Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32026D0448

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/448 tas-27 ta’ Frar 2026 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/2323 fir-rigward tal-aġġornamenti tal-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti

C/2026/1244

ĠU L, 2026/448, 2.3.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/448/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/448/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/448

2.3.2026

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/448

tas-27 ta’ Frar 2026

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/2323 fir-rigward tal-aġġornamenti tal-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2013 dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u d-Direttiva 2009/16/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16(4) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 6(2), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 jesiġi li s-sidien tal-bastimenti jiżguraw li l-bastimenti li jkunu se jiġu riċiklati, ikunu riċiklati biss f’faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li huma inklużi fil-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti (“il-Lista Ewropea”) ippubblikata skont l-Artikolu 16(2) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Il-Lista Ewropea hija stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2323 (2).

(3)

Id-data tal-iskadenza għall-inklużjoni fil-Lista Ewropea ta’ UAB APK, faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li tinsab fil-Litwanja, hija t-12 ta’ Marzu 2025. Il-Kummissjoni rċeviet informazzjoni mingħand l-awtoritajiet kompetenti fil-Litwanja li l-awtorizzazzjoni mogħtija lil dik il-faċilità biex twettaq ir-riċiklaġġ tal-bastimenti ġiet imġedda għal perjodu ta’ 5 snin qabel l-iskadenza tagħha, f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013. L-awtoritajiet kompetenti nnotifikaw ukoll dimensjonijiet massimi ġodda tal-bastimenti li l-faċilità tista’ taċċetta. Għalhekk jenħtieġ li l-Lista Ewropea tiġi aġġornata biex tirrifletti dawk il-bidliet.

(4)

Id-data tal-iskadenza għall-inklużjoni fil-Lista Ewropea ta’ DDR VESSELS XXI, S.L., faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li tinsab fi Spanja, hija t-28 ta’ Lulju 2025. Il-Kummissjoni rċeviet informazzjoni mingħand l-awtoritajiet kompetenti fi Spanja li l-awtorizzazzjoni mogħtija lil dik il-faċilità biex twettaq ir-riċiklaġġ tal-bastimenti ġiet imġedda għal perjodu ta’ 5 snin f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013. Għalhekk jenħtieġ li l-Lista Ewropea tiġi aġġornata biex tirrifletti dik il-bidla.

(5)

Id-data tal-iskadenza għall-inklużjoni fil-Lista Ewropea ta’ Metruna OÜ, faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li tinsab fl-Estonja, hija l-15 ta’ Frar 2026. Il-Kummissjoni rċeviet informazzjoni mingħand l-awtoritajiet kompetenti fl-Estonja li l-awtorizzazzjoni mogħtija lil dik il-faċilità biex twettaq ir-riċiklaġġ tal-bastimenti ġiet imġedda għal perjodu ta’ 5 snin qabel l-iskadenza tagħha, f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013. Għalhekk jenħtieġ li l-Lista Ewropea tiġi aġġornata biex tirrifletti dik il-bidla.

(6)

Id-data tal-iskadenza għall-inklużjoni fil-Lista Ewropea ta’ Smedegaarden A/S, faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li tinsab fid-Danimarka, hija l-11 ta’ Marzu 2026. Il-Kummissjoni rċeviet informazzjoni mingħand l-awtoritajiet kompetenti fid-Danimarka li l-awtorizzazzjoni mogħtija lil dik il-faċilità biex twettaq ir-riċiklaġġ tal-bastimenti ġiet imġedda għal perjodu ta’ 5 snin qabel l-iskadenza tagħha, f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013. Għalhekk jenħtieġ li l-Lista Ewropea tiġi aġġornata biex tirrifletti dik il-bidla.

(7)

L-awtoritajiet kompetenti fil-Ġermanja infurmaw lill-Kummissjoni li l-faċilità l-ġdida ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti EWD Benli Recycling GmbH & Co. KG li tinsab fil-Ġermanja ġiet awtorizzata f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013. L-awtoritajiet kompetenti pprovdew lill-Kummissjoni l-informazzjoni rilevanti kollha biex dik il-faċilità tiġi inkluża fil-Lista Ewropea. Għalhekk jenħtieġ li EWD Benli Recycling GmbH & Co. KG tiġi inkluża fil-Lista Ewropea.

(8)

Id-data tal-iskadenza għall-inklużjoni fil-Lista Ewropea ta’ Harland and Wolff (Belfast) Ltd, faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li tinsab fl-Irlanda ta’ Fuq, hija s-16 ta’ Ġunju 2025. Il-Kummissjoni ġiet infurmata mill-awtoritajiet kompetenti fir-Renju Unit – l-Irlanda ta’ Fuq li s-sid tal-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti nbidel. Madankollu, il-Kummissjoni ma rċevietx informazzjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013. Għalhekk jenħtieġ li Harland and Wolff (Belfast) Ltd titneħħa mil-Lista Ewropea.

(9)

Id-data tal-iskadenza għall-inklużjoni fil-Lista Ewropea ta’ Turun Korjaustelakka Oy (Turku Repair Yard Ltd), faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li tinsab fil-Finlandja, hija l-14 ta’ Diċembru 2025. L-awtorità kompetenti fil-Finlandja infurmat lill-Kummissjoni li l-awtorizzazzjoni mhux se tiġġedded fuq talba tal-faċilità. Għalhekk jenħtieġ li Turun Korjaustelakka Oy (Turku Repair Yard Ltd) titneħħa mil-Lista Ewropea.

(10)

Id-data tal-iskadenza għall-inklużjoni fil-Lista Ewropea ta’ Avsar Gemi Söküm San. Dis Tic. Ltd. Şti., faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li tinsab fit-Turkija, hija t-2 ta’ Diċembru 2025. Il-Kummissjoni rċeviet informazzjoni mingħand il-faċilità li din tixtieq iġġedded l-inklużjoni tagħha fil-Lista Ewropea f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013. Wara li vvalutat l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn li ġew ipprovduti u li nġabru f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, inkluż permezz ta’ spezzjoni, il-Kummissjoni tqis li l-faċilità tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 13 ta’ dak ir-Regolament biex twettaq ir-riċiklaġġ tal-bastimenti u biex tiġi inkluża fil-Lista Ewropea. Għalhekk jenħtieġ li l-Lista Ewropea tiġi aġġornata biex tirrifletti dik il-bidla.

