn programmi għall-istrument finanzjarju għandhom jiġu stabbiliti fil-ftehimiet ta' finanzjament skont l-Anness IV fil-livelli li ġejjin:”;

31.

Fil-paġna 363, l-Artikolu 39(7), l-ewwel u t-tieni sentenzi,

minflok:

“…, it-talba tal-Istat Membri għal pagament lill-Kummissjoni għandha ssir …. Tali talbiet għal pagament għandhom ikunu bbażati fuq …”,

aqra:

“…, l-applikazzjoni tal-Istat Membru għal pagament lill-Kummissjoni għandha ssir …. Tali applikazzjonijiet għal pagament għandhom ikunu bbażati fuq …”;

32.

Fil-paġna 363, l-Artikolu 39(8), il-punt (a),

minflok:

“(a)

… għar-riżorsi msemmija fl-Artikolu 42(3);”,

aqra:

“(a)

… għar-riżorsi msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 42(1);”;

33.

Fil-paġna 364, l-Artikolu 41, it-titolu,

minflok:

“Talbiet għall-pagament inkluża n-nefqa għall-istrumenti finanzjarji”,

aqra:

“Applikazzjonijiet għal pagament inkluża n-nefqa għall-istrumenti finanzjarji”;

34.

Fil-paġna 364, l-Artikolu 41(1), il-punt (c)(i),

minflok:

“(i)

… meta mill-inqas 60 % tal-ammont inkluż fl-ewwel applikazzjoni għal pagamenti interim intefaq bħala nefqa eliġibbli …”,

aqra:

“(i)

… meta mill-inqas 60 % tal-ammont inkluż fl-ewwel applikazzjoni għal pagament interim intefaq bħala nefqa eliġibbli …”;

35.

Fil-paġna 364, l-Artikolu 41(1), il-punt (c)(ii),

minflok:

“(ii)

… meta mill-inqas 85 % tal-ammonti inkluż fl-applikazzjoni preċedenti għal pagamenti interim intefaq bħala nefqa eliġibbli …”,

aqra:

“(ii)

… meta mill-inqas 85 % tal-ammonti inkluż fl-applikazzjoni preċedenti għal pagament interim intefaq bħala nefqa eliġibbli …”;

36.

Fil-paġna 364, l-Artikolu 41(1), il-punt (d),

minflok:

“(d)

kull applikazzjoni għal pagament interim, …, għandha tiżvela separatament l-ammont totali tal-kontribuzzjonijiet tal-programm imħallas lill-istrument finanzjarju u l-ammonti mħallsa bħala nefqa eliġibbli …”,

aqra:

“(d)

kull applikazzjoni għal pagament interim, …, għandha tiżvela separatament l-ammont totali tal-kontribuzzjonijiet tal-programm imħallas lill-istrumenti finanzjarji u l-ammonti mħallsa bħala nefqa eliġibbli …”;

37.

Fil-paġna 364, l-Artikolu 41(3),

minflok:

“(3)   … li jistipula r-regoli għall-irtirar ta' pagamenti lill-istrumenti finanzjarji u l-aġġustamenti konsegwenti fir-rigward tat-talbiet għal applikazzjonijiet għal pagamenti.”,

aqra:

“(3)   … li jistipula r-regoli għall-irtirar ta' pagamenti lill-istrumenti finanzjarji u l-aġġustamenti konsegwenti fir-rigward tat-talbiet għal applikazzjonijiet għal pagament.”;

38.

Fil-paġna 364, l-Artikolu 41(4), l-ewwel sentenza,

minflok:

“(4)   Il-Kummissjoni għandha … tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw il-mudelli li għandhom jintużaw meta tiġi ppreżentata informazzjoni addizzjonali rigward l-istrumenti finanzjarji bl-applikazzjonijiet għal pagamenti lill-Kummissjoni.”,

aqra:

“(4)   Il-Kummissjoni għandha … tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistipulaw il-mudelli li għandhom jintużaw meta tiġi ppreżentata informazzjoni addizzjonali rigward l-istrumenti finanzjarji bl-applikazzjonijiet għal pagament lill-Kummissjoni.”;

39.

Fil-paġna 365, l-Artikolu 42(4), il-parti introduttorja,

minflok:

“(4)   In-nefqa eliġibbli żvelata skont il-paragrafi 1 u 2 m'għandhiex taqbeż …”,

aqra:

“(4)   In-nefqa eliġibbli żvelata skont il-paragrafi 1, 2 u 3 m'għandhiex taqbeż …”;

40.

Fil-paġna 365, l-Artikolu 42(4), il-punt (a),

minflok:

“(a)

l-ammont totali tal-appoġġ mill-Fondi ESI imħallas għall-iskopijiet tal-paragrafi 1 u 2; …”,

aqra:

“(a)

l-ammont totali tal-appoġġ mill-Fondi ESI imħallas għall-iskopijiet tal-paragrafi 1, 2 u 3; …”;

41.

