This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018D0945
Commission Implementing Decision (EU) 2018/945 of 22 June 2018 on the communicable diseases and related special health issues to be covered by epidemiological surveillance as well as relevant case definitions (Text with EEA relevance.)
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/945 tat-22 ta' Ġunju 2018 dwar il-mard komunikabbli u problemi speċjali tas-saħħa relatati li jridu jiġu koperti minn sorveljanza epidemjoloġika kif ukoll definizzjonijiet tal-każ rilevanti (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/945 tat-22 ta' Ġunju 2018 dwar il-mard komunikabbli u problemi speċjali tas-saħħa relatati li jridu jiġu koperti minn sorveljanza epidemjoloġika kif ukoll definizzjonijiet tal-każ rilevanti (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
C/2018/3868
ĠU L 170, 6.7.2018, pp. 1–74
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
6.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 170/1 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/945
tat-22 ta' Ġunju 2018
dwar il-mard komunikabbli u problemi speċjali tas-saħħa relatati li jridu jiġu koperti minn sorveljanza epidemjoloġika kif ukoll definizzjonijiet tal-każ rilevanti
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(5)(a) u (b) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/96/KE (3) stabbiliet lista ta' mard li jittieħed u kwistjonijiet speċjali tas-saħħa li jridu jiġu rapportati minn sorveljanza epidemjoloġika fin-network tal-Komunità. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/253/KE (4) stabbiliet id-definizzjonijiet tal-każ għar-rapurtaġġ ta' mard li jittieħed elenkat fid-Deċiżjoni 2000/96/KE fin-network tal-Komunità. |
|
(3) |
L-Anness tad-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE jistabbilixxi l-kriterji għall-għażla tal-mard li jittieħed u kwistjonijiet speċjali tas-saħħa relatati li jridu jiġu koperti minn sorveljanza epidemjoloġika fin-network. |
|
(4) |
Il-lista ta' mard u kwistjonijiet speċjali tas-saħħa relatati stabbiliti mid-Deċiżjoni 2000/96/KE jenħtieġ li tiġi aġġornata biex tirrifletti bidliet fl-inċidenza u l-prevalenza tal-mard, il-ħtiġijiet tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tagħha, kif ukoll biex tiżgura l-konformità mal-kriterji pprovduti fl-Anness tad-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE. |
|
(5) |
Il-lista ta' definizzjonijiet tal-każ jenħtieġ li tiġi aġġornata fid-dawl ta' informazzjoni xjentifika ġdida u kriterji u prattiki dejjem jevolvu tad-dijanjosi fil-laboratorju. |
|
(6) |
Kemm il-lista ta' mard kif ukoll il-lista ta' definizzjonijiet tal-każ jinġiebu konformi man-nomenklatura tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa skont l-Għaxar Reviżjoni tal-Klassifikazzjoni Statistika Internazzjonali tal-Mard u Problemi Relatati tas-Saħħa (ICD-10). |
|
(7) |
Il-lista aġġornata ta' mard jenħtieġ li tkopri l-mard komunikabbli li ġej li qed jhedded is-saħħa pubblika u li tfaċċa jew reġa' tfaċċa aktar riċenti skont il-kriterji pprovduti fl-Anness tad-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE għall-għażla tal-mard li jittieħed u problemi speċjali tas-saħħa relatati li jridu jiġu koperti minn sorveljanza epidemjoloġika:
|
|
(8) |
Skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) ipprovda, fuq talba tal-Kummissjoni, għajnuna xjentifika dwar l-istabbiliment ta' definizzjonijiet tal-każ għal infezzjonijiet ta' Chikungunya, Dengue, Lyme neuroborreliosis u Zika, dwar ir-reviżjoni ta' definizzjonijiet tal-każ għal għadd ta' mard ieħor (6), kif ukoll dwar ir-reviżjoni ta' definizzjonijiet tal-każ relatati ma' ċerti infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa u mar-reżistenza għall-antimikrobiċi (7). Għalhekk, jenħtieġ li d-definizzjonijiet tal-każ jiġu emendati kif xieraq. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-theddid transkonfinali serju għas-saħħa stabbilit skont l-Artikolu 18 tad-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE. |
|
(10) |
Għalhekk, id-Deċiżjonijiet 2000/96/KE u 2002/253/KE jenħtieġ li jinbidlu b'din id-Deċiżjoni, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-mard komunikabbli u problemi speċjali tas-saħħa relatati li jridu jiġu koperti min-netwerk tas-sorveljanza epidemjoloġika huma elenkati fl-Anness I.
Artikolu 2
Għall-finijiet tas-sottomissjoni tad-data għas-sorveljanza epidemjoloġika tal-mard komunikabbli u l-problemi speċjali tas-saħħa relatati elenkati fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom japplikaw id-definizzjonijiet tal-każ speċifikati fl-Anness II.
Artikolu 3
Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2000/96/KE u 2002/253/KE huma b'dan imħassra. Ir-referenzi għal dawk id-Deċiżjonijiet għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Ġunju 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 293, 5.11.2013, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 1998 dwar l-istabbiliment ta' network għas-sorveljanza epidemoloġika u kontroll ta' mard li jinxtered fil-Komunità (ĠU L 268, 3.10.1998, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/96/KE tat-22 ta' Diċembru 1999 dwar mard li jittieħed li għandu jiġi kopert b'mod progressiv fin-network tal-Komunità taħt id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 28, 3.2.2000, p. 50).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/253/KE tad-19 ta' Marzu 2002 li tistabbilixxi d-definizzjonijiet tal-każ għar-rapurtaġġ ta' mard li jinxtered fin-network tal-Komunità permezz tad-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 86, 3/04/2002, p. 44).
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard (ĠU L 142, 30.4.2004, p. 1).
(6) Botuliżmu, bruċellożi, kampilobatterjożi, giardiasis, infezzjoni fil-gonokokku, listerjożi, rubella, enterite tas-salmonella, infezzjoni ta' Escherichia coli li tipproduċi t-tossina Shiga/l-verocytotoxin, xiġellosi, sifilide u sifilide konġenitali, tetnu, tuberkolożi, deni tat-tifojde u tal-paratifojde, pertussis, enterite minħabba Yersinia enterocolitica jew Yersinia pseudotuberculosis u infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa.
(7) B'mod ġenerali u, aktar speċifiku, kampilobatterjożi, infezzjoni fil-gonokku, enterite tas-salmonella, xiġellosi, tuberkolożi u infezzjonijiet fid-demm minħabba patoġeni speċifiċi, b'mod partikolari Staphylococcus aureus (suxxettibbiltà għal metiċillina u betalattamażi anti-stafilokokki oħra), Enterococcus faecium u Enterococcus faecalis (suxxettibbiltà għall-glikopeptidi), Klebsiella pneumoniae u Escherichia coli (suxxettibbiltà għal karbapenemi u għal kolistina f'iżolati reżistenti għall-karbapenem), u Pseudomonas aeruginosa u Acinetobacter species (suxxettibbiltà għal karbapenemi).
ANNESS I
Mard komunikabbli u problemi speċjali tas-saħħa relatati li jridu jiġu koperti min-network tas-sorveljanza epidemjoloġika
1. IL-MARD
|
|
Antraċe |
|
|
Botuliżmu |
|
|
Bruċellożi |
|
|
Kampilobatterjożi |
|
|
Mard tal-virus Chikungunya |
|
|
Infezzjoni tal-klamidja, inkluż il-linfogranuloma klamidjali (veneruem) (LGV) |
|
|
Kolera |
|
|
Marda ta' Creutzfeldt-Jakob |
|
|
Kriptosporidjożi |
|
|
Dengue |
|
|
Difterite |
|
|
Ekinokokkożi |
|
|
Giardiasis [lambliasis] |
|
|
Infezzjoni gonokokkali |
|
|
Infezzjoni Haemophilus influenzae, marda invażiva |
|
|
Epatite A akuta |
|
|
Epatite B |
|
|
Epatite C |
|
|
Infezzjoni tal-vajrus tal-immunodefiċjenza umana (Human immunodeficiency virus, HIV) u tas-sindrome tal-immunodefiċjenza akkwiżita (Acquired immunodeficiency syndrome, AIDS) |
|
|
Influwenza |
|
|
Influwenza A/H5N1 |
|
|
Marda tal-leġjonarji |
|
|
Lettospirożi |
|
|
Listerjożi |
|
|
Lyme newroborreljożi |
|
|
Malarja |
|
|
Ħosba |
|
|
Infezzjoni meningokokkali, marda invażiva |
|
|
Gattone |
|
|
Sogħla konvulsiva |
|
|
Pesta |
|
|
Infezzjoni bl-iStreptococcus pneumoniae, marda invażiva |
|
|
Poljomajelite akuta |
|
|
Deni Q |
|
|
Rabja |
|
|
Rubella |
|
|
Sindrome tar-rubella konġenitali |
|
|
Eneterite tas-salmonella |
|
|
Sindrome Respiratorja Akuta Gravi [Severe acute respiratory syndrome, SARS] |
|
|
Infezzjoni ta' Escherichia coli li tipproduċi t-tossina Shiga/l-veroċitotossina (STEC/VTEC), inkluż is-sindrome uraemiku emolitiku (Haemolytic-uraemic syndrome, HUS) |
|
|
Xiġellożi |
|
|
Ġidri |
|
|
Sifilide |
|
|
Sifilide konġenitali |
|
|
Tetnu |
|
|
Enċefalite virali trażmessa mill-qurdien |
|
|
Tossoplażmożi konġenitali |
|
|
Trikinellożi |
|
|
Tuberkolożi |
|
|
Tularemija |
|
|
Deni tat-tifojde u tal-paratifojde |
|
|
Deni emorraġiku virali (Viral haemorrhagic fevers, VHF) |
|
|
L-infezzjoni tal-virus tal-Punent tan-Nil |
|
|
Deni isfar |
|
|
Enterite minħabba Yersinia enterocolitica jew Yersinia pseudotuberculosis |
|
|
Marda tal-virus Zika |
|
|
Marda tal-virus Zika konġenitali |
2. KWISTJONIJIET SPEĊJALI DWAR IS-SAĦĦA
|
2.1. |
Infezzjonijiet nosokomjali |
|
2.2. |
Reżistenza għall-antimikrobiċi |
ANNESS II
1. SPJEGAZZJONI TAT-TAQSIMIET UŻATI FID-DEFINIZZJONI U FIL-KLASSIFIKAZZJONI TAL-KAŻI
KRITERJI KLINIĊI
Il-kriterji kliniċi jinkludu sinjali u sintomi komuni u rilevanti tal-marda li jew individwalment jew magħqudin flimkien jikkostitwixxu stampa klinika ċara jew indikattiva tal-marda. Huma jagħtu d-deskrizzjoni ġenerali tal-marda u ma jindikawx neċessarjament il-fatturi kollha meħtieġa għal dijanjożi klinika individwali.
KRITERJI TAL-LABORATORJU
Il-kriterji tal-laboratorju huma lista ta' metodi tal-laboratorju li jintużaw biex jikkonfermaw xi każ. Ġeneralment wieħed biss mit-testijiet elenkati jkun biżżejjed biex jikkonferma l-każ. Jekk tkun tinħtieġ taħlita ta' metodi biex tissodisfa l-konferma tal-laboratorju, dan jiġi speċifikat. It-tip ta' kampjun li jrid jinġabar għat-testijiet tal-laboratorju jiġi speċifikat biss meta ċerti tipi ta' kampjuni biss jitqiesu rilevanti għall-konferma ta' dijanjożi. Il-kriterji tal-laboratorju għal xi każ probabbli huma inklużi għal xi każijiet eċċezzjonali miftiehma. Dawk il-kriterji tal-laboratorju jikkonsistu f'lista ta' metodi tal-laboratorju li jistgħu jintużaw biex isostnu d-dijanjożi ta' każ iżda li ma jkunux konfermatorji.
IL-KRITERJI EPIDEMJOLOĠIĊI U R-RABTA EPIDEMJOLOĠIKA
Il-kriterji epidemjoloġiċi jitqiesu li ġew issodisfati meta tkun tista' tiġi stabbilita r-rabta epidemjoloġika.
Ir-rabta epidemjoloġika, matul il-perjodu ta' inkubazzjoni, tfisser waħda minn dawn is-sitta li ġejjin:
— Trażmissjoni minn bniedem għal bniedem: il-fatt li persuna kellha kuntatt ma' każ uman ikkonfermat mil-laboratorju b'tali mod li kellha l-possibbiltà li tiġi infettata;
— Trażmissjoni minn annimal għal bniedem: il-fatt li persuna kellha kuntatt ma' annimal b'infezzjoni/kolonizzazzjoni kkonfermata mil-laboratorju b'tali mod li kellha l-possibbiltà li tiġi infettata;
— Esponiment għal sors komuni: il-fatt li persuna tkun ġiet esposta għall-istess mezz jew sors komuni ta' infezzjoni, bħala każ uman ikkonfermat;
— Esponiment għal ikel/ilma tax-xorb ikkontaminat: il-fatt li persuna tkun ikkonsmat ikel jew ilma tax-xorb b'kontaminazzjoni kkonfermata mil-laboratorju jew li tkun ikkonsmat prodotti potenzjalment ikkontaminati minn annimal b'infezzjoni/kolonizzazzjoni kkonfermata mil-laboratorju;
— Esponiment ambjentali: il-fatt li persuna tkun għamet f'ilma jew kellha kuntatt ma' sors ambjentali kkontaminat li jkun ġie kkonfermat mil-laboratorju;
— Esponiment fil-laboratorju: il-fatt li persuna tkun ħadmet f'laboratorju fejn ikun hemm potenzjal għal esponiment.
Persuna tista' titqies marbuta b'mod epidemjoloġiku għal każ ikkonfermat jekk għall-inqas każ wieħed fil-katina ta' trażmissjoni jkun ikkonfermat mil-laboratorju. Fil-każ ta' tifqigħa ta' infezzjonijiet trażmessi mill-ħmieġ tal-imsaren u mill-ħalq jew mill-arja, il-katina ta' trażmissjoni ma tridx neċessarjament tiġi stabbilita biex każ jitqies marbut b'mod epidemjoloġiku.
It-trażmissjoni tista' sseħħ permezz ta' waħda jew aktar mir-rotot li ġejjin:
|
— |
Mill-arja: permezz ta' projezzjoni ta' aerosol minn persuna infettata għal fuq membrani mukużi waqt li din tkun qed tisgħol, tobżoq, tkanta jew titkellem, jew meta l-aerosols mikrobiċi mxerrda fl-atmosfera jinġibdu man-nifs minn persuni oħra; |
|
— |
Kuntatt: kuntatt dirett ma' persuna infettata (il-ħmieġ tal-imsaren u l-ħalq, il-qtar respiratorji, l-esponiment tal-ġilda jew dak sesswali) jew ma' annimal (pereżempju, gdim, mess) jew kuntatt indirett ma' materjali jew oġġetti infettati (fomites infettati, fluwidi tal-ġisem, demm); |
|
— |
Vertikali: mill-omm għat-tarbija, ħafna drabi fl-utru, jew b'riżultat tal-iskambju inċidentali ta' fluwidi tal-ġisem normalment matul il-perjodu perinatali; |
|
— |
Trażmissjoni minn vettur: trażmissjoni minn nemus, qurdien, dud żgħir, dubbien u insetti oħra infettati li jittrażmettu l-mard lill-bnedmin permezz tal-gdim tagħhom; |
|
— |
Ikel jew ilma: konsum ta' ikel jew ilma tax-xorb potenzjalment ikkontaminat. |
KLASSIFIKAZZJONI TAL-KAŻ
Il-każi huma kklassifikati bħala “possibbli”, “probabbli” u “konfermati”. Il-perjodi ta' inkubazzjoni għall-mard jingħataw fl-informazzjoni addizzjonali biex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni tar-rabta epidemjoloġika.
KAŻ POSSIBBLI
Każ possibbli tfisser każ li hu kklassifikat bħala possibbli għal għanijiet ta' rapportar. Ġeneralment dan ikun każ li jissodisfa l-kriterji kliniċi kif deskritti fid-definizzjoni tal-każ mingħajr evidenza epidemjoloġika jew tal-laboratorju tal-marda konċernata. Id-definizzjoni ta' każ bħala possibbli għandha sensittività għolja u speċifiċità baxxa. Din tippermetti d-detezzjoni tal-biċċa l-kbira tal-każi iżda xi każi pożittivi foloz se jiġu inklużi f'din il-kategorija.
KAŻ PROBABBLI
Każ probabbli tfisser każ li hu kklassifikat bħala probabbli għal għanijiet ta' rapportar. Dan hu ġeneralment każ bi kriterji kliniċi u b'rabta epidemjoloġika kif deskritt fid-definizzjoni tal-każ. It-testijiet tal-laboratorju għal każi probabbli huma speċifikati biss għal ċertu mard.
KAŻ IKKONFERMAT
Każ ikkonfermat tfisser każ li hu kklassifikat bħala kkonfermat għal għanijiet ta' rapportar. Il-każi kkonfermati jkunu kkonfermati mil-laboratorju u jistgħu jissodisfaw il-kriterji kliniċi jew le kif deskritti fid-definizzjoni tal-każ. Id-definizzjoni ta' każ bħala kkonfermat hija speċifika ħafna u inqas sensittiva; għalhekk ħafna mill-każijiet miġbura se jkunu każijiet veri għalkemm xi wħud mhumiex se jkunu individwati.
Il-kriterji kliniċi ta' xi mard ma jalludux għall-fatt li ħafna każi akuti ma jurux sintomi (pereżempju, l-epatite A, B u C, il-kampilobatterjożi, s-salmonellożi), għalkemm dawn il-każi xorta jistgħu jkunu importanti mill-perspettiva ta' saħħa pubblika fil-livell nazzjonali.
Il-każi kkonfermati jaqgħu f'waħda mit-tliet subkategoriji mniżżla hawn taħt. Huma se jkunu assenjati lil waħda minn dawk is-subkategoriji matul l-analiżi tad-data bl-użu tal-varjabbli miġburin fil-kuntest tal-informazzjoni dwar il-każ.
KAŻ IKKONFERMAT MIL-LABORATORJU BI KRITERJI KLINIĊI
Il-każ jissodisfa l-kriterji tal-laboratorju għall-konferma tal-każ u l-kriterji kliniċi inklużi fid-definizzjoni tal-każ.
KAŻ IKKONFERMAT MIL-LABORATORJU BI KRITERJI KLINIĊI MHUX MAGĦRUFA
Il-każ jissodisfa l-kriterji tal-laboratorju għall-konferma tal-każ iżda ma hemm l-ebda informazzjoni disponibbli fir-rigward tal-kriterji kliniċi (pereżempju, ir-rapport tal-laboratorju biss).
KAŻ IKKONFERMAT MIL-LABORATORJU MINGĦAJR KRITERJI KLINIĊI
Il-każ jissodisfa l-kriterji tal-laboratorju għall-konferma tal-każ iżda ma jissodisfax il-kriterji kliniċi fid-definizzjoni tal-każ jew ma jurix sintomi.
Nota: Għal uħud mill-kundizzjonijiet taħt sorveljanza l-istruttura tad-definizzjonijiet tal-każ ma ssegwix l-istruttura tipika tad-definizzjoni tal-każ, bħal fil-każi tal-marda ta' Creutzfeldt-Jakob (CJD), infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa u r-reżistenza għall-antimikrobiċi.
