This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R1073
Regulation (EU) No 1073/2013 of the European Central Bank of 18 October 2013 concerning statistics on the assets and liabilities of investment funds (recast) (ECB/2013/38)
Regolament (UE) Nru 1073/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 18 ta’ Ottubru 2013 dwar statistika dwar l-attiv u l-passiv ta’ fondi ta’ investiment (riformulazzjoni) (BĊE/2013/38)
Regolament (UE) Nru 1073/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 18 ta’ Ottubru 2013 dwar statistika dwar l-attiv u l-passiv ta’ fondi ta’ investiment (riformulazzjoni) (BĊE/2013/38)
ĠU L 297, 7.11.2013, pp. 73–93
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 30/11/2025; Imħassar b' 32024R1988
|
7.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 297/73 |
REGOLAMENT (UE) Nru 1073/2013 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-18 ta’ Ottubru 2013
dwar statistika dwar l-attiv u l-passiv ta’ fondi ta’ investiment (riformulazzjoni)
(BĊE/2013/38)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 5(1) u 6(4),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Peress illi r-Regolament (KE) Nru 958/2007 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-27 ta’ Lulju 2007 dwar statistika fir-rigward tal-attiv u l-passiv ta’ fondi ta’ investiment (BĊE/2007/8) (2) jenħtieġ li jiġi emendat b’mod sostanzjali, b’mod partikolari fid-dawl tar-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (3), huwa għandu jiġi riformulat għall-finijiet ta’ ċarezza. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2533/98 jistipula fl-Artikolu 2(1) illi, għall-iskopijiet tat-twettiq tar-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku tiegħu, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), megħjun mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi), għandu d-dritt jiġbor tagħrif statistiku fil-limiti tal-popolazzjoni ta’ referenza li tirrapporta u ta’ dak li huwa neċessarju sabiex jitwettqu l-kompiti tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ). Jingħad mill-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 li l-fondi ta’ investiment (FI) jagħmlu parti mill-popolazzjoni ta’ referenza li tirrapporta għall-finijiet tat-twettiq tar-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku tal-BĊE, inter alia, fil-qasam tal-istatistika monetarja u finanzjarja. Barra minn dan, l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 jeħtieġ li l-BĊE jispeċifika l-popolazzjoni attwali li tirrapporta fil-limiti tal-popolazzjoni ta’ referenza li tirrapporta u jintitolah sabiex jeżenta totalment jew parzjalment klassijiet speċifiċi ta’ aġenti li jirrapportaw mir-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku tiegħu. |
|
(3) |
Sabiex twettaq il-kompiti tagħha u timmonitorja attivitajiet finanzjarji minbarra dawk imwettqa minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (IFM), is-SEBĊ teħtieġ tagħrif statistiku ta’ kwalità għolja dwar in-negozju tal-FI. L-iskop prinċipali ta’ dan it-tagħrif huwa li l-BĊE jingħata stampa statistika komprensiva tas-settur tal-FI fl-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn ‘il quddiem “Stati Membri taż-żona tal-euro”), li għandhom jitqiesu bħala territorju ekonomiku wieħed. |
|
(4) |
Sabiex jiġi limitat il-piż tar-rapportar, il-BĊNi jitħallew jiġbru t-tagħrif meħtieġ dwar FI mingħand il-popolazzjoni attwali li tirrapporta bħala parti minn qafas ta’ rapportar statistiku aktar wiesa’ li jservi skopijiet statistiċi oħra, sakemm it-twettiq tar-rekwiżiti statistiċi tal-BĊE mhuwiex ippreġudikat. Sabiex titkattar it-trasparenza, f’dawn il-każijiet huwa xieraq li l-aġenti li jirrapportaw jiġu mgħarrfa li d-dejta tinġabar sabiex jiġu sodisfatti skopijiet ta’ statistika oħrajn. |
|
(5) |
Id-disponibilità ta’ dejta dwar tranżazzjonijiet finanzjarji tiffaċilita analiżi aktar fil-fond għal skopijiet ta’ politika monetarja u oħrajn. Dejta dwar tranżazzjonijiet finanzjarji, kif ukoll dejta dwar stokks, tintuża wkoll sabiex tiġi kkumpilata statistika oħra, partikolarment il-kontijiet finanzjarji taż-żona tal-euro. |
|
(6) |
Għalkemm ir-regolamenti adottati taħt l-Artikolu 34.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ‘il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”) ma jassenjawx xi drittijiet jew jimponu xi obbligi fuq Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn ‘il quddiem “Stati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro”), l-Artikolu 5 tal-Istatut tas-SEBĊ japplika kemm għall-Istati Membri taż-żona tal-euro kif ukoll għal dawk li mhumiex fiż-żona tal-euro. Il-premessa 17 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 tirreferi għall-fatt illi l-Artikolu 5 tal-Istatut tas-SEBĊ, flimkien mal-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jimplika li hemm obbligu biex jitfasslu u jiġu implimentati f’livell nazzjonali l-miżuri kollha illi l-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro jqisu xierqa sabiex jinġabar it-tagħrif statistiku meħtieġ biex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku tal-BĊE u jsiru t-tħejjijiet f’waqthom fil-qasam tal-istatistika sabiex huma jsiru Stati Membri taż-żona tal-euro. |
|
(7) |
Minkejja li dan ir-Regolament huwa indirizzat primarjament lil FI, tagħrif komplet dwar detenturi ta’ ishma tal-portatur maħruġa minn FI jista’ ma jkunx disponibbli direttament mill-FI, u għalhekk huwa meħtieġ li jiġu inklużi entitajiet oħra fil-popolazzjoni attwali li tirrapporta. |
|
(8) |
L-istandards għall-protezzjoni u l-użu ta’ tagħrif statistiku kunfidenzjali kif stipulat fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 għandhom japplikaw. |