Fil-paġna 365, l-Artikolu 42(5), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza,

minflok:

“(5)   L-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni … jistgħu jiġu imposti mill-korp li jimplimenta l-fond tal-fondi jew mill-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji f'konformità mal-punti (a) u (b) tal-Artikol 38(4), u ma għandhomx jaqbżu l-livelli ta' limitu …”,

aqra:

“(5)   Fejn l-ispejjeż u t-tariffi tal-ġestjoni … huma imposti mill-korp li jimplimenta l-fond tal-fondi jew mill-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji f'konformità mal-punti (a) u (b) tal-Artikolu 38(4), ma għandhomx jaqbżu l-livelli ta' limitu …”;

42.

Fil-paġna 365, l-Artikolu 43(2),

minflok:

“(2)   … inkluż ir-rimborż tal-ispejjeż ta' ġestjoni mġarrba jew il-pagament ta' miżati ta' ġestjoni tal-istrument finanzjarju skont il-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 42(1), u n-nefqa mħallsa skont l-Artikolu 42(2), bħal l-appoġġ oriġinali mill-Fondi ESI jew fl-istess strument finanzjarju, jew wara l-istralċ tal-istrument finanzjarju, fi strumenti finanzjarji jew forom ta' appoġġ oħra …”,

aqra:

“(2)   … inkluż ir-rimborż tal-ispejjeż ta' ġestjoni mġarrba jew il-pagament ta' tariffi ta' ġestjoni tal-istrument finanzjarju skont il-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 42(1) u skont l-Artikolu 42(2) u (3), bħal l-appoġġ oriġinali mill-Fondi ESI, fl-istess strument finanzjarju jew, wara l-istralċ tal-istrument finanzjarju, fi strumenti finanzjarji jew forom ta' appoġġ oħra …”;

43.

Fil-paġna 366, l-Artikolu 44(2),

minflok:

“(2)   L-awtorità ta' ġestjoni għandha tiżgura li jinżammu rekords xierqa tal-użu tar-riżorsi msemmija fil-paragrafu 1.”,

aqra:

“(2)   L-awtorità ta' ġestjoni għandha tiżgura li jinżammu rekords xierqa tal-użu mill-ġdid tar-riżorsi msemmija fil-paragrafu 1.”;

44.

Fil-paġna 366, l-Artikolu 45, it-titolu u l-Artikolu,

minflok:

“L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa biex jiġi żgurat li r-riżorsi mħallsa lura lill-istrumenti finanzjarji … huma użati f'konformità mal-għanijiet tal-programm jew programmi …”,

aqra:

“L-użu mill-ġdid ta' riżorsi wara t-tmiem tal-perjodu ta' eleġibilità

L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa biex jiġi żgurat li r-riżorsi mħallsa lura lill-istrumenti finanzjarji … jiġu użati mill-ġdid f'konformità mal-għanijiet tal-programm jew programmi …”;

45.

Fil-paġna 367, l-Artikolu 49(2),

minflok:

“2.   … inklużi l-konklużjonijiet tar-reviżjonijiet tal-prestazzjoni.”,

aqra:

“2.   … inklużi l-konklużjonijiet tar-reviżjoni tal-prestazzjoni.”;

46.

Fil-paġna 368, l-Artikolu 50(5),

minflok:

“5.   Ir-rapport tal-implimentazzjoni annwali li għandu jiġi ppreżentat fl-2019 u r-rapport tal-implimentazzjoni finali għall-Fondi ESI għandhom, flimkien mal-informazzjoni u l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3, jinkludu informazzjoni tal-progress …”,

aqra:

“5.   Ir-rapport tal-implimentazzjoni annwali li għandu jiġi ppreżentat fl-2019 u r-rapport tal-implimentazzjoni finali għall-Fondi ESI għandhom, flimkien mal-informazzjoni u l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 4, jinkludu informazzjoni tal-progress …”;

47.

Fil-paġna 370, l-Artikolu 55(3), il-punt (f),

minflok:

“kif il-produzzjoni mistennija se tikkontribbwixxi għar-riżultati;”,

aqra:

“kif l-outputs mistennija se jikkontribwixxu għar-riżultati;”;

48.

Fil-paġna 373, l-Artikolu 61(4),

minflok:

“4.   Il-metodu li permezz tiegħu d-dħul nett jitnaqqas min-nefqa tal-operazzjoni inkluża fit-talba għall-pagament sottomessa lill-Kummissjoni għandu jkun …”,

aqra:

“4.   Il-metodu li permezz tiegħu d-dħul nett jitnaqqas min-nefqa tal-operazzjoni inkluża fl-applikazzjoni għal pagament sottomessa lill-Kummissjoni għandu jkun …”;

49.