2. LISTA TA' ABBREVJAZZJONIJIET
1. AFP: paraliżi mpaħpħa akuta
2. AIDS: sindrome tal-immunodefiċjenza akkwiżita
3. AMR: reżistenza għall-antimikrobiċi
4. Anti-HBc: antikorp ċentrali tal-epatite B
5. anti-HCV: antikorp speċifiku tal-virus tal-epatite C
6. ARI: infezzjoni respiratorja akuta
7. BAL: ħasil bronkoalveolari
8. BCG: Bacille de Calmette et Guérin
9. BJ: infezzjoni tal-għadam u l-ġogi
10. BJ-BONE: osteomijelite
11. BJ-DISC: infezzjoni fl-ispazju tad-disk
12. BJ-JNT: infezzjoni tal-ġogi jew tal-bursa
13. BoNT: newrotossina tal-botulinum
14. BSI: infezzjoni tal-fluss tad-demm
15. C-CVC: relatata ma' kateter - kateter vaskulari ċentrali
16. CDAD: Dijarea assoċjata ma' Clostridium difficile
17. CFU: unità li tifforma kolonja
18. CJD: Marda ta' Creutzfeldt-Jakob
19. CMV: ċitomegalovirus
20. CNRL: In-Netwerk Komunitarju tal-UE tal-Laboratorji ta' Referenza għall-influwenza umana
21. CNS: sistema nervuża ċentrali
22. CNS-IC: infezzjoni tas-sistema nervuża ċentrali - infezzjoni intrakranjali
23. CNS-MEN: infezzjoni tas-sistema nervuża ċentrali - meninġite jew ventrikulite
24. CNS-SA: infezzjoni tas-sistema nervuża ċentrali - axxess spinali mingħajr meninġite
25. C-PVC: relatata ma' kateter - kateter vaskulari periferali
26. CRI: infezzjoni relatata ma' kateter
27. CRS: Sindrome tar-rubella konġenitali
28. CRT: ħin ta' mili kapillari mill-ġdid
29. CSF: Fluwidu ċerebrospinali
30. CT scan: scan ta' tomografija kompjuterizzata
31. CVS: infezzjoni tas-sistema kardjovaskulari
32. CVS-CARD: infezzjoni tas-sistema kardjovaskulari - mijokardite jew perikardite
33. CVS-ENDO: infezzjoni tas-sistema kardjovaskulari - endokardite
34. CVS-MED: infezzjoni tas-sistema kardjovaskulari - medjastinite
35. CVS-VASC: infezzjoni tas-sistema kardjovaskulari - infezzjoni arterjali jew venuża
36. DFA: antikorp fluworexxenti dirett
37. DFA-TP: test b'antirkorp fluworexxenti diretti għal Treponema pallidum
38. DNA: aċidu deossiribonuklejiku
39. DPA: aspirat distali protett
40. EARS-Net: Netwerk Ewropew ta' Sorveljanza tar-Reżistenza għall-Antimikrobiċi
41. ECDC: Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard
42. ECOFFs: valuri ta' limitu epidemjoloġiċi
43. EEG: elettroenċefalografija
44. EENT: infezzjoni tal-għajn, widna, imnieħer, gerżuma, jew ħalq
45. EENT-CONJ: infezzjoni tal-għajn, widna, imnieħer, gerżuma, jew ħalq - konġuntivite
46. EENT-EAR: infezzjoni tal-għajn, widna, imnieħer, gerżuma, jew ħalq - mastojde tal-widna
47. EENT-EYE: infezzjoni tal-għajn, widna, imnieħer, gerżuma, jew ħalq - għajn, minbarra konġuntivite
48. EENT-ORAL: infezzjoni tal-għajn, widna, imnieħer, gerżuma, jew ħalq - kavità orali (ħalq, ilsien, jew ħniek)
49. EENT-SINU: infezzjoni tal-għajn, widna, imnieħer, gerżuma, jew ħalq - sinużite
50. EENT-UR: infezzjoni tal-għajn, widna, imnieħer, gerżuma, jew ħalq - apparat respiratorju ta' fuq, farinġite, larinġite, epiglottite
51. EFNS: Federazzjoni Ewropea ta' Soċjetajiet Newroloġiċi
52. EIA: immunoassaġġ enzimatiku
53. ELISA: assaġġ ta' immunoassorbiment enzimatiku
54. EM: mikroskopija tal-elettroni
55. EUCAST: Il-Kumitat Ewropew dwar it-Testijiet tas-Suxxettibbiltà Antimikrobika
56. FAMA: antikorp fluworexxenti għall-antiġeni tal-membrana
57. FTA-abs: assorbiment ta' antikorpi treponemiċi fluworexxenti
58. FUO: deni ta' oriġini mhux magħrufa
59. GI: infezzjoni tas-sistema gastrointestinali
60. GI-CDI: infezzjoni tas-sistema gastrointestinali - infezzjoni tal-Clostridium difficile
61. GI-GE: infezzjoni tas-sistema gastrointestinali - gastroenterite (eskluża CDI)
62. GI-GIT: infezzjoni tas-sistema gastrointestinali - passaġġ gastrointestinali (l-esofagu, l-istonku, il-musrana l-kbira u ż-żgħira, u r-rektum) esklużi l-gastroenterite u l-appendiċite
63. GI-HEP: infezzjoni tas-sistema gastrointestinali - epatite
64. GI-IAB: infezzjoni tas-sistema gastrointestinali - intraaddominali, mhux speċifikat band'oħra, inklużi l-bużżieqa tal-marrara, kanali tal-bili, il-fwied (eskluża l-epatite virali), il-milsa, il-frixa, il-peritonew, l-ispazju subfreniku jew subdijaframmatiku, jew tessut intraaddominali ieħor jew parti mhux speċifikata band'oħra
65. HAI: infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa
66. HBeAg: antiġen e tal-epatite B
67. HBsAg: antiġen tal-wiċċ tal-epatite B
68. HBV-DNA: aċidu nuklejku tal-epatite B
69. HCV-core: antiġen ċentrali tal-virus tal-epatite C
70. HCV-RNA: aċidu nuklejku tal-virus tal-epatite C
71. HIV: vajrus tal-immunodefiċjenza umana
72. HUS: sindrome uremika emolitika
73. IAP: pulmonite assoċjata ma' intubazzjoni
74. IFA: antikorp fluworexxenti indirett
75. IgG: immunoglobulina G
76. IgM: immunoglobulina M
77. ILI: mard bħal dak tal-influwenza
78. LGV: linfogranuloma (veneruem)
79. LPS: lipopolisakkaridi
80. LRI: infezzjoni tal-apparat respiratorju t'isfel, minbarra pulmonite
81. LRI-BRON: infezzjoni tal-apparat respiratorju t'isfel - bronkite, trakeobronkite, bronkjolite, trakeite, mingħajr evidenza ta' pulmonite
82. TBE: Enċefalite trażmessa mill-qurdien
3. DEFINIZZJONIJIET TAL-KAŻI TA' MARD KOMUNIKABBLI
3.1 ANTRAĊE
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda mill-forom kliniċi li ġejjin:
|
|
Antraċe kutanja Għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
|
|
|
Antraċe gastrointestinali
U għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
|
|
|
It-teħid man-nifs tal-antraċe
U għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
|
|
|
Antraċe tal-meninġi/meningoenċefalopatiku
U għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
|
|
|
Anthrax septicaemia |
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
|
— |
Iżolament ta' Bacillus anthracis minn kampjun kliniku |
|
— |
Detezzjoni tal-aċidu nuklejku ta' Bacillus anthracis f'kampjun kliniku |
Kampjun nażali pożittiv mingħajr sintomi kliniċi ma jikkontribwixxix għal dijanjożi kkonfermat ta' każ.
Kriterji Epidemjoloġiċi
Għall-inqas waħda mit-tliet rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
|
— |
Trażmissjoni minn annimal għal bniedem; |
|
— |
Esponiment għal sors komuni; |
|
— |
Esponiment għal ikel/ilma tax-xorb ikkontaminat. |
Klassifikazzjoni tal-Każ
|
A. |
Każ possibbli Mhux applikabbli |
|
B. |
Każ probabbli Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi b'rabta epidemjoloġika |
|
C. |
Każ ikkonfermat Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi u tal-laboratorju |
Nota: Jekk is-sistema ta' sorveljanza nazzjonali mhix taqbad sintomi kliniċi, l-individwi kollha kkonfermati mil-laboratorju jenħtieġ li jiġu rrapportati bħala każi kkonfermati.
3.2 BOTULIŻMU
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda mill-forom kliniċi li ġejjin:
|
|
Botuliżmu li jinġarr fl-ikel u botuliżmu minn ferita Għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
|
|
|
Botuliżmu fit-trabi Trabi li jkollhom għall-inqas waħda minn dawn is-sitta li ġejjin:
|
It-tip ta' botuliżmu li normalment ikun hemm fit-trabi (< 12-il xahar) jista' jaffettwa wkoll lit-tfal li jkollhom aktar minn 12-il xahar u xi kultant lill-adulti, b'anatomija gastrointestinali u mikroflora alterati
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
|
— |
Iżolament ta' clostridia li tipproduċi l-BoNT (pereżempju, Clostridium botulinum, C. baratii, C. butyricum) għal botulismu fit-trabi (ippurgar) jew botuliżmu minn ferita (ferita); |
|
— |
Detezzjoni ta' newrotossini tal-botulinum f'kampjun kliniku; |
|
— |
Detezzjoni ta' ġeni kodifikanti għal newrotossini tal-botulinum f'kampjun kliniku. |
Kriterji Epidemjoloġiċi
għall-inqas waħda miż-żewġ rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
|
— |
Esponiment għal sors komuni (pereżempju, l-ikel, l-iskambju ta' labar jew apparati oħra); |
|
— |
Esponiment għal ikel/ilma tax-xorb ikkontaminat |
Klassifikazzjoni tal-Każ
|
A. |
Każ possibbli Mhux applikabbli |
|
B. |
Każ probabbli Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi b'rabta epidemjoloġika |
|
C. |
Każ ikkonfermat Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi u tal-laboratorju |
3.3 BRUĊELLOŻI
Kriterji Kliniċi
Kull persuna bid-deni
U għall-inqas wieħed minn dawn is-sebgħa li ġejjin:
|
— |
Għaraq (abbundanti, jinten, speċjalment matul il-lejl); |
|
— |
Tertir ta' bard; |
|
— |
Artralġja; |
|
— |
Dgħjufija; |
|
— |
Dipressjoni; |
|
— |
Uġigħ ta' ras; |
|
— |
Anoressija. |
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
|
— |
L-iżolament ta' Brucella spp. patoġenika għall-bniedem minn kampjun kliniku; |
|
— |
Reazzjoni speċifika tal-antikorpi għall-Brucella patoġenika għall-bniedem (Test ta' Agglutinazzjoni Standard, Fissazzjoni tal-Komplement, ELISA); |
|
— |
Detezzjoni tal-aċidu nuklejku tal-Brucella spp. patoġenika għall-bniedem f'kampjun kliniku. |
Kriterji Epidemjoloġiċi
għall-inqas waħda mill-ħames rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
|
— |
Esponiment għal ikel/ilma tax-xorb ikkontaminat; |
|
— |
Esponiment għal prodotti minn annimal ikkontaminat (ħalib jew prodotti tal-ħalib); |
|
— |
Trażmissjoni minn annimal għal bniedem (tnixxijiet jew organi kkontaminati pereżempju, tnixxija vaġinali, plaċenta); |
|
— |
Esponiment għal sors komuni; |
|
— |
Esponiment fil-laboratorju. |
Klassifikazzjoni tal-Każ
|
A. |
Każ possibbli Mhux applikabbli |
|
B. |
Każ probabbli Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi b'rabta epidemjoloġika |
|
C. |
Każ ikkonfermat Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi u tal-laboratorju |
Nota: Jekk is-sistema ta' sorveljanza nazzjonali mhix taqbad sintomi kliniċi, l-individwi kollha kkonfermati mil-laboratorju jenħtieġ li jiġu rrapportati bħala każi kkonfermati.
3.4 KAMPILOBATTERJOŻI
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
|
— |
Dijarea; |
|
— |
Uġigħ addominali; |
|
— |
Deni. |
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
|
— |
Iżolament ta' Campylobacter spp. patoġeniku għall-bniedem minn kampjun kliniku; |
|
— |
Detezzjoni tal-aċidu nuklejku tal-Campylobacter spp. f'kampjun kliniku. |
Nota: Testijiet tas-suxxettibbiltà antimikrobika ta' Campylobacter spp. jenħtieġ li jsiru fuq subsett rappreżentattiv ta' iżolati
Kriterji Epidemjoloġiċi
għall-inqas waħda mill-ħames rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
|
— |
Trażmissjoni minn annimal għal bniedem; |
|
— |
Trażmissjoni minn bniedem għal bniedem; |
|
— |
Esponiment għal sors komuni; |
|
— |
Esponiment għal ikel/ilma tax-xorb ikkontaminat; |
|
— |
Esponiment ambjentali. |
Klassifikazzjoni tal-Każ
|
A. |
Każ possibbli Mhux applikabbli |
|
B. |
Każ probabbli Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi b'rabta epidemjoloġika |
|
C. |
Każ ikkonfermat Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi u tal-laboratorju |
Nota: Jekk is-sistema ta' sorveljanza nazzjonali mhix taqbad sintomi kliniċi, l-individwi kollha kkonfermati mil-laboratorju jenħtieġ li jiġu rrapportati bħala każi kkonfermati.
Reżistenza għall-antimikrobiċi
Ir-riżultati ta' testijiet tas-suxxettibbiltà antimikrobika jridu jiġu rrapportati skont il-metodi u l-kriterji miftiehma bejn l-ECDC u l-Istati Membri kif speċifikat fil-protokoll tal-UE għall-monitoraġġ armonizzat tar-reżistenza għall-antimikrobiċi f'iżolati umani tas-Salmonella u l-Kampilobatterjożi (1).
3.5 MARDA TAL-VIRUS CHIKUNGUNYA
Kriterji Kliniċi (2)
|
— |
Deni |
Kriterji tal-Laboratorju (3)
A. Każ probabbli
|
— |
Detezzjoni ta' antikorpi ta' IgM speċifika ta' chikungunya f'kampjun wieħed tas-serum. |
B. Każ ikkonfermat
Għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:
|
— |
Iżolament tal-virus chikungunya minn kampjun kliniku; |
|
— |
Detezzjoni ta' aċidu nuklejku virali ta' chikungunya f'kampjun kliniku; |
|
— |
Detezzjoni ta' antikorpi ta' IgM speċifika ta' chikungunya f'kampjun wieħed tas-serum U konferma bin-newtralizzazzjoni; |
|
— |
Serokonverżjoni jew żieda b'erba' darbiet tat-titru tal-antikorpi ta' antikorpi speċifiċi ta' chikungunya f'kampjuni pari tas-serum. |
Kriterji Epidemjoloġiċi
Storja ta' vvjaġġar lejn, jew residenza f'żona bi trażmissjoni għaddejja dokumentata ta' chikungunya, f'perjodu ta' ġimagħtejn qabel bdew is-sintomi
Klassifikazzjoni tal-Każ
|
A. |
Każ possibbli Mhux applikabbli |
|
B. |
Każ probabbli Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi u epidemjoloġiċi, u l-kriterji tal-laboratorju għal każ probabbli |
|
C. |
Każ ikkonfermat Kull persuna li tissodisfa l-kriterji tal-laboratorju għal każ ikkonfermat |
Nota: Ir-riżultati seroloġiċi jenħtieġ li jiġu interpretati skont esponiment preċedenti għal infezzjonijiet flavivirali u l-istatus ta' tilqim għal flavivirus. Każijiet ikkonfermati f'sitwazzjonijiet bħal dawn jenħtieġ li jiġu vvalidati b'assaġġ ta' newtralizzazzjoni tas-serum jew b'assaġġi oħrajn ekwivalenti.
3.6 INFEZZJONI TAL-KLAMIDJA, INKLUŻ KLAMDIJA LINFOGRANULOMA (VENERUEM) (LGV)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda mill-forom kliniċi li ġejjin:
|
|
Infezzjoni klamidjali mhux LGV
|
|
|
LGV għall-inqas waħda minn dawn il-ħamsa li ġejjin:
|
Kriterji tal-Laboratorju
Infezzjoni klamidjali mhux LGV
Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
|
— |
Iżolament ta' Chlamydia trachomatis minn kampjun tal-passaġġ anoġenitali jew mill-konġuntiva; |
|
— |
Dimostrazzjoni ta' Chlamydia trachomatis permezz tat-test DFA f'kampjun kliniku; |
|
— |
Detezzjoni tal-aċidu nuklejku tal-Chlamydia trachomatis f'kampjun kliniku. |
LGV
Għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
|
— |
Iżolament ta' Chlamydia trachomatis minn kampjun tal-passaġġ anoġenitali jew mill-konġuntiva; |
|
— |
Detezzjoni tal-aċidu nuklejku tal-Chlamydia trachomatis f'kampjun kliniku. KIF UKOLL |
|
— |
Identifikazzjoni ta' serovar (genovar) L1, L2 jew L3 |
Kriterji Epidemjoloġiċi
Rabta epidemjoloġika permezz ta' trażmissjoni minn bniedem għal bniedem (kuntatt sesswali jew trażmissjoni vertikali)
Klassifikazzjoni tal-Każ
|
A. |
Każ possibbli Mhux applikabbli |
|
B. |
Każ probabbli Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi b'rabta epidemjoloġika |
|
C. |
Każ ikkonfermat Kull persuna li tissodisfa l-kriterji tal-laboratorju |
3.7 KOLERA
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
|
— |
Dijarea; |
|
— |
Rimettar. |
Kriterji tal-Laboratorju
|
— |
Iżolament ta' Vibrio cholerae minn kampjun kliniku KIF UKOLL |
|
— |
Dehra ta' antiġen O1 jew O139 fl-iżolat KIF UKOLL |
|
— |
Dimostrazzjoni ta' enterotossina tal-kolera jew il-ġene tal-enterotossina tal-kolera fl-iżolat |
Kriterji Epidemjoloġiċi
Għall-inqas waħda mill-erba' rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
|
— |
Esponiment għal sors komuni; |
|
— |
Trażmissjoni minn bniedem għal bniedem; |
|
— |
Esponiment għal ikel/ilma tax-xorb ikkontaminat; |
|
— |
Esponiment ambjentali. |
Klassifikazzjoni tal-Każ
|
A. |
Każ possibbli Mhux applikabbli |
|
B. |
Każ probabbli Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi b'rabta epidemjoloġika |
|
C. |
Każ ikkonfermat Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi u tal-laboratorju; |
Nota: Jekk is-sistema ta' sorveljanza nazzjonali mhix taqbad sintomi kliniċi, l-individwi kollha kkonfermati mil-laboratorju jenħtieġ li jiġu rrapportati bħala każi kkonfermati.
3.8 MARDA TA' CREUTZFELDT-JAKOB (CJD)
Prekundizzjonijiet
|
— |
Kull persuna li jkollha disturb newropsikjatriku progressiv li jdum mill-inqas sitt xhur |
|
— |
Investigazzjonijiet ta' rutina ma jissuġġerux dijanjożi alternattiva |
|
— |
L-ebda każ fl-imgħoddi ta' esponiment għal ormoni pitwitarji umani jew tilqim uman ta' dura mater |
|
— |
L-ebda evidenza ta' forma ġenetika ta' enċefalopatija sponġiformi li tinxtered |
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas erbgħa minn dawn il-ħamsa li ġejjin:
|
— |
Sintomi psikjatriċi minn kmieni (4); |
|
— |
Sintomi sensorji b'uġigħ persistenti (5); |
|
— |
Ataksja; |
|
— |
Mijoklonus jew kolera jew distonja; |
|
— |
Demenzja. |
Kriterji Dijanjostiċi
Kriterji dijanjostiċi għall-konferma tal-każ:
|
— |
Konferma newropatoloġika: bidla sponġiformi u depożizzjoni estensiva tal-proteina prion b'qoxra żejda madwar iċ-ċerebru u ċ-ċervellett |
Kriterji dijanjostiċi għal każ probabbli jew possibbli:
|
— |
L-EEG ma jurix id-dehra tipika (6) ta' CJD sporadika (6) fl-istadji bikrija tal-marda; |
|
— |
Sinjal għoli pulvinari bilaterali fuq scan tal-moħħ bl-MRI; |
|
— |
Bijopsija pożittiva tat-tunsilli (7). |
Kriterji Epidemjoloġiċi
Rabta epidemjoloġika permezz ta' trażmissjoni minn bniedem għal bniedem (pereżempju, trasfużjoni tad-demm)
Klassifikazzjoni tal-Każ
|
A. |
Każ possibbli Kull persuna li tissodisfa l-kundizzjonijiet minn qabel KIF UKOLL
|
|
B. |
Każ probabbli Kull persuna li tissodisfa l-kundizzjonijiet minn qabel KIF UKOLL
|
|
C. |
Każ ikkonfermat Kull persuna li tissodisfa l-kundizzjonijiet minn qabel KIF UKOLL tissodisfa l-kriterji dijanjostiċi għall-konferma tal-każ |
3.9. KRITTOSPORIDJOMI
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
|
— |
Dijarea; |
|
— |
Uġigħ addominali. |
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:
|
— |
Dehra ta' ooċiti tal-Cryptosporidium fl-ippurgar; |
|
— |
Dimostrazzjoni tal-Cryptosporidium fil-fluwidi intestinali jew minn kampjuni miġbura b'bijopsija mill-imsaren iż-żgħar; |
|
— |
Detezzjoni tal-aċidu nuklejku tal-Cryptosporidium fl-ippurgar; |
|
— |
Detezzjoni tal-antiġen tal-Cryptosporidium fl-ippurgar. |
Kriterji Epidemjoloġiċi
Waħda mill-ħames rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
|
— |
Trażmissjoni minn bniedem għal bniedem |
|
— |
Esponiment għal sors komuni |
|
— |
Trażmissjoni minn annimal għal bniedem |
|
— |
Esponiment għal ikel/ilma tax-xorb ikkontaminat |
|
— |
Esponiment ambjentali |
Klassifikazzjoni tal-Każ
|
A. |
Każ possibbli Mhux applikabbli |
|
B. |
Każ probabbli Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi b'rabta epidemjoloġika |
|
C. |
Każ ikkonfermat Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi u tal-laboratorju |
Nota: Jekk is-sistema ta' sorveljanza nazzjonali mhix taqbad sintomi kliniċi, l-individwi kollha kkonfermati mil-laboratorju jenħtieġ li jiġu rrapportati bħala każi kkonfermati.
3.10 DENGUE
Kriterji Kliniċi (9)
|
— |
Deni |
Kriterji tal-Laboratorju (10)
A. Każ probabbli
|
— |
Detezzjoni ta' antikorpi ta' IgM speċifika ta' dengue f'kampjun wieħed tas-serum |
B. Każ ikkonfermat
għall-inqas waħda minn dawn il-ħamsa li ġejjin:
|
— |
Iżolament tal-virus dengue minn kampjun kliniku; |
|
— |
Detezzjoni ta' aċidu nuklejku virali ta' dengue f'kampjun kliniku; |
|
— |
Detezzjoni ta' antiġen virali ta' dengue f'kampjun kliniku; |
|
— |
Detezzjoni ta' antikorpi ta' IgM speċifiċi ta' dengue f'kampjun wieħed tas-serum KIF UKOLL konferma bin-newtralizzazzjoni; |
|
— |
Serokonverżjoni jew żieda b'erba' darbiet tat-titru tal-antikorpi ta' antikorpi speċifiċi ta' dengue f'kampjuni pari tas-serum |
Kriterji Epidemjoloġiċi
Storja ta' vvjaġġar lejn, jew residenza f'żona bi trażmissjoni għaddejja dokumentata ta' dengue, f'perjodu ta' ġimagħtejn qabel bdew is-sintomi
Klassifikazzjoni tal-Każ
|
A. |
Każ possibbli Mhux applikabbli |
|
B. |
Każ probabbli Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi u epidemjoloġiċi, u l-kriterji tal-laboratorju għal każ probabbli |
|
C. |
Każ ikkonfermat Kull persuna li tissodisfa l-kriterji tal-laboratorju għal każ ikkonfermat. |
3.11 DIFTERITE
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda mill-forom kliniċi li ġejjin:
|
|
Difterite Respiratorja Klassika: Marda tal-apparat respiratorju ta' fuq bil-larinġite jew bin-nażofarinġite jew bit-tonsillite KIF UKOLL membrana/psewdomembrana aderenti |
|
|
Difterite respiratorja ħafifa: Marda tal-apparat respiratorju ta' fuq bil-larinġite jew bin-nażofarinġite jew bit-tonsillite MINGĦAJR membrana/psewdomembrana aderenti. |
|
|
Difterite fil-Ġilda: Ferita fil-ġilda |
|
|
Difterite ta' partijiet oħra: Ferita tal-konġuntiva jew tal-membrani mukużi |
Kriterji tal-Laboratorju
L-iżolament ta' Corynebacterium diphtheriae, Corynebacterium ulcerans jew Corynebacterium pseudotuberculosis li jipproduċu tossina minn kampjun kliniku.