|
(9) |
L-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 jistipola li l-BĊE għandu s-setgħa li jimponi sanzjonijiet fuq aġenti li jirrapportaw li jonqsu milli jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku stipulati fir-regolamenti u d-deċiżjonijiet tal-BĊE, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament:
|
1. |
“fond ta’ investiment (FI)” tfisser impriża ta’ investiment kollettiv li:
Dawn li ġejjin huma inklużi fid-definizzjoni:
Dawn li ġejjin ma humiex inklużi fid-definizzjoni:
Għall-finijiet tad-definizzjoni ta’ FI, ‘pubbliku’ għandha tinkludi investituri fil-livell tal- konsumatur, professjonali u istituzzjonali; |
|
2. |
“operatur li jirrapporta” għandha jkollha l-istess tifsira mogħtija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98; |
|
3. |
“residenti” għandha l-istess tifsira kif definita flArtikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, u fin-nuqqas ta’ dimensjoni fiżika sinifikanti għal entità legali, ir-residenza tagħha għandha tkun iddeterminata mit-territorju ekonomiku li skont il-liġijiet tiegħu tkun inkorporata l-entità. Jekk l-entità mhijiex inkorporata, għandu jintuża d-domiċilju legali bħala kriterju, jiġifieri l-pajjiż li s-sistema legali tiegħu tirregola l-ħolqien u l-eżistenza kontinwa tal-entità; |
|
4. |
“istituzzjoni finanzjarja monetarja (IFM)” l-istess tifsira mogħtija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33); |
|
5. |
“IFO” tfisser intermedjarji finanzjarji oħrajn ħlief għal korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni, kif iddefiniti fl-ESA 2010 (subsettur S.125); |
|
6. |
“Ishma/unitajiet ta’ FI irreġistrati” tfisser ishma/unitajiet ta’ FI li dwarhom, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, tinżamm dokumentazzjoni li tidentifika d-detenturi tal-ishma/unitajiet tiegħu, inkluż tagħrif dwar ir-residenza u s-settur tad-detentur; |
|
7. |
“ishma/unitajiet tal-poratur ta’ FI” tfisser ishma/unitajiet ta’ FI li dwarhom, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, ma tinżammx dokumentazzjoni li tidentifika d-detenturi tal-ishma/unitajiet tiegħu, jew li dwarhom tinżamm dokumentazzjoni li ma tinkludix tagħrif dwar ir-residenza u s-settur tad-detentur. |
|
8. |
“BĊN relevanti” tfisser il-BĊN tal-Istat Membru taż-żona tal-euro li fih huwa residenti l-FI. |
|
9. |
dejta “titolu b’ titolu” tfisser dejta kklassifikata f’titoli individwali. |
Artikolu 2
Popolazzjoni attwali li tirrapporta
1. Il-popolazzjoni attwali li tirrapporta għandha tikkonsisti fil-FI residenti fit-territorju tal-Istati Membri taż-żona tal-euro. Jekk il-FI innifsu jew, fil-każ ta’ FI li m’għandhomx personalità ġuridika skont il-liġi nazzjonali tagħhom, il-persuni intitolati jirrappreżentawhom legalment, għandhom ikunu responsabbli biex jirrapportaw it-tagħrif statistiku meħtieġ skont dan ir-Regolament.
2. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, għall-finijiet ta’ ġbir ta’ informazzjoni dwar id-detenturi ta’ ishma tal-portatur maħruġa mill-FI b’mod konformi mal-paragrafu 3 fil-Parti 2 tal-Anness I, il-popolazzjoni attwali li tirrapporta għandha tinkludi l-IFM u dawk l-IFO li mhumiex FI. Il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lil dawn l-entitajiet bil-kundizzjoni li t-tagħrif statistiku meħtieġ jinġabar minn sorsi oħra disponibbli skont il-paragrafu 3 f’Parti 2 tal-Anness I. Il-BĊNi għandhom jivverifikaw li din il-kundizzjoni hija sodisfatta biżżejjed żmien minn qabel sabiex jagħtu jew jirtiraw, jekk meħtieġ, kull deroga b’effett mill-bidu ta’ kull sena, bi qbil mal-BĊE. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-BĊNi jistgħu jistabbilixxu u jżommu lista ta’ IFO li jirrapportaw, skont il-prinċipji stabbiliti fil-paragrafu 3 f’Parti 2 tal-Anness I.
Artikolu 3
Lista ta’ FI għal finijiet ta’ statistika
1. Il-Bord Eżekuttiv għandu jistabbilixxi u jżomm, għall-finijiet ta’ statistika, lista ta’ FI li jiffurmaw il-popolazzjoni ta’ referenza li tirrapporta, inklużi, fejn applikabbli, is-subfondi tagħhom, fit-tifsira tal-Artikolu 4(2). Il-lista tista’ tkun ibbażata fuq listi eżistenti ta’ FI superviżjonati minn awtoritajiet nazzjonali, meta dawn il-listi jkunu disponibbli, issupplimentati minn FI oħra li jaqgħu fid-definizzjoni ta’ FI fl-Artikolu 1.
2. Il-BĊNi u l-BĊE għandhom jagħmlu din il-lista u l-aġġornamenti tagħha disponibbli f’forma xierqa, inkluż b’mezzi elettroniċi, permezz tal-Internet jew, fuq talba mill-operaturi li jirrapportaw ikkonċernati, f’forma fuq karta.
3. Jekk l-aħħar verżjoni elettronika aċċessibbli tal-lista msemmija fil-paragrafu 2 ma tkunx korretta, il-BĊE ma għandux jimponi sanzjonijiet fuq xi aġent li jirrapporta li ma jwettaqx kif suppost ir-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku tiegħu sal-punt li jkun iddependa fuq il-lista mhux korretta in bona fede.
Artikolu 4
Rapportar fond b’fond
1. Il-popolazzjoni attwali li tirrapporta għandha tirrapporta data dwar l-attiv u l-passiv tagħha fuq bażi ta’ fond b’fond.
2. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, jekk xi FI jissepara l-attiv tiegħu f’subfondi differenti b’mod li l-ishma/unitajiet dwar kull subfond huma sostnuti indipendentament minn attiv differenti, kull subfond għandu jitqies bħala FI individwali.
3. B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, suġġett għal approvazzjoni minn qabel u skont l-istruzzjonijiet tal-BĊN relevanti, il-FI jistgħu jirrappurtaw l-attiv u l-passiv tagħhom bħala grupp, bil-kundizzjoni li dan iwassal għal riżultati li huma simili għal rapportar fond b’fond.
