This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005R0239R(02)
239/2005/KE: Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 239/2005 tal- 11 ta’ Frar 2005 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 796/2004 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tal-konformità, modulazzjoni u l-amministrazzjoni integrata u s-sistema ta’ kontroll kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u jistabbilixxi ċertu skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 348 M, tal-24 ta' Diċembru 2008 )
239/2005/KE: Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 239/2005 tal- 11 ta’ Frar 2005 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 796/2004 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tal-konformità, modulazzjoni u l-amministrazzjoni integrata u s-sistema ta’ kontroll kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u jistabbilixxi ċertu skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 348 M, tal-24 ta' Diċembru 2008 )
OJ L 84M, 31.3.2009, pp. 41–47
(MT)
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/239/corrigendum/2009-03-31/oj
|
31.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
41 |
Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 239/2005 tal-11 ta’ Frar 2005 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 796/2004 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tal-konformità, modulazzjoni u l-amministrazzjoni integrata u s-sistema ta’ kontroll kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u jistabbilixxi ċertu skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 348 M, tal-24 ta' Diċembru 2008 )
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 239/2005 għandu jaqra:
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 239/2005
tal-11 ta’ Frar 2005
li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 796/2004 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tal-konformità, modulazzjoni u l-amministrazzjoni integrata u s-sistema ta’ kontroll kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u jistabbilixxi ċertu skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sostenn għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1), l-Artikolu 34(2), u l-punti (c), (d), (k) u (n) tal-Artikolu 145 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004 (2) jinkludi bosta definizzjonijiet li jeħtieġu kjarifika. B’mod partikolari, id-definizzjoni “mergħa permanenti” fil-punt 2 ta’ dak l-Artikolu teħtieġ kjarifika u jinħtieġ li tkun introdotta definizzjoni tat-terminu “ħxejjex jew foraġġ ieħor erbaċew”. Madankollu, f’dak il-kuntest għandu jiġi kkunsidrat li l-Istati Membri jeħtieġu ċerta flessibilità sabiex ikunu jistgħu jqisu l-kondizzjonijiet agronomiċi lokali. |
|
(2) |
Wara l-introduzzjoni ta’ ħlas għall-ħops lill-gruppi tal-produtturi fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 68a tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u l-Artikolu 171 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1973/2004 tad-29 ta’ Ottubru 2004 li jistabbilixxu regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 fir-rigward tal-iskemi ta’ sostenn imsemmija fit-Titoli IV u IVa ta’ dak ir-Regolament u l-użu ta’ art imwarrba għall-produzzjoni ta’ materja prima (3), ir-Regolament (KE) Nru 796/2004 jeħtieġ jiġi emendat b’diversi modi u huwa wkoll xieraq li jkunu introdotti dispożizzjonijiet partikolari fir-rigward tal-proċedura ta’ applikazzjoni u kontrolli għal dik l-iskema ta’ għajnuna. |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jipprovdi għal ċerti obbligi speċifiċi għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (l-Istati Membri l-ġodda) fir-rigward taż-żamma ta’ mergħa permanenti, bħala parti mill-kondizzjonijiet tal-konformità. Skont dan, huwa neċessarju li jiġu stabbiliti regoli li jiddeterminaw il-proporzjon ta’ mergħa permanenti fir-rigward ta’ art li tista’ tinħarat li għandha tinżamm fl-Istati Membri ġodda. Huwa wkoll neċessarju li jkun ijkun hemm provvediment għall-obbligi individwali fil-livell tal-bdiewa li għandhom jiġu rispettati fejn ikun stabbilit li dak il-proporzjon ikun qed jonqos għad-detriment tal-art ta’mergħa permanenti. |