(11)

Il-Kummissjoni wettqet spezzjoni ta’ Dortel Gemi Söküm Demir Celik Sanayi Ve Tic Ltd. Şti., faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li tinsab fit-Turkija, f’konformità mal-Artikolu 15(4) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, li ma setgħetx tikkonferma li l-faċilità inkwistjoni għadha konformi mar-rekwiżiti rilevanti tal-Artikolu 13(1), b’mod partikolari l-punt (g) ta’ dak l-Artikolu. Il-faċilità qatgħet il-buq primarju waqt li kien fuq ix-xatt mingħajr art impermeabbli u mingħajr l-użu ta’ kollettur tal-gagazza. Barra minn hekk, il-faċilità ma ħaditx biżżejjed miżuri biex tiġbor u trażżan il-materjal kollu tal-iskart iġġenerat matul il-proċess tar-riċiklaġġ tal-bastimenti ħalli tipprevjeni milli dan jispiċċa fil-baħar jew fl-inħawi tal-madwar. Għalhekk jenħtieġ li Dortel Gemi Söküm Demir Celik Sanayi Ve Tic Ltd. Şti. titneħħa mil-Lista Ewropea.

(12)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/2323 tiġi emendata kif xieraq.

(13)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/2323 huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Frar 2026.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 330, 10.12.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1257/oj.

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2323 tad-19 ta’ Diċembru 2016 li tistabbilixxi l-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti (ĠU L 345, 20.12.2016, p. 119, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2016/2323/oj).


ANNESS

“ANNESS

Il-Lista Ewropea tal-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti msemmija fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Parti A

Faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li jinsabu fi Stat Membru

Isem il-faċilità

Il-metodu tar-riċiklaġġ

It-tip u d-daqs ta’ bastimenti li jistgħu jiġu riċiklati

Limitazzjonijiet u kundizzjonijiet li l-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti topera taħthom, inkluż fir-rigward tal-immaniġġjar tal-iskart perikoluż

Dettalji dwar il-proċedura espliċita jew taċita għall-approvazzjoni tal-pjan għar-riċiklaġġ tal-bastimenti mill-awtorità kompetenti (1)

Ammont massimu annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti, ikkalkulat bħala s-somma tal-piż tal-bastimenti li jkunu ġew riċiklati f’sena partikolari f’dik il-faċilità, espress bħala LDT (2)

Data tal-iskadenza tal-inklużjoni fil-Lista Ewropea (3)

IL-BELĠJU

NV Galloo

Scheepszatestraat 9

9000 Gent

IL-BELĠJU

Tel. +32 92512521

Email: peter.wyntin@galloo.com

Laterali (irmiġġ fl-ilma), rampa

Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

Tul: 366 metru

 

Wisa’: 49 metru

 

Pixka: 14,5-il metru

 

Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 30 jum

34 000  (4)

Il-31 ta’ Marzu 2030

ID-DANIMARKA

FAYARD A/S

Kystvejen 100

5330 Munkebo

ID-DANIMARKA

www.fayard.dk

Tel. +45 75920000

Email: fayard@fayard.dk

Baċir imbattal mill-ilma

Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

Tul: 415-il metru

 

Wisa’: 90 metru

 

Pixka: 7,8 metri

Il-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti hija rregolata f’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli u mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Permess Ambjentali tas-7 ta’ Novembru 2018 maħruġ mill-Muniċipalità ta’ Kerteminde. Il-Permess Ambjentali jinkludi l-kundizzjonijiet għas-sigħat ta’ operat, il-kundizzjonijiet ta’ operat speċjali, il-maniġġ u l-ħżin tal-iskart u jinkludi wkoll kundizzjoni li l-attività trid titwettaq f’baċir imbattal mill-ilma.

Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 14-il jum.

916,34  (5)

It-22 ta’ Mejju 2028

Fornæs ApS

Rolshøjvej 12-16

8500 Grenaa

ID-DANIMARKA

www.fornaes.com

Tel. +45 86326393

Email: recycling@fornaes.dk

Laterali, baċir imbattal mill-ilma

Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

Tul: 150 metru

 

Wisa’: 25 metru

 

Pixka: 7 metri

 

Tunnellaġġ gross (GT, gross tonnage): 10 000

Il-muniċipalità ta’ Norddjurs għandha d-dritt li talloka l-iskart perikoluż lil faċilitajiet ta’ akkoljenza approvati mil-lat ambjentali.

Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 14-il jum.

30 000  (6)

It-12 ta’ Mejju 2026

Jatob Frederikshavn ApS

Langerak 12

9900 Frederikshavn

ID-DANIMARKA

www.jatob.dk

Tel. +45 86681689

Email: post@jatob.dk mathias@jatob.dk

Laterali, skal

Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

Tul: 150 metru

 

Wisa’: 30 metru

 

Pixka: 6 metri

Il-maniġġ u l-ħżin ta’ frazzjonijiet tal-iskart huma diskrezzjoni tal-Awtorizzazzjoni Ambjentali. Il-ħżin intermedju tal-iskart perikoluż jista’ jseħħ fis-sit għal massimu ta’ sena.

Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 14-il jum.

20 000  (7)

Is-16 ta’ Settembru 2029

Modern American Recycling Services Europe (M.A.R.S)

Sandholm 60

9900 Frederikshavn

ID-DANIMARKA

www.modernamericanrecyclingservices.com/

Tel. +45 30307763

Email: kim@mars-eu.dk

Skal

Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

Tul: 400 metru Wisa’: 90 metru Pixka: 14-il metru

Il-kundizzjonijiet li l-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti topera taħthom huma definiti fil-Permess Ambjentali tad-9 ta’ Marzu 2018 u fl-Addendum tal-Permess Ambjentali tat-12 ta’ Lulju 2022 maħruġ mill-Muniċipalità ta’ Frederikshavn.

Il-Muniċipalità ta’ Frederikshavn għandha d-dritt li talloka l-iskart perikoluż lil faċilitajiet ta’ akkoljenza approvati mil-lat ambjentali.

Il-faċilità ma tridx taħżen l-iskart perikoluż għal aktar minn sena.

Approvazzjoni taċita, b’perjodu ta’ rieżami ta’ 14-il jum.