Kriterji Epidemjoloġiċi
għall-inqas waħda mir-rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
|
— |
Trażmissjoni minn bniedem għal bniedem |
|
— |
Trażmissjoni minn annimal għal bniedem |
Klassifikazzjoni tal-Każ
|
A. |
Każ possibbli Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi għal difterite respiratorja klassika |
|
B. |
Każ probabbli Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi għad-difterite (Difterite Respiratorja Klassika, Difterite Respiratorja Ħafifa, Difterite fil-Ġilda, Difterite ta' partijiet oħra) b'rabta epidemjoliġika ma' każ uman ikkonfermat jew b'rabta epidemjoliġika ma' trażmissjoni minn annimal għal bniedem |
|
C. |
Każ ikkonfermat Kull persuna li tissodisfa l-kriterji tal-laboratorju KIF UKOLL għall-inqas waħda mill-forom kliniċi |
3.12 EKINOKOKKOŻI
Kriterji Kliniċi
Mhux rilevanti għal għanijiet ta' sorveljanza
Kriterji Dijanjostiċi
għall-inqas waħda minn dawn il-ħamsa li ġejjin:
|
— |
Istopatoloġija jew parassitoloġija kompatibbli ma' Echinococcus multilocularis jew granulosus (pereżempju, viżwalizzazzjoni diretta tal-protoskoleks fil-fluwidu taċ-ċista) |
|
— |
Detezzjoni ta' morfoloġija makroskopika patonjomonika ta' Echinoccocus granulosus ta' ċista/ċisti f'kampjuni kirurġiċi |
|
— |
Feriti f'organi tipiċi misjuba permezz ta' tekniki bl-immaġni (pereżempju, tomografija kompjuterizzata, sonografija, MRI) KIF UKOLL ikkonfermati b'test seroloġiku |
|
— |
Antikorpi speċifiċi tas-serum ta' Echinococcus spp. b'test seroloġiku b'sensittività għolja KIF UKOLL ikkonfermati permezz ta' test seroloġiku bi speċifiċità għolja |
|
— |
Detezzjoni tal-aċidu nuklejku ta' Echinococcus multilocularis jew granulosus f'kampjun kliniku |
Kriterji Epidemjoloġiċi Mhux applikabbli
Klassifikazzjoni tal-Każ
|
A. |
Każ possibbli Mhux applikabbli |
|
B. |
Każ probabbli Mhux applikabbli |
|
C. |
Każ ikkonfermat Kull persuna li tissodisfa l-kriterji dijanjostiċi |
3.13 GIARDIASIS [LAMBLIASIS]
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:
|
— |
Dijarea |
|
— |
Uġigħ addominali |
|
— |
Nefħa |
|
— |
Sinjali ta' ħdim ħażin tal-ikel (pereżempju, steatorrea, telf fil-piż) |
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
|
— |
Dimostrazzjoni ta' ċisti jew tropożojti tal-Giardia lamblia fl-ippurgar, fluwidu duodenali jew bijopsija tal-imsaren iż-żgħar |
|
— |
Dimostrazzjoni tal-antiġen tal-Giardia lamblia fl-ippurgar, likwidu duodenali jew bijopsija tal-imseren iż-żgħar |
|
— |
Detezzjoni ta' aċidu nuklejku tal-Giardia lamblia fl-ippurgar, fluwidu duodenali jew bijopsija tal-imsaren iż-żgħar |
Kriterji Epidemjoloġiċi
għall-inqas waħda mill-erba' rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
|
— |
Esponiment għal ikel/ilma tax-xorb ikkontaminat |
|
— |
Trażmissjoni minn bniedem għal bniedem |
|
— |
Esponiment għal sors komuni |
|
— |
Esponiment ambjentali |
Klassifikazzjoni tal-Każ
|
A. |
Każ possibbli Mhux applikabbli |
|
B. |
Każ probabbli Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi b'rabta epidemjoloġika |
|
C. |
Każ ikkonfermat Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi u tal-laboratorju |
Nota: Jekk is-sistema ta' sorveljanza nazzjonali mhix taqbad sintomi kliniċi, l-individwi kollha kkonfermati mil-laboratorju jenħtieġ li jiġu rrapportati bħala każi kkonfermati.
3.14 INFEZZJONIJIET GONOKOKKALI
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda minn dawn it-tmienja li ġejjin:
|
— |
Uretrite |
|
— |
Salpinġite akuta |
|
— |
Marda infjammatorja pelvika |
|
— |
Ċerviċite |
|
— |
Epididimite |
|
— |
Proktite |
|
— |
Farinġite |
|
— |
Artrite |
JEW
Kull tarbija tat-twelid b'konġuntivite
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:
|
— |
L-iżolament ta' Neisseria gonorrhoeae minn kampjun kliniku |
|
— |
Detezzjoni tal-aċidu nuklejku Neisseria gonorrhoeae f'kampjun kliniku |
|
— |
Dimostrazzjoni ta' Neisseria gonorrhoeae permezz ta' test b'sonda mhux amplifikata tal-aċidu nuklejku f'kampjun kliniku |
|
— |
Detezzjoni mikroskopika ta' diplokokki gramma-negattiva intraċellulari f'kampjun maskili tal-uretra |
Kriterji Epidemjoloġiċi
Rabta epidemjoloġika permezz ta' trażmissjoni minn bniedem għal bniedem (kuntatt sesswali jew trażmissjoni vertikali)
Klassifikazzjoni tal-Każ
|
A. |
Każ possibbli Mhux applikabbli |
|
B. |
Każ probabbli Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi b'rabta epidemjoloġika |
|
C. |
Każ ikkonfermat Kull persuna li tissodisfa l-kriterji tal-laboratorju |
Reżistenza għall-antimikrobiċi
Għal każijiet aċċertati mill-kultura, ir-riżultati ta' testijiet tas-suxxettibbiltà antimikrobika jridu jiġu rrapportati skont il-metodi u l-kriterji miftiehma bejn l-ECDC u l-Istati Membri kif speċifikat fil-protokoll standard tal-ECDC għas-sorveljanza tar-reżistenza għall-antimikrobiċi fil-gonokokku (11).
3.15 INFEZZJONI HAEMOPHILUS INFLUENZAE, MARDA INVAŻIVA
Kriterji Kliniċi
Mhux rilevanti għal għanijiet ta' sorveljanza
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
|
— |
Iżolament ta' Haemophilus influenzae minn sit normalment sterili |
|
— |
Detezzjoni tal-aċidu nuklejku ta' Haemophilus influenzae minn sit normalment sterili |
Kriterji Epidemjoloġiċi Mhux Applikabbli
Klassifikazzjoni tal-Każ
|
A. |
Każ possibbli Mhux Applikabbli |
|
B. |
Każ probabbli Mhux Applikabbli |
|
C. |
Każ ikkonfermat Kull persuna li tissodisfa l-kriterji tal-laboratorju |
3.16 EPATITE A AKUTA
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha bidu diskret ta' sintomi (pereżempju, għeja kbira, uġigħ addominali, telf ta' aptit, nawżja u remettar intermittenti)
KIF UKOLL
Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
|
— |
Deni |
|
— |
Suffejra |
|
— |
Livelli elevati ta' transaminażi tas-serum |
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
|
— |
Detezzjoni ta' aċidu nuklejku tal-virus tal-epatite A fis-serum jew fl-ippurgar |
|
— |
Reazzjoni speċifika tal-antikorpi tal-virus tal-epatite A |
|
— |
Detezzjoni ta' antiġen tal-virus tal-epatite A fl-ippurgar |
Kriterji Epidemjoloġiċi
Għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:
|
— |
Trażmissjoni minn bniedem għal bniedem |
|
— |
Esponiment għal sors komuni |
|
— |
Esponiment għal ikel/ilma tax-xorb ikkontaminat |
|
— |
Esponiment ambjentali |
Klassifikazzjoni tal-Każ
|
A. |
Każ possibbli Mhux applikabbli |
|
B. |
Każ probabbli Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi b'rabta epidemjoloġika |
|
C. |
Każ ikkonfermat Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi u tal-laboratorju |
Nota: Jekk is-sistema ta' sorveljanza nazzjonali mhix taqbad sintomi kliniċi, l-individwi kollha kkonfermati mil-laboratorju jenħtieġ li jiġu rrapportati bħala każi kkonfermati.
3.17 EPATITE B (12)
Kriterji Kliniċi
Mhux rilevanti għal għanijiet ta' sorveljanza
Kriterji tal-Laboratorju
Riżultati pożittivi ta' għall-inqas wieħed jew aktar mit-testijiet li ġejjin jew taħlita ta' testijiet:
|
— |
Antikorp ċentrali tal-epatite B tal-IgM (anti-HBc IgM) |
|
— |
Antiġen tal-wiċċ tal-epatite B (HBsAg) |
|
— |
Antiġen e tal-epatite B (HBeAg) |
|
— |
Aċidu nuklejku tal-epatite B (HBV-DNA) |
Kriterji Epidemjoloġiċi
Mhux rilevanti għal għanijiet ta' sorveljanza
Klassifikazzjoni tal-Każ
|
A. |
Każ possibbli Mhux Applikabbli |
|
B. |
Każ probabbli Mhux Applikabbli |
|
C. |
Każ ikkonfermat Kull persuna li tissodisfa l-kriterji tal-laboratorju |
3.18 EPATITE C (13)
Kriterji Kliniċi
Mhux rilevanti għal għanijiet ta' sorveljanza
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
|
— |
Detezzjoni tal-aċidu nuklejku tal-virus tal-epatite C (HCV RNA) |
|
— |
Detezzjoni tal-antiġen ċentrali tal-virus tal-epatite C (HCV-core) |
|
— |
Reazzjoni speċifika tal-antikorp tal-virus tal-epatite C (anti-HCV) ikkonfermata minn test konfermatorju ta' antikorp (pereżempju, immunoblot) fuq persuni ta' aktar minn 18-il xahar fl-età mingħajr evidenza ta' infezzjoni mfejqa |
Kriterji Epidemjoloġiċi Mhux Applikabbli
Klassifikazzjoni tal-Każ
|
A. |
Każ possibbli Mhux Applikabbli |
|
B. |
Każ probabbli Mhux Applikabbli |
|
C. |
Każ ikkonfermat Kull persuna li tissodisfa l-kriterji tal-laboratorju |
3.19 VAJRUS TAL-IMMUNODEFIĊJENZA UMANA (HIV) U SINDROME TAL-IMMUNODEFIĊJENZA AKKWIŻITA (AIDS)
Kriterji Kliniċi (AIDS)
Kull persuna li għandha xi waħda mill-kundizzjonijiet kliniċi kif iddefiniti fid-definizzjoni Ewropea tal-każ tal-AIDS:
|
— |
Adulti u adoloxxenti ≥ 15-il sena |
|
— |
Tfal < 15-il sena |
Kriterji tal-Laboratorju (HIV)
|
— |
Adulti, adoloxxenti u tfal ≥ 18-il xahar Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
|
|
— |
Tfal ta' età < 18-il xahar Riżultati pożittivi fuq żewġ kampjuni separati (eskluż id-demm tal-kurdun) minn għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
|
Kriterji Epidemjoloġiċi Mhux Applikabbli
Klassifikazzjoni tal-Każ
|
A. |
Każ possibbli Mhux Applikabbli |
|
B. |
Każ probabbli Mhux Applikabbli |
|
C. |
Każ ikkonfermat
|
3.20 INFLUWENZA
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda mill-forom kliniċi li ġejjin:
|
|
Marda simili għall-influwenza (ILI)
|
|
|
Infezzjoni respiratorja akuta (ARI)
|
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:
|
— |
Iżolament tal-virus tal-influwenza minn kampjun kliniku |
|
— |
Detezzjoni tal-aċidu nuklejku tal-virus tal-influwenza f'kampjun kliniku |
|
— |
Identifikazzjoni ta' antiġen tal-virus tal-influwenza permezz tat-test DFA f'kampjun kliniku |
|
— |
Reazzjoni speċifika tal-antikorpi tal-influwenza |
Jekk ikun possibbli jenħtieġ li ssir klassifikazzjoni tas-subtip tal-iżolati tal-influwenza
Kriterji Epidemjoloġiċi
Rabta epidemjoloġika bi trażmissjoni minn bniedem għal bniedem
Klassifikazzjoni tal-Każ
|
A. |
Każ possibbli Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi (ILI jew ARI) |
|
B. |
Każ probabbli Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi (ILI jew ARI) b'rabta epidemjoloġika |
|
C. |
Każ ikkonfermat Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi (ILI jew ARI) u tal-laboratorju |
3.21 INFLUWENZA A/H5N1
Kriterji Kliniċi
Kull persuna b'waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
|
— |
Deni KIF UKOLL sinjali u sintomi ta' infezzjoni respiratorja akuta; |
|
— |
Mewt minħabba marda respiratorja akuta inspjegabbli. |
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
|
— |
Iżolament tal-influwenza A/H5N1 minn kampjun kliniku; |
|
— |
Detezzjoni tal-aċidu nuklejku tal-influwenza A/H5 f'kampjun kliniku; |
|
— |
Reazzjoni speċifika tal-antikorpi għall-influwenza A/H5 (żieda b'erba' darbiet jew aktar jew titru singolu għoli). |
Kriterji Epidemjoloġiċi
Għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:
|
— |
Trażmissjoni minn bniedem għal bniedem minħabba kuntatt mill-qrib (mhux aktar minn metru) ma' persuna rrappurtata bħala każ probabbli jew ikkonfermat; |
|
— |
Esponiment fil-laboratorju: fejn hemm esponiment potenzjali għal influwenza A/H5N1; |
|
— |
Kuntatt mill-qrib (mhux aktar minn metru) ma' annimal b'infezzjoni A/H5N1 ikkonfermata għajr tjur u għasafar selvaġġi (pereżempju, qattus jew ħanżir); |
|
— |
Li tgħix fi jew żort żona fejn l-influwenza A/H5N1 hi attwalment suspetta jew ikkonfermata KIF UKOLL għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
|
Klassifikazzjoni tal-Każ
|
A. |
Każ possibbli Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi u epidemjoloġiċi |
|
B. |
Każ probabbli Kull persuna li jkollha test pożittiv għal influwenza A/H5 jew A/H5N1 imwettaq minn laboratorju li mhuwiex Laboratorju ta' Referenza Nazzjonali li jipparteċipa fin-Netwerk Komunitarju tal-UE tal-Laboratorji ta' Referenza għall-influwenza umana (CNRL) |
|
C. |
Każ ikkonfermat fil-livell nazzjonali Kull persuna li jkollha test pożittiv għal influwenza A/H5 jew A/H5N1 imwettaq minn Laboratorju ta' Referenza Nazzjonali li jipparteċipa fin-Netwerk Komunitarju tal-UE tal-Laboratorji ta' Referenza għall-influwenza umana (CNRL) |
|
D. |
Każ ikkonfermat mid-WHO Kull persuna b'konferma tal-laboratorju minn Ċentru ta' Kollaborazzjoni tad-WHO għal H5 |
3.22 MARDA TAL-LEĠJONARJI
Kriterji Kliniċi
Kull persuna b'pulmonite
Kriterji tal-Laboratorju
Kriterji tal-laboratorju għall-konferma tal-każ
Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
|
— |
Iżolament ta' Legionella spp. minn tnixxijiet respiratorji jew kull sit normalment sterili |
|
— |
Detezzjoni tal-antiġen tal-Legionella pneumophila fl-awrina |
|
— |
Żieda sinifikanti fil-livell speċifiku tal-antikorpi għal serogrupp 1 tal-Legionella pneumophila f'kampjuni pari tas-serum |
Kriterji tal-laboratorju għal każ probabbli
Għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:
|
— |
Detezzjoni tal-antiġen tal-Legionella pneumophila fi tnixxijiet respiratorji jew tessut tal-pulmuni pereżempju, permezz ta' tebgħa bid-DFA bl-użu ta' reaġenti derivati tal-antikorpi monoklonali |
|
— |
Detezzjoni tal-aċidu nuklejku tal-Legionella spp. fi tnixxijiet respiratorji, tessut tal-pulmun jew kull sit normalment sterili |
|
— |
Żieda sinifikanti fil-livell speċifiku tal-antikorpi għal-Legionella pneumophila minbarra serogrupp 1 jew Legionella spp. oħra f'kampjuni pari tas-serum |
|
— |
Livell singolu għoli tal-antikorp speċifiku għal serogrupp 1 tal-Legionella pneumophila fis-serum |
Kriterji Epidemjoloġiċi Mhux applikabbli
Klassifikazzjoni tal-Każ
|
A. |
Każ possibbli Mhux applikabbli |
|
B. |
Każ probabbli Kull persuna li tissodisfa l-kriterju kliniku KIF UKOLL għall-inqas kriterju wieħed tal-laboratorju għal każ probabbli |
|
C. |
Każ ikkonfermat Kull persuna li tissodisfa l-kriterju kliniku KIF UKOLL għall-inqas kriterju wieħed tal-laboratorju għal każ probabbli |
3.23 LETTOSPIROŻI
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha
|
— |
Deni |
JEW
Għall-inqas tnejn minn dawn il-ħdax li ġejjin:
|
— |
Tertir ta' Bard |
|
— |
Uġigħ ta' ras |
|
— |
Mijalġija |
|
— |
Xaqq tal-għaraq konġuntivali |
|
— |
Emorraġiji tal-ġilda jew ta' membrani mukużi |
|
— |
Raxx |
|
— |
Suffejra |
|
— |
Mijokardite |
|
— |
Meninġite |
|
— |
Indeboliment tal-kliewi |
|
— |
Sintomi respiratorji bħal emottiżi |
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:
|
— |
Iżolament ta' Leptospira interrogans jew ta' kull Leptospira spp. patoġenika oħra minn kampjun kliniku |
|
— |
Detezzjoni ta' Leptospira interrogans jew ta' aċidu nuklejku ta' kull Leptospira spp. patoġenika oħra f'kampjun kliniku |
|
— |
Dimostrazzjoni ta' Leptospira interrogans jew kull Leptospira spp. patoġenika oħra bl-immunofluworexxenza f'kampjun kliniku |
|
— |
Reazzjoni speċifika tal-antikorpi għal Leptospira interrogans jew għal kull Leptospira spp. patoġenika oħra |
Kriterji Epidemjoloġiċi
Għall-inqas waħda mit-tliet rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
|
— |
Trażmissjoni minn annimal għal bniedem |
|
— |
Esponiment ambjentali |
|
— |
Esponiment għal sors komuni |
Klassifikazzjoni tal-Każ
|
A. |
Każ possibbli Mhux applikabbli |
|
B. |
Każ probabbli Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi b'rabta epidemjoloġika |
|
C. |
Każ ikkonfermat Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi u tal-laboratorju |
Nota: Jekk is-sistema ta' sorveljanza nazzjonali mhix taqbad sintomi kliniċi, l-individwi kollha kkonfermati mil-laboratorju jenħtieġ li jiġu rrapportati bħala każi kkonfermati.
3.24 LISTERJOŻI
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda minn dawn il-ħamsa li ġejjin:
|
— |
Deni |
|
— |
Meninġite, meningoenċefalite, jew enċefalite |
|
— |
Sintomi simili tal-influwenza |
|
— |
Settiċemija |
|
— |
Infezzjonijiet lokalizzati bħal artrite, endokardite, endoftalmite, u axxessi |
Listerjożi fit-tqala:
|
— |
Konsegwenzi ta' infezzjoni tal-Listeria relatati mat-tqala ddefiniti bħala: korriment, twelid mejjet jew twelid prematur waqt it-tqala |
|
— |
Listerjożi fit-trabi tat-twelid iddefinita bħala waħda minn dawn li ġejjin:
|
JEW
Għall-inqas waħda minn dawn il-ħamsa li ġejjin matul l-ewwel xahar ta' ħajja (listerjożi neonatali):
|
— |
Meninġite jew meningoenċefalite |
|
— |
Settiċemija |
|
— |
Dispnea |
|
— |
Granulomatożi infantisettika |
|
— |
Feriti fil-ġilda, fil-membrani mukużi jew fil-konġuntiva |
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
|
— |
Iżolament ta' Listeria monocytogenes jew detezzjoni ta' aċidu nuklejku tal-Listeria monocytogenes f'sit normalment sterili |
|
— |
Kif ukoll, f'każ assoċjat mat-tqala: Iżolament ta' Listeria monocytogenes jew detezzjoni ta' aċidu nuklejku tal-Listeria monocytogenes f'sit normalment mhux sterili (pereżempju, tessut plaċentali, fluwidu amnijotiku, mekonju, swab vaġinali) jew minn fetu, tarbija mwielda mejta, tarbija tat-twelid jew l-omm |
Kriterji Epidemjoloġiċi
għall-inqas waħda mill-erba' rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
|
— |
Esponiment għal sors komuni |
|
— |
Trażmissjoni minn bniedem għal bniedem (trażmissjoni vertikali) |
|
— |
Esponiment għal ikel ikkontaminat |
|
— |
Trażmissjoni minn annimal għal bniedem |
Klassifikazzjoni tal-Każ
|
A. |
Każ possibbli Mhux Applikabbli |
|
B. |
Każ probabbli Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi b'rabta epidemjoloġika |
|
C. |
Każ ikkonfermat Kull persuna li tissodisfa l-kriterji tal-laboratorju għal sit normalment sterili JEW F'każ assoċjat mat-tqala (omm jew tarbija tat-twelid fl-ewwel xahar tal-ħajja) li jilħaq il-kriterji tal-laboratorju, l-omm biss trid tiġi rrapportata bħala każ. |
Nota: Jekk is-sistema ta' sorveljanza nazzjonali mhix taqbad sintomi kliniċi, l-individwi kollha kkonfermati mil-laboratorju jenħtieġ li jiġu rrapportati bħala każi kkonfermati.