|
(4) |
L-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 jipprovdi, fir-rigward ta’ ċerti sitwazzjonijiet, għall-obbligu tal-bdiewa biex ma jikkonvertux art ta’mergħa permanenti mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel. Dik l-awtorizzazzjoni tista’ tinkludi wkoll il-permess sabiex tkun ikkonvertita art ta’ mergħa permanenti bil-kondizzjoni li ammont ta’ erja ekwivalenti jkun qiegħed jiġi stabbilit bħala art ta’mergħa permanenti sabiex ipatti għall-konverżjoni. Għal dawk il-każi, għandu jkun ipprovdut li permezz ta’ deroga mid-definizzjoni ta’ “mergħa permanenti” inkluża fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004, art għalhekk stabbilita b’dan il-mod għandha titqies bħala art ta’mergħa permanenti mill-mument li tiġi stabbilita. |
|
(5) |
Taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 bidwi jista’ jkollu jerġa’ jikkonverti f’art ta’ mergħa permanenti, art li kienet mergħa permanenti fil-passat u li kienet ikkonvertita f’art għal użi oħra għal ċertu perjodu ta’ żmien. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż sabiex il-piż li wieħed iġorr sabiex iżomm mergħa permanenti jinqasam b’mod aktar ugwali bejn il-bdiewa. |
|
(6) |
L-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 jipprovdi li għandhom jitressqu applikazzjonijiet waħdanin sa data li għandha tiġi ffissata mill-Istati Membri li ma għandiex tkun aktar tard mill-15 ta’ Mejju ta’ sena partikolari. Madankollu, minħabba kondizzjonijiet partikolari li għandhom x’jaqsmu mal-klima fil-Finlandja u l-Iżvezja, dawk iż-żewġ Stati Membri jistgħu jiffissaw data aktar tard li m’għandhiex tkun aktar tard mill-15 ta’ Ġunju. Wara l-adeżjoni tal-Istati Membri ġodda, l-istess eċċezzjoni għandha issa tiġi pprovduta fir-rigward tal-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja. Id-data tal-15 ta’ Ġunju għandha tapplika wkoll fir-rigward ta’ notifiki mill-bdiewa lill-awtorità kompetenti dwar emendi sussegwenti għall-applikazzjoni waħdanija, kif ipprovdut fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004. |
|
(7) |
Sabiex ikun permess li l-Istati Membri jwettqu kontrolli b’mod effettiv, b’mod partikolari kontrolli fir-rigward tal-obbligi tal-konformità, l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 jobbliga lill-bdiewa biex jiddikjaraw iż-żoni kollha disponibbli għalihom kemm jekk jitolbu kif ukoll jekk ma jitolbux għajnuna għal dawn iż-żoni. Hu meħtieġ li jkun ipprovdut mekkaniżmu biex ikun assigurat li l-bdiewa jikkonformaw ma’ dan l-obbligu. |
|
(8) |
L-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 jinkludi regoli speċjali biex jipprovdu għas-sitwazzjoni fejn l-aħħar data li wieħed jista’ jissottometti applikazzjoni għall-għajnuna tkun festa pubblika, is-Sibt jew il-Ħadd. L-istess regola għandha tapplika għas-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet għall-Iskema ta’ Ħlas Uniku skont l-Artikolu 34(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. |
|
(9) |
Fl-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-Iskema ta’ Ħlas Uniku il-bdiewa għandhom iressqu applikazzjoni jekk ikunu jridu jipparteċipaw f’dik l-iskema skont l-Artikolu 34(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. Dawk l-applikazzjonijiet imbagħad iservu bħala bażi għall-allokazzjoni tad-drittijiet għall-ħlas. Is-sottomissjoni fil-ħin tal-informazzjoni li hi inkluża f’dawk l-applikazzjonijiet hi essenzjali sabiex l-Istati Membri jistabbilixxu d-drittijiet għall-ħlas fil-limiti ta’ żmien ipprovduti f’dak ir-Regolament u sabiex ikun garantit bidu tajjeb għall-iskema l-ġdida. Il-bdiewa ġew mgħarrfa bil-limiti ta’ żmien li għandhom jirrispettaw. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-bdiewa formoli ta’ applikazzjoni kif suppost stampati ferm qabel is-sottomissjoni tal-applikazzjoni. Sottomissjonijiet ta’ dawn l-applikazzjonijiet li jaslu tard għandhom għalhekk ikunu permessi biss fl-istess limitu ta’ żmien miżjud, kif ipprovdut fl-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004, għas-sottomissjoni tard ta’ kwalunkwe applikazzjoni għall-għajnuna. Għandha tiġi applikata wkoll rata mnaqqsa dissważiva sakemm id-dewmien ma jkunx minħabba każi ta’ force majeure jew ċirkostanzi eċċezzjonali. |