60 000  (8)

Is-27 ta’ Jannar 2028

Smedegaarden A/S

Vikingkaj 5

6700 Esbjerg

ID-DANIMARKA

www.smedegaarden.net

Tel. +45 75128888

Email: m@smedegaarden.net

Sit web: www.smedegaarden.net

Laterali, skal

Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

Tul: 200 metru*

 

Wisa’: 48 metru

 

Pixka: 7,5 metri

(*Jekk it-tul > 170 metru, aċċettazzjoni mill- Muniċipalità ta’ Esbjerg hija meħtieġa)

Il-kundizzjonijiet li l-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti topera taħthom huma definiti fil-Permess Ambjentali tal-4 ta’ Ġunju 2015.

Il-Muniċipalità ta’ Esbjerg għandha d-dritt li talloka l-iskart perikoluż lil faċilitajiet ta’ akkoljenza approvati mil-lat ambjentali.

Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 14-il jum

20 000  (9)

L-1 ta’ Novembru 2030

L-ESTONJA

Metruna OÜ

Kopli 103

11712 Tallinn

L-ESTONJA

Tel. +372 6102933

Faks: +372 6102444

Email: info@metruna.ee

www.metruna.ee

F’wiċċ l-ilma mal-moll u fil-baċir li jżomm f’wiċċ l-ilma

Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

Tul: 197 metru

 

Wisa’: 32 metru

 

Pixka: 9,6 metri

Permess Nru KL-511809 għall-iskart. Liċenzja Nru 0546 għall-immaniġġjar tal-iskart perikoluż. Regoli tal-Port ta’ Vene-Balti, Manwal dwar ir-Riċiklaġġ tal-Bastimenti MSR-Refonda. Sistema ta’ Mmaniġġjar Ambjentali, Immaniġġjar tal-iskart EP 4.4.6-1-13

Il-faċilità tista’ tirriċikla biss il-materjali perikolużi li għalihom ġiet liċenzjata.

Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 30 jum.

0  (10)

L-10 ta’ Awwissu 2030

SPANJA

DESGUACE INDUSTRIAL Y NAVAL, S.L.U. (DINA)

Vega de Tapia, s/n

48903 Barakaldo-Bizkaia

SPANJA

Tel. +34 944971552

Email: dina@dinascrapping.com

www.redena.es

Laterali, rampa għaż-żarmar

Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

Tul: 120 metru

 

Wisa’: 20 metru

 

Pixka: 6 metri

Il-limitazzjonijiet huma inklużi fl-awtorizzazzjoni ambjentali integrata.

Approvazzjoni taċita. L-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni hija l-awtorità ambjentali tal-Komunità Awtonoma fejn tkun tinsab il-faċilità.

2 086  (11)

It-3 ta’ Marzu 2026

DDR VESSELS XXI, S.L.

Il-port ta’ “El Musel”

33212 Gijon

SPANJA

Tel. +34 630144416

Email: abarredo@ddr-vessels.com

Laterali, rampa għaż-żarmar

Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

Tul: 169,9 metru

(Bastimenti b’daqs ikbar minn dan li waqt l-operat tagħhom ma jkollhomx riskju li jinqalbu jew inkella li r-rampa tagħhom ma tiċċaqlaqx jistgħu jiġu aċċettati skont l-eżitu ta’ studju dettaljat tal-fattibbiltà)

Wisa’: 25 metru

Il-limitazzjonijiet huma inklużi fl-awtorizzazzjoni ambjentali integrata.

Approvazzjoni taċita. L-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni hija l-awtorità ambjentali tal-Komunità Awtonoma fejn tkun tinsab il-faċilità.

3 600  (12)

Id-19 ta’ Awwissu 2030

FRANZA

Démonaval Recycling

ZI du Malaquis

Rue François Arago

76580 Le Trait

FRANZA

Tel. +33 769791280

Email:

patrick@demonaval-recycling.fr

Laterali, baċir imbattal mill-ilma

Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

Tul: 140 metru

 

Wisa’: 25 metru

 

Fond: 5 metri

Il-limitazzjonijiet ambjentali huma definiti fl-awtorizzazzjoni prefettorali.

Approvazzjoni espliċita – L-awtorità kompetenti għad-deċiżjoni tal-approvazzjoni hija l-Ministru għall-Ambjent

1 500  (13)

Il-21 ta’ Settembru 2027

GARDET & DE BEZENAC Recycling / Groupe BAUDELET ENVIRONNEMENT – GIE MUG

616 boulevard Jules Durand

76600 Le Havre

FRANZA

Tel. +33 235951634

Email: normandie@baudelet.fr

Li jżomm f’wiċċ l-ilma u fl-iskal

Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

Tul: 150 metru

 

Wisa’: 18-il metru

 

Fond: 7 metri

 

LDT: 7 000

Il-limitazzjonijiet ambjentali huma definiti fl-awtorizzazzjoni prefettorali.

Approvazzjoni espliċita – L-awtorità kompetenti għad-deċiżjoni tal-approvazzjoni hija l-Ministru għall-Ambjent.

7 730  (14)

Id-29 ta’ Diċembru 2026

Grand Port Maritime de Bordeaux

152 Quai de Bacalan – CS 41320

33082 Bordeaux Cedex

FRANZA

Tel. +33 556905800

Email: maintenance@bordeaux-port.fr

Laterali, baċir imbattal mill-ilma

Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

Tul: 240 metru

 

Wisa’: 37 metru

 

Fond: 17-il metru

Il-limitazzjonijiet ambjentali huma definiti fl-awtorizzazzjoni prefettorali.

Approvazzjoni espliċita – L-awtorità kompetenti għad-deċiżjoni tal-approvazzjoni hija l-Ministru għall-Ambjent.

9 000  (15)

Is-27 ta’ Settembru 2026

Recycleurs Bretons – Navaléo

170 rue Jacqueline Auriol

29470 Guipavas

FRANZA

Tel. +33 298032998

Email: navaleo@navaleo.fr

Laterali, baċir imbattal mill-ilma

Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

Tul: 220 metru

 

Wisa’: 24 metru

 

Fond: 10 metri

Il-limitazzjonijiet ambjentali huma definiti fl-awtorizzazzjoni prefettorali.

Approvazzjoni espliċita – L-awtorità kompetenti għad-deċiżjoni tal-approvazzjoni hija l-Ministru għall-Ambjent.

