This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004R1691R(01)
Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1691/2004 tal- 24 ta’ Settembru 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2287/2003 fir-rigward tal-opportunitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Groenlandja ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 333 M, tal-11 ta' Diċembru 2008 )
Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1691/2004 tal- 24 ta’ Settembru 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2287/2003 fir-rigward tal-opportunitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Groenlandja ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 333 M, tal-11 ta' Diċembru 2008 )
OJ L 51M, 24.2.2009, pp. 25–27
(MT)
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/1691/corrigendum/2009-02-24/oj
|
24.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
25 |
Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1691/2004 tal-24 ta’ Settembru 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2287/2003 fir-rigward tal-opportunitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Groenlandja
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 333 M, tal-11 ta' Diċembru 2008 )
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1691/2004 għandu jaqra:
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1691/2004
tal-24 ta’ Settembru 2004
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2287/2003 fir-rigward ta' l-opportunitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Groenlandja
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1245/2004 tat-28 ta' Ġunju 2004 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jimmodifika r-Raba' Protokoll li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet dwar is-sajd kif previst fil-Ftehim dwar is-sajd bejn il-Komunitá Ekonomika Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern lokali tal-Groenlandja, min-naħa l-oħra (2) ġew stabbiliti l-possibbiltajiet tas-sajd għall-Komunità fl-ilmijiet tal-Groenlandja. Għandhom jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiġu implimentati r-riżultati ta' dak il-Ftehim. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2287/2003 tad-19 ta' Diċembru 2003 li jiffissa għas-sena 2004 l-opportunitajiet tas-sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati għal ċerti ħażniet ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut, applikabbli f'ibħra Komunitarji u, għal bastimenti Komunitarji, f'ibħra fejn huma meħtieġa limitazzjonijiet ta' qabdiet (3) għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness IC għar-Regolament (KE) Nru 2287/2003 għandu jiġi emendat skond l-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Settembru 2004.
Għall-Kunsill
Il-President
L. J. BRINKHORST
ANNESS
L-Anness IC għar-Regolament (KE) Nru 2287/2003 huwa emendat kif ġej:
|
(a) |
L-iskrizzjoni li ġejja għandha tiddaħħal qabel l-iskrizzjoni dwar l-ispeċi Kapelin fiż-żona V, XIV (l-ilmijiet tal-Groenlandja):
|
|||||||||||||||||||||
|
(b) |
L-iskrizzjoni rigward l-ispeċi tal-Merluzz fiż-żona I, II (l-ilmijiet Norveġiżi) għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(c) |
L-iskrizzjoni rigward l-ispeċi tal-Merluzz fiż-żona ta' l-ilmijiet tal-Groenlandja għandha tiddaħħal wara l-iskrizzjoni tal-Merluzz fiż-żona I, II b:
|
|||||||||||||||||||||
|
(d) |
L-iskrizzjoni rigward l-ispeċi tal-ħalibatt ta' l-Atlantiku fiż-żona V, XIV (l-ilmijiet tal-Groenlandja) tinbidel b'dan li ġej:
|
||||||||||||||||||
|
(e) |
L-iskrizzjoni li ġejja għandha tiddaħħal qabel l-iskrizzjoni rigward il-gamblu tat-Tramuntana fiż-żona V, XIV (l-ilmijiet tal-Groenlandja):
|
|||||||||||||||||||||
|
(f) |
L-iskrizzjoni rigward l-ispeċi tal-ħalibatt tal-Groenlandja fiż-żona V, XIV (l-ilmijiet tal-Groenlandja) għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:
|
|||||||||||||||||||||
|
(g) |
L-iskrizzjoni li ġejja għandha tiddaħħal qabel l-iskrizzjoni dwar il-ħuta ċatta fiż-żona Vb (l-ilmijiet tal-Faroe):
|
|||||||||||||||
(1) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.
(3) ĠU L 344, 31.12.2003, p. 1.
(4) Li minnhom 200 tunnellata li għandu jsir sajd għalihom bil-konzijiet biss, huma allokati lin-Norveġja.
(5) Jekk il-qabdiet sekondarji tal-ħalibatt ta’ l-Atlantiku f’sajd bit-tkarkir għall-merluzz u r-redfish jimplikaw qbiż ta’ din il-kwota, l-awtoritajiet tal-Groenlandja ser jipprovdu soluzzjonijiet bl-effett li s-sajd Komunitarju għall-merluzz u r-redfish jkun jista' xorta jitkompla sakemm il-kwoti rispettivi jiġu eżawriti.”
(6) Li minnhom 800 tunnellata huma allokati lin-Norveġja u 150 tunnellata huma allokati lill-Gżejjer Faroe.”
(7) Qabdiet sekondarji kkombinati ta' merluzz, carfish, rebekkin, ling u tusk. Il-kwantitajiet tal-qabdiet sekondarji tal-merluzz m'għandhomx jeċċedu 100 tunnellata. Jista' jsir sajd għalihom fis-sub-żona XIV u V (l-ilmijiet tal-Groenlandja).”