Artikolu 5
Ħtiġijiet ta’ rapportar statistiku trimestrali u ta’ kull xahar
1. L-aġenti li jirrapportaw għandhom jipprovdu, b’mod konformi mal-Annessi I u II:
|
(a) |
fuq bażi trimestrali, dejta dwar l-istokk ta’ tmiem it-trimestru dwar l-attiv u l-passiv ta’ FI, u aġġustamenti jew tranżazzjonijiet ta’ rivalutazzjoni trimestrali, fejn applikabbli; u |
|
(b) |
fuq bażi ta’ kull xahar, dejta dwar l-istokk fit-tmiem tax-xahar fuq ishma/unitajiet FI maħruġa, l-aġġustamenti jew it-tranżazzjonijiet ta’ rivalutazzjoni trimestrali korrispondenti, jekk applikabbli u rapportar separat ta’ ħruġ u fidi ġodda ta’ ishma/unitajiet FI matul ix-xahar tar-rapportar. |
2. Il-BĊNi jistgħu jagħżlu li jiġbru d-dejta fil-paragrafu 1(a) ta’ kull xahar minflok kull tlett xhur.
Artikolu 6
Aġġustamenti jew tranżazzjonijiet ta’ rivalutazzjoni
1. L-aġenti li jirrapportaw għandhom jirrapportaw aġġustamenti jew tranżazzjonijiet ta’ rivalutazzjoni, skont l-istruzzjonijiet tal-BĊN relevanti, għall-informazzjoni rrappurtata fuq bażi aggregata kif speċifikat fl-Anness I.
2. Kif speċifikat fl-Anness I, il-BĊNi jistgħu jew jidderivaw approssimazzjonijiet ta’ tranżazzjonijiet ta’ titoli mill-informazzjoni titolu b’titolu jew inkella jiġbru direttament dejta dwar tranżazzjonijiet fuq bażi ta’ titolu b’titolu.
3. Obbligi u linji gwida oħrajn dwar il-kumpilazzjoni ta’ aġġustamenti jew tranżazzjonijiet ta’ rivalutazzjoni huma stabbiliti fl-Anness III.
Artikolu 7
Regoli tal-kontabbiltà
1. Ir-regoli tal-kontabbiltà segwiti mill-FI għall-finijiet tar-rapportar skont dan ir-Regolament għandhom ikunu dawk stipulati fil-liġi nazzjonali relevanti li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn (5) jew, jekk din l-ewwel dispożizzjoni ma tapplikax, f’kull standard nazzjonali jew internazzjonali ieħor li japplika għall-FI.
2. Mingħajr preġudizzju għall-prattiċi tal-kontabilità u l-arranġamenti ta’ netting l-aktar użati fl-Istati Membri taż-żona tal-euro, l-attiv u l-passiv finanzjarju kollu għandu jiġi rrapportat fuq bażi gross għal finijiet statistiċi.
Artikolu 8
Derogi
1. Derogi mir-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku stipulati fl-Artikolu 5 jistgħu jingħataw lil FI kif ġej:
|
(a) |
Il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lill-iżgħar FI f’termini ta’ attiv totali, kemm-il darba l-FI li jikkontribwixxu għall-kont trimestrali aggregat tal-karta tal-bilanċ ikunu jirrappreżentaw ta l-anqas 95 % tat-total tal-attiv tal-FI f’termini ta’ stokks, f’kull Stat Membru taż-żona tal-euro. |
|
(b) |
Fi Stati Membri taż-żona tal-euro fejn l-attiv totali kkombinati ta’ FI nazzjonali ma jeċċedux 1 % tal-attiv totali tal-FI fiż-żona tal-euro, il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lill-iżgħar FI f’termini ta’ attiv totali, kemm-il darba l-FI li jikkontribwixxu għall-kont tal-karta tal-bilanċ trimestrali aggregata jirrappreżentaw tal-inqas 80 % tat-total ta’ attiv ta’ FI nazzjonali f’termini ta’ stokks. |
|
(c) |
Il-FI li għalihom japplikaw id-derogi kif stipulati fil-punti (a) u (b) għandhom jirrapportaw biss, fuq bażi trimestrali, dejta dwar l-istokk fi tmiem it-trimestru dwar ishma/unitajiet ta’ FI maħruġa u l-aġġustamenti jew tranżazzjonijiet ta’ rivalutazzjoni trimestrali korrispondenti, jekk applikabbli. |
|
(d) |
Il-BĊNi għandhom jivverifikaw it-twettiq tal-kundizzjonijiet mniżżla fil-punti (a) u (b) fuq bażi annwali biżżejjed żmien minn qabel sabiex jagħtu jew jirtiraw, jekk meħtieġ, xi deroga b’effett mill-bidu ta’ kull sena kalendarja. |
2. Jistgħu jingħataw derogi lil FI li huma suġġetti għal regoli ta’ kontabbiltà nazzjonali li jippermettu l-valutazzjoni tal-attiv tagħhom inqas ta’ spiss minn kull trimestru. Il-kategoriji ta’ FI li lilhom il-BĊNi għandhom ikollhom id-diskrezzjoni li jagħtu derogi, għandhom ikunu deċiżi mill-Kunsill Governattiv. Il-FI li għalihom japplikaw dawn id-derogi għandhom ikunu suġġetti għall-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 5 fi frekwenza konsistenti mal-obbligi tal-kontabilità tagħhom fir-rigward taż-żmien tal-valutazzjoni tal-attiv tagħhom.
3. Il-FI jistgħu jagħżlu li ma jagħmlux użu mid-derogi u li minflok jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku kollha kif speċifikati fl-Artikolu 5. Jekk FI jagħmel din l-għażla, għandu jikseb il-kunsens tal-BĊN relevanti qabel kwalunkwe bidla fl-użu li jagħmel minn dawn id-derogi.
Artikolu 9
Tempestività
1. Il-BĊNi għandhom jiddeċiedu meta jeħtieġu li jirċievu dejta mill-aġenti li jirrapportaw skont l-Artikolu 5 sabiex jissodisfaw l-iskadenzi stabbiliti fil-paragrafu 2.