Fil-paġna 374, l-Artikolu 64(1), il-parti introduttorja,

minflok:

“1.   Fil-każ ta' operazzjoni PPP fejn il-benefiċjarju huwa korp tad-dritt pubbliku, in-nefqa għal operazzjoni PPP li ġiet magħmula u mħallsa mis-sieħeb privat tista', permezz ta' deroga mill- Artikolu 65(2), titqies li ġiet magħmula u mħallsa minn benefiċjarju u inkluża f'talba għal pagament lill-Kummissjoni …”,

aqra:

“1.   Fil-każ ta' operazzjoni PPP fejn il-benefiċjarju huwa korp tad-dritt pubbliku, in-nefqa taħt operazzjoni PPP li ġiet imġarrba u mħallsa mis-sieħeb privat tista', b'deroga mill- Artikolu 65(2), titqies li ġiet imġarrba u mħallsa minn benefiċjarju u inkluża f'applikazzjoni għal pagament lill-Kummissjoni …”;

50.

Fil-paġna 374, l-Artikolu 64(2),

minflok:

“2.   Pagamenti lil benefiċjarji magħmula fir-rigward tan-nefqa inklużi f'talba għal pagament f'konformità mal-paragrafu 1 għandhom jitħallsu …”,

aqra:

“2.   Pagamenti lil benefiċjarji magħmula fir-rigward tan-nefqa inklużi f'applikazzjoni għal pagament f'konformità mal-paragrafu 1 għandhom jitħallsu …”;

51.

Fil-paġna 375, l-Artikolu 65(11),

minflok:

“11.   … dment li l-partita tan-nefqa inkluża fit-talba għall-pagament ta' rimborż minn wieħed mill- Fondi ESI ma tirċevix l-appoġġ minn Fond jew strument tal- Unjoni ieħor …”,

aqra:

“11.   … dment li l-partita tan-nefqa inkluża f'applikazzjoni għal pagament għar-rimborż minn wieħed mill- Fondi ESI ma tirċevix l-appoġġ minn Fond jew strument tal- Unjoni ieħor …”;

52.

Fil-paġna 379, l-Artikolu 76, it-tieni paragrafu,

minflok:

“Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tadotta programm għandha tikkostitwixxi d-deċiżjoni ta' finanzjar fis-sens tal-Artikolu 84 tar-Regolament Finanzjarju …”,

aqra:

“Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tadotta programm għandha tikkostitwixxi deċiżjoni ta' finanzjament fis-sens tal-Artikolu 84(2) tar-Regolament Finanzjarju …”;

53.

Fil-paġna 379, l-Artikolu 79, it-titolu,

minflok:

“Talbiet għal pagament”,

aqra:

“Applikazzjonijiet għal pagament”;

54.

Fil-paġna 379, l-Artikolu 79(1),

minflok:

“1.   Il-proċedura speċifika u l-informazzjoni li għandhom jiġu mressqa għat-talbiet għal pagament f'relazzjoni ma' kull Fond ESI …”,

aqra:

“1.   Il-proċedura speċifika u l-informazzjoni li għandhom jiġu mressqa għal applikazzjonijiet għal pagament f'relazzjoni ma' kull Fond ESI …”;

55.

Fil-paġna 380, l-Artikolu 79(2),

minflok:

“2.   It-talba għal pagament li għandha titressaq lill-Kummissjoni trid tipprovdi …”,

aqra:

“2.   L-applikazzjoni għal pagament li għandha titressaq lill-Kummissjoni għandha tipprovdi …”;

56.

Fil-paġna 380, l-Artikolu 80,

minflok:

“…it-tbassir tan-nefqa, id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa, it-talbiet għall- pagament, il-kontijiet u … għandhom ikunu denominati fil- munita euro.”,

aqra:

“…it-tbassir tan-nefqa, l-applikazzjonijiet għal pagament, il-kontijiet u … għandhom ikunu denominati fil-munita euro.”;

57.

Fil-paġna 380, l-Artikolu 83(1), il-punt (b),

minflok:

“(b)

… n-nefqa f'talba għal pagament hija marbuta ma' irregolarità li għandha konsegwenzi finanzjarji serji;”,

aqra:

“(b)

… n-nefqa f'applikazzjoni għal pagament hija marbuta ma' irregolarità li għandha konsegwenzi finanzjarji serji;”;

58.

Fil-paġna 381, l-Artikolu 86(1),

minflok:

“1.   … l-ammonti marbutin ma' impenn li mhumiex koperti minn prefinanzjament jew minn talba għal pagament fi żmien perjodu definit, inkluż kwalunkwe talba għal pagament …”,

aqra:

“1.   … l-ammonti marbutin ma' impenn li mhumiex koperti minn prefinanzjament jew minn applikazzjoni għal pagament fi żmien perjodu definit, inkluż kwalunkwe applikazzjoni għal pagament …”;

59.