3.25 LYME NEWROBORRELJOŻI
Kriterji Kliniċi
|
— |
Sintomi newroloġiċi skont id-definizzjoni tal-każ issuġġerit mill-Federazzjoni Ewropea ta' Soċjetajiet Newroloġiċi (EFNS) (14), mingħajr raġunijiet ovvji oħra |
Kriterji tal-Laboratorju
A. Każ ikkonfermat
|
— |
Pleoċitożi fil-fluwidu ċerebrospinali, KIF UKOLL
JEW |
|
— |
Detezzjoni ta' antikorpi IgG tal-Lyme borreljożi f'kampjun tad-demm fit-tfal biss (età ta' inqas minn 18-il sena) b'paraliżi tal-wiċċ jew newrite kranjali oħra u storja riċenti (< xahrejn) ta' eritema migranti |
B. Każ probabbli
|
— |
Pleoċitożi fil-fluwidu ċerebrospinali KIF UKOLL seroloġija ta' Lyme borreljożi pożittiva fil-fluwidu ċerebrospinali JEW |
|
— |
Produzzjoni ta' antikorpi ta' Lyme borreljożi intratekali speċifiċi |
Kriterji Epidemjoloġiċi
Mhux applikabbli
Klassifikazzjoni tal-Każ
|
A. |
Każ possibbli Mhux applikabbli |
|
B. |
Każ probabbli Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi u għall-inqas wieħed mill-kriterji tal-laboratorju għal każ probabbli |
|
C. |
Każ ikkonfermat Kull persuna li tissodisfa l-kriterju kliniku KIF UKOLL għall-inqas kriterju wieħed tal-laboratorju għal każi kkonfermati |
3.26 MALARJA
Kriterji Kliniċi
Kull persuna bid-deni JEW storja ta' deni
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
|
— |
Dimostrazzjoni tal-parassiti tal-malarja permezz ta' mikroskopija ottika f'kampjuni tad-demm |
|
— |
Detezzjoni tal-aċidu nuklejku ta' Plasmodium fid-demm |
|
— |
Detezzjoni tal-antiġen ta' Plasmodium |
Jekk ikun possibbli jenħtieġ li ssir differenzjazzjoni ta' Plasmodium spp.
Kriterji Epidemjoloġiċi Mhux applikabbli
Klassifikazzjoni tal-Każ
|
A. |
Każ possibbli Mhux applikabbli |
|
B. |
Każ probabbli Mhux applikabbli |
|
C. |
Każ ikkonfermat Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi u tal-laboratorju |
Nota: Jekk is-sistema ta' sorveljanza nazzjonali mhix taqbad sintomi kliniċi, l-individwi kollha kkonfermati mil-laboratorju jenħtieġ li jiġu rrapportati bħala każi kkonfermati.
3.27 ĦOSBA
Kriterji Kliniċi
Kull persuna bid-deni
KIF UKOLL
|
— |
Raxx bi tbajja' u nfafet |
KIF UKOLL għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
|
— |
Sogħla |
|
— |
Koriża |
|
— |
Konġuntivite |
Kriterji tal-Laboratorju
għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:
|
— |
Iżolament tal-virus tal-ħosba minn kampjun kliniku |
|
— |
Detezzjoni tal-aċidu nuklejku tal-virus tal-ħosba f'kampjun kliniku |
|
— |
Reazzjoni speċifika tal-antikorpi għall-virus tal-ħosba karatteristika ta' infezzjoni akuta fis-serum jew fil-bżieq |
|
— |
Detezzjoni tal-antiġen tal-virus tal-ħosba permezz tad-DFA f'kampjun kliniku bl-użu ta' antikorpi monoklonali speċifiċi tal-ħosba |
Ir-riżultati tal-laboratorju jenħtieġ li jiġu interpretati skont l-istatus tat-tilqim. F'każ li t-tilqim ikun reċenti, investiga għall-virus naturali
Kriterji Epidemjoloġiċi
Rabta epidemjoloġika bi trażmissjoni minn bniedem għal bniedem
Klassifikazzjoni tal-Każ
|
A. |
Każ possibbli Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi |
|
B. |
Każ probabbli Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi b'rabta epidemjoloġika |
|
C. |
Każ ikkonfermat Kull persuna li ma ġietx imlaqqma reċentement u li tissodisfa l-kriterji kliniċi u tal-laboratorju |
3.28 INFEZZJONI MENINGOKOKKALI, MARDA INVAŻIVA
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas wieħed mis-sintomi li ġejjin:
|
— |
Sinjali ta' meninġi |
|
— |
Raxx emorraġiku |
|
— |
Xokk settiku |
|
— |
Artrite settika |
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:
|
— |
Iżolament ta' Neisseria meningitidis minn sit normalment sterili, jew minn feriti purpuriċi fil-ġilda |
|
— |
Detezzjoni tal-aċidu nuklejku ta' Neisseria meningitidis minn sit normalment sterili, jew minn feriti purpuriċi fil-ġilda |
|
— |
Detezzjoni tal-antiġen ta' Neisseria meningitidis f'CSF |
|
— |
Detezzjoni ta' diplokokku mtebba' gram-negattiv f'CSF |
Kriterji Epidemjoloġiċi
Rabta epidemjoloġika bi trażmissjoni minn bniedem għal bniedem
Klassifikazzjoni tal-Każ
|
A. |
Każ possibbli Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi |
|
B. |
Każ probabbli Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi b'rabta epidemjoloġika |
|
C. |
Każ ikkonfermat Kull persuna li tissodisfa l-kriterji tal-laboratorju |
3.29 GATTONE
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha
|
— |
Deni |
KIF UKOLL
Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
|
— |
Bidu għall-għarrieda ta' nefħa sensittiva unilaterali jew bilaterali tal-parotid jew ta' glandoli oħra tal-bżieq mingħajr kawża oħra apparenti |
|
— |
Orkite |
|
— |
Meninġite |
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
|
— |
Iżolament tal-virus tal-gattone minn kampjun kliniku |
|
— |
Detezzjoni tal-aċidu nuklejku tal-virus tal-gattone |
|
— |
Reazzjoni speċifika tal-antikorpi għall-virus tal-gattone karatteristika ta' infezzjoni akuta fis-serum jew fil-bżieq |
Ir-riżultati tal-laboratorju jridu jkunu interpretati skont l-istatus tat-tilqim
Kriterji Epidemjoloġiċi
Rabta epidemjoloġika bi trażmissjoni minn bniedem għal bniedem
Klassifikazzjoni tal-Każ
|
A. |
Każ possibbli Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi |
|
B. |
Każ probabbli Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi b'rabta epidemjoloġika |
|
C. |
Każ ikkonfermat Kull persuna li ma ġietx imlaqqma reċentement u li tissodisfa l-kriterji tal-laboratorju F'każ ta' tilqim riċenti: kull persuna b'detezzjoni ta' razza tal-virus tal-gattone tat-tip naturali |
3.30 PERTUSSIS
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha sogħla li ddum mill-inqas ġimagħtejn KIF UKOLL
|
— |
għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
|
JEW
Kull persuna ddijanjostikata b'sogħla konvulżiva minn tabib
JEW
Episodji ta' waqfien tan-nifs fit-trabi
Noti:
L-individwi kollha inklużi adulti, adolexxenti jew tfal imlaqqma jistgħu juru sintomi atipiċi. Il-karatteristiċi tas-sogħla jenħtieġ li jiġu investigati, b'mod partikolari jekk is-sogħla hix parossimali fin-natura, tiżdiedx matul il-lejl u tokkorrix fin-nuqqas tad-deni.
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
|
(i) |
Iżolament ta' Bordetella pertussis minn kampjun kliniku |
|
(ii) |
Detezzjoni tal-aċidu nuklejku ta' Bordetella pertussis f'kampjun kliniku |
|
(iii) |
Reazzjoni speċifika tal-antikorpi għal Bordetella pertussis |
Dijanjożi diretta (i-ii): Bordetella pertussis u l-aċidu nuklejku tagħha jiġu iżolati/misjuba l-aħjar minn kampjuni nażofarinġali.
Dijanjożi indiretta (iii): jekk ikun possibbli l-ELISA jenħtieġ li jitwettaq bl-użu ta' tossina tal-Pertussis ippurifikata ħafna u sera ta' referenza tad-WHO bħala standard. Ir-riżultati jridu jiġu interpretati skont l-istatus tat-tilqim kontra l-pertussis. Jekk imlaqqam fl-aħħar ftit snin qabel il-ġabra tal-kampjun, it-titru ta' antikorpi speċifiċi kontra t-tossina Bordetella pertussis jistgħu jkunu konsegwenza ta', jew immodifikati minn, tilqima preċedenti.
Kriterji Epidemjoloġiċi
Rabta epidemjoloġika bi trażmissjoni minn bniedem għal bniedem
Klassifikazzjoni tal-Każ
|
A. |
Każ possibbli Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi |
|
B. |
Każ probabbli Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi b'rabta epidemjoloġika |
|
C. |
Każ ikkonfermat Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi u tal-laboratorju |
3.31 PESTA
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda mill-forom kliniċi li ġejjin:
|
|
Pesta bubonika:
|
|
|
Pesta settiċemika:
|
|
|
Pesta pulmonari:
KIF UKOLL Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
|
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
|
— |
Iżolament ta' Yersinia pestis minn kampjun kliniku |
|
— |
Detezzjoni tal-aċidu nuklejku ta' Yersinia pestis minn kampjun kliniku |
|
— |
Reazzjoni speċifika tal-antikorpi kontra l-antiġen F1 ta' Yersinia pestis |
Kriterji Epidemjoloġiċi
għall-inqas waħda mill-erba' rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
|
— |
Trażmissjoni minn bniedem għal bniedem |
|
— |
Trażmissjoni minn annimal għal bniedem |
|
— |
Esponiment fil-laboratorju (fejn hemm esponiment potenzjali għall-pesta) |
|
— |
Esponiment għal sors komuni |
Klassifikazzjoni tal-Każ
|
A. |
Każ possibbli Mhux applikabbli |
|
B. |
Każ probabbli Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi b'rabta epidemjoloġika |
|
C. |
Każ ikkonfermat Kull persuna li tissodisfa l-kriterji tal-laboratorju |
3.32 INFEZZJONI STREPTOCOCCUS PNEUMONIAE, MARDA INVAŻIVA
Kriterji Kliniċi
Mhux rilevanti għal għanijiet ta' sorveljanza
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
|
— |
Iżolament ta' Streptococcus pneumoniae minn sit normalment sterili |
|
— |
Detezzjoni tal-aċidu nuklejku ta' Streptococcus pneumoniae minn sit normalment sterili |
|
— |
Detezzjoni tal-antiġen ta' Streptococcus pneumoniae minn sit normalment sterili |
Kriterji Epidemjoloġiċi Mhux applikabbli
Klassifikazzjoni tal-Każ
|
A. |
Każ possibbli Mhux applikabbli |
|
B. |
Każ probabbli Mhux applikabbli |
|
C. |
Każ ikkonfermat Kull persuna li tissodisfa l-kriterji tal-laboratorju |
Ir-reżistenza għall-antimikrobiċi:
Ir-riżultati ta' testijiet tas-suxxettibbiltà antimikrobika jridu jiġu rrapportati skont il-metodi u l-kriterji miftiehma bejn l-ECDC u l-Istati Membri kif speċifikat min-Netwerk Ewropew ta' Sorveljanza tar-Reżistenza għall-Antimikrobiċi (EARS-Net) tal-ECDC (15).
3.33 POLIOMYELITIS AKUTA
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li għandha inqas minn 15-il sena b'Paraliżi mpaħpħa akuta (AFP)
JEW
Kull persuna li t-tabib jissuspetta li għandha l-poljo
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
|
— |
Iżolament tal-virus tal-poljo u differenzjazzjoni intratipika – Virus naturali tal-poljo (WPV) |
|
— |
Virus tal-poljo derivat mill-vaċċin (VDPV) (għall-VDPV għall-inqas 85 % xebh mal-virus tal-vaċċin fis-sekwenzi ta' nukleotide tat-taqsima VP1) |
|
— |
Virus tal-poljo simili għal sabin: differenzjazzjoni intratipika mwettqa minn laboratorju tal-poljo akkreditat mid-WHO (għall-VDPV minn > 1 % sa 15 % differenza fis-sekwenza VP1 meta mqabbel mal-virus tal-vaċċin tal-istess serotip) |
Kriterji Epidemjoloġiċi
għall-inqas waħda miż-żewġ rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
|
— |
Trażmissjoni minn bniedem għal bniedem |
|
— |
Storja ta' vjaġġar lejn żona ta' poljo endemika jew żona b'ċirkolazzjoni suspettata jew ikkonfermata tal-virus tal-poljo |
Klassifikazzjoni tal-Każ
|
A. |
Każ possibbli Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi |
|
B. |
Każ probabbli Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi b'rabta epidemjoloġika |
|
C. |
Każ ikkonfermat Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi u tal-laboratorju |
3.34 DENI Q
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
|
— |
Deni |
|
— |
Pulmonite |
|
— |
Epatite |
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
|
— |
Iżolament ta' Coxiella burnetii minn kampjun kliniku |
|
— |
Detezzjoni tal-aċidu nuklejku ta' Coxiella burnetii f'kampjun kliniku |
|
— |
Reazzjoni speċifika tal-antikorpi għal Coxiella burnetii (IgG jew IgM fażi II) |
Kriterji Epidemjoloġiċi
għall-inqas waħda miż-żewġ rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
|
— |
Esponiment għal sors komuni |
|
— |
Trażmissjoni minn annimal għal bniedem |
Klassifikazzjoni tal-Każ
|
A. |
Każ possibbli Mhux applikabbli |
|
B. |
Każ probabbli Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi b'rabta epidemjoloġika |
|
C. |
Każ ikkonfermat Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi u tal-laboratorju |
3.35 RABJA
Kriterji Kliniċi
Kull persuna b'enċefalomijelite akuta
KIF UKOLL
Għall-inqas tnejn minn dawn is-sebgħa li ġejjin:
|
— |
Bidliet sensorji rriferuti għas-sit fejn qabel seħħet gidma minn annimal |
|
— |
Pareżi jew paraliżi |
|
— |
Spażmi tal-muskoli li jomogħdu |
|
— |
Idrofobija |
|
— |
Delirju |
|
— |
Konvulżjonijiet |
|
— |
Ansjetà |
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:
|
— |
Iżolament tal-virus Lyssa minn kampjun kliniku |
|
— |
Detezzjoni tal-aċidu nuklejku tal-virus Lyssa f'kampjun kliniku (pereżempju, il-bżieq jew it-tessut tal-moħħ) |
|
— |
Detezzjoni tal-antiġeni virali minn DFA f'kampjun kliniku |
|
— |
Reazzjoni speċifika tal-antikorpi għall-virus Lyssa permezz ta' analiżi ta' newtralizzazzjoni tal-virus fis-serum jew CSF |
Ir-riżultati tal-laboratorju jridu jiġu interpretati skont l-istatus tat-tilqim jew tal-immunizzazzjoni
Kriterji Epidemjoloġiċi
Għall-inqas waħda mit-tliet rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
|
— |
Trażmissjoni minn annimal għal bniedem (annimal b'infezzjoni suspettata jew ikkonfermata) |
|
— |
Esponiment għal sors komuni (l-istess annimal) |
|
— |
Trażmissjoni minn bniedem għal bniedem (pereżempju, trapjant tal-organi) |
Klassifikazzjoni tal-Każ
|
A. |
Każ possibbli Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi |
|
B. |
Każ probabbli Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi b'rabta epidemjoloġika |
|
C. |
Każ ikkonfermat Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi u tal-laboratorju |
3.36 RUBELLA
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha bidu għal għarrieda ta' raxx ġeneralizzat bi tbajja' u nfafet
KIF UKOLL
għall-inqas waħda minn dawn il-ħamsa li ġejjin:
|
— |
Adenopatija ċervikali |
|
— |
Adenopatija tas-suboċċipite |
|
— |
Adenopatija ta' wara l-widna |
|
— |
Artralġja |
|
— |
Artrite |
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:
|
— |
Iżolament tal-virus tar-rubella minn kampjun kliniku |
|
— |
Detezzjoni tal-aċidu nuklejku tal-virus tar-rubella f'kampjun kliniku |
|
— |
Detezzjoni (*1) ta' antikorp tal-IgM tar-rubella |
|
— |
Serokonverżjoni ta' IgG tar-rubella jew żieda sinifikanti fit-titru tal-antikorpi tal-IgG f'kampjuni pari ttestjati b'mod parallel. |
Ir-riżultati tal-laboratorju jridu jkunu interpretati skont l-istatus tat-tilqim (hija possibbli l-persistenza tal-antikorpi tal-IgM mat-tilqim).
Kriterji Epidemjoloġiċi
Rabta epidemjoloġika għal każ ikkonfermat
Klassifikazzjoni tal-Każ
|
A. |
Każ possibbli Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi |
|
B. |
Każ probabbli Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi b'rabta epidemjoloġika |
|
C. |
Każ ikkonfermat Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi u tal-laboratorju li ma' ġietx imlaqqma reċentement. F'każ ta' tilqim riċenti, persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi b'detezzjoni ta' razza tal-virus tar-rubella tat-tip selvaġġ hija kkunsidrata bħala każ ikkonfermat. |
Nota: Meta tkun issuspettata r-rubella fit-tqala, aktar konferma tar-riżultati pożittivi tal-IgM tar-rubella tkun meħtieġa għal ġestjoni tal-każi (pereżempju, test ta' qawwa ta' IgG speċifika tar-rubella, IgM tar-rubella u paragun tal-livelli ta' IgG tar-rubella f'sera pari mwettaq f'laboratorju ta' referenza).
3.37 SINDROME TAR-RUBELLA KONĠENITALI
Kriterji Kliniċi
Infezzjoni tar-rubella konġenitali (CRI)
Ma jistgħu jiġu ddefiniti l-ebda kriterji kliniċi għal CRI
Sindrome tar-rubella konġenitali (CRS)
Kull tarbija li jkollha inqas minn sena jew kull tarbija mwielda mejta bi:
Għall-inqas tnejn mill-kundizzjonijiet elenkati taħt il-kategorija (A)
JEW
Waħda fil-kategorija (A) u waħda fil-kategorija (B)
(A)
|
— |
Katarretta/Katarretti |
|
— |
Glawkoma konġenitali |
|
— |
Mard tal-qalb konġenitali |
|
— |
Nuqqas ta' smigħ |
|
— |
Retinopatija pigmentarja |
(B)
|
— |
Purpura |
|
— |
Splenomegalija |
|
— |
Mikroċefalija |
|
— |
Dewmien fl-iżvilupp |
|
— |
Meningoenċefalite |
|
— |
Marda tal-għadam radjoluċida |
|
— |
Suffejra li tibda fi żmien 24 siegħa wara t-twelid |
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:
|
— |
Iżolament tal-virus tar-rubella minn kampjun kliniku |
|
— |
Detezzjoni tal-aċidu nuklejku tal-virus tar-Rubella |
|
— |
Reazzjoni speċifika tal-antikorpi għall-virus tar-rubella (IgM) |
|
— |
Persistenza tal-IgG tar-rubella fl-età ta' bejn 6 u 12-il xahar (għall-inqas żewġ kampjuni b'konċentrazzjoni simili ta' IgG tar-rubella) |
Ir-riżultati tal-laboratorju jridu jkunu interpretati skont l-istatus tat-tilqim
Kriterji Epidemjoloġiċi
Kull tarbija jew tarbija mwielda mejta ta' omm b'infezzjoni tar-rubella kkonfermata mil-laboratorju matul it-tqala permezz ta' trażmissjoni minn bniedem għal bniedem (trażmissjoni vertikali)
Klassifikazzjoni tal-Każ Rubella konġenitali
|
A. |
Każ possibbli Mhux Applikabbli |
|
B. |
Każ probabbli Kull tarbija mwielda mejta jew tarbija li jew mhijiex ittestjata JEW li jkollha riżultati negattivi tal-laboratorju u b'għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
|
|
C. |
Każ ikkonfermat Kull tarbija mwielda mejta li tissodifa l-kriterji tal-laboratorju JEW Kull tarbija li tissodisfa l-kriterji tal-laboratorju KIF UKOLL li jkollha għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
|
3.38 ENTERITE TAS-SALMONELLA
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:
|
— |
Dijarea |
|
— |
Deni |
|
— |
Uġigħ addominali |
|
— |
Rimettar |
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
|
— |
Iżolament ta' Salmonella (ħlief S. Typhi jew S. Paratyphi) f'kampjun kliniku |
|
— |
Detezzjoni ta' aċidu nuklejku minn Salmonella (ħlief S. Typhi jew S. Paratyphi) f'kampjun kliniku |
Nota: Testijiet tas-suxxettibbiltà antimikrobika ta' Salmonella enterica jenħtieġ li jsiru fuq subsett rappreżentattiv ta' iżolati
Kriterji Epidemjoloġiċi
Għall-inqas waħda mill-ħames rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
|
— |
Trażmissjoni minn bniedem għal bniedem |
|
— |
Esponiment għal sors komuni |
|
— |
Trażmissjoni minn annimal għal bniedem |
|
— |
Esponiment għal ikel/ilma tax-xorb ikkontaminat |
|
— |
Esponiment ambjentali |
Klassifikazzjoni tal-Każ
|
A. |
Każ possibbli Mhux Applikabbli |
|
B. |
Każ probabbli Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi b'rabta epidemjoloġika |
|
C. |
Każ ikkonfermat Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi u tal-laboratorju |
Nota: Jekk is-sistema ta' sorveljanza nazzjonali mhix taqbad sintomi kliniċi, l-individwi kollha kkonfermati mil-laboratorju jenħtieġ li jiġu rrapportati bħala każi kkonfermati.
