This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32002R1802
Commission Regulation (EC) No 1802/2002 of 10 October 2002 correcting Regulation (EC) No 1282/2002 amending Annexes to Council Directive 92/65/EEC laying down animal health requirements governing trade in and imports into the Community of animals, semen, ova and embryos not subject to animal health requirements laid down in specific Community rules referred to in Annex A(1) to Directive 90/425/EEC (Text with EEA relevance)
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1802/2002 ta’ l-10 ta’ Ottubru 2002 li jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 1282/2002 li jemenda l-Annessi għad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE li tistabbilixxi r-rekwiżiti dwar is-saħħa ta’ l-annimali fir-regolamentazzjoni tal-kummerċ fil- u l-importazzjoni għal ġol-Komunità ta’ annimali, sperma, ova u embrijoni li mhumiex suġġetti għar-rekwiżiti dwar is-saħħa ta’ l-annimali stabbiliti f’Regoli speċifiċi tal-Komunità msemmija fl-Anness A(1) għad-Direttiva 90/425/KEETest b’rilevanza għaż-ŻEE
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1802/2002 ta’ l-10 ta’ Ottubru 2002 li jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 1282/2002 li jemenda l-Annessi għad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE li tistabbilixxi r-rekwiżiti dwar is-saħħa ta’ l-annimali fir-regolamentazzjoni tal-kummerċ fil- u l-importazzjoni għal ġol-Komunità ta’ annimali, sperma, ova u embrijoni li mhumiex suġġetti għar-rekwiżiti dwar is-saħħa ta’ l-annimali stabbiliti f’Regoli speċifiċi tal-Komunità msemmija fl-Anness A(1) għad-Direttiva 90/425/KEETest b’rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 274, 11.10.2002, p. 21–21
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021
Official Journal L 274 , 11/10/2002 P. 0021 - 0021
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1802/2002 ta’ l-10 ta’ Ottubru 2002 li jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 1282/2002 li jemenda l-Annessi għad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE li tistabbilixxi r-rekwiżiti dwar is-saħħa ta’ l-annimali fir-regolamentazzjoni tal-kummerċ fil- u l-importazzjoni għal ġol-Komunità ta’ annimali, sperma, ova u embrijoni li mhumiex suġġetti għar-rekwiżiti dwar is-saħħa ta’ l-annimali stabbiliti f’Regoli speċifiċi tal-Komunità msemmija fl-Anness A(1) għad-Direttiva 90/425/KEE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi rekwiżiti dwar is-saħħa ta’ l-annimali fir-regolamentazzjoni tal-kummerċ u l-importazzjoni għal ġol-Komunità ta’ annimali, sperma, ova u embrijoni li mhumiex suġġetti għar-rekwiżiti dwar is-saħħa ta’ l-annimali stabbiliti f’Regoli speċifiċi tal-Komunità msemmija fl-Anness A(1) għad-Direttiva 90/425/KEE [1], kif l-aħħar emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1282/2002 [2], u partikolarment l-Artikolu 22 tagħha. Billi: (1) Ir-Regolament (KE) Nru 1282/2002 kien adottat fil-15 ta’ Lulju 2002 biex jemenda d-Direttiva 92/65/KEE. (2) Biex ikun żgurat li jkun hemm perjodu xieraq biex id-dispożizzjonijiet emendati jiġu implimentati fl-Istati Membri kollha, id-data dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1282/2002 kellha tiġi stabbilita. (3) Madankollu, waqt il-proċess ta’ l-adozzjoni, id-dispożizzjoni li tistabbilixxi dik id-data tħalliet barra. (4) Ir-Regolament (KE) Nru 1282/2002 għandu għalhekk jiġi korrett minn dan l-aspett. (5) Huwa meħtieġ li l-korrezzjoni tibda sseħħ mid-data li jidħol fis-seħħ ir-Regolament (KE) Nru 1282/2002. (6) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 Fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1282/2002, jiddaħħal it-tieni paragrafu li ġej: "Għandu jkun japplika mill-1 ta’ Marzu 2003." L-Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu jkun japplika mill-5 ta’ Awwissu 2002. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-10 ta’ Ottubru 2002. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 268, ta’ l-14.9.1992, p. 54. [2] ĠU L 187, tas-16.7.2002, p. 3. --------------------------------------------------