2. Il-BĊNi għandhom jibagħtu lill-BĊE:
|
(a) |
stokks trimestrali aggregati u aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni sal-egħluq tan-negozju fit-28 jum ta’ xogħol wara t-tmiem tat-trimestru li għalih tirreferi d-dejta, ibbażati fuq id-dejta trimestrali miġbura mill-aġenti li jirrapportaw; |
|
(b) |
stokks ta’ kull xahar aggregati u aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni sal-egħluq tan-negozju fit-28 jum ta’ xogħol wara t-tmiem tax-xahar li għalih tirreferi d-dejta, ibbażati fuq id-dejta ta’ kull xahar dwar ishma/unitajiet ta’ FI maħruġa miġbura minn aġenti li jirrapportaw jew ibbażati fuq dejta attwali skont l-Artikolu 5(2); |
|
(c) |
ħruġ u fidi ġodda aggregati fix-xahar ta’ ishma/unitajiet ta’ FI sa tmiem in-negozju fit-28 jum tax-xogħol wara t-tmiem tax-xahar li għalih tkun relatata d-dejta, ibbażata fuq id-dejta ta’ kull xahar miġbura mingħand l-aġenti li jirrapportaw. |
Artikolu 10
Standards minimi u arranġamenti ta’ rapportar nazzjonali
1. L-aġenti li jirrapportaw għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku li għalihom huma suġġetti b’konformità mal-istandards minimi għat-trażmissjoni, il-preċiżjoni, il-konformità mal-kunċetti u r-reviżjonijiet speċifikati fl-Anness IV.
2. Il-BĊNi għandhom jiddefinixxu u jimplimentaw l-arranġamenti tar-rapportar li jridu jiġu segwiti mill-popolazzjoni attwali li tirrapporta b’konformità mal-obbligi nazzjonali. Il-BĊNi għandhom jiżguraw li dawn l-arranġamenti tar-rapportar jipprovdu l-informazzjoni statistika meħtieġa u jippermettu verifikazzjoni preċiża li jiġu sodisfatti l-istandards minimi għat-trażmissjoni, il-preċiżjoni u l-konformità mal-kunċetti u reviżjonijiet speċifikati fl-Anness IV.
Artikolu 11
Fużjonijet, diviżjonijet u rijorganizzazzjonijiet
Fil-każ ta’ fużjoni, diviżjoni jew rijorganizzazzjoni li tista’ taffettwa t-twettiq tal-obbligi statistiċi tagħhom, l-operaturi li jirrapportaw ikkonċernati għandhom jinformaw lill-BĊN relevanti, ladarba l-intenzjoni biex tiġi implimentata dik l-operazzjoni tkun saret pubblika u fiż-żmien dovut qabel ma sseħħ, bil-proċeduri li huma ppjanati biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet ta’ rapportar statistiku stabbiliti f’dan ir-Regolament.
Artikolu 12
Verifika u ġbir obbligatorju
Il-BĊNi għandhom jeżerċitaw id-dritt biex jivverifikaw jew jiġbru b’mod obbligatorju t-tagħrif li l-aġenti li jirrapportaw huma mitluba jagħtu skont dan ir-Regolament, mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-BĊE li jeżerċita dawn id-drittijiet huwa stess. B’mod partikolari, il-BĊNi għandhom jeżerċitaw dan id-dritt meta istituzzjoni inkluża fil-popolazzjoni attwali li tirrapporta ma tissodisfax l-istandards minimi tat-trażmissjoni, l-eżattezza, il-konformità mal-kunċetti u r-reviżjonijiet speċifikati fl-Anness IV.
Artikolu 13
L-ewwel rapportar
L-ewwel rapportar għandu jibda bid-dejta ta’ kull xahar u trimestrali għal Diċembru 2014.
Artikolu 14
Tħassir
1. Ir-Regolament (KE) Nru 958/2007 (BĊE/2007/8) huwa mħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2015.
2. Referenzi għal Regolament i mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness V.
Artikolu 15
Dispożizzjoni finali
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2015.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-18 ta’ Ottubru 2013.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8
(2) ĠU L 211, 11.8.2007, p. 8.
(3) ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1.
(4) Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
ANNESS I
REKWIŻITI TA’ RAPPORTAR STATISTIKU
PARTI 1
Rekwiżiti ta’ rapportar statistiku ġenerali
|
1. |
Il-popolazzjoni attwali li tirrapporta għandha tipprovdi tal-anqas it-tagħrif statistiku li ġejja:
Minbarra d-dejta fir-rigward tal-oqsma li għandhom jiġu rrapportati fil-kuntest ta’ rapportar titolu b’titolu sabiex jiġi dderivat tagħrif aggregat dwar titoli, kif stipulat fit-Tabella 2, il-BĊN relevanti jista’ jiddeċiedi wkoll biex jiġbor dejta dwar tranżazzjonijiet fuq bażi ta’ titolu b’titolu. Id-dejta aggregata għandha tiġi pprovduta f’termini ta’ stokks u, skont l-istruzzjonijiet tal-BĊN relevanti, f’termini ta’ jew: (a) rivalutazzjonijiet minħabba tibdiliet fil-prezz u fir-rata tal-kambju; jew (b) tranżazzjonijiet. Bil-kundizzjoni li tinkiseb l-approvazzjoni minn qabel tal-BĊN, l-aġenti li jirrapportaw li jipprovdu d-dejta trimestrali meħtieġa fuq bażi ta’ titolu b’titolu jistgħu jagħżlu li jirrappurtaw id-dejta ta’ kull xahar meħtieġa fuq bażi aggregata, minflok li jipprovdu tagħrif titolu b’titolu. |
|
2. |
It-tagħrif li għandu jingħata lill-BĊN relevanti fuq il-bażi ta’ titolu b’titolu huwa speċifikat fit-Tabella 2. Ir-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku aggregat trimestrali għal stokks huma speċifikati fit-Tabella 1 u dawk għar-rivalutazzjonijiet minħabba tibdiliet fil-prezz u fir-rata tal-kambju jew tranżazzjonijiet huma speċifikati fit-Tabella 3. Ir-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku aggregat ta’ kull xahar għal stokks u rivalutazzjonijiet minħabba tibdiliet fil-prezz u fir-rata tal-kambju jew tranżazzjonijiet, u ħruġ ġdid u fidi ta’ ishma/unitajiet FI huma speċifikati fit-Tabella 4. |
|
3. |