Reżistenza għall-antimikrobiċi
Ir-riżultati ta' testijiet tas-suxxettibbiltà antimikrobika jridu jiġu rrapportati skont il-metodi u l-kriterji miftiehma bejn l-ECDC u l-Istati Membri kif speċifikat fil-protokoll tal-UE għall-monitoraġġ armonizzat tar-reżistenza għall-antimikrobiċi f'iżolati umani tas-Salmonella u l-Campylobacter (16).
3.39 SINDROME RESPIRATORJA AKUTA GRAVI [SARS]
Kriterji Kliniċi
Kull persuna bid-deni jew storja ta' deni
KIF UKOLL
Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
|
— |
Sogħla |
|
— |
Diffikultà biex tieħu n-nifs |
|
— |
Qtugħ ta' nifs |
KIF UKOLL
Għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:
|
— |
Evidenza radjografika ta' pulmonite |
|
— |
Evidenza radjografika tas-sindrome ta' diffikultà respiratorja akuta |
|
— |
Detezzjoni ta' pulmonite fl-awtopsja |
|
— |
Detezzjoni fl-awtopsja tas-sindrome ta' diffikultà respiratorja akuta |
KIF UKOLL
L-ebda dijanjożi alternattiva li tista' tispjega l-marda b'mod sħiħ
Kriterji tal-Laboratorju
Kriterji tal-laboratorju għall-konferma tal-każ
Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
|
— |
Iżolament tal-virus fil-kultura taċ-ċelluli minn kull kampjun kliniku u identifikazzjoni ta' SARS-CoV bl-użu ta' metodu bħal RT-PCR |
|
— |
Detezzjoni tal-aċidu nuklejku ta' SARS-CoV f'għall-inqas waħda mit-tlieta li ġejjin:
|
|
— |
Reazzjoni speċifika tal-antikorpi tas-SARS-CoV permezz ta' waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
|
Kriterji tal-laboratorju għal każ probabbli
Għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
|
— |
Test pożittiv wieħed tal-antikorpi għas-SARS-CoV |
|
— |
Riżultat pożittiv tal-PCR għas-SARS-CoV f'kampjun kliniku wieħed u analiżi waħda |
Kriterji Epidemjoloġiċi
Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
|
— |
Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
|
|
— |
Żewġ ħaddiema jew aktar fil-qasam tal-kura tas-saħħa (18) b'evidenza klinika ta' SARS fl-istess unità ta' kura tas-saħħa bil-bidu tal-marda fl-istess perjodu ta' għaxart ijiem |
|
— |
Tliet persuni jew aktar (ħaddiema fil-qasam tal-kura tas-saħħa u/jew pazjenti u/jew viżitaturi) b'evidenza klinika ta' SARS bil-bidu tal-marda fl-istess perjodu ta' għaxart ijiem u marbuta epidemjoloġikament ma' faċilità tal-kura tas-saħħa |
Klassifikazzjoni tal-Każ għall-perjodu interepidemiku
Tapplika wkoll matul tifqigħa f'pajjiż jew f'żona mhux affettwata
|
A. |
Każ possibbli Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi b'rabta epidemjoloġika |
|
B. |
Każ probabbli Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi b'rabta epidemjoloġika U li tissodisfa l-kriterji tal-laboratorju għal każ probabbli |
|
C. |
Każ ikkonfermat fil-livell nazzjonali Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi u tal-laboratorju għall-konferma tal-każ fejn l-ittestjar ikun sar f'laboratorju ta' referenza nazzjonali |
|
D. |
Każ ikkonfermat Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi u tal-laboratorju għall-konferma tal-każ fejn l-ittestjar ikun sar f'laboratorju tad-WHO ta' referenza u ta' verifika tas-SARS |
Klassifikazzjoni tal-Każ matul tifqigħa
Tapplika matul tifqigħa f'pajjiż/żona fejn mill-inqas persuna waħda ġiet ikkonfermata minn laboratorju tad-WHO ta' referenza u ta' verifika tas-SARS
|
A. |
Każ possibbli Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi |
|
B. |
Każ probabbli Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi b'rabta epidemjoloġika ma' każ ikkonfermat fil-livell nazzjonali jew każ ikkonfermat |
|
C. |
Każ ikkonfermat fil-livell nazzjonali Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi u tal-laboratorju għall-konferma tal-każ fejn l-ittestjar ikun sar f'laboratorju ta' referenza nazzjonali |
|
D. |
Każ ikkonfermat Waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
|
3.40 INFEZZJONI TA' ESCHERICHIA COLI LI TIPPRODUĊI T-TOSSINA SHIGA/L-VEROCYTOTOXIN (STEC/VTEC), INKLUŻ SINDROME UREMIKA EMOLITIKA (HUS)
Kriterji Kliniċi
Dijarea STEC/VTEC
Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
|
— |
Dijarea |
|
— |
Uġigħ addominali |
HUS
Kull persuna li jkollha insuffiċjenza renali akuta u għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
|
— |
Anemija emolitika mikroanġopatika |
|
— |
Tromboċitopenija |
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:
|
— |
Iżolament/koltivazzjoni ta' Escherichia coli li tipproduċi t-tossina Shiga/l-verocytotoxin jew li fiha l-ġene/ġeni stx1/vtx1 jew stx2/vtx2 |
|
— |
Iżolament ta' Escherichia coli O157 li ma tiffermentax is-sorbitol (NSF) (mingħajr ma jsiru testijiet għall-ġeni tat-tossina jew li jipproduċu t-tossina) |
|
— |
Detezzjoni diretta tal-aċidu nuklejku tal-ġene/ġeni stx1/vtx1 jew stx2/vtx2 |
|
— |
Detezzjoni diretta ta' tossina Shiga/verocytotoxin libera fil-feċi |
Dan li ġej jista' jintuża bħala kriterju tal-laboratorju biex jikkonferma STEC/VTEC f'każ ta' HUS biss:
|
— |
Reazzjoni speċifika tal-antikorpi ta' serogruppi (LPS) Escherichia coli |
Kriterji Epidemjoloġiċi
Għall-inqas waħda mill-ħames rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
|
— |
Trażmissjoni minn bniedem għal bniedem |
|
— |
Esponiment għal sors komuni |
|
— |
Trażmissjoni minn annimal għal bniedem |
|
— |
Esponiment għal ikel/ilma tax-xorb ikkontaminat |
|
— |
Esponiment ambjentali |
Klassifikazzjoni tal-Każ
|
A. |
Każ possibbli ta' HUS assoċjat ma' STEC Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi għal HUS |
|
B. |
Każ probabbli ta' STEC/VTEC Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi b'rabta epidemjoloġika |
|
C. |
Każ ikkonfermat ta' STEC/VTEC Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi u tal-laboratorju |
Nota: Jekk is-sistema ta' sorveljanza nazzjonali mhix taqbad sintomi kliniċi, l-individwi kollha kkonfermati mil-laboratorju jenħtieġ li jiġu rrapportati bħala każi kkonfermati.
3.41 XIĠELLOŻI
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:
|
— |
Dijarea |
|
— |
Deni |
|
— |
Rimettar |
|
— |
Uġigħ addominali |
Kriterji tal-Laboratorju
Għal każ ikkonfermat:
|
— |
Iżolament ta' Shigella spp. minn kampjun kliniku |
Għal każ probabbli:
|
— |
Detezzjoni tal-aċidu nuklejku ta' Shigella spp. f'kampjun kliniku |
Nota: Jekk ikun possibbli jenħtieġ li jsir ittestjar tas-suxxettibbiltà antimikrobika ta' Shigella
Kriterji Epidemjoloġiċi
Għall-inqas waħda mill-erba' rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
|
— |
Trażmissjoni minn bniedem għal bniedem |
|
— |
Esponiment għal sors komuni |
|
— |
Esponiment għal ikel/ilma tax-xorb ikkontaminat |
|
— |
Esponiment ambjentali |
Klassifikazzjoni tal-Każ
|
A. |
Każ possibbli Mhux applikabbli |
|
B. |
Każ probabbli Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi b'rabta epidemjoloġika JEW Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi u tal-laboratorju għal każ probabbli |
|
C. |
Każ ikkonfermat Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi u tal-laboratorju għal każ ikkonfermat |
Nota: Jekk is-sistema ta' sorveljanza nazzjonali mhix taqbad sintomi kliniċi, l-individwi kollha kkonfermati mil-laboratorju jenħtieġ li jiġu rrapportati bħala każi kkonfermati.
Reżistenza għall-antimikrobiċi
Ir-riżultati ta' testijiet tas-suxxettibbiltà antimikrobika jridu jiġu rrapportati skont il-metodi u l-kriterji miftiehma bejn l-ECDC u l-Istati Membri.
3.42 ĠIDRI
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
|
— |
Deni |
KIF UKOLL
Raxx b'vexxikoli jew ponot ibsin fl-istess stadju ta' żvilupp b'distribuzzjoni ċentrifuga
|
— |
Preżentazzjonijiet atipiċi ddefiniti bħala mill-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:
|
Kriterji tal-Laboratorju
Kriterji tal-laboratorju għall-konferma tal-każ
għall-inqas wieħed miż-żewġ testijiet tal-laboratorju li ġejjin:
|
— |
Iżolament tal-ġidri (virus tal-Variola) minn kampjun kliniku segwit bl-għoti ta' sekwenzi (laboratorji P4 speċifikati biss) |
|
— |
Detezzjoni tal-aċidu nuklejku tal-virus tal-Variola f'kampjun kliniku segwit bl-għoti ta' sekwenzi |
Ir-riżultati tal-laboratorju jridu jkunu interpretati skont l-istatus tat-tilqim
Kriterji tal-laboratorju għal każ probabbli
|
— |
Identifikazzjoni tal-partikuli tal-virus tal-orthopox permezz ta' EM |
Kriterji Epidemjoloġiċi
għall-inqas waħda miż-żewġ rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
|
— |
Trażmissjoni minn bniedem għal bniedem |
|
— |
Esponiment fil-laboratorju (fejn hemm esponiment potenzjali għall-virus tal-Variola) |
Klassifikazzjoni tal-Każ
|
A. |
Każ possibbli Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi |
|
B. |
Każ probabbli Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi u li jkollha għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
|
|
C. |
Każ ikkonfermat Kull persuna li tissodisfa l-kriterji tal-laboratorju għall-konferma tal-każ Matul tifqigħa tal-marda: kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi b'rabta epidemjoloġika |
3.43 SIFILIDE
Kriterji Kliniċi
Sifilide primarja
Kull persuna li jkollha ulċera waħda jew aktar (normalment mingħajr uġigħ) fil-parti ġenitali, perineali u anali jew fil-mukuża tal-ħalq jew tal-farinġi jew f'parti oħra ekstraġenitali
Sifilide sekondarja
Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda minn dawn il-ħamsa li ġejjin:
|
— |
Raxx bi tbajja' u nfafet diffużi li spiss jinvolvi l-keff tal-id u l-qiegħ tas-sieq |
|
— |
Limfadenopatija ġeneralizzata |
|
— |
Condyloma lata |
|
— |
Enantema |
|
— |
Alopeċja diffuża |
Sifilide latenti prekoċi (< 1 sena)
L-ebda sintomu u storja ta' sintomi kompatibbli ma' dawk tal-istadji bikrin tas-sifilide fi żmien it-12-il xahar preċedenti
Kun af li manifestazzjonijiet okulari u newroloġiċi jistgħu jseħħu fi kwalunkwe stadju tas-sifilide.
Kun af li każi ta' sifilide latenti tardiva (> 1 sena) mhumiex taħt is-sorveljanza tal-UE/ŻEE.
Kriterji tal-Laboratorju
għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:
|
— |
Dimostrazzjoni ta' Treponema pallidum fl-effużjoni jew fit-tessuti tal-ferita permezz ta' eżami mikroskopiku fuq sfond skur |
|
— |
Dimostrazzjoni ta' Treponema pallidum fl-effużjoni jew fit-tessuti tal-ferita permezz ta' test DFA |
|
— |
Dimostrazzjoni ta' Treponema fl-effużjoni jew fit-tessuti tal-ferita permezz ta' tekniki tal-amplifikazzjoni tal-aċidu nuklejku (NAAT) |
|
— |
Detezzjoni ta' antikorpi ta' Treponema pallidum permezz ta' test ta' skrining (TPHA, TPPA jew EIA) KIF UKOLL detezzjoni addizzjonali ta' jew antikorpi TP-IgM (pereżempju, IgM-ELISA jew immunoblot jew 19S-IgM-FTA-abs) JEW antikorpi non-TP (pereżempju, RPR, VDRL). |
Kriterji Epidemjoloġiċi
Sifilide primarja/sekondarja
Rabta epidemjoloġika bi trażmissjoni minn bniedem għal bniedem (kuntatt sesswali)
Sifilide latenti prekoċi
Rabta epidemjoloġika bi trażmissjoni minn bniedem għal bniedem (kuntatt sesswali) fi żmien it-12-il xahar preċedenti
Klassifikazzjoni tal-Każ
|
A. |
Każ possibbli Mhux applikabbli |
|
B. |
Każ probabbli Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi b'rabta epidemjoloġika |
|
C. |
Każ ikkonfermat Kull persuna li tissodisfa l-kriterji tal-laboratorju għall-konferma tal-każ |
3.44 SIFILIDE KONĠENITALI
Kriterji Kliniċi
Kull tarbija li għandha inqas minn sentejn li jkollha mill-inqas waħda minn dawn l-għaxra li ġejjin:
|
— |
Epatospenomegalija |
|
— |
Feriti mukużi u fil-ġilda |
|
— |
Condyloma lata |
|
— |
Rinite persistenti |
|
— |
Suffejra |
|
— |
Psewdoparaliżi (minħabba perjostite u osteokondrite) |
|
— |
Involviment tas-sistema nervuża ċentrali |
|
— |
Anemija |
|
— |
Sindrome nefrotika |
|
— |
Malnutriment |
Kriterji tal-Laboratorju
Kriterji tal-laboratorju għall-konferma tal-każ
Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
|
— |
Dimostrazzjoni ta' Treponema pallidum permezz ta' mikroskopija fuq sfond skur fil-kurdun taż-żokra, plaċenta, tnixxija nażali jew materjal tal-ferita fil-ġilda |
|
— |
Dimostrazzjoni ta' Treponema pallidum permezz ta' DFA-TP fil-kurdun taż-żokra, plaċenta, tnixxija nażali jew materjal tal-ferita fil-ġilda |
|
— |
Detezzjoni ta' Treponema pallidum – IgM speċifika (FTA-abs, EIA) |
KIF UKOLL test reattiv mhux treponemiku (VDRL, RPR) fis-serum tat-tarbija
Kriterji tal-laboratorju għal każ probabbli
għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
|
— |
Riżultat tat-test VDRL-CSF reattiv |
|
— |
Testijiet serloġiċi reattivi mhux treponemiċi u dawk treponemiċi fis-serum tal-omm |
|
— |
It-titru tal-antikorpi mhux treponemiċi tat-tarbija huwa erba' darbiet aktar mit-titru tal-antikorpi fis-serum tal-omm jew akbar |
Kriterji Epidemjoloġiċi
Kull tarbija b'rabta epidemjoloġika bi trażmissjoni minn bniedem għal bniedem (trażmissjoni vertikali)
Klassifikazzjoni tal-Każ
|
A. |
Każ possibbli Mhux applikabbli |
|
B. |
Każ probabbli Kull tarbija jew tifel/tifla li tissodisfa l-kriterji kliniċi u li jkollha għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
|
|
C. |
Każ ikkonfermat Kull tarbija li tissodisfa l-kriterji tal-laboratorju għall-konferma tal-każ |
3.45 TETNU
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha bidu akut ta' għall-inqas tnejn minn dawn it-tlieta li ġejjin:
|
— |
Kontrazzjonijiet muskolari li jikkawżaw l-uġigħ primarjament tal-muskoli masseteri u tal-għonq li jwasslu għal spażmi tal-wiċċ magħrufa bħala trismu u “risus sardonicus” |
|
— |
Kontrazzjonijiet muskolari li jikkawżaw l-uġigħ tal-muskoli tat-tronk |
|
— |
Spażmi ġeneralizzati, ħafna drabi l-pożizzjoni tal-opisthotonus |
Kriterji tal-Laboratorju Mhux applikabbli
Kriterji Epidemjoloġiċi Mhux applikabbli
Klassifikazzjoni tal-Każ
|
A. |
Każ possibbli Mhux applikabbli |
|
B. |
Każ probabbli Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi fin-nuqqas ta' dijanjożi aktar probabbli |
|
C. |
Każ ikkonfermat Mhux applikabbli |
3.46 ENĊEFALITE VIRALI TRAŻMESSA MILL-QURDIEN
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha sintomi ta' infjammazzjoni tas-CNS (pereżempju, meninġite, meningoenċefalite, enċefalomijelite, enċefaloradikulite)
Kriterji tal-Laboratorju (19)
Kriterji tal-laboratorju għall-konferma tal-każ:
għall-inqas waħda minn dawn il-ħamsa li ġejjin:
|
— |
IgM speċifika ta' TBE KIF UKOLL antikorpi IgG fid-demm |
|
— |
Antikorpi ta' IgM speċifika ta' TBE f'CSF |
|
— |
Serokonverżjoni jew żieda b'erba' darbiet ta' antikorpi speċifiċi ta' TBE f'kampjuni pari tas-serum |
|
— |
Detezzjoni ta' aċidu nuklejku virali ta' TBE f'kampjun kliniku, |
|
— |
Iżolament tal-virus ta' TBE minn kampjun kliniku |
Kriterji tal-laboratorju għal każ probabbli:
Detezzjoni ta' antikorpi ta' IgM speċifika ta' TBE f'kampjun wieħed tas-serum
Kriterji Epidemjoloġiċi
Esponiment għal sors komuni (prodotti tal-ħalib mhux pasturizzat)
Klassifikazzjoni tal-Każ
|
A. |
Każ possibbli Mhux applikabbli |
|
B. |
Każ probabbli Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi u l-kriterji tal-laboratorju għal każ probabbli, JEW Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi b'rabta epidemjoloġika |
|
C. |
Każ ikkonfermat Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi u tal-laboratorju għall-konferma tal-każ |
Nota: Ir-riżultati seroloġiċi jenħtieġ li jiġu interpretati skont esponiment preċedenti għal infezzjonijiet flavivirali u l-istatus ta' tilqim għal flavivirus. Każijiet ikkonfermati f'sitwazzjonijiet bħal dawn jenħtieġ li jiġu vvalidati b'assaġġ ta' newtralizzazzjoni tas-serum jew b'assaġġi oħrajn ekwivalenti.
3.47 TOSSOPLAŻMOŻI KONĠENITALI
Kriterji Kliniċi
Mhux rilevanti għal għanijiet ta' sorveljanza
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:
|
— |
Dimostrazzjoni ta' Toxoplasma gondii fit-tessuti jew fil-fluwidi tal-ġisem |
|
— |
Detezzjoni tal-aċidu nuklejku ta' Toxoplasma gondii f'kampjun kliniku |
|
— |
Reazzjoni speċifika tal-antikorpi għal Toxoplasma gondii (IgM, IgG, IgA) f'tarbija tat-twelid |
|
— |
Titri ta' IgG ta' Toxoplasma gondii stabbli b'mod persistenti f'tarbija (< 12-il xahar) |
Kriterji Epidemjoloġiċi Mhux applikabbli
Klassifikazzjoni tal-Każ
|
A. |
Każ possibbli Mhux applikabbli |
|
B. |
Każ probabbli Mhux applikabbli |
|
C. |
Każ ikkonfermat Kull tarbija li tissodisfa l-kriterji tal-laboratorju |
3.48 TRICHINELLOSIS
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas tlieta minn dawn is-sitta li ġejjin:
|
— |
Deni |
|
— |
Uġigħ fil-muskoli |
|
— |
Dijarea |
|
— |
Edema tal-wiċċ |
|
— |
Osinofilja |
|
— |
Emorraġiji subkonġuntivali, taħt id-difer u tar-retina |
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
|
— |
Dimostrazzjoni tal-larva ta' Trichinella fit-tessut miksuba minn bijopsija muskolari |
|
— |
Reazzjoni speċifika tal-antikorpi għat-Trichinella (test IFA, ELISA jew Western Blot) |
Kriterji Epidemjoloġiċi
għall-inqas waħda miż-żewġ rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
|
— |
Esponiment għal ikel (laħam) ikkontaminat |
|
— |
Esponiment għal sors komuni |
Klassifikazzjoni tal-Każ
|
A. |
Każ possibbli Mhux applikabbli |
|
B. |
Każ probabbli Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi b'rabta epidemjoloġika |
|
C. |
Każ ikkonfermat Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi u l-kriterji tal-laboratorju |
Nota: Jekk is-sistema ta' sorveljanza nazzjonali mhix taqbad sintomi kliniċi, l-individwi kollha kkonfermati mil-laboratorju jenħtieġ li jiġu rrapportati bħala każi kkonfermati.