Fil-paġna 381, l-Artikolu 87(1), il-punt (b),

minflok:

“(b)

ma kienx possibbli li ssir talba għall-pagament …”,

aqra:

“(b)

ma kienx possibbli li ssir applikazzjoni għal pagament …”;

60.

Fil-paġna 383, l-Artikolu 92(3),

minflok:

“3.   Fl-2016, il-Kummissjoni għandha, fl-aġġustament tekniku tagħha għas-sena 2017 f'konformità mal-Artikoli 4 u 5 tar- Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 … F'konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013, l-aġġustamenti għandhom jitqassmu fi proporzjonijiet ugwali …”,

aqra:

“3.   Fl-2016, il-Kummissjoni għandha, fl-aġġustament tekniku tagħha għas-sena 2017 f'konformità mal-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 … F'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013, l-aġġustamenti għandhom jitqassmu fi proporzjonijiet ugwali…”;

61.

Fil-paġna 386, l-Artikolu 96(2), il-punt (b)(iv),

minflok:

“(iv)

l-indikaturi tal-produzzjoni, inkluż il-valur kwantifikat tal-mira, …”,

aqra:

“(iv)

l-indikaturi tal-output, inkluż il-valur kwantifikat tal-mira, …”;

62.

Fil-paġna 386, l-Artikolu 96(2), il-punt (c)(iv),

minflok:

“(iv)

l-indikaturi speċifiċi tal-produzzjoni li mistennija jikkontribwixxu għar-riżultati”,

aqra:

“(iv)

l-indikaturi tal-output li mistennija jikkontribwixxu għar-riżultati”;

63.

Fil-paġna 387, l-Artikolu 96(3), il-punt (b),

minflok:

“(b)

l-ammont indikattiv … li għandu jiġi implimentat f'konformità mad-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament FEŻR …”,

aqra:

“(b)

l-ammont indikattiv … li għandu jiġi implimentat f'konformità mal-Artikolu 7(4) tar-Regolament FEŻR …”;

64.

Fil-paġna 390, l-Artikolu 102(6), l-ewwel sentenza,

minflok:

“6.   In-nefqa relatata ma' proġett kbir tista' tiġi inkluża f'talba għal pagament wara n-notifika msemmija fil-paragrafu 1 …”,

aqra:

“6.   In-nefqa relatata ma' proġett kbir tista' tiġi inkluża f'applikazzjoni għal pagament wara n-notifika msemmija fil-paragrafu 1 …”;

65.

Fil-paġna 390, l-Artikolu 104(1), l-ewwel u t-tielet sentenzi,

minflok:

“Pjan ta' azzjoni konġunta huwa operazzjoni li l-iskop tagħha huwa definit u hi ġestita fir-rigward tal-eżiti u r-riżultati li għandhom jinkisbu. … Il-produzzjoni u r-riżultati ta' pjan ta' azzjoni …”,

aqra:

“Pjan ta' azzjoni konġunta huwa operazzjoni li l-iskop tagħha huwa definit u hi ġestita fir-rigward tal-outputs u r-riżultati li għandhom jinkisbu. … L-outputs u r-riżultati ta' pjan ta' azzjoni …”;

66.

Fil-paġna 391, l-Artikolu 105(2), it-tieni sentenza,

minflok:

“… Il-produzzjoni u r-riżultati ta' pjan ta' azzjoni konġunta …”,

aqra:

“… L-outputs u r-riżultati ta' pjan ta' azzjoni konġunta …”;

67.

Fil-paġna 391, l-Artikolu 106, l-ewwel paragrafu, il-punt (2),

minflok:

“(2)

l-miri għall-produzzjoni u r-riżultati, u l-proġetti jew it-tipi ta' proġetti previsti …”,

aqra:

“(2)

l-miri għall-outputs u r-riżultati, u l-proġetti jew it-tipi ta' proġetti previsti …”;

68.

Fil-paġna 391, l-Artikolu 106, l-ewwel paragrafu, il-punt (3),

minflok:

“(3)

l-indikaturi komuni u speċifiċi użati sabiex jimmonitorjaw il-produzzjoni u r-riżultati …”,

aqra:

“(3)

l-indikaturi komuni u speċifiċi użati sabiex jimmonitorjaw l-outputs u r-riżultati …”;

69.

Fil-paġna 391, l-Artikolu 106, l-ewwel paragrafu, il-punt (8)(c),

minflok:

“(c)

… il-kwalità, il-ġbir u l-ħażna tad-dejta dwar il-kisba tal-għanijiet, il-produzzjoni u r-riżultati;”,

aqra:

“(c)

… il-kwalità, il-ġbir u l-ħażna tad-dejta dwar il-kisba tal-għanijiet, l-outputs u r-riżultati;”;

70.