Safejn jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-protezzjoni u l-użu ta’ tagħrif statistiku kunfidenzjali miġbur mis-SEBĊ taħt Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98, b’mod partikolari l-paragrafu 5 tiegħu, BĊN jista’ jikseb l-informazzjoni meħtieġa mid-dejta miġbura permezz tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi (1), safejn id-dejta miġbura mill-awtorità superviżorja nazzjonali komptenti taħt din id-Direttiva tintbagħat lill-BĊN b’mod konformi mat-termini miftiehma bejn iż-żewġ korpi. |
PARTI 2
Residenza u settur ekonomiku tad-detenturi ta’ ishma/unitajiet ta’ FI
|
1. |
L-aġenti li jirrapportaw għandhom jirrapportaw, fuq bażi trimestrali, dejta dwar ir-residenza tad-detenturi ta’ ishma/unitajiet ta’ FI maħruġa minn FI tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (iktar ‘il quddiem l-“Istati Membri taż-żona tal-euro”) skont il-klassifikazzjonidomestiċi/taż-żona tal-euro ħlief għal dawk domestiċi/kumplament tad-dinja. Il-kontropartijiet domestiċi u taż-żona tal-euro ħlief għal dawk domestiċihuma kklassifikati aktar fid-dettall skont is-settur. |
|
2. |
Fir-rigward ta’ ishma/unitajiet irreġistrati, l-aġenti li jirrapportaw għandhom jirrapportaw dejta dwar il-klassifikazzjoni tar-residenza u tas-settur tad-detenturi tal-ishma/unitajiet maħruġa minn FI. Jekk ir-residenza u s-settur tad-detentur ma jkunux jistgħu jiġu identifikati direttament, id-dejta relevanti tiġi rrapportata fuq il-bażi ta’ tagħrif disponibbli. |
|
3. |
Fir-rigward ta’ ishma/unitajiet tal-portatur, l-aġenti li jirrapportaw għandhom jirrapportaw dejta dwar il-klassifikazzjoni tar-residenza u tas-settur tad-detenturi tal-ishma/unitajiet ta’ FI skont il-metodu deċiż mill-BĊN relevanti. Dan l-obbligu huwa limitat għal possibbiltà waħda jew aktar mill-għażliet li ġejjin, li għandhom jintgħażlu wara li titqies l-organizzazzjoni tas-swieq relevanti u tal-arranġamenti legali nazzjonali fl-Istat Membru inkwistjoni. Dan l-obbligu ser jiġi mmonitorjat perjodikament mill-BĊN.
|
|
4. |
Il-BĊN jistgħu jidderivaw it-tagħrif meħtieġ ukoll mid-dejta miġbura permezz tar-Regolament (UE) Nru 1011/2012 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-17 ta’ Ottubru 2012 dwar statistika fuq investimenti f’titoli (BĊE/2012/24) (2), sal-punt li d-dejta tkun konformi mal-obbligi ta’ tempestività tal-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament u, b’mod aktar ġenerali, mal-istandards minimi stipulati fl-Anness IV. |
|
5. |
Jekk ishma/unitajiet irreġistrati jew ishma/unitajiet tal-portatur jinħarġu għall-ewwel darba, jew jekk l-iżviluppi tas-suq jeħtieġu bidla tal-għażla jew taħlita ta’ għażliet, il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi għal sena fir-rigward tal-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3. |
PARTI 3
Tabelli tar-rapportar
Tabella 2
Tagħrif meħtieġ titolu b’titolu
Dejta għall-oqsma fil-kaxxa hawn isfel għandha tiġi rrapportata għal kull titolu kklassifikat taħt il-kategoriji “titoli ta’ dejn”, “ekwità” u “ishma/unitajiet ta’ fond ta’ investiment” skont ir-regoli li ġejjin.
|
1. |
Dejta għall-qasam 1 trid tiġi rrapportata. |
|
2. |
Jekk il-BĊN relevanti ma jiġborx direttament tagħrif titolu b’titolu dwar tranżazzjonijiet, trid tiġi rrapportata dejta għal tnejn mit-tliet oqsma 2, 3 u 4 (jiġifieri l-oqsma 2 u 3; l-oqsma 2 u 4; jew l-oqsma 3 u 4). |
|
3. |
Jekk il-BĊN relevanti jiġbor direttament informazzjoni titolu b’titolu dwar tranżazzjonijiet, trid tiġi rrapportata wkoll dejta għall–oqsma li ġejjin:
|
|
4. |
Il-BĊN relevanti jista’ jeħtieġ ukoll li l-aġenti li jirrapportaw jirrapportaw dejta għall-qasam 8. |
|
5. |
Il-BĊN relevanti jista’ jagħżel biss li jiġbor dejta għall-qasam 2 fil-każijiet (2) u (3)(b). Jekk dan ikun il-każ, il-BĊN irid jivverifika, u jinforma lill-BĊE, tal-anqas darba fis-sena li l-kwalità tad-dejta aggregata rrapportata mill-BĊN, inkluża l-frekwenza u d-daqs tar-reviżjonijiet, ma tkunx affettwata.
|
ANNESS II
DEFINIZZJONIJIET
PARTI 1
Definizzjonijiet ta’ kategoriji ta’ strumenti
|
1. |
Din it-tabella tipprovdi deskrizzjoni dettaljata u standard tal-kategoriji tal-istrumenti li l-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) jittrasponu f’kategoriji nazzjonali skont dan ir-Regolament. It-tabella ma tikkostitwixxix lista ta’ strumenti finanzjarji individwali u d-deskrizzjonijiet ma humiex eżawrjenti. Id-definizzjonijiet jirreferu għas-sistema Ewropea ta’ kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (iktar ‘il quddiem l-“ESA 2010”) stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 549/2013. |
|
2. |
Għal uħud mill-kategoriji ta’ strumenti, huma meħtieġa klassifikazzjonijiet skont il-maturità. Dawn jirreferu għall-maturità oriġinali, jiġifieri l-maturità mal-ħruġ, li hija l-perijodu fiss tal-ħajja ta’ strument finanzjarju li qablu ma jistax jiġi mifdi, eż. titoli ta’ dejn, jew li jista’ jiġi mifdi biss qabel jekk titħallas xi tip ta’ penali, eż. xi tipi ta’ depożiti. |
|
3. |
Tista’ ssir distinzjoni bejn klejms finanzjarji skont jekk ikunux negozjabbli jew le. Klejm tkun negozjabbli jekk is-sjieda tagħha tkun tista’ tiġi trasferita faċilment minn unità għal oħra permezz ta’ konsenja jew approvazzjoni jew tkun paċuta fil-każ ta’ derivattivi finanzjarji. Filwaqt li kwalunkwe strument finanzjarju jista’ potenzjalment jiġi nnegozjat, l-istrumenti negozjabbli huma mfassla biex ikunu nnegozjati permezz ta’ borża organizzata jew barra l-borża, minkejja li jekk attwalment ikunux innegozjati mhijiex kundizzjoni neċessarja għan-negozjabbiltà.