3.49 TUBERKULOŻI
Kriterji Kliniċi
Kull persuna b'dawn it-tnejn li ġejjin:
|
— |
Sinjali, sintomi u/jew sejbiet radjoloġiċi konsistenti ma' tuberkulożi attiva f'kull sit KIF UKOLL |
|
— |
Deċiżjoni minn tabib biex il-persuna tieħu trattament b'kors sħiħ ta' terapija kontra t-tuberkulożi |
JEW
Każ li ġie skopert post mortem b'sejbiet patoloġiċi konsistenti ma' tuberkulożi attiva li seta' jindika trattament antibijotiku kontra t-tuberkulożi li kieku l-pazjent ġie ddijanjostikat qabel mewtu
Kriterji tal-Laboratorju
Kriterji tal-laboratorju għall-konferma tal-każ
Għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
|
— |
Iżolament tal-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (għajr Mycobacterium bovis-BCG) minn kampjun kliniku |
|
— |
Detezzjoni tal-aċidu nuklejku tal-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis f'kampjun kliniku KIF UKOLL mikroskopija pożittiva għal baċilli b'rabta aċiduża jew baċilli b'tebgħa fluworexxenti ekwivalenti fuq mikroskopija ottika |
Kriterji tal-laboratorju għal każ probabbli
Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
|
— |
Mikroskopija għal baċilli b'rabta aċiduża jew baċilli b'tebgħa fluworexxenti ekwivalenti fuq mikroskopija ottika |
|
— |
Detezzjoni tal-aċidu nuklejku tal-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis f'kampjun kliniku |
|
— |
Dehra istoloġika ta' granulomata |
Kriterji Epidemjoloġiċi Mhux applikabbli
Klassifikazzjoni tal-Każ
|
A. |
Każ possibbli Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi |
|
B. |
Każ probabbli Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi u l-kriterji tal-laboratorju għal każ probabbli |
|
C. |
Każ ikkonfermat Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi u tal-laboratorju għall-konferma tal-każ |
Reżistenza għall-antimikrobiċi
Ir-riżultati ta' testijiet tas-suxxettibbiltà antimikrobika jridu jiġu rrapportati skont il-metodi u l-kriterji miftiehma bejn l-ECDC u l-Istati Membri kif speċifikat min-Netwerk Ewropew tal-Laboratorju ta' Referenza għat-Tuberkulożi u min-Netwerk Ewropew ta' Sorveljanza tat-Tuberkulożi (20).
3.50 TULAREMJA
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda mill-forom kliniċi li ġejjin:
|
|
Tularemja ulċeroglandolari
|
|
|
Tularemja glandolari
|
|
|
Tularemja okuloglandolari
|
|
|
Tularemja orofarinġali
U għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
|
|
|
Tularemja intestinali għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
|
|
|
Tularemja pulmonari
|
|
|
Tularemja tat-tifojde għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
|
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
|
— |
Iżolament ta' Francisella tularensis minn kampjun kliniku |
|
— |
Detezzjoni tal-aċidu nuklejku ta' Francisella tularensis f'kampjun kliniku |
|
— |
Reazzjoni speċifika tal-antikorpi għal Francisella tularensis |
Kriterji Epidemjoloġiċi
Għall-inqas waħda mit-tliet rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
|
— |
Esponiment għal sors komuni |
|
— |
Trażmissjoni minn annimal għal bniedem |
|
— |
Esponiment għal ikel/ilma tax-xorb ikkontaminat |
Klassifikazzjoni tal-Każ
|
A. |
Każ possibbli Mhux applikabbli |
|
B. |
Każ probabbli Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi b'rabta epidemjoloġika |
|
C. |
Każ ikkonfermat Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi u tal-laboratorju |
3.51 DENI TAT-TIFOJDE U PARATIFOJDE
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
|
— |
Bidu ta' deni sostnut JEW |
|
— |
Għall-inqas tnejn minn dawn l-erbgħa li ġejjin:
|
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
|
— |
Iżolament ta' Salmonella Typhi jew Paratyphi minn kampjun kliniku |
|
— |
Detezzjoni tal-aċidu nuklejku ta' Salmonella Typhi jew Paratyphi f'kampjun kliniku |
Kriterji Epidemjoloġiċi
Għall-inqas waħda mit-tliet rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
|
— |
Esponiment għal sors komuni |
|
— |
Trażmissjoni minn bniedem għal bniedem |
|
— |
Esponiment għal ikel/ilma tax-xorb ikkontaminat |
Klassifikazzjoni tal-Każ
|
A. |
Każ possibbli Mhux applikabbli |
|
B. |
Każ probabbli Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi b'rabta epidemjoloġika |
|
C. |
Każ ikkonfermat Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi u tal-laboratorju |
Nota: Jekk is-sistema ta' sorveljanza nazzjonali mhix taqbad sintomi kliniċi, l-individwi kollha kkonfermati mil-laboratorju jenħtieġ li jiġu rrapportati bħala każi kkonfermati.
3.52 DENI EMORRAĠIKU VIRALI (VHF)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
|
— |
Deni |
|
— |
Manifestazzjonijiet emorraġiċi taħt forom diversi li jistgħu jwasslu għal insuffiċjenza multiorganika |
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
|
— |
Iżolament tal-virus speċifiku minn kampjun kliniku |
|
— |
Detezzjoni tal-aċidu nuklejku tal-virus speċifiku f'kampjun kliniku u ġenotipar |
Kriterji Epidemjoloġiċi
għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:
|
— |
Ivvjaġġar matul l-aħħar 21 jum lejn reġjun fejn huwa magħruf jew maħsub li seħħew każi ta' VHF |
|
— |
Esponiment matul l-aħħar 21 jum għal każ probabbli jew ikkonfermat ta' VHF li l-bidu tiegħu kien matul l-aħħar 6 xhur |
Klassifikazzjoni tal-Każ
|
A. |
Każ possibbli Mhux applikabbli |
|
B. |
Każ probabbli Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi b'rabta epidemjoloġika |
|
C. |
Każ ikkonfermat Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi u tal-laboratorju |
3.53 INFEZZJONI VIRALI TAL-PUNENT TAN-NIL (WNV)
Kriterji Kliniċi
Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
|
— |
Kull persuna bid-deni |
|
— |
Enċefalite |
|
— |
Meninġite |
Kriterji tal-Laboratorju
Test tal-laboratorju għall-konferma tal-każ
Għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:
|
— |
Iżolament ta' WNV mid-demm jew CSF |
|
— |
Detezzjoni tal-aċidu nuklejku ta' WNV fid-demm jew CSF |
|
— |
Reazzjoni speċifika tal-antikorpi għal WNV (IgM) f'CSF |
|
— |
Titru għoli ta' WNV IgM KIF UKOLL detezzjoni ta' WNV IgG, KIF UKOLL konferma permezz ta' newtralizzazzjoni |
Test tal-laboratorju għal każ probabbli
Reazzjoni speċifika tal-antikorpi għal WNV fis-serum
Ir-riżultati tal-laboratorju jridu jiġu interpretati skont l-istatus tat-tilqim kontra l-flavivirus
Kriterji Epidemjoloġiċi
għall-inqas waħda miż-żewġ rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
|
— |
Trażmissjoni minn annimal għal bniedem (li jgħix, żar jew kien espost għal gdim tan-nemus f'żona fejn il-WNV hija endemika fiż-żwiemel jew fl-għasafar) |
|
— |
Trażmissjoni minn bniedem għal bniedem (trażmissjoni vertikali, trasfużjoni tad-demm, trapjanti) |
Klassifikazzjoni tal-Każ
|
A. |
Każ possibbli Mhux applikabbli |
|
B. |
Każ probabbli Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi KIF UKOLL li jkollha għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
|
|
C. |
Każ ikkonfermat Kull persuna li tissodisfa l-kriterji tal-laboratorju għall-konferma tal-każ |
Nota: Ir-riżultati seroloġiċi jenħtieġ li jiġu interpretati skont esponiment preċedenti għal infezzjonijiet flavivirali u l-istatus ta' tilqim għal flavivirus. Każijiet ikkonfermati f'sitwazzjonijiet bħal dawn jenħtieġ li jiġu vvalidati b'assaġġ ta' newtralizzazzjoni tas-serum jew b'assaġġi oħrajn ekwivalenti.
3.54 DENI ISFAR
Kriterji Kliniċi
Kull persuna bid-deni
KIF UKOLL
Għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
|
— |
Suffejra |
|
— |
Emorraġija ġeneralizzata |
Kriterji tal-Laboratorju
għall-inqas waħda minn dawn il-ħamsa li ġejjin:
|
— |
Iżolament tal-virus tad-deni isfar minn kampjun kliniku |
|
— |
Detezzjoni tal-aċidu nuklejku tal-virus tad-deni isfar |
|
— |
Detezzjoni tal-antiġen tad-deni isfar |
|
— |
Reazzjoni speċifika tal-antikorpi għad-deni isfar |
|
— |
Dimostrazzjoni ta' feriti tipiċi f'istopatoloġija tal-fwied post mortem |
Kriterji Epidemjoloġiċi
Ivvjaġġar matul l-aħħar ġimgħa lejn reġjun fejn huwa magħruf jew maħsub li seħħew każi ta' deni isfar
Klassifikazzjoni tal-Każ
|
A. |
Każ possibbli Mhux applikabbli |
|
B. |
Każ probabbli Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi b'rabta epidemjoloġika |
|
C. |
Każ ikkonfermat Kull persuna li ma ġietx imlaqqma reċentement u li tissodisfa l-kriterji kliniċi u tal-laboratorju F'każ ta' tilqim reċenti, persuna b'detezzjoni ta' razza tal-virus tad-deni isfar tat-tip naturali |
Nota: Ir-riżultati seroloġiċi jenħtieġ li jiġu interpretati skont esponiment preċedenti għal infezzjonijiet flavivirali u l-istatus ta' tilqim għal flavivirus. Każijiet ikkonfermati f'sitwazzjonijiet bħal dawn jenħtieġ li jiġu vvalidati b'assaġġ ta' newtralizzazzjoni tas-serum jew b'assaġġi oħrajn ekwivalenti.
3.55 ENTERITE MINĦABBA YERSINIA ENTEROCOLITICA JEW YERSINIA PSEUDOTUBERCULOSIS
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda minn dawn il-ħamsa li ġejjin:
|
— |
Deni |
|
— |
Dijarea |
|
— |
Rimettar |
|
— |
Uġigħ addominali (psewdoappendiċite) |
|
— |
Teneżmu tar-rektum |
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
|
— |
L-iżolament ta' Yersinia enterocolitica jew Yersinia pseudotuberculosis patoġenika għall-bniedem minn kampjun kliniku |
|
— |
Detezzjoni ta' ġeni tal-virulenza ta' Y. enterocolitica jew Y. pseudotuberculosis f'kampjun kliniku |
Kriterji Epidemjoloġiċi
għall-inqas waħda mill-erba' rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
|
— |
Trażmissjoni minn bniedem għal bniedem |
|
— |
Esponiment għal sors komuni |
|
— |
Trażmissjoni minn annimal għal bniedem |
|
— |
Esponiment għal ikel ikkontaminat |
Klassifikazzjoni tal-Każ
|
A. |
Każ possibbli Mhux applikabbli |
|
B. |
Każ probabbli Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi b'rabta epidemjoloġika |
|
C. |
Każ ikkonfermat Kull persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi u tal-laboratorju |
Nota: Jekk is-sistema ta' sorveljanza nazzjonali mhix taqbad sintomi kliniċi, l-individwi kollha kkonfermati mil-laboratorju jenħtieġ li jiġu rrapportati bħala każi kkonfermati.
3.56 MARDA KONĠENITALI TAL-VIRUS ZIKA
Kriterji Kliniċi
|
— |
Persuna li tippreżenta ruħha b'raxx |
Kriterji tal-Laboratorju
A. Każ ikkonfermat
għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:
|
— |
Detezzjoni tal-aċidu nuklejku tal-virus Zika f'kampjun kliniku; |
|
— |
Detezzjoni tal-antiġen tal-virus Zika f'kampjun kliniku; |
|
— |
Iżolament tal-virus Zika minn kampjun kliniku; |
|
— |
Detezzjoni ta' antikorpi ta' IgM speċifiċi tal-virus Zika f'kampjun(i) tas-serum KIF UKOLL konferma bit-test tan-newtralizzazzjoni; |
|
— |
Serokonverżjoni jew żieda b'erba' darbiet ta' antikorpi speċifiċi ta' Zika f'kampjuni pari tas-serum. |
B. Każ probabbli
|
— |
Detezzjoni ta' antikorpi ta' IgM speċifika ta' Zika f'kampjun tas-serum. |
Kriterji Epidemjoloġiċi
Storja ta' vvjaġġar lejn, jew residenza f'żona bi trażmissjoni għaddejja dokumentata tal-virus Zika, f'perjodu ta' ġimagħtejn qabel bdew is-sintomi
JEW
Kuntatt sesswali ma' persuna reċentement esposta għal jew ikkonfermata li għandha infezzjoni tal-virus Zika
Klassifikazzjoni tal-Każ
|
A. |
Każ possibbli Mhux applikabbli |
|
B. |
Każ probabbli Persuna li tissodisfa l-kriterji kliniċi u epidemjoloġiċi, u l-kriterji tal-laboratorju għal każ probabbli. |
|
C. |
Każ ikkonfermat Persuna li tissodisfa l-kriterji tal-laboratorju għal każ ikkonfermat. |
Nota: Ir-riżultati seroloġiċi jenħtieġ li jiġu interpretati skont esponiment preċedenti għal infezzjonijiet flavivirali u l-istatus ta' tilqim għal flavivirus. Każijiet ikkonfermati f'sitwazzjonijiet bħal dawn jenħtieġ li jiġu vvalidati b'assaġġ ta' newtralizzazzjoni tas-serum jew b'assaġġi oħrajn ekwivalenti.
3.57 MARDA KONĠENITALI TAL-VIRUS ZIKA
Kriterji Kliniċi
|
— |
Tarbija jew fetu b'mikroċefalija jew kalċifikazzjonijiet intrakranjali jew annormalitajiet oħra fis-sistema nervuża ċentrali. |
Kriterji tal-Laboratorju
A. Każ ikkonfermat
|
— |
Detezzjoni tal-aċidu nuklejku tal-virus Zika f'kampjun kliniku; |
|
— |
Detezzjoni tal-antiġen tal-virus Zika f'kampjun kliniku; |
|
— |
Iżolament tal-virus Zika minn kampjun kliniku; |
|
— |
Detezzjoni ta' antikorpi ta' IgM speċifiċi ta' Zika fis-serum, fil-fluwidu ċerebrospinali (CSF) jew fil-fluwidu amnijotiku. |
Kriterji Epidemjoloġiċi
L-omm kellha infezzjoni tal-virus Zika kkonfermata matul it-tqala.
Klassifikazzjoni tal-Każ
|
A. |
Każ probabbli Tarbija jew fetu li tissodisfa l-kriterji kliniċi b'rabta epidemjoloġika. |
|
B. |
Każ ikkonfermat Tarbija jew fetu li tissodisfa l-kriterji kliniċi u l-kriterji tal-laboratorju. |
4. DEFINIZZJONIJIET TAL-KAŻI TA' KWISTJONIJIET SPEĊJALI TA' SAĦĦA
4.1 DEFINIZZJONI ĠENERALI TAL-KAŻ TA' INFEZZJONI NOŻOKOMJALI (JEW “INFEZZJONI ASSOĊJATA MAL-KURA TAS-SAĦĦA (HAI)”)
Infezzjoni nożokomjali assoċjata ma' permanenza attwali fi sptar hija ddefinita bħala infezzjoni li taqbel ma' waħda mid-definizzjonijiet tal-każi KIF UKOLL
|
— |
il-bidu tas-sintomi jkun fit-tielet jum jew wara (jum tad-dħul = l-ewwel jum) tad-dħul attwali fi sptar JEW |
|
— |
il-pazjent ikun operat fl-ewwel jum jew fit-tieni jum u jiżviluppa sintomi ta' Infezzjoni ta' Sit Kirurġiku qabel it-tielet jum JEW |
|
— |
apparat invażiv jitqiegħed fl-ewwel jum jew fit-tieni jum li jirriżulta f'HAI qabel it-tielet jum |
Infezzjoni nożokomjali assoċjata ma' waqfa preċedenti fi sptar hija ddefinita bħala infezzjoni li taqbel ma' waħda mid-definizzjonijiet tal-każi
KIF UKOLL
|
— |
il-pazjent jisfa b'infezzjoni iżda jerġa' jiddaħħal f'anqas minn 48 siegħa wara dħul preċedenti fi sptar ta' kura akuta JEW |
|
— |
il-pazjent ikun iddaħħal b'infezzjoni li tissodisfa d-definizzjoni tal-każ ta' Infezzjoni ta' Sit Kirurġiku, jiġifieri l-SSI tkun seħħet fi żmien 30 jum mill-operazzjoni (jew fil-każ ta' kirurġija li tinvolvi impjant kienet SSI fonda jew ta' organu/spazju li tkun żviluppat fi żmien 90 jum mill-operazzjoni) u l-pazjent ikollu sintomi skont id-definizzjoni tal-każ u/jew ikun fuq trattament antimikrobiku għal dik l-infezzjoni JEW |
|
— |
il-pazjent ikun iddaħħal (jew jiżviluppa sintomi fi żmien jumejn) b'infezzjoni ta' Clostridium difficile f'anqas minn 28 jum minn rilaxx preċedenti minn sptar ta' kura akuta. |
Nota: Għall-fini ta' stħarriġ ta' prevalenza ta' punti, infezzjoni nożokomjali attiva li jkun hemm fil-jum tal-istħarriġ hija ddefinita bħala infezzjoni li għaliha jkun hemm sinjali u sintomi tal-infezzjoni fid-data tal-istħarriġ jew li kien hemm sinjali u sintomi tagħha fil-passat u l-pazjent ikun (għadu) qed jirċievi trattament għal dik l-infezzjoni fid-data tal-istħarriġ. Il-preżenza ta' sintomi u sinjali jenħtieġ li tkun ivverifikata sal-bidu tat-trattament biex ikun iddeterminat jekk l-infezzjoni ttrattata tkunx taqbel ma' waħda mid-definizzjonijiet tal-każi ta' infezzjoni nożokomjali
4.1.1 BJ: Infezzjoni tal-għadam u l-ġogi
BJ-BONE: Osteomijelite
L-osteomijelite trid tissodisfa għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
|
— |
Il-pazjent ikollu organiżmi kkoltivati minn għadam |
|
— |
Il-pazjent ikollu evidenza ta' osteomijelite b'eżami dirett tal-għadam matul operazzjoni kirurġika jew eżami istopatoloġiku |
|
— |
Il-pazjent ikollu għall-inqas 2 mis-sinjali jew sintomi li ġejjin b'ebda kawża oħra magħrufa: deni (> 38 °C), nefħa lokalizzata, irtubija, sħana, jew tneħħija fis-sit suspettat tal-infezzjoni tal-għadam KIF UKOLL għall-inqas 1 minn dawn li ġejjin:
|
Innota l-istruzzjoni dwar ir-rapportar:
Irrapporta l-medjastinite wara kirurġija kardijaka li tkun akkumpanjata minn osteomijelite bħala infezzjoni ta' sit kirurġiku-organu/spazju (SSI-O).
BJ-JNT: Ġog jew bursa
Infezzjonijiet tal-ġogi jew tal-bursae jridu jissodisfaw għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
|
— |
Il-pazjent ikollu organiżmi kkoltivati minn fluwidu tal-ġogi jew bijopsija sinovjali |
|
— |
Il-pazjent ikollu evidenza ta' infezzjoni tal-ġogi jew tal-bursae li tidher matul operazzjoni kirurġika jew eżami istopatoloġiku |
|
— |
Il-pazjent ikollu għall-inqas tnejn mis-sinjali jew sintomi li ġejjin b'ebda kawża oħra magħrufa: uġigħ fil-ġogi, nefħa, irtubija, sħana, evidenza ta' effużjoni jew limitazzjoni tal-mozzjoni KIF UKOLL għall-inqas wieħed minn dawn li ġejjin:
|
BJ-DISC: Infezzjoni fl-ispazju tad-disk
L-infezzjoni fl-ispazju ta' disk vertebrali trid tissodisfa għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
|
— |
Il-pazjent ikollu organiżmi kkoltivati minn tessut mill-ispazju ta' disk vertebrali miksub matul operazzjoni kirurġika jew aspirazzjoni bil-labra |
|
— |
Il-pazjent ikollu evidenza ta' infezzjoni fl-ispazju ta' disk vertebrali li tidher matul operazzjoni kirurġika jew eżami istopatoloġiku |
|
— |
Il-pazjent ikollu d-deni (> 38 °C) b'ebda kawża oħra magħrufa jew uġigħ fl-ispazju tad-disk vertebrali involut KIF UKOLL evidenza radjografika ta' infezzjoni, (perżempju, sejbiet anormali b'X-ray, CT scan, MRI, scan b'marka radjoattiva [gallju, teknezju, eċċ.]). |
|
— |
Pazjent ikollu d-deni (> 38 °C) b'ebda kawża oħra magħrufa u uġigħ fl-ispazju tad-disk vertebrali involut KIF UKOLL test pożittiv tal-antiġen fuq demm jew awrina (pereżempju, Haemophilus influenzae, Streptococcus pneumoniae, Neisseria meningitidis, jew Streptococcus ta' Grupp B). |
4.1.2 BSI: Infezzjoni tal-fluss tad-demm
BSI: Infezzjoni tal-fluss tad-demm fil-ġisem ikkonfermata mil-laboratorju
Kultura pożittiva waħda tad-demm għal patoġen magħruf
JEW
Il-pazjent ikollu għall-inqas wieħed minn dawn is-sinjali jew sintomi li ġejjin: deni (> 38 °C), bard, jew pressjoni għolja
KIF UKOLL żewġ kulturi pożittivi ta' demm għal kontaminant komuni tal-ġilda (minn 2 kampjuni separati ta' demm, is-soltu fi żmien 48 siegħa)
Kontaminanti tal-ġilda = stafilokokki koagulażi-negattivi, Micrococcus spp., Propionibacterium acnes, Bacillus spp., Corynebacterium spp.