|
(10) |
Huwa neċessarju li jkun ipprovdut perjodu ta’ żmien li fih qanneb imkabbar għall-fibra ma jkunx jista’ jinħasad wara li jwarrad sabiex ikunu permessi l-obbligi ta’ kontroll ipprovduti fir-rigward ta’ dawn l-għelejjel jitwettqu b’mod effettiv. |
|
(11) |
Huwa neċessarju li jkun iċċarat li żoni ddikjarati taħt l-iskema ta’ Ħlas għal Żona Waħda skont l-Artikolu 143b tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, għandhom jiġu meqjusa bħala grupp wieħed ta’ għelejjel fit-tifsira tal-Artikolu 49(1) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004. L-istess kjarifika għandha ssir ukoll fir-rigward ta’ żoni ddikjarati minn gruppi ta’ produtturi biex isostnu l-applikazzjonijiet tagħhom għall-għajnuna għall-ħlasijiet tal-ħops skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 68a tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. |
|
(12) |
Fl-Artikolu 50(6) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 għandu jiġi ċċarat il-livell ta’ tnaqqis ta’ ħlasijiet lill-produtturi tal-għelejjel. |
|
(13) |
Barra minn hekk jeħtieġ li jiġu introdotti ċerti kjarifiki fir-rigward tas-sistema ta’ sanzjonar applikabbli fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ dawn l-obbligi. |
|
(14) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1655/2004 tat-22 ta’ Settembru 2004 li jistabbilixxi r-regoli għat-transizzjoni mis-sistema modulatorja mhux obbligatorja stabbilita bl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1259/1999 għas-sistema modulatorja obbligatorja stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 (4) għandu impatt fuq it-tipi ta’ tnaqqis li għandhom jiġu applikati fir-rigward ta’ ħlasijiet diretti li jingħataw skont ir-Regolament (KE) Nru 796/2004. Dan it-tnaqqis, kif ukoll l-introduzzjoni ta’ tipi oħra ta’ tnaqqis b’dan ir-Regolament, għandhom jitqiesu fl-ambitu tal-Artikolu 71 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004. |
|
(15) |
Hemm bżonn li jiġu stabbiliti regoli sabiex tkun koperta l-eventwalità fejn bidwi jirċievi għadd ta’ drittijiet għall-ħlas mhux mistħoqqa jew fejn il-valur ta’ kull wieħed mid-drittijiet għall-ħlas ikun iffissat fil-livell ħażin skont il-mudelli differenti taħt l-Iskema ta’ Ħlas Uniku. Barra minn hekk, għandha ssir dispożizzjoni fil-każ fejn dawn id-drittijiet għall-ħlas ikunu ġew trasferiti u fil-każ fejn it-trasferimenti ta’ drittijiet għall-ħlas ikunu saru mingħajr ma tqies l-Artikolu 46(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. |
|
(16) |
Fil-verżjonijiet ta’ bosta ilsna tar-Regolament (KE) Nru 796/2004, l-iktar data tard li l-Istati Membri jistgħu jiffissaw għas-sottomissjoni tal-kopji tad-dokumenti ta’ sostenn fir-rigward ta’ applikazzjonijiet għall-għajnuna għaż-żerriegħa msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 13(8) tar-Regolament hija l-31 ta’ Mejju, minflok il-15 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara l-ħsad. |
|
(17) |
Fil-verżjonijiet ta’ bosta ilsna għar-Regolament (KE) Nru 796/2004 jeħtieġ li jiġi rranġat żball fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 21(2), fejn hemm referenza għall-Artikolu 14(2) ta’ dak ir-Regolament, minflok għall-Artikolu 15(2). |
|
(18) |