Tabella A Definizzjonijiet ta’ kategoriji ta’ strumenti tal-attiv u l-passiv ta’ FI KATEGORIJI TA’ ATTIV
KATEGORIJI TA’ PASSIV
|
PARTI 2
Definizzjonijiet ta’ attributi titolu b’titolu
Tabella B
Definizzjonijiet ta’ attributi titolu b’titolu
|
Qasam |
Deskrizzjoni |
|
Kodiċi għall- identifikazzjoni tat-titolu |
Kodiċi li jidentifika titolu b’mod uniku. Jista’ jkun il-kodiċi ISIN jew kodiċi ieħor għall-identifikazzjoni ta’ titolu, suġġett għall-istruzzjonijiet tal-BĊN |
|
Numru ta’ unitajiet jew ammont nominali aggregat |
Numru ta’ unitajiet ta’ titolu, jew ammont nominali aggregat fil-każ li t-titolu huwa nnegozjat f’ammonti aktar milli f’unitajiet |
|
Prezz |
Prezz għal kull unità ta’ titolu, jew persentaġġ tal-ammont nominali aggregat fil-każ li t-titolu huwa nnegozjat f’ammonti aktar milli f’unitajiet. Il-prezz huwa normalment il-prezz tas-suq jew huwa qrib tal-prezz tas-suq. Il-BĊNi jistgħu jitolbu wkoll l-imgħax akkumulat taħt din il-pożizzjoni. |
|
Ammont totali |
Ammont totali għal titolu. F’każ ta’ titoli li huma nnegozjati f’unitajiet, dan l-ammont huwa l-istess daqs in-numru ta’ titoli multiplikat bil-prezz għal kull unità. Meta t-titoli huma nnegozjati f’ammonti aktar milli f’unitajiet, dan l-ammont huwa l-istess daqs l-ammont nominali aggregat multiplikat bil-prezz imfisser bħala persentaġġ L-ammont totali huwa, fil-prinċipju, daqs il-valur tas-suq jew huwa qrib tal-valur tas-suq. Il-BĊNi jistgħu jitolbu wkoll l-imgħax akkumulat taħt din il-pożizzjoni. |
|
Tranżazzjonijiet finanzjarji |
Is-somma tax-xiri bil-bejgħ imnaqqas (titoli fuq in-naħa tal-attiv) jew il-ħruġ bil-fidi mnaqqas (titoli fuq in-naħa tal-passiv) ta’ titolu rreġistrat bil-valur tat-tranżazzjoni |
|
Titoli mixtrija (attiv) jew maħruġa (passiv) |
Is-somma tax-xiri (titoli fuq in-naħa tal-attiv) jew emissjonijiet (titoli fuq in-naħa tal-passiv) ta’ titolu rreġistrat bil-valur tat-tranżazzjoni |
|
Titoli mibjugħa (attiv) jew mifdija (passiv) |
Is-somma tal-bejgħ (titoli fuq in-naħa tal-attiv) jew fidi (titoli fuq in-naħa tal-passiv) ta’ titolu rreġistrat bil-valur tat-tranżazzjoni |
|
Munita tar-reġistrazzjoni tat-titolu |
Kodiċi ISO jew ekwivalenti tal-munita użata biex tfisser il-prezz u/jew l-ammont pendenti tat-titolu |
PARTI 3
Definizzjonijiet tas-setturi
L-ESA 2010 tipprovdi l-istandard għall-klassifikazzjoni settorjali. Din it-tabella tipprovdi deskrizzjoni standard dettaljata ta’ setturi li l-BĊNi jittrasponu f’kategoriji nazzjonali b’konformità ma’ dan ir-Regolament. Il-kontropartijiet li jinsabu fit-territorju tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma identifikati skont is-settur tagħhom b’konformità mal-listi miżmuma mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għal skopijiet statistiċi u l-gwida għall-klassifikazzjoni statistika tal-kontropartijiet ipprovduti fil-“Manwal dwar is-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji u statistika dwar is-swieq: Gwida għall-klassifikazzjoni statistika tal-klijenti” tal-BĊE.