Fil-paġna 391, l-Artikolu 106, l-ewwel paragrafu, il-punt (9)(a),

minflok:

“(a)

l-ispejjeż tal-kisba tal-għanijiet, il-produzzjoni u miri għall-produzzjoni u r-riżultati b'referenza għall-punt (2), …”,

aqra:

“(a)

l-ispejjeż tal-kisba tal-għanijiet u l-miri għall-outputs u r-riżultati b'referenza għall-punt (2), …”;

71.

Fil-paġna 392, l-Artikolu 107(3),

minflok:

“3.   Id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiddefinixxi l-benefiċjarju u l-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-pjan ta' azzjoni konġunta, l-għanijiet u l-miri għall-produzzjoni u r-riżultati, l-ispejjeż tal-kisba ta' dawk l-għanijiet, il-miri tal-produzzjoni u r-riżultati…”,

aqra:

“3.   Id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiddefinixxi l-benefiċjarju u l-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-pjan ta' azzjoni konġunta, l-għanijiet u l-miri għall-outputs u r-riżultati, l-ispejjeż tal-kisba ta' dawk l-għanijiet u l-miri għall-outputs u r-riżultati…”;

72.

Fil-paġna 392, l-Artikolu 108(2), il-punt (a),

minflok:

“(a)

jirrevedi l-progress lejn il-kisba tal-għanijiet, il-produzzjoni u r-riżultati tal-pjan ta' azzjoni konġunta”,

aqra:

“(a)

jirrevedi l-progress lejn il-kisba tal-għanijiet, l-outputs u r-riżultati tal-pjan ta' azzjoni konġunta;”;

73.

Fil-paġna 393, l-Artikolu 111(4), it-tielet subparagrafu,

minflok:

“…l-Istati Membri b'mhux aktar minn programm operazzjonali wieħed għal kull Fond jistgħu jinkludu l-informazzjoni relatata ma' kondizzjonalitajiet ex ante msemmija fl-Artikolu 50(3), l-informazzjoni rikjesta mill-Artikolu 50(4) …”,

aqra:

“…l-Istati Membri b'mhux aktar minn programm operazzjonali wieħed għal kull Fond jistgħu jinkludu l-informazzjoni relatata ma' kondizzjonalitajiet ex ante msemmija fl-Artikolu 50(4), l-informazzjoni rikjesta mill-Artikolu 50(5)…”;

74.

Fil-paġna 394, l-Artikolu 114(2),

minflok:

“2.   Sal-31 ta' Diċembru 2022, … tar-riżultati tal-evalwazzjonijiet imwettqa matul il-perjodu ta' programmazzjoni u tal-produzzjoni prinċipali u r-riżultati tal-programm operazzjonli, filwaqt li jagħmlu kummenti dwar l-informazzjoni rrappurtata”,

aqra:

“2.   Sal-31 ta' Diċembru 2022, … tar-riżultati tal-evalwazzjonijiet imwettqa matul il-perjodu ta' programmazzjoni u l-outputs u r-riżultati prinċipali tal-programm operazzjonali, filwaqt li jagħmlu kummenti dwar l-informazzjoni rrappurtata”;

75.

Fil-paġna 397, l-Artikolu 122(2), l-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza,

minflok:

“Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-irregolaritajiet li jaqbżu EUR 10 000 f'kontribuzzjoni mill-Fondi u…”,

aqra:

“Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-irregolaritajiet li jaqbżu EUR 10 000 f'kontribuzzjoni minn kwalunkwe wieħed mill-Fondi jew l-FEMS, u …”;

76.

Fil-paġna 397, l-Artikolu 122(2), it-tieni subparagrafu, il-punt (c),

minflok:

“(c)

il-każijiet skoperti u rranġati mill-awtorità ta' ġestjoni jew l-awtorità ta' ċertifikazzjoni qabel l-inklużjoni tan-nefqa kkonċernata f'dikjarazzjoni tan-nefqa ppreżentata lill-Kummissjoni.”,

aqra:

“(c)

il-każijiet skoperti u korretti mill-awtorità ta' ġestjoni jew l-awtorità ta' ċertifikazzjoni qabel l-inklużjoni tan-nefqa kkonċernata f'applikazzjoni għalpagament ippreżentata lill-Kummissjoni.”;

77.