15 000  (16)

L-24 ta’ Mejju 2026

IL-ĠERMANJA

EWD Benli Recycling GmbH & Co. KG

Schiffbauerdamm 4

26725 Emden

IL-ĠERMANJA

Tel. +49 4921850

Email:

ewd@benli-recycling.com

https://ewd-benli-recycling.com/

Laterali, baċir li jżomm f’wiċċ l-ilma u mbattal mill-ilma: Azzjonijiet preparatorji (tneħħija ta’ sustanzi perikolużi, estrazzjoni ta’ likwidi, operazzjonijiet ta’sguxxar, tneħħija ta’ spare parts)

Baċir li jżomm f’wiċċ l-ilma u mbattal mill-ilma: L-użu ta’ preshredder

Fuq l-art: skrappjar

Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

Tul: 260 metru

 

Wisa’: 30 metru

 

Pixka: 8,5 metri

 

Tunnellaġġ gross (GT, gross tonnage): 40 000

Approvazzjoni skont l-Att Federali dwar il-Kontroll tal-Emmissjonijiet (BImSchG) tat-30 ta’ April 2025

(Az. OL24-162-01)

b’rabta mal-approvazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tat-3 ta’ Novembru 2025

(Az.: 36 - 62807/0/070-0003)

Approvazzjoni espliċita

0  (17)

It-2 ta’ Novembru 2030

L-ITALJA

San Giorgio del Porto S.p.A.

Calata Boccardo 8

16128 Genova

L-ITALJA

Tel. +39 10251561

Email:segreteria@sgdp.it;

sangiorgiodelporto@legalmail.it

www.sgdp.it

Laterali, baċir imbattal mill-ilma

Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

Tul: 350 metru

 

Wisa’: 75 metru

 

Fond: 16-il metru

 

Tunnellaġġ gross (GT, gross tonnage): 130 000

Il-limitazzjonijiet u r-restrizzjonijiet huma inklużi fl-awtorizzazzjoni ambjentali integrata.

Approvazzjoni espliċita

38 564  (18)

Is-6 ta’ Ġunju 2028

IL-LITWANJA

UAB APK

Minijos 180 (irmiġġ 133 A)

LT-93269 Klaipėda

IL-LITWANJA

Tel. +370 67111652 / + 370 69871077

Email: uab.apk@gmail.com

Laterali (irmiġġ fl-ilma)

Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

Tul: 80 metru

 

Wisa’: 16-il metru

 

Pixka: 5 metri

 

Tunnellaġġ gross (GT, gross tonnage): 2 000

Ara l-permess nazzjonali Nru TL-KL.1-15/2015

Approvazzjoni espliċita – notifika bil-miktub fi żmien 30 jum ta’ xogħol

1 500  (19)

It-12 ta’ Marzu 2030

UAB Armar

Minijos 180 (irmiġġ 131 A)

LT-93269, Klaipėda,

IL-LITWANJA

Tel. +370 68532607

Email: armar.uab@gmail.com

Laterali (irmiġġ fl-ilma)

Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

Tul: 80 metru

 

Wisa’: 16-il metru

 

Pixka: 5 metri

 

Tunnellaġġ gross (GT, gross tonnage): 1 500

Ara l-permess nazzjonali Nru TL-KL.1-51/2017

Approvazzjoni espliċita – notifika bil-miktub fi żmien 30 jum ta’ xogħol

3 910  (20)

It-12 ta’ April 2027

IN-NETHERLANDS

Damen Verolme Rotterdam B.V.

Prof. Gerbrandyweg 25

3197 KK Rotterdam

IN-NETHERLANDS

Tel. +31 181234353

Email: hein.mangroe@damen.com

Azzjonijiet preparatorji mal-moll, imqiegħed f’baċir imbattal mill-ilma għall-iskrappjar

Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

Tul: 400 metru

 

Wisa’: 90 metru

 

Fond: 12-il metru

 

Għoli: 90 metru

Is-sit għandu permess biex jopera; dan il-permess għandu limitazzjonijiet u kundizzjonijiet biex jopera mingħajr ma jkun ta’ ħsara għall-ambjent.

Approvazzjoni espliċita

0  (21)

Il-21 ta’ Mejju 2026

DECOM Amsterdam B.V.

Siciliëweg 10

1045 AS Amsterdam

IN-NETHERLANDS

Tel. +31 235581937

Email: info@decomamsterdam.nl

Azzjonijiet preparatorji mal-moll, imtella’ fuq l-art għall-iskrappjar

Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

Tul: 240 metru

 

Wisa’: 50 metru

 

Pixka: 9 metri

Is-sit għandu permess biex jopera; dan il-permess għandu limitazzjonijiet u kundizzjonijiet biex jopera mingħajr ma jkun ta’ ħsara għall-ambjent.

Approvazzjoni espliċita

17 500  (22)

Il-5 ta’ Ottubru 2026

Hoondert Services & Decommissioning B.V.

Spanjeweg 4

4455 TW Nieuwdorp

IN-NETHERLANDS

Tel. +31 113352510

Email: info@hsd.nl

Azzjonijiet preparatorji mal-moll, imtella’ fuq l-art għall-iskrappjar

Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

Tul: 175 metru

 

Wisa’: 40 metru

 

Fond: 10 metri

Is-sit għandu permess biex jopera; dan il-permess għandu limitazzjonijiet u kundizzjonijiet biex jopera mingħajr ma jkun ta’ ħsara għall-ambjent.

Approvazzjoni espliċita

30 000  (23)

Is-26 ta’ Jannar 2026

Sagro Aannemingsmaatschappij

Zeeland B.V.

Estlandweg 10

4455 SV Nieuwdorp

IN-NETHERLANDS

Tel. +31 113351710

Email: info@sagro.nl

Azzjonijiet preparatorji mal-moll, imtella’ fuq l-art għall-iskrappjar

Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

Tul: 120 metru

 

Wisa’: 20 metru

 

Fond: 6 metri

Is-sit għandu permess biex jopera; dan il-permess għandu limitazzjonijiet u kundizzjonijiet biex jopera mingħajr ma jkun ta’ ħsara għall-ambjent.

Approvazzjoni espliċita

15 000  (24)

Is-27 ta’ Settembru 2029

IN-NORVEĠJA

Arise Recycling AS (li qabel kienet ADRS Decom Gulen)

Indirizz tal-faċilità:

Sløvågen 2,

5960 Dalsøyra,

IN-NORVEĠJA

Indirizz tal-uffiċċju:

Statsminister Michelsens vei 38,

5230 Paradis,

IN-NORVEĠJA

https://adrs.no/

Laterali, skal, baċir imbattal mill-ilma/baċir mimli bl-ilma

Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013.