Sors ta' infezzjoni tal-fluss tad-demm fil-ġisem:
|
— |
Relatata ma' kateter: l-istess mikroorganiżmu kien ikkoltivat mill-kateter jew is-sintomi jitjiebu fi żmien 48 siegħa wara t-tneħħija tal-kateter (C-PVC: kateter periferali, C-CVC: kateter vaskulari ċentrali (nota: irrapporta C-CVC jew C-PVC BSI bħala CRI3-CVC jew CRI3-PVC rispettivament jekk huma kkonfermati mikrobijoloġikament, ara d-definizzjoni ta' CRI3)). |
|
— |
Sekondarja għal infezzjoni oħra: l-istess mikroorganiżmu kien iżolat minn sit ieħor ta' infezzjoni jew tkun teżisti evidenza klinika qawwija li l-infezzjoni tal-fluss tad-demm fil-ġisem kienet sekondarja għal sit ieħor ta' infezzjoni, proċedura invażiva dijanjostika jew korp barrani
|
|
— |
Oriġini mhux magħrufa (UO): Xejn minn ta' hawn fuq, infezzjoni tal-fluss tad-demm fil-ġisem ta' oriġini mhux magħrufa (ivverifikata matul stħarriġ u ma nstab ebda sors) |
|
— |
Mhux magħruf (UNK): Ma hemm ebda informazzjoni dwar is-sors tal-infezzjoni tal-fluss tad-demm fil-ġisem jew dwar informazzjoni nieqsa |
4.1.3 CNS: Infezzjoni tas-sistema nervuża ċentrali
CNS-IC: Infezzjoni intrakranjali (axxessi tal-moħħ, infezzjoni subdurali jew epidurali, enċefalite)
Infezzjoni intrakranjali trid tissodisfa għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
|
— |
Il-pazjent ikollu organiżmi kkoltivati minn tessut tal-moħħ jew dura |
|
— |
Il-pazjent ikollu axxess jew evidenza ta' infezzjoni intrakranjali li tidher matul operazzjoni kirurġika jew eżami istopatoloġiku |
|
— |
Il-pazjent ikollu għall-inqas 2 mis-sinjali jew sintomi li ġejjin b'ebda kawża oħra magħrufa: uġigħ ta' ras, sturdament, deni (> 38 °C), sinjali newroloġiċi li jillokalizzaw, livell jinbidel ta' kuxjenza, jew konfużjoni KIF UKOLL għall-inqas 1 minn dawn li ġejjin:
U jekk issir dijanjożi antemortem, tabib jibda terapija antimikrobika xierqa. |
Innota l-istruzzjoni dwar ir-rapportar
Jekk ikun hemm il-meninġite u axxessi tal-moħħ flimkien, irrapporta l-infezzjoni bħala IC
CNS-MEN: Meninġite jew ventrikulite
Il-meninġite jew il-ventrikulite jridu jissodisfaw għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
|
— |
Il-pazjent ikollu organiżmi kkoltivati minn fluwidu ċerebrospinali (CSF) |
|
— |
Il-pazjent ikollu għall-inqas 1 mis-sinjali jew sintomi li ġejjin b'ebda kawża oħra magħrufa: deni (> 38 °C), uġigħ ta' ras, għonq iebes, sinjali ta' meninġi, sinjali ta' nervi kranjali, jew irritabbiltà KIF UKOLL għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:
U jekk issir dijanjożi antemortem, tabib jibda terapija antimikrobika xierqa. |
Innota l-istruzzjonijiet dwar ir-rapportar
|
— |
Irrapporta infezzjoni ta' passaġġ alternattiv għaċ-ċirkolazzjoni tad-demm (shunt) tas-CSF bħala SSI jekk isseħħ <= 90 jum minn meta jkun tqiegħed; jekk > 90 jum jew wara manipulazzjoni tal-passaġġ alternattiv għaċ-ċirkolazzjoni tad-demm jew aċċess għalih, irrapporta bħala CNS-MEN jekk l-infezzjoni tissodisfa d-definizzjoni tal-każ ġenerali ta' HAI |
|
— |
Irrapporta meningoenċefalite bħala MEN |
|
— |
Irrapporta axxessi spinali bil-meninġite bħala MEN |
CNS-SA: Axxessi spinali mingħajr meninġite
Axxessi tal-ispazju tal-epidurali jew subdurali spinali, mingħajr ma jkollhom x'jaqsmu l-fluwidu ċerebrospinali jew l-istrutturi tal-għadam ta' mal-ġenb, irid jissodisfa għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
|
— |
Il-pazjent ikollu organiżmi kkoltivati minn axxessi fl-ispazju epidurali jew subdurali spinali |
|
— |
Il-pazjent ikollu axxessi fl-ispazju epidurali jew subdurali spinali li jidher matul operazzjoni kirurġika jew waqt awtopsja jew ikun hemm evidenza ta' axxess li jidher matul eżami istopatoloġiku |
|
— |
Il-pazjent ikollu għall-inqas 1 mis-sinjali jew sintomi li ġejjin b'ebda kawża oħra magħrufa: deni (> 38 °C), uġigħ tad-dahar, irtubija fokali, radikulite, parapareżi, jew parapleġja KIF UKOLL għall-inqas 1 minn dawn li ġejjin:
U jekk issir dijanjożi antemortem, tabib jibda terapija antimikrobika xierqa |
Innota l-istruzzjonijiet dwar rapportar
Irrapporta axxessi spinali bil-meninġite bħala meninġite (CNS-MEN)
4.1.4 CRI: Infezzjoni relatata ma' kateter (21)
CRI1-CVC: Infezzjoni lokali relatata ma' CVC (ebda kultura pożittiva tad-demm)
|
— |
kultura kwantitattiva ta' CVC ≥ 103 CFU/ml jew kultura semikwantitattiva ta' CVC > 15 CFU |
|
— |
KIF UKOLL materja/infjammazzjoni fis-sit ta' inserzjoni jew mina |
CRI1-PVC: Infezzjoni lokali relatata ma' PVC (ebda kultura pożittiva tad-demm)
|
— |
kultura kwantitattiva ta' PVC ≥ 103 CFU/ml jew kultura semikwantitattiva ta' PVC > 15 CFU |
|
— |
KIF UKOLL materja/infjammazzjoni fis-sit ta' inserzjoni jew mina |
CRI2-CVC: Infezzjoni ġenerali relatata ma' CVC (ebda kultura pożittiva tad-demm)
|
— |
kultura kwantitattiva ta' CVC ≥ 103 CFU/ml jew kultura semikwantitattiva ta' CVC > 15 CFU |
|
— |
KIF UKOLL sinjali kliniċi jitjiebu fi żmien 48 siegħa wara t-tneħħija tal-kateter |
CRI2-PVC: Infezzjoni ġenerali relatata ma' PVC (ebda kultura pożittiva tad-demm)
|
— |
kultura kwantitattiva ta' PVC ≥ 103 CFU/ml jew kultura semikwantitattiva ta' PVC > 15 CFU |
|
— |
KIF UKOLL sinjali kliniċi jitjiebu fi żmien 48 siegħa wara t-tneħħija tal-kateter |
CRI3-CVC: infezzjoni tal-fluss tad-demm fil-ġisem relatata ma' CVC kkonfermata mikrobijoloġikament
|
— |
BSI li sseħħ 48 siegħa qabel jew wara t-tneħħija tal-kateter (jekk hemm) |
KIF UKOLL kultura pożittiva bl-istess mikroorganiżmu ta' jew:
|
— |
kultura kwantitattiva ta' CVC ≥ 103 CFU/ml jew kultura semikwantitattiva ta' CVC > 15 CFU |
|
— |
kampjun tad-demm CVC/kampjun tad-demm periferali > 5 ta' proporzjon ta' kultura kwantitattiva tad-demm jew |
|
— |
dewmien divrenzjali ta' kulturi pożittivi tad-demm: kulturi ta' kampjun tad-demm ta' CVC pożittiv sagħtejn jew aktar qabel kulturi periferali tad-demm (kampjuni tad-demm meħudin fl-istess ħin) jew |
|
— |
kultura pożittiva bl-istess mikroorganiżmu minn materja minn sit ta' inserzjoni |
CRI3-PVC: infezzjoni tal-fluss tad-demm fil-ġisem relatata ma' PVC ikkonfermata mikrobijoloġikament
BSI li sseħħ 48 siegħa qabel jew wara t-tneħħija tal-kateter (jekk hemm)
KIF UKOLL kultura pożittiva bl-istess mikroorganiżmu ta' jew:
|
— |
kultura kwantitattiva ta' PVC ≥ 103 CFU/ml jew kultura semikwantitattiva ta' PVC > 15 CFU |
|
— |
kultura pożittiva bl-istess mikroorganiżmu minn materja minn sit ta' inserzjoni |
4.1.5 CVS: Infezzjoni tas-sistema kardjovaskulari
CVS-VASC: Infezzjoni arterjali jew venuża
L-infezzjoni arterjali jew venuża trid tissodisfa għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
|
— |
Il-pazjent ikollu organiżmi kkoltivati minn arterji jew vini mneħħija matul operazzjoni kirurġika KIF UKOLL kultura tad-demm li ma tkunx saret jew ebda organiżmu kkoltivat mid-demm |
|
— |
Il-pazjent ikollu evidenza ta' infezzjoni arterjali jew venuża li tidher matul operazzjoni kirurġika jew eżami istopatoloġiku |
|
— |
Il-pazjent ikollu għall-inqas 1 mis-sinjali jew sintomi li ġejjin b'ebda kawża oħra magħrufa: deni (> 38 °C), uġigħ, eritema, jew sħana fis-sit vaskulari involut KIF UKOLL aktar minn 15-il kolonja kkoltivati minn ponta ta' kannula intravaskulari bl-użu tal-metodu ta' kultura semikwantitattiva KIF UKOLL kultura tad-demm li ma tkunx saret jew ebda organiżmu kkoltivat mid-demm |
|
— |
Il-pazjent ikollu skulatura purulenti fis-sit vaskulari involut KIF UKOLL kultura tad-demm li ma tkunx saret jew ebda organiżmu kkoltivat mid-demm |
Innota l-istruzzjonijiet dwar ir-rapportar
Irrapporta infezzjonijiet ta' tilqim arterjovenuż, passaġġ alternattiv għaċ-ċirkolazzjoni tad-demm, jew fistula jew sit ta' kannulazzjoni intravaskulari mingħajr organiżmi kkoltivati mid-demm bħala CVS-VASC. Irrapporta CVS-VASC li jissodisfa t-tielet kriterju bħala CRI1 jew CRI2, kif xieraq.
CVS-ENDO: Endokardite
L-endokardite ta' valv naturali jew prostetiku tal-qalb trid tissodisfa għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
|
— |
Il-pazjent ikollu organiżmi kkoltivati minn valv jew veġetazzjoni |
|
— |
Il-pazjent ikollu tnejn jew aktar mis-sinjali jew sintomi li ġejjin mingħajr l-ebda kawża oħra magħrufa: deni (> 38 °C), murmuriju ġdid jew jinbidel, fenomena embolika, manifestazzjonijiet tal-ġilda (pereżempju, tbenġil, emorraġiji separati, għoqod taħt il-ġilda jweġġgħu), attakk tal-qalb konġestiv, jew anormalità ta' konduzzjoni kardijaka KIF UKOLL għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:
U jekk issir dijanjożi antemortem, tabib jibda terapija antimikrobika xierqa |
CVS-CARD: Mijokardite jew perikardite
Il-mijokardite jew il-perikardite jridu jissodisfaw għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
|
— |
Il-pazjent ikollu organiżmi kkoltivati minn tessut perikardju jew fluwidu miksub b'aspirazzjoni bil-labra jew matul operazzjoni kirurġika |
|
— |
Il-pazjent ikollu għall-inqas tnejn mis-sinjali jew sintomi li ġejjin b'ebda kawża oħra magħrufa: deni (> 38 °C), uġigħ fis-sider, polz paradossali, jew daqs tal-qalb akbar KIF UKOLL għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:
|
CVS-MED: Medjastinite
Il-medjastinite trid tissodisfa għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
|
— |
Il-pazjent ikollu organiżmi kkoltivati minn tessut medjastinali jew fluwidu miksub minn operazzjoni kirurġika jew aspirazzjoni bil-labra |
|
— |
Il-pazjent ikollu evidenza ta' medjastinite li tidher matul operazzjoni kirurġika jew eżami istopatoloġiku |
|
— |
Il-pazjent ikollu għall-inqas wieħed minn dawn is-sinjali jew sintomi li ġejjin b'ebda kawża oħra magħrufa: deni (> 38 °C), uġigħ fis-sider, jew instabbiltà sternali KIF UKOLL għall-inqas 1 minn dawn li ġejjin:
|
Innota l-istruzzjonijiet dwar rapportar
Irrapporta medjastinite wara kirurġija kardijaka li tkun akkumpanjata minn osteomijelite bħala SSI-O
4.1.6 EENT: Infezzjoni tal-għajn, widna, imnieħer, gerżuma, jew ħalq
EENT-CONJ: Konġuntivite
Il-konġuntivite trid tissodisfa għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
|
— |
Il-pazjent ikollu patoġeni kkoltivati minn effużjoni purulenti miksuba mill-konġuntiva jew minn tessuti kontigwi, bħal tebqet il-għajn, kornea, glandoli tal-Mejbomju, jew glandoli tad-dmugħ |
|
— |
Il-pazjent ikollu wġigħ jew ħmura tal-konġuntiva jew madwar l-għajn KIF UKOLL għall-inqas 1 minn dawn li ġejjin:
|
Innota l-istruzzjonijiet dwar ir-rapportar
|
— |
Irrapporta infezzjonijiet oħrajn tal-għajn bħala EYE |
|
— |
Tirrapportax konġuntivite kimika kkawżata minn nitrat tal-fidda (AgNO3) bħala infezzjoni assoċjata ma' kura tas-saħħa |
|
— |
Tirrapportax konġuntivite li sseħħ bħala parti minn marda virali mxerrda aktar fil-wisa' (bħal ħosba, ġidri r-riħ, jew URI) |
EENT-EYE: Għajn, minbarra konġuntivite
L-infezzjoni tal-għajn, minbarra l-konġuntivite, trid tissodisfa għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
|
— |
Il-pazjent ikollu organiżmi kkoltivati minn kavità anterjuri jew posterjuri jew minn fluwidu trasparenti |
|
— |
Il-pazjent ikollu għall-inqas 2 mis-sinjali jew sintomi li ġejjin b'ebda kawża oħra magħrufa: uġigħ f'għajn, disturb viżiv, jew ipopjun KIF UKOLL għall-inqas 1 minn dawn li ġejjin:
|
EENT-EAR: Mastojde tal-widna
L-infezzjonijiet tal-widna u tal-mastojde jridu jissodisfaw għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
|
|
L-otite esterna trid tissodisfa għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
|
|
|
L-otite medja trid tissodisfa għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
|
|
|
L-otite interna trid tissodisfa għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
|
|
|
Il-mastojdite trid tissodisfa għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
|
EENT-ORAL: Kavità orali (ħalq, ilsien, jew ħniek)
L-infezzjonijiet tal-kavità orali jridu jissodisfaw għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
|
— |
Il-pazjent ikollu organiżmi kkoltivati minn materjal purulenti minn tessuti ta' kavità orali |
|
— |
Il-pazjent ikollu axxess jew evidenza oħra ta' infezzjoni ta' kavità orali li tidher f'eżami dirett, matul operazzjoni kirurġika, jew matul eżami istopatoloġiku |
|
— |
Il-pazjent ikollu għall-inqas 1 mis-sinjali jew sintomi li ġejjin b'ebda kawża oħra magħrufa: axxessi, ulċerazzjoni, jew irqajja' bojod imqabbżin fuq mukuża infjammata, jew plakek fuq mukuża orali KIF UKOLL għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:
|
Innota l-istruzzjonijiet dwar rapportar
Irrapporta infezzjonijiet primarji ta' herpes simplex tal-kavità orali assoċjati mal-kura tas-saħħa bħala ORAL; infezzjonijiet ħerpes rikorrenti mhumiex assoċjati ma' kura tas-saħħa
EENT-SINU: Sinużite
Is-sinużite trid tissodisfa għall-inqas 1 mill-kriterji li ġejjin:
|
— |
Il-pazjent ikollu organiżmi kkoltivati minn materjal purulenti miksub minn kavità tas-sinus |
|
— |
Il-pazjent ikollu għall-inqas 1 mis-sinjali jew sintomi li ġejjin b'ebda kawża oħra magħrufa: deni (> 38 °C), uġigħ jew irtubija mferxa fuq is-sinus involut, uġigħ ta' ras, effużjoni purulenti, jew imblukkar nażali KIF UKOLL għall-inqas 1 minn dawn li ġejjin:
|
EENT-UR: Apparat respiratorju ta' fuq, farinġite, larinġite, epiglottite
L-infezzjonijiet tal-apparat respiratorju ta' fuq iridu jissodisfaw għall-inqas 1 mill-kriterji li ġejjin:
|
— |
Il-pazjent ikollu għall-inqas tnejn mis-sinjali jew sintomi li ġejjin b'ebda kawża oħra magħrufa: deni (> 38 °C), eritema tal-falanġi, uġigħ fil-gerżuma, sogħla, ħanqa, jew effużjoni purulenti fil-gerżuma KIF UKOLL għall-inqas 1 minn dawn li ġejjin:
|
|
— |
Il-pazjent ikollu axxess li jidher f'eżami dirett, matul operazzjoni kirurġika, jew matul eżami istopatoloġiku |
4.1.7 GI: Infezzjoni tas-sistema gastrointestinali
GI-CDI: Infezzjoni tal-Clostridium difficile
Infezzjoni tal-Clostridium difficile (li r-referenza għaliha qabel kienet ta' dijarea assoċjata mal-Clostridium difficile jew CDAD) trid tissodisfa għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
|
— |
Ippurgar b'dijarea jew megakolon tossiku, KIF UKOLL assaġġ tal-laboratorju pożittiv għal tossina A u/jew B tal-Clostridium difficile fl-ippurgar jew id-detezzjoni fl-ippurgar ta' organiżmu C. difficile li jipproduċi t-tossina permezz tal-kultura jew ta' mezzi oħra pereżempju, riżultat ta' PCR pożittiv; |
|
— |
Kolite psewdomembrana murija b'endoskopija gastrointestinali ta' taħt |
|
— |
Istopatoloġija tal-kolon karatteristika tal-infezzjoni tal-Clostridium difficile (b'dijarea jew mingħajrha) fuq kampjun miksub minn endoskopija, kolektomija jew awtopsja |
GI-GE: Gastroenterite (CDI eskluża)
Il-gastroenterite trid tissodisfa għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
|
— |
Il-pazjent ikollu bidu akut ta' dijarea (ippurgar likwidu għal aktar minn 12-il siegħa) b'remettar jew mingħajru jew deni (> 38 °C) u x'aktarx mingħajr kawża mhux infettiva (pereżempju, testijiet dijanjostiċi, dieta terapewtika minbarra aġenti antimikrobiċi, aggravar akut ta' kondizzjoni kronika, jew tensjoni psikoloġika) |
|
— |
Il-pazjent ikollu għall-inqas 2 mis-sinjali jew sintomi li ġejjin b'ebda kawża oħra magħrufa: dardir, rimettar, uġigħ addominali, deni (> 38 °C), jew uġigħ ta' ras KIF UKOLL għall-inqas 1 minn dawn li ġejjin:
|
GI-GIT: Passaġġ gastrointestinali (l-esofagu, l-istonku, il-musrana l-kbira u ż-żgħira, u r-rektum) esklużi l-gastroenterite u l-appendiċite
L-infezzjoni tal-passaġġi gastrointestinali, esklużi l-gastroenterite u l-appendiċite, trid tissodisfa għall-inqas 1 mill-kriterji li ġejjin:
|
— |
Il-pazjent ikollu axxessi jew evidenza oħra ta' infezzjoni li tidher matul operazzjoni kirurġika jew eżami istopatoloġiku |
|
— |
Il-pazjent ikollu għall-inqas 2 mis-sinjali jew sintomi li ġejjin b'ebda kawża oħra magħrufa u kompatibbli ma' infezzjoni tal-organu jew tat-tessut involuti: deni (> 38 °C), nawżea, remettar, uġigħ addominali, jew irtubija KIF UKOLL għall-inqas 1 minn dawn li ġejjin:
|
GI-HEP: Epatite
L-epatite trid tissodisfa l-kriterju li ġej:
Il-pazjent ikollu għall-inqas 2 mis-sinjali jew sintomi li ġejjin b'ebda kawża oħra magħrufa: deni (> 38 °C), anoreksja, nawżea, remettar, uġigħ addominali, suffejra, jew storja ta' trasfużjoni tul it-3 xhur preċedenti
KIF UKOLL għall-inqas 1 minn dawn li ġejjin:
|
— |
antiġen pożittiv jew test għal antikorp għall-epatite A, l-epatite B, l-epatite C, jew epatite delta |
|
— |
testijiet għal funzjoni anormali tal-fwied (pereżempju, ALT/AST elevati, bilirubin) |
|
— |
ċitomegalovirus (CMV) misjub fl-awrina jew fi tnixxijiet orofarinġi |
Innota l-istruzzjonijiet dwar ir-rapportar
|
— |
Tirrapportax epatite jew suffejra ta' oriġini mhux infettiva (nuqqas ta' alfa-1-antitripsina, eċċ.) |
|
— |
Tirrapportax epatite jew suffejra li tkun ġejja minn esponiment għal epatotossini (epatite alkoħolika jew miġjuba bl-aċetaminofen, eċċ.) |
|
— |
Tirrapportax epatite jew suffejra li jiġu minn imblukkar biljari (koleċistite) |