Fir-rigward tar-responsabbiltà fil-każ ta’ nuqqas ta’ konsiderazzjoni lejn l-obbligi tal-konformità pprovduti fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004, verżjonijiet ta’ bosta ilsna joħolqu ambigwità fir-rigward tal-possibbiltà li l-bidwi kkonċernat jinżamm responsabbli taħt ir-regoli nazzjonali applikabbli, speċjalment fil-każ fejn il-bidwi nnifsu ma jkunx aġixxa fis-sens riġidu. Għalhekk hu xieraq li dak l-Artikolu jiġi armonizzat fil-verżjonijiet tal-ilsna kollha. |
|
(19) |
Huwa għalhekk neċessarju li jiġi emendat u kkoreġut ir-Regolament (KE) Nru 796/2004 skont dan. |
|
(20) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Ħlasijiet Diretti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 796/2004 huwa emendat kif ġej:
|
1. |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
2. |
L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
|
3. |
L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
|
4. |
l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(2) jinbidel b’dan li ġej: “L-applikazzjoni waħdanija għandha titressaq sa data li tiġi ffissata mill-Istati Membri li ma għandhiex tkun wara l-15 ta’ Mejju. Madankollu l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Finlandja u l-Iżvezja jistgħu jiffissaw data aktar tard li ma għandhiex tkun aktar tard mill-15 ta’ Ġunju.”; |
|
5. |
il-paragrafu li jmiss hu miżjud mal-Artikolu 13: “9. Fil-każ ta’ applikazzjoni għal għajnuna oħra għall-ħops ipprovduta fl-Artikolu 68a tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-applikazzjoni waħdanija għandha tinkludi indikazzjoni taż-żoni rispettivi.”; |
|
6. |
L-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:
|
|
7. |
L-Artikolu 15(2) jinbidel b’dan li ġej: “2. Mingħajr preġudizzju għad-dati ffissati mill-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Finlandja u l-Iżvezja għas-sottomissjoni tal-applikazzjoni waħdanija skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(2), l-emendi magħmula skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu nnotifikati bil-miktub lill-awtorità kompetenti mhux iktar tard mill-31 ta’ Mejju tas-sena kalendarja kkonċernata, ħlief fil-każ tal-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Finlandja u l-Iżvezja fejn dawn għandhom jinnotifikaw mhux iktar tard mill-15 ta’ Ġunju tas-sena kalendarja kkonċernata.”; |
|
8. |
Il-Kapitolu li jmiss jiddaħħal wara l-Artikolu 15: “KAPITOLU Ia APPLIKAZZJONIJIET GĦALL-GĦAJNUNA GĦALL-ĦLASIJIET TAL-ĦOPS MINN GRUPPI RIKONOXXUTI TA’ PRODUTTURI Artikolu 15a Applikazzjoni għall-għajnuna Applikazzjoni għall-għajnuna lil gruppi ta' produtturi li japplikaw għall-għajnuna skont l-Artikolu 171 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1973/2004 (*4) għandha tinkludi l-informazzjoni kollha neċessarja sabiex tkun stabbilita l-eliġibilità għall-għajnuna, u b’mod partikolari:
Il-grupp tal-produtturi jista’ jiddikkjara biss artijiet agrikoli wżati għall-kultivazzjoni ta’ ħops u li jkunu ġew iddikjarati, fl-istess sena kalendarja, mill-membri tal-grupp tal-produtturi skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14(1) ta’ dan ir-Regolament. L-Istati Membri jistgħu jissimplifikaw il-proċedura tal-applikazzjoni billi jibagħtu formola tal-applikazzjoni stampata minn qabel li telenka l-artijiet kollha ddikjarati għal dak l-iskop mill-membri rispettivi tagħhom skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14(1) ta’ dan ir-Regolament.; |
|
9. |
fl-Artikolu 20, il-paragrafu li jmiss huwa miżjud: “L-ewwel paragrafu għandu japplika wkoll fir-rigward tal-applikazzjonijiet mill-bdiewa għall-iskema ta’ ħlas uniku skont l-Artikolu 34(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.”; |
|
10. |