Tabella Ċ
Definizzjonijiet tas-setturi
|
Settur |
Definizzjoni |
||
|
IFM huma ddefiniti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 (BĊE/2013/33). Dan is-settur jikkonsisti minn BĊNi, istituzzjonijiet ta’ kreditu kif definiti fil-liġi tal-Unjoni, MMFs, istituzzjonijiet finanzjarji oħra li n-negozju tagħhom huwa li jirċievu depożiti u/jew sostituti viċini għal depożiti mingħand entitajiet li mhumiex IFM u, f’isimhom stess, tal-anqas f’termini ekonomiċi, jagħtu self u/jew jagħmlu investimenti f’titoli, u istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi li huma prinċipalment involuti f’intermedjazzjoni finanzjarja fil-forma ta’ ħruġ ta’ flus elettroniċi |
||
|
Is-settur tal-gvern ġenerali (S.13) jikkonsisti minn unitajiet istituzzjonali li huma produtturi mhux għas-suq li l-produzzjoni tagħhom hija maħsuba għall-konsum individwali u kollettiv, u li huma ffinanzjati minn ħlasijiet obbligatorji magħmula minn unitajiet li jappartjenu lil setturi oħra, u unitajiet istituzzjonali li huma prinċipalment involuti fir-ridistribuzzjoni tal-introjtu nazzjonali u l-ġid. (ESA 2010, paragrafi 2.111 sa 2.113) |
||
|
FI kif definiti fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament |
||
|
L-intermedjarji finanzjarji l-oħra, minbarra s-subsettur tal-korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u tal-fondi ta’ pensjonijiet (S.125) jinkludi l-korporazzjonijiet finanzjarji u kważi-korporazzjonijiet kollha li huma involuti prinċipalment fl–intermedjazzjoni finanzjarja billi jġarrbu passiv f’forma oħra minbarra munita, id-depożiti (jew sostituti mill-qrib għal depożiti), l-ishma/unitajiet ta’ FI, jew b’rabta ma’ assigurazzjoni, pensjoni u skemi ta’ garanzija standardizzati minn unitajiet istituzzjonali, FVCs kif definiti fir-Regolament (UE) Nru 1075/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta’ Ottubru 2013 dwar l-istatistika tal-attiv u l-passiv ta’ korporazzjonijiet finanzjarji vettura involuti fi tranżazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni (BĊE/2013/40) (1) huma inklużi f’dan is-subsettur (ESA 2010, paragrafi 2.86 sa 2.94) Is-subsettur tal-awżiljari finanzjarji (S.126) jinkludi l-korporazzjonijiet u l-entitajiet bi status kważi ta’ korporazzjoni finanzjarji kollha li huma involuti prinċipalment f’attivitajiet marbuta mill-qrib mal-intermedjazzjoni finanzjarja iżda li huma nfushom mhumiex intermedjarji finanzjarji. Dan is-subsettur jinkludi wkoll uffiċċji prinċipali li s-sussidjarji tiegħu huma kollha jew kważi kollha korporazzjonijiet finanzjarji (ESA 2010, paragrafi 2.95 sa 2.97) Is-subsettur tal-istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u tas-selliefa tal-flus (S.127) jikkonsisti fil-korporazzjonijiet finanzjarji u l-kważi korporazzjonijiet kollha li la huma involuti f’intermedjazzjoni finanzjarja u lanqas ma jipprovdu servizzi finanzjarji awżiljarji, u fejn il-parti l-kbira ta l-attiv jew il-passiv tagħhom mhuwiex innegozjat fis-swieq miftuħa. Dan is-subsettur jinkludi kumpaniji holding li għandhom fil-pussess tagħhom is-sjieda ta’ livelli ta’ kontroll tal-ekwità ta’ grupp ta’ korporazzjonijiet sussidjarji u li l-attività prinċipali tagħhom hija s-sjieda tal-grupp mingħajr ma jipprovdu ebda servizz ieħor lin-negozji li fihom tkun qed tinżamm l-ekwità, jiġifieri, ma jkunux jamministraw jew jiġġestixxu unitajiet oħra (ESA 2010, paragrafi 2.98 u 2.99) |
||
|
Is-subsettur tal-korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (S.128) jinkludi l-korporazzjonijiet u l-entitajiet bi status ta’ kważi korporazzjoni finanzjarja kollha li huma involuti prinċipalment f’intermedjazzjoni finanzjarja bħala konsegwenza tal-ippuljar tar-riskji prinċipalment fil-forma ta’ assigurazzjoni jew riassigurazzjoni diretta (ESA 2010, paragrafi 2.100 sa 2.104). Is-subsettur tal-fondi tal-pensjonijiet (S.129) jinkludi l-korporazzjonijiet u l-entitajiet bi status ta’ kważi korporazzjoni finanzjarja kollha li huma involuti prinċipalment f’intermedjazzjoni finanzjarja bħala konsegwenza tal-ippuljar tar-riskji soċjali u l-ħtiġijiet tal-persuni assigurati (assigurazzjoni soċjali). Fondi tal-pensjonijiet bħal skemi tal-assigurazzjoni soċjali jipprovdu introjtu waqt l-irtirar, u ta’ spiss benefiċċji għall-mewt u d-diżabbiltà (ESA 2010, paragrafi 2.105 sa 2.110). |
||
|
Is-settur tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11) jikkonsisti fl-unitajiet istituzzjonali li huma entitajiet legali indipendenti u li huma produtturi għas-suq u li l-attività prinċipali tagħhom hija l-produzzjoni ta’ oġġetti u servizzi mhux finanzjarji. Dan is-settur jinkludi wkoll kważi korporazzjonijiet mhux finanzjarji (ESA 2010, paragrafi 2.45 sa 2.50). |
||
|
Is-settur tal-unitajiet domestiċi (S.14) jikkonsisti f’individwi jew gruppi ta’ individwi bħala konsumaturi u bħala imprendituri li jipproduċu oġġetti għas-suq u servizzi finanzjarji u mhux finanzjarji (produtturi għas-suq) sakemm, il-produzzjoni ta’ oġġetti u servizzi ma tkunx minn entitajiet separati ttrattati bħala kważi korporazzjonijiet. Jinkludi wkoll individwi jew gruppi ta’ individwi bħala produtturi ta’ oġġetti u servizzi mhux finanzjarji esklussivament għal użu aħħari proprju. Is-settur tal-unitajiet domestiċi jinkludi proprjetajiet uniċi u soċjetajiet mingħajr status legali indipendenti, minbarra dawk ittrattati bħala kwai korporazzjonjiet, li huma produtturi għas-suq (ESA 2010, paragrafi 2.118 sa 2.128) Is-settur tal-istituzzjonijiet mingħajr skop ta’ profitt li jservu lill-unitajiet domestiċi (NPISHs) (S.15) jikkonsisti f’istituzzjonijiet mingħajr skop ta’ profitt li huma entitajiet legali separati, li jservu lill-unitajiet domestiċiu li huma produtturi privati mhux għas-suq. Ir-riżorsi prinċipali tagħhom huma l-kontribuzzjonijiet volontarji fi flus kontanti jew in natura minn unitajiet domestiċi fil-kapaċità tagħhom ta’ konsumaturi, minn pagamenti magħmula minn gvernijiet ġenerali u minn introjtu minn proprjetà (ESA 2010, paragraphs 2.129 u 2.130) |