Fil-paġna 397, l-Artikolu 122(2), ir-raba' subparagrafu, it-tieni sentenza,

minflok:

“L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jirkuprawx ammont li ma kellux jitħallas jekk l-ammont li għandu jiġi rkuprat mill-benefiċjarju, li ma jinkludix l-interess, ma jaqbiżx EUR 250 f'kontribuzzjoni mill-Fondi.”,

aqra:

“L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jirkuprawx ammont li ma kellux jitħallas jekk l-ammont li għandu jiġi rkuprat mill-benefiċjarju, li ma jinkludix l-interess, ma jaqbiżx EUR 250 f'kontribuzzjoni minn kwalunkwe wieħed mill-Fondi jew l-FEMS.”;

78.

Fil-paġna 400, l-Artikolu 125(3), il-punt (b),

minflok:

“(b)

tiżgura li l-operazzjoni magħżula taqa' fl-ambitu tal-Fond jew il-Fondi kkonċernati u tista' tkun attribwita għal kategorija ta' intervent jew, fil-każ tal-FEMS, miżura identifikata fil-prijorità jew fil-prijoritajiet tal-programm operazzjonali;”,

aqra:

“(b)

tiżgura li l-operazzjoni magħżula taqa' fl-ambitu tal-FEMS, tal-Fond jew il-Fondi kkonċernati u tista' tkun attribwita għal kategorija ta' intervent jew, fil-każ tal-FEMS, miżura identifikata fil-prijorità jew fil-prijoritajiet tal-programm operazzjonali;”;

79.

Fil-paġna 401, l-Artikolu 126, il-punt (h), it-tieni sentenza,

minflok:

“L-ammonti rkuprati għandhom jitħallsu lura lill-baġit tal- Unjoni qabel l-għeluq tal-programm operazzjonali billi jitnaqqsu mid-dikjarazzjonijiet tan-nefqa sussegwenti.”,

aqra:

“L- ammonti rkuprati għandhom jitħallsu lura lill-baġit tal- Unjoni qabel l-għeluq tal-programm operazzjonali billi jitnaqqsu mill-applikazzjoni għal pagament sussegwenti.”;

80.

Fil-paġna 402, it-titolu II,

minflok:

“ĠESTJONI FINANZJARJA, TĦEJJIJA, EŻAMI, AĊĊETTAZZJONI U GĦELUQ TAL-KONTIJIET U KORREZZJONIJIET FINANZJARJI”,

aqra:

“ĠESTJONI FINANZJARJA, TĦEJJIJA, EŻAMI U AĊĊETTAZZJONI TAL-KONTIJIET U KORREZZJONIJIET FINANZJARJI”;

81.

Fil-paġna 402, l-Artikolu 129,

minflok:

“…l-ammont tan-nefqa pubblika mħallsa lill-benefiċjarji huwa tal-inqas daqs il-kontribuzzjoni mill-Fondi mħallsa mill-Kummissjoni lill-Istat Membru.”,

aqra:

“…l-ammont tan-nefqa pubblika mħallas lill-benefiċjarji huwa tal-inqas daqs il-kontribuzzjoni mill-Fondi u l-FEMS mħallsa mill-Kummissjoni lill-Istat Membru.”;

82.

Fil-paġna 402, l-Artikolu 130(2),

minflok:

“2.   …

(a)

in-nefqa pubblika eliġibbli indikata fl-applikazzjoni għal pagament għall-prijorità; jew

(b)

il-kontribuzzjoni mill-Fondi jew il-FEMS għall-prijorità stabbilita fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm operazzjonali.”,

aqra:

“2.   …

(a)

in-nefqa pubblika eliġibbli indikata fl-applikazzjonijiet għal pagament għall-prijorità; jew

(b)

il-kontribuzzjoni mill-Fondi jew il-FEMS għall-prijorità stabbilita fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm operazzjonali,

skont liema ammont ikun l-inqas.”;

83.

Fil-paġna 406, l-Artikolu 139(7), it-tielet sentenza,

minflok:

“Dak l-irkupru m'għandux jikkostitwixxi korrezzjoni finanzjarja u m'għandux inaqqas l- appoġġ mill-Fondi għall-programm operazzjonali.”,

aqra:

“Dak l-irkupru m'għandux jikkostitwixxi korrezzjoni finanzjarja u m'għandux inaqqas l- appoġġ mill-Fondi u l-FEMS għall-programm operazzjonali.”;

84.

Fil-paġna 406, l-Artikolu 139(8),

minflok:

“… l-ammont attribwibbli għall-Fondi għas-sena ta' kontabilità … Fin- nuqqas ta' tali ftehim, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, li tistabbilixxi l-ammont dovut lill-Fondi għas-sena ta' kontabilità. Dik id-deċiżjoni m'għandhiex tikkostitwixxi korrezzjoni finanzjarja u m'għandhiex tnaqqas l-appoġġ mill-Fondi għall-programm operazzjonali …”,

aqra:

“… l-ammont attribwibbli għall-Fondi u l-FEMS għas-sena ta' kontabilità … Fin- nuqqas ta' tali ftehim, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, li tistabbilixxi l-ammont dovut lill-Fondi u l-FEMS għas-sena ta' kontabilità. Dik id-deċiżjoni m'għandhiex tikkostitwixxi korrezzjoni finanzjarja u m'għandhiex tnaqqas l-appoġġ mill-Fondi u l-FEMS għall-programm operazzjonali …”;

85.