L-Artikolu li jmiss jiddaħħal wara l-Artikolu 21: “Artikolu 21a Sottomissjoni tard ta’ applikazzjoni għall-iskema ta’ ħlas uniku 1. Mingħajr preġudizzju għall-każi ta’ force majeure u ċirkostanzi eċċezzjonali msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 34(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u permezz ta’ deroga mill-Artikolu 21 ta’ dan ir-Regolament, fl-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-iskema ta’ ħlas uniku skont it-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, fejn, fl-Istat Membru kkonċernat, applikazzjoni għall-allokazzjoni tad-drittijiet skont l-Artikolu 34(3) ta’ dak ir-Regolament u l-applikazzjoni waħdanija għal dik is-sena għandhom jitressqu flimkien mill-bidwi u fejn il-bidwi jressaq dawk l-applikazzjonijiet wara l-limitu ta’ żmien relevanti, għandu jiġi applikat tnaqqis ta’ 4 % għal kull ġurnata ta’ xogħol mill-ammonti li kellhom jitħallsu f’dik is-sena fir-rigward tad-drittijiet għal ħlas li kellhom jiġu allokati lill-bidwi. Jekk dan id-dewmien jeċċedi 25 ġurnata kalendarja, l-applikazzjoni għandha tiġi kkunsidrata inammissibbli u l-ebda drittijiet għall-ħlas ma għandhom jiġu allokati lill-bidwi. 2. Fejn, fl-Istati Membri kkonċernati, l-applikazzjoni għall-iskema ta’ ħlas uniku u l-applikazzjoni waħdanija għandhom jitressqu b’mod indipendenti minn xulxin, l-Artikolu 21 għandu japplika fir-rigward tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni waħdanija. F’dak il-każ, mingħajr preġudizzju għall-każi ta’ force majeure u ċirkostanzi eċċezzjonali msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 34(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni għall-iskema ta’ ħlas uniku skont dak l-Artikolu wara l-limitu ta’ żmien relevanti għandha twassal għal tnaqqis ta’ 3 % għal kull ġurnata xogħol fl-ammonti li kellhom jitħallsu fl-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-iskema ta’ ħlas uniku fir-rigward tad-drittijiet għall-ħlas li kellhom jiġu allokati lill-bidwi. Jekk id-dewmien jeċċedi 25 ġurnata kalendarja, l-applikazzjoni għandha tiġi kkunsidrata inammissibbli u l-ebda drittijiet għall-ħlas ma għandhom jiġu allokati lill-bidwi.”; |
|
11. |
il-punt li jmiss jiżdied mal-Artikolu 24(1):
|
|
12. |
il-punt li jmiss jiżdied mal-Artikolu 26(2):
|
|
13. |
fl-Artikolu 33 il-paragrafu li jmiss huwa miżjud: “5. Uċuħ tar-raba’ tal-qanneb li jitkabbar għall-fibra għandhom jibqgħu jiġu kkultivati taħt kondizzjonijiet normali ta’ tkabbir skont il-prattika lokali għall-anqas għaxart ijiem mid-data minn meta jispiċċa jwarrad sabiex il-kontrolli pprovduti fil-paragrafi 1, 2 u 3 ikunu jistgħu jsiru. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw qanneb li jitkabbar għall-fibra biex jinħasad wara li jibda jwarrad iżda qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ għaxart ijiem minn meta jispiċċa jwarrad, sakemm l-ispetturi jindikaw liema partijiet rappreżentattivi ta’ kull plott ikkonċernat għandhom ikomplu jkunu ikkultivati għall-anqas għaxart ijiem minn meta jispiċċa jwarrad għall-finijiet tal-ispezzjoni, skont il-metodu msemmi fl-Anness II.”; |
|
14. |
wara l-Artikolu 33, tiddaħħal is-subtaqsima li jmiss: “SUBTAQSIMA IIA KONTROLLI FUQ IL-POST TAL-APPLIKAZZJONIJIET GĦALL-GĦAJNUNA GĦALL-ĦLASIJIET TAL-ĦOPS MINN GRUPPI TA‘ PRODUTTURI RIKONOXXUTI Artikolu 33a Elementi tal-kontrolli fuq il-post Il-kontrolli fuq il-post imsemmija fl-Artikolu 26(2)(e) għandhom jitwettqu permezz tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 29, l-Artikolu 30(1), l-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 30(2), l-Artikolu 30(4) u l-Artikolu 32 mutatis mutandis. Dawk il-kontrolli fuq il-post għandhom jivverifikaw jekk il-kondizzjonijiet, kif ipprovduti fl-Artikolu 171 tar-Regolament (KE) Nru 1973/2004, humiex rispettati.”; |
|
15. |
il-punti li jmiss huma miżjuda fl-Artikolu 49(1):
|
|
16. |
L-Artikolu 50(6) jinbidel b’dan li ġej: “6. Il-kalkolu taż-żona massima eliġibbli għall-ħlasijiet lill-bdiewa li japplikaw għall-ħlas ta’ żona ta’ wċuħ tar-raba’ li tinħarat skont il-Kapitolu 10 tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandha ssir fuq il-bażi taż-żona ta’ art imwarrba stabbilita u fuq bażi pro rata għal kull prodott tar-raba’ kkonċernat. Madankollu, ħlasijiet għall-produtturi tal-għelejjel għandhom, fir-rigward taż-żona ta’ art imwarrba stabbilita, jitnaqqsu biss għal-livell li jikkorrispondi maż-żona li hija meħtieġa għall-produzzjoni ta’ 92 tunnellata ta’ ċereali, skont l-Artikolu 107(7) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.”; |