(1) Ara paġna 107 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
ANNESS III
AĠĠUSTAMENTI JEW TRANŻAZZJONIJIET TA’ RIVALUTAZZJONI
|
1. |
Il-popolazzjoni attwali li tirrapporta għandha tirrapporta aġġustamenti jew tranżazzjonijiet ta’ rivalutazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament. Jekk il-popolazzjoni attwalii li tirrapporta tirrapporta aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni, dawn ser ikopru jew rivalutazzjonijiet dovuti għal tibdil fil-prezz u fir-rata tal-kambju, jew tibdiliet fil-prezz biss fil-perijodu ta’ referenza, suġġetti għall-approvazzjoni minn qabel tal-BĊN relevanti. Jekk l-aġġustament ta’ rivalutazzjoni jkopri biss rivalutazzjonijiet dovuti għal tibdiliet fil-prezz, il-BĊN relevanti jiġbor id-dejta meħtieġa, li għandha tkopri bħala minimu kategorizzazzjoni tal-munita f’lira sterlina, frank Svizzeru, yen u dollaru Amerikan, sabiex jiġu dedotti r-rivalutazzjonijiet dovuti għal tibdiliet fir-rata tal-kambju. |
|
2. |
Tranżazzjonijiet finanzjarji’” tirreferi għal dawk it-tranżazzjonijiet li jirriżultaw mill-ħolqien, il-likwidazzjoni jew it-tibdil fis-sjieda ta’ attiv jew passiv finanzjarju. Dawn it-tranżazzjonijiet jitkejlu f’termini tad-differenza bejn il-pożizzjonijiet tal-istokk f’dati ta’ rappurtar ta’ tmiem il-perijodu, li minnha jitneħħa l-effett dovut għal tibdiliet minħabba influwenzi mill-“aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni” (ikkawżati minn tibdiliet fil-prezz u fir-rata tal-kambju) u mir-“riklassifikazzjonijiet u aġġustamenti oħra”. Il-Bank Ċentrali Ewropew jeħtieġ tagħrif statistiku għall-iskop tal-kumpilazzjoni ta’ tranżazzjonijiet fil-forma ta’ aġġustamenti li jkopru “riklassifikazzjonijiet u aġġustamenti oħra” u “rivalutazzjonijiet tal-prezz u tar-rata tal-kambju”. Tranżazzjonijiet finanzjarji għandhom fil-prinċipju jikkonformaw mal-ESA 2010, iżda jistgħu jiddevjaw minħabba prattiċi nazzjonali. |
|
3. |
“Rivalutazzjonijiet tal-prezz u tar-rata tal-kambju” tirreferi għal ċaqliq fil-valutazzjoni tal-attiv u tal-passiv li jirriżulta jew minn tibdiliet fil-prezzijiet ta’ attiv jew ta’ passiv u/jew mir-rati tal-kambju li jaffettwaw il-valuri mfissra f’euro ta’ attiv u passiv iddenominat f’valuta barranija. L-aġġustament fir-rigward tar-rivalutazzjoni tal-prezz tal-attiv/passiv jirreferi għal ċaqliq fil-valutazzjoni ta’ attiv/passiv li jirriżulta minħabba bidla fil-prezz li bih l-attiv/passiv huwa rreġistrat jew innegozjat. Ir-rivalutazzjonijiet tal-prezz jinkludu t-tibdiliet li jseħħu tul iż-żmien fil-valur tal-istokks ta’ tmiem il-perijodu minħabba tibdiliet fil-valur ta’ referenza li huma rreġistrati, jiġifieri qligħ/telf ta’ investiment. Movimenti fir-rati tal-kambju kontra l-euro li jseħħu bejn id-dati tar-rappurtar ta’ tmiem il-perijodu jwasslu għal aktar bidliet fil-valur tal-attiv/passiv f’valuta barranija meta mfissra f’euro. Billi dawn it-tibdiliet jirrappreżentaw qligħ/telf ta’ investiment u mhumiex dovuti għal tranżazzjonijiet finanzjarji, dawn l-effetti għandhom jitneħħew mid-dejta tat-tranżazzjonijiet. Fil-prinċipju, “rivalutazzjonijiet tal-prezz u tar-rata tal-kambju” tinkludi wkoll tibdiliet fil-valutazzjoni li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet fl-attiv/passiv, jiġifieri qligħ/telf realizzat; madankollu, hemm prattiċi nazzjonali diverġenti f’dan ir-rigward. |
ANNESS IV
STANDARDS MINIMI LI GĦANDHOM IKUNU APPLIKATI MILL-POPOLAZZJONI ATTWALI LI TIRRAPPORTA
L-aġenti li jirrapportaw għandhom jilħqu l-livelli minimi li ġejjin sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ rapportar statistiku tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).
|
1. |
Standards minimi għat-trażmissjoni
|
|
2. |
Standards minimi għall-preċiżjoni:
|
|
3. |
Standards minimi għal konformità mal-kunċetti:
|
|
4. |
Standards minimi għal reviżjonijiet:
Il-politika tar-reviżjonijiet u l-proċeduri stabbiliti mill-BĊE u l-BĊN relevanti għandhom jiġu segwiti. Reviżjonijiet li jiddevjaw mir-reviżjonijiet regolari għandhom jiġu akkumpanjati b’noti spjegattivi. |
ANNESS V
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
|
Regolament (KE) Nru 958/2007 (BĊE/2007/8) |
Dan ir-Regolament |
|
Artikoli 1 u 2 |
Artikoli 1 u 2 |
|
Artikolu 3 |
Artikolu 8 |
|
Artikolu 4 |
Artikolu 3 |
|
Artikolu 5 |
Artikolu 4 |
|
Artikolu 6 |
Artikolu 5 |
|
Artikolu 7 |
Artikolu 6 |
|
Artikolu 8 |
Artikolu 7 |
|
Artikoli 9 sa 13 |
Artikoli 9 sa 13 |
|
— |
Artikolu 14 |
|
Artikolu 14 |
Artikolu 15 |
|
Anness I, Parti I, (1) |
|
|
Anness I, Parti 1, 2(a) |
Anness I, Parti 1, (1) |
|
Anness I, Parti 1, 2(b) |
— |
|
Anness I, Parti 1, (3) |
Anness I, Parti 1, (2) |
|
— |
Anness I, Parti 1, (3) |
|
Anness I, Parti 2, (1) sa (3) |
Anness I, Parti 2, (1) sa (3) |
|
— |
Anness I, Parti 2, (4) |
|
Anness I, Parti 2, (4) |
Anness I, Parti 2, (5) |
|
Anness I, Parti 3 |
Anness I, Parti 3 |
|
Anness II, Parti 1 |
Anness II, Parti 1, (1) |
|
— |
Anness II, Parti I, (2) u (3) |
|
Anness II, Partijiet 2 u 3 |
Anness II, Partijiet 2 u 3 |
|
Annessi III u IV |
Annessi III u IV |
|
— |
Anness V |