Fil-paġna 406, l-Artikolu 140(1), l-ewwel subparagrafu,

minflok:

“…l-awtorità ta' ġestjoni għandha tiżgura li kull dokument ta' prova marbut ma' nefqa appoġġata mill-Fondi dwar operazzjonijiet …”,

aqra:

“…l-awtorità ta' ġestjoni għandha tiżgura li kull dokument ta' prova marbut ma' nefqa appoġġata mill-Fondi u l-FEMS dwar operazzjonijiet …”;

86.

Fil-paġna 406, l-Artikolu 140(1), ir-raba' subparagrafu,

minflok:

“Dan il-perjodu ta' żmien, imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi interpretat jew fil-każ ta' proċeduri legali jew inkella permezz ta' rapport debitament iġġustifikat tal-Kummissjoni.”,

aqra:

“Il-perjodu ta' żmien imsemmi fl-ewwel jew it-tieni subparagrafu għandu jiġi interrott jew fil-każ ta' proċeduri legali jew inkella permezz ta' rapport debitament iġġustifikat tal-Kummissjoni.”;

87.

Fil-paġna 407, l-Artikolu 142(1), il-punt (b),

minflok:

“(b)

in-nefqa f'dikjarazzjoni tan-nefqa tkun marbuta ma' irregolarità li għandha konsegwenzi finanzjarji serji u li ma tkun ġiet ikkoreġuta;”,

aqra:

“(b)

in-nefqa f'applikazzjoni għal pagament tkun marbuta ma' irregolarità li għandha konsegwenzi finanzjarji serji u li ma tkunx ġiet ikkorreġuta;”;

88.

Fil-paġna 407, l-Artikolu 142(1), il-punt (f),

minflok:

“(f)

… nuqqas serju fil-kisba tal-istadji importanti relatati ma' indikaturi finanzjarji u ta' produzzjoni u passi ta' implimentazzjoni …”,

aqra:

“(f)

… nuqqas serju fil-kisba tal-istadji importanti relatati ma' indikaturi finanzjarji u tal-output u passi ta' implimentazzjoni …”;

89.

Fil-paġna 407, l-Artikolu 143(2), ir-raba' sentenza,

minflok:

“Il-korrezzjonijiet finanzjarji għandhom jiġu rreġistrati fil-kontijiet mill-awtorità ta' ġestjoni għas-sena ta' kontabilità li fiha tkun ittieħdet id- deċiżjoni dwar il-kanċellazzjoni.”,

aqra:

“Il-korrezzjonijiet finanzjarji għandhom jiġu rreġistrati fil-kontijiet għas-sena ta' kontabilità li fiha tkun ittieħdet id- deċiżjoni dwar il-kanċellazzjoni.”;

90.

Fil-paġna 408, l-Artikolu 144(5),

minflok:

“5.   Meta Stat Membru ma jikkonformax mal-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 95, il-Kummissjoni tista', fir-rigward tal-grad ta' nuqqas ta' konformità ma' dawk l-obbligi, tagħmel korrezzjoni finanzjarja billi tikkanċella l-kontribuzzjoni kollha tal-Fondi Strutturali jew parti minnha fir-rigward tal-Istat Membru kkonċernat.”,

aqra:

“5.   Meta Stat Membru ma jikkonformax mal-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 95, il-Kummissjoni tista', fir-rigward tal-grad ta' nuqqas ta' konformità ma' dawk l-obbligi, tagħmel korrezzjoni finanzjarja billi tikkanċella l-kontribuzzjoni kollha mill-Fondi jew mill-FEMS jew parti minnha fir-rigward tal-Istat Membru kkonċernat.”;

91.

Fil-paġna 408, l-Artikolu 145(5),

minflok:

“5.   Fl-eventwalità ta' ftehim, u mingħajr preġudizzju għall- paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu, l-Istat Membru jista' juża mill- ġdid il-Fondi kkonċernati f'konformità mal-Artikolu 143(3).”,

aqra:

“5.   Fl-eventwalità ta' ftehim, u mingħajr preġudizzju għall- paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu, l-Istat Membru jista' juża mill-ġdid il-Fondi kkonċernati jew l-FEMS f'konformità mal-Artikolu 143(3).”;

92.

Fil-paġna 409, l-Artikolu 145(7), l-ewwel subparagrafu,

minflok:

“7.   … il-korrezzjoni finanzjarja li tirriżulta għandha tnaqqas l-appoġġ mill-Fondi għall-programm operazzjonali.”,

aqra:

“7.   …il-korrezzjoni finanzjarja li tirriżulta għandha tnaqqas l-appoġġ mill-Fondi jew mill-FEMS għall-programm operazzjonali.”;

93.