|
17. |
L-Artikolu 66 huwa emendat kif ġej:
|
|
18. |
L-Artikolu 71(2) huwa emendat kif ġej:
|
|
19. |
L-Artikolu li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 73: “Artikolu 73a Irkuprar ta’ drittijiet mhux mistħoqqa 1. Fejn, wara li jkunu ġew allokati d-drittijiet tal-ħlas lill-bdiewa skont ir-Regolament (KE) Nru 795/2004, jiġi stabbilit li ċerti drittijiet tal-ħlas ġew allokati b’mod mhux mistħoqq, il-bidwi kkonċernat għandu jrodd lura d-drittijiet allokati mhux mistħoqqa lir-riserva naturali msemmija fl-Artikolu 42 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. Fil-każ fejn il-bidwi kkonċernat, sadanittant, ikun ittrasferixxa drittijiet tal-ħlas lil bdiewa oħra, dawk li rċevew it-trasferiment għandhom ikunu marbuta wkoll bl-obbligu pprovdut fl-ewwel subparagrafu bi proporzjon għall-għadd ta’ drittijiet għall-ħlas li jkunu ġew ittrasferiti lilhom jekk il-bidwi li inizjalment ikunu ġew allokati lilu d-drittijiet għall-ħlas ma jkollux għadd biżżejjed ta’ drittijiet għall-ħlas għad-dispożizzjoni tiegħu. Id-drittijiet allokati b’mod mhux mistħoqq m’għandhomx jitqiesu li ġew allokati ab initio. 2. Fejn, wara li jkunu ġew allokati d-drittijiet għall-ħlas lill-bdiewa skont ir-Regolament (KE) Nru 795/2004, jiġi stabbilit li l-valur tad-drittijiet għall-ħlas hu għoli wisq, dak il-valur għandu jiġi aġġustat kif xieraq. Dak l-aġġustament għandu jitwettaq fir-rigward tad-drittijiet għall-ħlas li, sadanittant, ikunu ġew trasferiti lil bdiewa oħra. Il-valur tat-tnaqqis għandu jiġi allokat lir-riserva naturali msemmija fl-Artikolu 42 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. Id-drittijiet għall-ħlas għandhom jitqiesu daqs li kieku ġew allokati ab initio fil-valur li jirriżulta mill-aġġustament. 3. Fejn bidwi jkun ittrasferixxa kwalunkwe drittijiet għall-ħlas mingħajr ma qies it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 46(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, is-sitwazzjoni għandha tiġi stabbilita daqs li kieku it-trasferiment ma seħħx. 4. Ammonti mħallsa mhux mistħoqqa għandhom jiġu rkuprati skont l-Artikolu 73.”; |
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 796/2004 huwa kkoreġut kif ġej:
|
1. |
fl-Artikolu 13(8), punt (d), id-data “31 ta’ Mejju” tinbidel fi “15 ta’ Ġunju”; |
|
2. |
fit-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 21(2), it-termini “Artikolu 14(2)” jinbidlu fl-“Artikolu 15(2)”; |
|
3. |
L-Artikolu 65(2) jinbidel b’dan li ġej: “2. Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, azzjoni jew ommissjoni għandha tkun attribwita b’mod dirett lill-bidwi individwali li jkun ikkommetta n-nuqqas ta’ konformità u min, fil-ħin ta’ meta jseħħ in-nuqqas ta’ konformità inkwistjoni, ikun responsabbli tal-azjenda, taż-żona, tal-unità tal-produzzjoni jew tal-annimal ikkonċernat. Fejn l-azjenda, iż-żona, l-unità tal-produzzjoni jew l-annimal ikkonċernat ikunu ġew trasferiti lil bidwi wara li jkun beda’ jseħħ in-nuqqas ta’ konformità, dak li rċieva t-trasferiment għandu jinżamm responsabbli bl-istess mod fejn hu jkun żamm in-nuqqas ta’ konformità, dejjem jekk b’mod raġonevoli hu jkun seta’ induna b’dan u temm dak in-nuqqas ta’ konformità.” |
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2005.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika b’mod dirett lill-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Frar 2005.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(*1) ĠU L 160, 26.6.1999, p. 1.
(*2) ĠU L 215, 30.7.1992, p. 85.
(*3) ĠU L 160, 26.6.1999, p. 80.
(*4) ĠU L 345, 20.11.2004, p. 1.”
(*5) ĠU L 298, 23.9.2004, p. 3.”;
(1) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2217/2004 (ĠU L 375, 23.12.2004, p. 1).
(2) ĠU L 141, 30.4.2004, p. 18.