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

Tul: 360 metru

 

Wisa’: Bla limitu

 

Fond: Bla limitu

Ara l-permess nazzjonali Nru 2019.0501.T

Approvazzjoni espliċita

0  (25)

L-20 ta’ Lulju 2029

AF Offshore Decom

Raunesvegen 597

5578 Nedre Vats

IN-NORVEĠJA

https://afgruppen.com/Decommissioning

Laterali, mal-moll

Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

Tul: 500 metru

 

Wisa’: bla limitu

 

Fond: bla limitu

Ara l-permess nazzjonali Nru 2005.0038.T

Approvazzjoni espliċita

31 000  (26)

L-10 ta’ Diċembru 2028 (27)

Green Yard AS

Angholmsveien 304

4485 Feda,

IN-NORVEĠJA

Tel. +47 90098185

www.greenyard.no

Baċir imbattal mill-ilma (ġewwa), skal

Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

Tul: 230 metru

 

Wisa’: 25 metru

 

Fond: 20 metru

Ara l-permess nazzjonali Nru 2018.0833.T

L-operazzjonijiet ewlenin ta’ żarmar iridu jsiru fuq ġewwa.

L-uniċi operazzjonijiet ta’ żarmar u ta’ qtugħ li jitħallew isiru fil-beraħ huma l-operazzjonijiet żgħar meħtieġa biex jitwaħħlu l-bastimenti mal-faċilità ta’ fuq ġewwa. Għal aktar dettalji ara l-permess.

Approvazzjoni espliċita

30 000  (28)

L-10 ta’ Diċembru 2028 (29)

Green Yard Kleven AS

6065 Ulsteinvik

IN-NORVEĠJA

www.kleven.no

Laterali, skal

Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

Tul: 170 metru

 

Wisa’: 35 metru

 

Fond: Bla limitu

Ara l-permess nazzjonali Nru 2021.0011.T

Approvazzjoni espliċita

0  (30)

Id-9 ta’ April 2026

Fosen Gjenvinning AS

Stokksundveien 1432,

7177 Revsnes

IN-NORVEĠJA

Tel. +47 40039 479

Email: knut@fosengjenvinning.no

Laterali

Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, għajr il-pjattaformi li ma jegħrqux jew il-bastimenti użati għall-estrazzjoni ta’ idrokarburi

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

Tul: 150 metru

 

Wisa’: 20 metru

 

Fond: 7 metri

Ara l-permess nazzjonali Nru 2006.0250.T

Approvazzjoni espliċita

8 000  (31)

L-10 ta’ Diċembru 2028 (32)

Aker Solutions AS (Stord)

Eldøyane 59

5411 Stord

IN-NORVEĠJA

www.kvaerner.com

Laterali (irmiġġ fl-ilma), skal

Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

Tul: 230 metru

 

Wisa’: Bla limitu

 

Fond: Bla limitu

Ara l-permess nazzjonali Nru 2013.0111.T

Approvazzjoni espliċita

60 000  (33)

L-10 ta’ Diċembru 2028 (34)

Norscrap West AS

Hanøytangen 122

5310 Hauglandhella

IN-NORVEĠJA

www.norscrap.no

Skal li jżomm f’wiċċ l-ilma. Barra minn hekk, huwa fakultattiv skont il-kumplessità: 1. Żarmar mal-moll u skrappjar sussegwenti fuq artijiet impermeabbli b’sistema effettiva ta’ drenaġġ. 2. Baċir imbattal mill-ilma

Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

Tul: 150 metru

 

Wisa’: 34 metru

 

Pixka: 5 metri / tiżdied skont il-metodu ta’ riċiklaġġ.

Ara l-permess nazzjonali Nru 2017.0864.T

Massimu ta’ 8 000 LDT fuq skal li jżomm f’wiċċ l-ilma. Il-bastimenti li jaqbżu t-8 000 LDT iridu jiġu żarmati bl-użu ta’ metodu ieħor ta’ riċiklaġġ

Approvazzjoni espliċita

25 000  (35)

L-10 ta’ Diċembru 2028 (36)

Parti B

Faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li jinsabu f’pajjiż terz

Isem il-faċilità

Il-metodu tar-riċiklaġġ

It-tip u d-daqs ta’ bastimenti li jistgħu jiġu riċiklati

Limitazzjonijiet u kundizzjonijiet li l-faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti topera taħthom, inkluż fir-rigward tal-immaniġġjar tal-iskart perikoluż

Dettalji dwar il-proċedura espliċita jew taċita għall-approvazzjoni tal-pjan għar-riċiklaġġ tal-bastimenti mill-awtorità kompetenti (37)

Ammont massimu annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti, ikkalkulat bħala s-somma tal-piż tal-bastimenti li jkunu ġew riċiklati f’sena partikolari f’dik il-faċilità, espress bħala LDT (38)

Data tal-iskadenza tal-inklużjoni fil-Lista Ewropea (39)

IT-TURKIJA

Avsar Gemi Sokum San. Dis Tic. Ltd. Sti.

Gemi Söküm Tesisleri

Parcel 5 Aliağa

İzmir 35800

IT-TURKIJA

Tel. +90 23261821-07/08/09

Email: info@avsargemiltd.com

Ħatt l-art

Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, għajr il-pjattaformi li ma jegħrqux.

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

Tul: bla limitu

 

Wisa’: 50 metru

 

Pixka: 15-il metru

Is-sit għandu Permess għaż-Żarmar tal-Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għall-Ambjent, l-Urbanizzazzjoni u t-Tibdil fil-Klima, u Ċertifikat ta’ Awtorizzazzjoni għaż-Żarmar tal-Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, li fihom limitazzjonijiet u kundizzjonijiet li l-faċilità topera taħthom.

Approvazzjoni espliċita mill-Ministeru għat-Trasport.

51 408  (40)

Il-5 ta’ Marzu 2031

ANADOLU GEMİ SÖKÜM ORMAN ÜRN. GIDA TUR. NAK. SAN. VE TIC. A.Ş.

Gemi Söküm Tesisleri Parsel No:16 Aliağa

İzmir 35800,

IT-TURKIJA

Tel. +90 2326182102

Email: info@anadolugs.com

Ħatt l-art

Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013.