Fil-paġna 409, l-Artikolu 147(1), l-ewwel sentenza,

minflok:

“1.   Kwalunkwe pagament lura dovut li għandu jsir lill-baġit tal-Unjoni għandu jsir qabel id-data indikata fl-ordni għall- irkupru mfassal skont l-Artikolu 73 tar-Regolament Finanzjarju.”,

aqra:

“1.   Kwalunkwe pagament lura dovut li għandu jsir lill-baġit tal-Unjoni għandu jsir qabel id-data indikata fl-ordni għall-irkupru mfassal skont l-Artikolu 78 tar-Regolament Finanzjarju.”;

94.

Fil-paġna 423, Anness II, Tabella, it-tieni kolonna,

minflok:

“Indikatur u unità ta' kejl, fejn xieraq”,

aqra:

“Indikatur jew, fejn xieraq, pass prinċipali tal-implimentazzjoni u unità ta' kejl”;

95.

Fil-paġna 423, Anness II, il-punt 2, it-tieni sentenza,

minflok:

“L-istadji importanti stabbiliti għall-2018 għandhom jinkludu indikaturi finanzjarji, indikaturi tal-produzzjoni u …”,

aqra:

“L-istadji importanti stabbiliti għall-2018 għandhom jinkludu indikaturi finanzjarji, indikaturi tal-output u …”;

96.

Fil-paġna 426, Anness IV, taqsima 1, il-punt (j),

minflok:

“(j)

dispożizzjonijiet rigward l-użu ta' riżorsi attribwibbli għas-sostenn tal-Fondi ESI wara t-tmiem tal-perjodu ta' eliġibbiltà f'konformità mal-Artikolu 45 u politika ta' ħruġ mill-istrument finanzjarju, għall-kontribuzzjoni mill- Fondi ESI;”,

aqra:

“(j)

dispożizzjonijiet rigward l-użu mill-ġdid ta' riżorsi attribwibbli għas-sostenn tal-Fondi ESI wara t-tmiem tal-perjodu ta' eliġibbiltà f'konformità mal-Artikolu 45 u politika rigward il-ħruġ ta' dawk ir-riżorsi mill-istrument finanzjarju;”;

97.

Fil-paġna 426, Anness IV, taqsima 2, il-punt (a),

minflok:

“(a)

il-politika jew l-istrateġija tal-investiment tal-istrument finanzjarju, it-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali ta' prodotti ta' dejn previsti, riċevituri fil-mira u azzjonijiet li għandhom jiġu sostnuti;”,

aqra:

“(a)

l-istrateġija jew il-politika tal-investiment tal-istrument finanzjarju, it-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali tad-dejn jew garanziji previsti, riċevituri finali fil-mira u azzjonijiet li għandhom jiġu sostnuti;”;

98.

Fil-paġna 427, Anness IV, taqsima 2, il-punt (c),

minflok:

“(c)

l-użu u l-użu mill-ġdid ta' riżorsi attribwibbli għas-sostenn ta' Fondi ESI f'konformità mal-Artikoli 43, 44 u 45;”,

aqra:

“(c)

l-użu mill-ġdid ta' riżorsi attribwibbli għas-sostenn ta' Fondi ESI f'konformità mal-Artikoli 44 u 45;”;

99.

Fil-paġna 458, Anness XII, taqsima 2.2, il-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu,

minflok:

“Kull dokument relatat mal-implimentazzjoni ta' operazzjoni … għandu jinkludi stqarrija bil-għan li turi li l-programm operazzjonali kien sostnut mill-Fond jew Fondi.”,

aqra:

“Kull dokument relatat mal-implimentazzjoni ta' operazzjoni … għandu jinkludi stqarrija bil-għan li turi li l-operazzjoni kienet sostnuta mill-Fond jew Fondi.”;

100.

Fil-paġna 461, Anness XIII, taqsima 3, il-punt A(viii),

minflok:

“(viii)

Proċeduri biex jitfasslu d-dikjarazzjoni tal-ġestjoni dwar l-assigurazzjoni, ir-rapport dwar il-kontrolli mwettqa u d-dgħufijiet identifikati, u s-sommarju annwali tal-awditjar u l-kontrolli finali.”,

aqra:

“(viii)

Proċeduri biex jitfasslu d-dikjarazzjoni tal-ġestjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 59(5) tar-Regolament Finanzjarju u s-sommarju annwali tar-rapporti finali tal-awditjar u tal-kontrolli mwettqa, inkluż id-dgħufijiet identifikati, imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 59(5) tiegħu.”.

Top