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

Tul: bla limitu

 

Wisa’: 50 metru

 

Pixka: 12-il metru

Is-sit għandu Permess għaż-Żarmar tal-Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għall-Ambjent, l-Urbanizzazzjoni u t-Tibdil fil-Klima, u Ċertifikat ta’ Awtorizzazzjoni għaż-Żarmar tal-Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, li fihom limitazzjonijiet u kundizzjonijiet li l-faċilità topera taħthom.

Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 15-il jum.

Il-pjan għar-riċiklaġġ tal-bastimenti (SRP, ship recycling plan) huwa parti minn sett ta’ dokumenti, stħarriġiet u permessi/liċenzji li jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jinkiseb permess għaż-żarmar ta’ bastiment. L-SRP la huwa espliċitament approvat u lanqas miċħud bħala dokument għalih waħdu.

111 823  (41)

Is-17 ta’ Awwissu 2028

BMS GEMİ GERİ DÖNÜŞÜM SAN. VE TİC. A.Ş.

Atatürk Mah. Aygaz Cad. Nru:27 Aliaga

İzmir 35800

IT-TURKIJA

Tel. +90 2326182220

Email: bms@bmsgemi.com

Ħatt l-art

Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, għajr il-pjattaformi li ma jegħrqux

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

Tul: bla limitu

 

Wisa’: 49 metru

 

Pixka: 10 metri

Is-sit għandu Permess għaż-Żarmar tal-Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għall-Ambjent, l-Urbanizzazzjoni u t-Tibdil fil-Klima, u Ċertifikat ta’ Awtorizzazzjoni għaż-Żarmar tal-Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, li fihom limitazzjonijiet u kundizzjonijiet li l-faċilità topera taħthom.

Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 15-il jum.

Il-pjan għar-riċiklaġġ tal-bastimenti (SRP, ship recycling plan) huwa parti minn sett ta’ dokumenti, stħarriġiet u permessi/liċenzji li jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jinkiseb permess għaż-żarmar ta’ bastiment. L-SRP la huwa espliċitament approvat u lanqas miċħud bħala dokument għalih waħdu.

37 132  (42)

Is-17 ta’ Awwissu 2028

EGE GEMİ SÖKÜM SAN. VE TIC. A.Ş.

Gemi Söküm Tesisleri

Parcel 17 Aliağa

Izmir 35800

IT-TURKIJA

Tel. +90 2326182011

Email: info@egegemi.com.tr

Ħatt l-art

Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, għajr il-pjattaformi li ma jegħrqux

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

Tul: bla limitu

 

Wisa’: 49 metru

 

Pixka: 25 metru

Is-sit għandu Permess għaż-Żarmar tal-Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għall-Ambjent, l-Urbanizzazzjoni u t-Tibdil fil-Klima, u Ċertifikat ta’ Awtorizzazzjoni għaż-Żarmar tal-Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, li fihom limitazzjonijiet u kundizzjonijiet li l-faċilità topera taħthom.

Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 15-il jum.

Il-pjan għar-riċiklaġġ tal-bastimenti (SRP, ship recycling plan) huwa parti minn sett ta’ dokumenti, stħarriġiet u permessi/liċenzji li jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jinkiseb permess għaż-żarmar ta’ bastiment. L-SRP la huwa espliċitament approvat u lanqas miċħud bħala dokument għalih waħdu.

34 986  (43)

L-20 ta’ Lulju 2029

LEYAL GEMİ SÖKÜM SANAYİ VE TİCARET LTD.

Gemi Söküm Tesisleri

Parcel 3-4 Aliağa

Izmir 35800

IT-TURKIJA

Tel. +90 2326182030

Email: info@leyal.com.tr

Ħatt l-art

Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

Tul: bla limitu

 

Wisa’: 100 metru

 

Pixka: 15-il metru

Is-sit għandu Permess għaż-Żarmar tal-Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għall-Ambjent, l-Urbanizzazzjoni u t-Tibdil fil-Klima, u Ċertifikat ta’ Awtorizzazzjoni għaż-Żarmar tal-Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, li fihom limitazzjonijiet u kundizzjonijiet li l-faċilità topera skonthom.

Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 15-il jum

Il-pjan għar-riċiklaġġ tal-bastimenti (SRP, ship recycling plan) huwa parti minn sett ta’ dokumenti, stħarriġiet u permessi/liċenzji li jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jinkiseb permess għaż-żarmar ta’ bastiment. L-SRP la huwa espliċitament approvat u lanqas miċħud bħala dokument għalih waħdu.

64 815  (44)

L-10 ta’ Diċembru 2028

LEYAL-DEMTAŞ GEMİ SÖKÜM SANAYİ VE TİCARET A.Ş.

Gemi Söküm Tesisleri

Parcel 25 Aliağa

Izmir 35800

IT-TURKIJA

Tel. +90 2326182065

Email: demtas@leyal.com.tr

Ħatt l-art

Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

Tul: bla limitu

 

Wisa’: 63 metru

 

Pixka: 15-il metru

Is-sit għandu Permess għaż-Żarmar tal-Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għall-Ambjent, l-Urbanizzazzjoni u t-Tibdil fil-Klima, u Ċertifikat ta’ Awtorizzazzjoni għaż-Żarmar tal-Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, li fihom limitazzjonijiet u kundizzjonijiet li l-faċilità topera skonthom.

Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 15-il jum

Il-pjan għar-riċiklaġġ tal-bastimenti (SRP, ship recycling plan) huwa parti minn sett ta’ dokumenti, stħarriġiet u permessi/liċenzji li jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jinkiseb permess għaż-żarmar ta’ bastiment. L-SRP la huwa espliċitament approvat u lanqas miċħud bħala dokument għalih waħdu.

57 275  (45)

L-10 ta’ Diċembru 2028

KILIÇLAR GERİ DÖNÜŞÜMLÜ MADDELER VE METAL SAN. TİC A.Ş.

Atatürk Mahallesi, Aygaz Caddesi Nru: 57 20 nolu parsel Aliaga

İzmir 35800

IT-TURKIJA

Tel. +90 2326182217

Email: gemisokum@kiliclar.com.tr

www.kiliclarshiprecycling.com

Ħatt l-art

Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, għajr il-pjattaformi li ma jegħrqux

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

Tul: bla limitu

 

Wisa’: 49 metru

 

Pixka: 15-il metru

Is-sit għandu Permess għaż-Żarmar tal-Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għall-Ambjent, l-Urbanizzazzjoni u t-Tibdil fil-Klima, u Ċertifikat ta’ Awtorizzazzjoni għaż-Żarmar tal-Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, li fihom limitazzjonijiet u kundizzjonijiet li l-faċilità topera skonthom.

Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 15-il jum.

Il-pjan għar-riċiklaġġ tal-bastimenti (SRP, ship recycling plan) huwa parti minn sett ta’ dokumenti, stħarriġiet u permessi/liċenzji li jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jinkiseb permess għaż-żarmar ta’ bastiment. L-SRP la huwa espliċitament approvat u lanqas miċħud bħala dokument għalih waħdu.

16 711  (46)

Is-17 ta’ Awwissu 2028

ÖGE GEMİ SÖKÜM İTH. İHR. TİC. SAN. A.Ş.

Gemi Söküm Tesisleri

Parcel 23 Aliağa

Izmir 35800

IT-TURKIJA

Tel. +90 2326182105

Email: oge@ogegemi.com

www.ogegemi.com

Ħatt l-art

Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

Tul: bla limitu

 

Wisa’: 70 metru

 

Pixka: 15-il metru

Is-sit għandu Permess għaż-Żarmar tal-Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għall-Ambjent, l-Urbanizzazzjoni u t-Tibdil fil-Klima, u Ċertifikat ta’ Awtorizzazzjoni għaż-Żarmar tal-Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, li fihom limitazzjonijiet u kundizzjonijiet li l-faċilità topera skonthom.

Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 15-il jum

Il-pjan għar-riċiklaġġ tal-bastimenti (SRP, ship recycling plan) huwa parti minn sett ta’ dokumenti, stħarriġiet u permessi/liċenzji li jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jinkiseb permess għaż-żarmar ta’ bastiment. L-SRP la huwa espliċitament approvat u lanqas miċħud bħala dokument għalih waħdu.

62 471  (47)

It-22 ta’ Frar 2030

SÖK DENIZCILIK TIC. LTD. ŞTI.

Gemi Söküm Tesisleri

Parcel 8-9 Aliağa

Izmir 35800

IT-TURKIJA

Tel. +90 2326182092

Email: info@sokship.com

Ħatt l-art

Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

Tul: bla limitu

 

Wisa’: 90 metru

 

Pixka: 15-il metru

Is-sit għandu Permess għaż-Żarmar tal-Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għall-Ambjent, l-Urbanizzazzjoni u t-Tibdil fil-Klima, u Ċertifikat ta’ Awtorizzazzjoni għaż-Żarmar tal-Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, li fihom limitazzjonijiet u kundizzjonijiet li l-faċilità topera skonthom.

Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 15-il jum

Il-pjan għar-riċiklaġġ tal-bastimenti (SRP, ship recycling plan) huwa parti minn sett ta’ dokumenti, stħarriġiet u permessi/liċenzji li jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jinkiseb permess għaż-żarmar ta’ bastiment. L-SRP la huwa espliċitament approvat u lanqas miċħud bħala dokument għalih waħdu.

74 996  (48)

It-22 ta’ Frar 2030

TEMURTAŞLAR GEMİ SÖKÜM İTHALAT VE İHRACAAT SAN. VE TİC. A.Ş.

Atatürk Mahallesi Aygaz Caddesi No:55 19 Nolu Parsel Aliağa-İZMİR 35800

IT-TURKIJA

Tel. +90 2326182113

Email: info@aliagagemi.com

Ħatt l-art

Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, għajr il-pjattaformi li ma jegħrqux

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

Tul: bla limitu

 

Wisa’: 49 metru

 

Pixka: 12-il metru

Is-sit għandu Permess għaż-Żarmar tal-Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għall-Ambjent, l-Urbanizzazzjoni u t-Tibdil fil-Klima, u Ċertifikat ta’ Awtorizzazzjoni għaż-Żarmar tal-Bastimenti, maħruġ mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, li fihom limitazzjonijiet u kundizzjonijiet li l-faċilità topera skonthom.

Approvazzjoni taċita, b’perjodu massimu ta’ rieżami ta’ 15-il jum

Il-pjan għar-riċiklaġġ tal-bastimenti (SRP, ship recycling plan) huwa parti minn sett ta’ dokumenti, stħarriġiet u permessi/liċenzji li jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jinkiseb permess għaż-żarmar ta’ bastiment. L-SRP la huwa espliċitament approvat u lanqas miċħud bħala dokument għalih waħdu.

12 340  (49)

It-22 ta’ Frar 2030

IR-RENJU UNIT

Dales Marine Services Ltd

Imperial Dry Dock

Leith

Edinburgu

EH6 7DR

IR-RENJU UNIT

Tel. +44 1314543380 / +44 7834658588

Email: info@dalesmarine.co.uk

Phil@dalesmarine.co.uk

Baċir imbattal mill-ilma

Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013, għajr il-pjattaformi li ma jegħrqux

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

Tul: 165 metru

 

Wisa’: 20 metru

 

Pixka: 7,7 metri

Is-sit huwa awtorizzat b’liċenzja għall-immaniġġjar tal-iskart, bin-numru tal-awtorizzazzjoni WML/L/1157331 li tillimita l-operazzjonijiet u timponi kundizzjonijiet fuq l-operatur tal-faċilità.

Approvazzjoni espliċita

5 019  (50)

It-22 ta’ Mejju 2027

Kishorn Port Ltd Kishorn Port & Dry Dock

Kishorn

Strathcarron

IV54 8XA

IR-RENJU UNIT

Tel. +44 1397773840

Email: enquiries@kishornportltd.com

alasdair@kishornportltd.com

Steve@fergusontransport.co.uk

Baċir imbattal mill-ilma

Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

Tul: 160 metru

 

Wisa’: 160 metru

 

Pixka: 13,8-il metru

 

LDT: 26 448

Is-sit huwa awtorizzat b’liċenzja għall-immaniġġjar tal-iskart, bin-numru tal-awtorizzazzjoni “WML/L/1175043 Modification 02” u “SEPA Variation MODIF3”, li tillimita l-operazzjonijiet u li timponi kundizzjonijiet fuq l-operatur tal-faċilità.

Approvazzjoni espliċita

11 436  (51)

It-22 ta’ Mejju 2027

L-ISTATI UNITI TAL-AMERKA

International Shipbreaking Limited L.L.C

18601 R.L Ostos Road Brownsville TX, 78521

L-ISTATI UNITI

Tel. +1 9568312299

Email: chris.green@internationalshipbreaking.com

robert.berry@internationalshipbreaking.com

Laterali (irmiġġ fl-ilma), rampa

Bastimenti kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013

Id-dimensjonijiet massimi tal-bastiment:

 

Tul: 366 metru

 

Wisa’: 48 metru

 

Pixka: 9 metri

Il-kundizzjonijiet li skonthom il-faċilità hija awtorizzata topera huma definiti fil-permessi, fiċ-ċertifikati u fl-awtorizzazzjonijiet maħruġa lill-faċilità mill-Aġenzija għall-Protezzjoni tal-Ambjent, mill-Kummissjoni ta’ Texas dwar il-Kwalità Ambjentali, mill-Uffiċċju tal-Artijiet Ġenerali ta’ Texas u mill-Gwardja tal-Kosta tal-Istati Uniti.

L-Att dwar il-Kontroll ta’ Sustanzi Tossiċi tal-Istati Uniti jipprojbixxi l-importazzjoni fl-Istati Uniti ta’ bastimenti b’bandiera barranija li jkollhom konċentrazzjonijiet ta’ PCB (poliklorobifenil) ta’ aktar minn 50 parti għal kull miljun.

Il-faċilità għandha żewġ skalijiet bir-rampi għar-riċiklaġġ finali tal-bastimenti (Skal tal-Lvant u Skal tal-Punent). Il-bastimenti li jtajru bandiera tal-Istati Membri tal-UE għandhom jiġu riċiklati b’mod esklużiv fuq ir-rampa tal-Iskal tal-Lvant.

Attwalment ma hemm l-ebda proċedura fil-liġi tal-Istati Uniti marbuta mal-approvazzjoni tal-pjanijiet għar-riċiklaġġ tal-bastimenti

120 000  (52)

L-10 ta’ Diċembru 2028


(1)  Kif imsemmi fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013.

(2)  Kif imsemmi fl-Artikolu 32(1), il-punt (a), it-tielet sentenza, tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013.

(3)  Id-data tal-iskadenza tal-inklużjoni fil-Lista Ewropea tikkorrispondi mad-data tal-iskadenza tal-permess jew l-awtorizzazzjoni mogħtija lill-faċilità fl-Istat Membru.

(4)  Skont l-informazzjoni ppreżentata, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 50 000 LDT fis-sena.

(5)  Skont l-informazzjoni ppreżentata, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 30 000 LDT fis-sena.

(6)  Skont l-informazzjoni ppreżentata, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 50 000 LDT fis-sena.

(7)  Skont l-informazzjoni ppreżentata, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 30 000 LDT fis-sena.

(8)  Skont l-informazzjoni ppreżentata, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 200 000 LDT fis-sena.

(9)  Skont l-informazzjoni ppreżentata, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 30 000 LDT fis-sena.

(10)  Skont l-informazzjoni ppreżentata, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 36 000 LDT fis-sena.

(11)  Skont l-informazzjoni ppreżentata, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 6 000 LDT fis-sena.

(12)  Skont l-informazzjoni ppreżentata, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 60 000 LDT fis-sena.

(13)  Skont l-informazzjoni ppreżentata, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 15 000 LDT fis-sena.

(14)  Skont l-informazzjoni ppreżentata, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 12 000 LDT fis-sena.

(15)  Skont l-informazzjoni ppreżentata, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 23 000 LDT fis-sena.

(16)  Skont l-informazzjoni ppreżentata, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 25 000 LDT fis-sena.

(17)  Skont l-informazzjoni ppreżentata, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 60 000 LDT fis-sena.

(18)  Skont l-informazzjoni ppreżentata, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 60 000 LDT fis-sena.

(19)  Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 12 000 LDT fis-sena.

(20)  Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 6 000 LDT fis-sena.

(21)  Skont il-permess tagħha, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 100 000 LDT fis-sena.

(22)  Skont il-permess tagħha, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 47 500 LDT fis-sena.

(23)  Skont il-permess tagħha, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 100 000 LDT fis-sena.

(24)  Skont il-permess tagħha, il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 25 000 LDT fis-sena.

(25)  Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 75 000 LDT fis-sena

(26)  Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 75 000 LDT fis-sena.

(27)  Din id-data tal-iskadenza hija stabbilita b’referenza għal perjodu ta’ validità li jikkorrispondi għal 5 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.

(28)  Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 30 000 LDT fis-sena.

(29)  Din id-data tal-iskadenza hija stabbilita b’referenza għal perjodu ta’ validità li jikkorrispondi għal 5 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.

(30)  Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 30 000 LDT fis-sena.

(31)  Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 10 000 LDT fis-sena.

(32)  Din id-data tal-iskadenza hija stabbilita b’referenza għal perjodu ta’ validità li jikkorrispondi għal 5 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.

(33)  Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 85 000 LDT fis-sena.

(34)  Din id-data tal-iskadenza hija stabbilita b’referenza għal perjodu ta’ validità li jikkorrispondi għal 5 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.

(35)  Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 85 000 LDT fis-sena

(36)  Din id-data tal-iskadenza hija stabbilita b’referenza għal perjodu ta’ validità li jikkorrispondi għal 5 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.

(37)  Kif imsemmi fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013.

(38)  Kif imsemmi fl-Artikolu 32(1), il-punt (a), it-tielet sentenza, tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013.

(39)  L-inklużjoni ta’ faċilità ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti li tinsab f’pajjiż terz fil-Lista Ewropea hija valida għal perjodu ta’ 5 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni rilevanti li tipprevedi l-inklużjoni ta’ dik il-faċilità, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor.

(40)  Il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 60 000 LDT fis-sena.

(41)  Il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 120 000 LDT fis-sena.

(42)  Il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 75 000 LDT fis-sena.

(43)  Il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 70 000 LDT fis-sena.

(44)  Il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 80 000 LDT fis-sena.

(45)  Il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 70 000 LDT fis-sena.

(46)  Il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 30 000 LDT fis-sena.

(47)  Il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 90 000 LDT fis-sena.

(48)  Il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 150 000 LDT fis-sena.

(49)  Il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 70 000 LDT fis-sena.

(50)  Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 7 275 LDT fis-sena.

(51)  Skont il-permess tagħha, il-faċilità hija awtorizzata tirriċikla massimu ta’ 38 148 LDT fis-sena.

(52)  Il-kapaċità teoretika massima annwali ta’ riċiklaġġ tal-bastimenti tal-faċilità hija ta’ 120 000 LDT fis-sena.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/448/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top