GI-IAB: Intraaddominali, mhux speċifikat band'oħra, inklużi l-bużżieqa tal-marrara, kanali tal-bili, il-fwied (eskluża l-epatite virali), il-milsa, il-frixa, il-peritonew, l-ispazju subfreniku jew subdijaframmatiku, jew tessut intraaddominali ieħor jew parti mhux speċifikata band'oħra
L-infezzjonijiet intraaddominali jridu jissodisfaw għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
|
— |
Il-pazjent ikollu organiżmi kkoltivati minn materjal purulenti minn spazju intraaddominali miksub minn operazzjoni kirurġika jew aspirazzjoni bil-labra |
|
— |
Il-pazjent ikollu axxess jew evidenza oħra ta' infezzjoni intraaddominali li tidher matul operazzjoni kirurġika jew eżami istopatoloġiku |
|
— |
Il-pazjent ikollu għall-inqas tnejn minn dawn is-sinjali jew sintomi li ġejjin b'ebda kawża oħra magħrufa: deni (> 38 °C), nawżea, remettar, uġigħ addominali, jew suffejra KIF UKOLL għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:
|
Innota l-istruzzjonijiet dwar rapportar
Tirrapportax pankreatite (sindrome li ġġib infjammazzjoni kkaratterizzata minn uġigħ addominali, nawżea, u remettar assoċjat ma' livelli għoljin ta' serum ta' enzimi tal-frixa) ħlief jekk ikun stabbilit li tkun infettiva fl-oriġini
4.1.8 LRI: Infezzjoni tal-apparat respiratorju t'isfel, minbarra pulmonite
LRI-BRON: Bronkite, trakeobronkite, bronkjolite, trakeite, mingħajr evidenza ta' pulmonite
Il-pazjent ma jkollux evidenza klinika jew radjografika ta' pulmonite
KIF UKOLL il-pazjent ikollu għall-inqas tnejn mis-sinjali jew sintomi li ġejjin b'ebda kawża oħra magħrufa: deni (> 38 °C), sogħla, produzzjoni ġdida jew miżjuda ta' bżieq, rhonchi, tħarħir
KIF UKOLL għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:
|
— |
kultura pożittiva miksuba minn aspirat fil-fond tat-trakea jew bi bronkoskopija |
|
— |
test pożittiv tal-antiġen fuq tnixxijiet respiratorji |
Innota l-istruzzjonijiet dwar rapportar
Tirrapportax bronkite kronika f'pazjent b'marda kronika tal-pulmun bħala infezzjoni ħlief jekk ikun hemm evidenza ta' infezzjoni sekondarja akuta, murija b'bidla fl-organiżmu
LRI-LUNG: Infezzjonijiet oħra tal-apparat respiratorju t'isfel
Infezzjonijiet oħrajn tal-apparat respiratorju t'isfel iridu jilħqu għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
|
— |
Il-pazjent ikollu organiżmi li jidhru fuq tiċpisa jew ikkoltivati minn tessut tal-pulmun jew fluwidu, inkluż fluwidu tal-plewra |
|
— |
Il-pazjent ikollu axxessi tal-pulmun jew materja fil-plewra (empyema) li jidhru matul operazzjoni kirurġika jew eżami istopatoloġiku |
|
— |
Il-pazjent ikollu kavità ta' axxess li tidher f'eżami radjografiku tal-pulmun |
Innota l-istruzzjonijiet dwar rapportar
Irrapporta axxessi tal-pulmun jew empyema mingħajr pulmonite bħala LUNG
4.1.9 NEO: Definizzjonijiet speċifiċi tal-każi neonatali
NEO-CSEP: Sepsis Klinika
It-tliet kriterji KOLLHA li ġejjin:
|
— |
It-tabib li jagħmel superviżjoni jkun beda terapija antimikrobika xierqa għal sepsis għal mill-inqas 5 ijiem |
|
— |
Ebda detezzjoni ta' patoġeni fil-kultura tad-demm jew li ma jkunux ġew ittestjati |
|
— |
Ebda infezzjoni ċara f'sit ieħor |
KIF UKOLL 2 mill-kriterji li ġejjin (mingħajr kawża apparenti oħra):
|
— |
Deni (> 38 °C) jew instabbiltà fit-temperatura (post-set frekwenti tal-inkubatur) jew ipotermja (< 36,5 °C) |
|
— |
Takikardija (> 200/min) jew bradikardija ġdida/miżjuda (< 80/min) |
|
— |
Ħin ta' mili kapillari mill-ġdid (CRT) > 2s |
|
— |
Apnea (s) ġdida jew miżjuda (> 20s) |
|
— |
Aċidożi metabolika inspjegabbli |
|
— |
Bidu ġdid ta' ipergliċemja (> 140 mg/dl) |
|
— |
Sinjal ieħor ta' sepsis (kulur il-ġilda (jekk ma jintużax CRT biss), sinjali tal-laboratorju (CRP, interleukin), ħtieġa akbar ta' ossiġnu (intubazzjoni), kondizzjoni ġenerali mhux stabbli tal-pazjent, apatija) |
NEO-LCBI: BSI kkonfermata mil-laboratorju
għall-inqas tnejn minn: temperatura > 38 °C jew < 36,5 °C jew instabbiltà fit-temperatura, takikardija jew bradikardija, apnea, ħin ta' mili kapillari mill-ġdid (CRT) estiż, aċidożi metabolika, ipergliċemja, sinjal ieħor ta' BSI bħall-apatija
KIF UKOLL
patoġen magħruf minbarra stafilokokki koagulażi-negattivi kkoltivat mid-demm jew fluwidu ċerebrospinali (CSF; dan huwa inkluż minħabba li meninġite fil-grupp ta' din l-età is-soltu tkun ematoġenuża, għalhekk CSF pożittiv jista' jitqies bħala evidenza ta' BSI wkoll jekk kulturi tad-demm ikunu negattivi jew ma jkunux ittieħdu)
Innota l-istruzzjonijiet dwar ir-rapportar:
|
— |
biex tkun konsistenti f'rapportar dwar BSI f'adulti (inkluża BSI sekondarja), il-kriterju “l-orgniżmu mhux relatat ma' infezzjoni f'sit ieħor” tneħħa mid-definizzjoni ta' Neo-KISS għall-finijiet tal-PPS tal-UE |
|
— |
irrapporta l-oriġini tal-BSI neonatali fil-qasam ta' oriġini ta' BSI |
|
— |
jekk iż-żewġ definizzjonijiet tal-każi għal NEO-LCBI u NEO-CNSB ikunu jaqblu, irrapporta NEO-LCBI |
NEO-CNSB: BSI kkonfermata mil-laboratorju bi stafilokokki koagulażi-negattivi
|
— |
għall-inqas tnejn minn: temperatura > 38 °C jew < 36,5 °C jew instabbiltà fit-temperatura, takikardija jew bradikardija, apnea, ħin estiż għal rikapillarizzazzjoni, aċidożi metabolika, ipergliċemja, sinjal ieħor ta' BSI bħall-apatija |
|
— |
U stafilkokki koagulażi-negattiva tkun ikkoltivata mid-demm jew minn ponta ta' kateter |
|
— |
KIF UKOLL il-pazjent ikollu waħda minn: proteina C-reattiva > 2,0 mg/dL, proporzjon ta' newtrofilu immatur/totali (I/T ratio) > 0,2, lewkoċiti < 5/nL, pjastrini < 100/nL |
Innota l-istruzzjonijiet dwar ir-rapportar
|
— |
biex tkun konsistenti f'rapportar dwar BSI f'adulti (inkluża BSI sekondarja), il-kriterju “l-orgniżmu mhux relatat ma' infezzjoni f'sit ieħor” tneħħa mid-definizzjoni ta' Neo-KISS għall-finijiet tal-PPS tal-UE |
|
— |
irrapporta l-oriġini tal-BSI neonatali fil-qasam ta' oriġini ta' BSI |
|
— |
jekk iż-żewġ definizzjonijiet tal-każi għal NEO-LCBI u NEO-CNSB ikunu jaqblu, irrapporta NEO-LCBI |
NEO-PNEU: Pulmonite
|
— |
kompromess respiratorju |
|
— |
U infiltrat ġdid, konsolidazzjoni jew effużjoni plewrali fuq X-ray tas-sider |
|
— |
KIF UKOLL għall-inqas erbgħa minn: temperatura > 38 °C jew < 36,5 °C jew instabbiltà fit-temperatura, takikardija jew bradikardija, takipnoea jew apnea, dispnea, aktar tnixxijiet respiratorji, bidu ġdid ta' bżieq purulenti, iżolament ta' patoġen minn tnixxijiet respiratorji, proteina C-reattiva > 2,0 mg/dL, I/T ratio > 0,2 |
NEO-NEC: Enterokolite nekrotika
Evidenza istopatoloġika ta' enterokolite nekrotika
JEW
għall-inqas anormalità radjografika karatteristika waħda (pnewmoperitonew, pnewmatożi intestinali, ċrieki “riġidi” li ma jinbidlux tal-musrana ż-żgħira) u għall-inqas tnejn minn dawn li ġejjin mingħajr spjegazzjoni oħra: remettar, distensjoni addominali, fdalijiet ta' qabel l-ikel, ippurgar persistentement mikroskopiku jew b'ħafna demm
4.1.10 PN: Pulmonite
Żewġ X-rays jew CT-scans jew aktar wara xulxin tas-sider bi xbiha suġġestiva tal-pulmonite għal pazjenti li jkollhom ukoll mard tal-qalb jew tal-pulmun. F'pazjenti li ma jkollhomx ukoll mard tal-qalb jew tal-pulmun, X-ray jew CT-scan wieħed definittiv tas-sider ikun biżżejjed
KIF UKOLL għall-inqas wieħed mis-sintomi li ġejjin:
|
— |
Deni > 38 °C b'ebda kawża oħra |
|
— |
Lewkopenja (< 4 000 WBC/mm3) jew lewkoċitożi (≥ 12 000 WBC/mm3) |
KIF UKOLL għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin (jew għall-inqas tnejn jekk ikun hemm pulmonite klinika biss = PN 4 u PN 5)
|
— |
Feġġa ġdida ta' bżieq purulenti, jew bidla fil-karattru tal-bżieq (lewn, riħa, kwantità, konsistenza) |
|
— |
Sogħla jew dispnea jew takipnea |
|
— |
Askultazzjoni suġġestiva (ħsejjes tan-nifs tal-pulmun jew tal-bronki), ronki, tħarħir |
|
— |
Skambju jeħżien ta' gass (pereżempju, desaturazzjoni ta' O2 jew aktar ħtiġijiet ta' ossiġnu jew talba għal aktar ventilazzjoni) |
u skont il-metodu dijanjostiku użat
|
(a) |
Kultura kwantitattiva pożittiva b'kampjun LRT (22) minimament ikkontaminat (PN 1)
Kultura kwantitattiva pożittiva possibbilment minn kampjun LRT kontaminat (PN 2)
|
|
(b) |
|
|
(c) |
|
Noti:
|
— |
X-ray jew CT-scan wieħed definittiv tas-sider għall-episodju ta' pulmonite attwali jista' jkun biżżejjed f'pazjenti ukoll mard tal-qalb jew tal-pulmun jekk huwa possibbli li jsir paragun ma' X-rays preċedenti. |
|
— |
Kriterji ta' PN 1 u PN 2 ikunu ġew ivvalidati mingħajr terapija minn qabel kontra l-mikrobi. Madanakollu, dan ma jeskludix id-dijanjożi ta' PN 1 jew PN 2 f'każ ta' użu preċedenti ta' antimikrobiċi. |
Pulmonite assoċjata ma' intubazzjoni (IAP)
Il-pulmonite hija ddefinita bħala assoċjata ma' intubazzjoni (IAP) jekk ikun hemm apparat tan-nifs invażiv (ukoll minn ħin għal ieħor) fit-48 siegħa qabel il-bidu ta' infezzjoni
Nota: Pulmonite li għaliha tkun inbdiet intubazzjoni fil-jum meta tkun bdiet mingħajr informazzjoni addizzjonali fis-sekwenza ta' ġrajjiet ma titqiesx bħala IAP
4.1.11 REPR: Infezzjoni tal-apparat riproduttiv
REPR-EMET: Endometrite
L-endometrite trid tissodisfa għall-inqas 1 mill-kriterji li ġejjin:
|
— |
Il-pazjenta jkollha organiżmi kkoltivati minn fluwidu jew tessut minn endometriju miksuba minn operazzjoni kirurġika, b'aspirazzjoni bil-labra, jew b'bijopsija bil-pinzell |
|
— |
Il-pazjent ikollu għall-inqas 2 mis-sinjali jew sintomi li ġejjin b'ebda kawża oħra magħrufa: deni (> 38 °C), uġigħ addominali, irtubija tal-utru, jew skulatura purulenti mill-utru |
Innota l-istruzzjonijiet dwar rapportar
Irrapporta endometrite wara t-twelid bħala infezzjoni assoċjata ma' kura tas-saħħa ħlief jekk il-fluwidu amnijotiku jkun infettat fil-ħin meta l-pazjenta tiddaħħal jew il-pazjenta tkun iddaħħlet 48 siegħa wara li l-membrana tkun inqasmet
REPR-EPIS: Episjotomija
L-infezzjonijiet tal-episjotomija jridu jissodisfaw għall-inqas 1 mill-kriterji li ġejjin:
|
— |
Il-pazjenta wara l-ħlas postvaġinali jkollha skulatura purulenti mill-episjotomija |
|
— |
Il-pazjenta wara l-ħlas postvaġinali jkollha axxessi ta' episjotomija |
REPR-VCUF: Kupola vaġinali
L-infezzjonijiet tal-kupola vaġinali jridu jissodisfaw għall-inqas 1 mill-kriterji li ġejjin:
|
— |
Il-pazjenta wara isterektomija jkollha skulatura purulenti mill-kupola vaġinali |
|
— |
Il-pazjenta wara isterektomija jkollha axxess tal-kupola vaġinali |
|
— |
Il-pazjenta wara isterektomija jkollha patoġeni kkoltivati minn fluwidu jew tessut miksuba mill-kupola vaġinali |
Innota l-istruzzjonijiet dwar rapportar
Irrapporta infezzjonijiet tal-kupola vaġinali bħala SSI-O jekk jintlaħqu kriterji oħra tal-SSI (fi żmien 30 jum wara isterektomija).
REPR-OREP: Infezzjonijiet oħra tal-apparat riproduttiv tar-raġel jew tal-mara (epididimu, testikuli, prostata, vaġina, ovarji, utru, jew tessuti oħra pelviċi, esklużi infezzjonijiet tal-endometrite jew tal-kupola vaġinali)
Infezzjonijiet oħrajn tal-apparat riproduttiv tar-raġel jew tal-mara jridu jissodisfaw għall-inqas 1 mill-kriterji li ġejjin:
|
— |
Il-pazjent ikollu organiżmi kkoltivati minn tessut jew fluwidu minn sit affettwat |
|
— |
Il-pazjent ikollu axxess jew evidenza oħra ta' infezzjoni ta' sit affettwat li tidher matul operazzjoni kirurġika jew eżami istopatoloġiku |
|
— |
Il-pazjent ikollu 2 minn dawn is-sinjali jew sintomi li ġejjin b'ebda kawża oħra magħrufa: deni (> 38 °C), nawżea, remettar, uġigħ, irtubija, jew disurja KIF UKOLL għall-inqas 1 minn dawn li ġejjin:
|
Innota l-istruzzjonijiet dwar ir-rapportar
|
— |
Irrapporta endometrite bħala EMET |
|
— |
Irrapporta infezzjonijiet tal-kupola vaġinali bħala VCUF |
4.1.12 SSI: Infezzjoni ta' sit kirurġiku
Nota: Il-preżunzjoni hija li d-definizzjonijiet kollha jkunu kkonfermati għall-finijiet ta' rapportar ta' sorveljanza.
Inċiżjoni superfiċjali (SSI-S)
Infezzjoni sseħħ fi żmien 30 jum wara l-operazzjoni U l-infezzjoni tinvolvi biss il-ġilda u tessut ta' taħt il-ġilda tal-inċiżjoni KIF UKOLL għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:
|
— |
Skulatura purulenti b'konferma mil-laboratorju jew mingħajrha, mill-inċiżjoni superfiċjali |
|
— |
Organiżmi iżolati minn kultura miksuba b'mod mhux settiku ta' fluwidu jew tessut mill-inċiżjoni superfiċjali |
|
— |
għall-inqas wieħed mis-sinjali jew sintomi ta' infezzjoni li ġejjin: uġigħ jew irtubija, nefħa lokalizzata, ħmura, jew sħana KIF UKOLL inċiżjoni superfiċjali li tinfetaħ deliberatament mill-kirurgu, ħlief jekk l-inċiżjoni tkun kultura negattiva |
|
— |
Dijanjożi ta' SSI inċiżjonali superfiċjali magħmula minn kirurgu jew tabib assistent |
Inċiżjoni fonda (SSI-D)
Infezzjoni sseħħ fi żmien 30 jum wara l-operazzjoni jekk impjant ma jitħalliex fil-post jew fi żmien 90 jum jekk impjant ikun f'postu U l-infezzjoni tkun tidher relatata mal-operazzjoni U l-infezzjoni tinvolvi tessut artab fond (pereżempju, faxxa, muskolu) tal-inċiżjoni KIF UKOLL għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:
|
— |
Skulatura purulenti mill-inċiżjoni fonda iżda mhux mill-komponent ta' organu/spazju tas-sit kirurġiku |
|
— |
Inċiżjoni fonda tinferaħ spontanjament jew tinfetaħ deliberatament minn kirurgu meta l-pazjent ikollu għall-inqas wieħed minn dawn is-sinjali jew sintomi li ġejjin: deni (> 38 °C), uġigħ jew irtubija lokalizzati, ħlief jekk l-inċiżjoni tkun negattiva għall-kultura |
|
— |
Axxessi jew evidenza oħra ta' infezzjoni li jinvolvu l-inċiżjoni fonda jinstabu f'eżami dirett, matul operazzjoni mill-ġdid, jew f'eżami istopatoloġiku jew radjoloġiku |
|
— |
Dijanjożi ta' SSI inċiżjonali fil-fond magħmula minn kirurgu jew tabib assistent |
Organu/Spazju (SSI-O)
Infezzjoni sseħħ fi żmien 30 jum wara l-operazzjoni jekk impjant ma jitħalliex fil-post jew fi żmien 90 jum jekk impjant ikun f'postu U l-infezzjoni tidher li tkun relatata mal-operazzjoni U l-infezzjoni tinvolvi kull parti tal-anatomija (pereżempju, organi u spazji) minbarra l-inċiżjoni li tkun infetħet jew li tkun ġiet immanipulata matul operazzjoni KIF UKOLL għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:
|
— |
Skulatura purulenti minn drejn li jitqiegħed fl-organu/spazju minn naħa għal oħra ta' ferita b'oġġett bil-ponta |
|
— |
Organiżmi iżolati minn kultura miksuba b'mod mhux settiku ta' fluwidu jew tessut fl-organu/spazju |
|
— |
Axxess jew evidenza oħra ta' infezzjoni li tinvolvi l-organu/spazju li jinstabu f'eżami dirett, matul operazzjoni mill-ġdid, jew b'eżami istopatoloġiku jew radjoloġiku |
|
— |
Dijanjożi ta' organu/spazju ta' SSI magħmula minn kirurgu jew tabib assistent |
4.1.13 SST: Infezzjoni tal-ġilda u ta' tessut artab
SST-SKIN: Infezzjoni tal-ġilda
L-infezzjonijiet tal-ġilda jridu jissodisfaw għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
|
— |
Il-pazjent ikollu skulatura purulenti, ponot bil-materja, bżieżaq, jew imsiemer |
|
— |
Il-pazjent ikollu għall-inqas tnejn mis-sinjali jew sintomi li ġejjin b'ebda kawża oħra magħrufa: uġigħ jew irtubija, nefħa lokalizzata, ħmura, jew sħana KIF UKOLL għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:
|
Innota l-istruzzjonijiet dwar ir-rapportar
|
— |
Irrapporta ulċeri decubitus infettati bħala DECU |
|
— |
Irrapporta ħruq infettat bħala BURN |
|
— |
Irrapporta axxessi tas-sider jew mastite bħala BRST |
SST-ST: Tessut artab (faxxite nekrotika, kankrena infettiva, ċellulite nekrotika, mijożite infettiva, limfadenite, jew limfanġite)
L-infezzjonijiet ta' tessut artab iridu jissodisfaw għall-inqas 1 mill-kriterji li ġejjin:
|
— |
Il-pazjent ikollu organiżmi kkoltivati minn tessut jew skulatura minn sit affettwat |
|
— |
Il-pazjent ikollu skulatura purulenti fis-sit affettwat |
|
— |
Il-pazjent ikollu axxessi jew evidenza oħra ta' infezzjoni li tidher matul operazzjoni kirurġika jew eżami istopatoloġiku |
|
— |
Il-pazjent ikollu għall-inqas 2 mis-sinjali jew sintomi li ġejjin fis-sit affettwat b'ebda kawża oħra magħrufa: uġigħ jew irtubija lokalizzati, ħmura, nefħa, jew sħana KIF UKOLL għall-inqas 1 minn dawn li ġejjin:
|
Innota l-istruzzjonijiet dwar ir-rapportar
|
— |
Irrapporta ulċeri decubitus infettati bħala DECU |
|
— |
Irrapporta infezzjoni ta' tessuti pelviċi fondi bħala OREP |
SST-DECU: Ulċera decubitus, inklużi infezzjonijiet kemm superfiċjali kif ukoll fondi
L-infezzjonijiet ta' ulċeri decubitus iridu jissodisfaw il-kriterju li ġej:
|
— |
Il-pazjent ikollu għall-inqas 2 mis-sinjali jew sintomi li ġejjin b'ebda kawża oħra magħrufa: ħmura, irtubija, jew nefħa fil-ġnub tal-ferita decubitus KIF UKOLL għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:
|
SST-BURN: Ħruq
L-infezzjonijiet minn ħruq iridu jissodisfaw għall-inqas 1 mill-kriterji li ġejjin:
|
— |
Il-pazjent ikollu bidla fid-dehra jew fil-karattru tal-ferita minn ħruq, bħal separazzjoni rapida ta' eskara, jew tidnis tal-kulur f'kannella skur, iswed, jew ta' lewn vjola tal-eskara, jew edema f'tarf il-ferita |
|
— |
u eżami istoloġiku tal-bijopsija tal-ħarqa juri invażjoni ta' organiżmi f'tessut vijabbli fil-ġenb |
|
— |
Il-pazjent ikollu bidla fid-dehra jew fil-karattru tal-ferita minn ħruq, bħal separazzjoni rapida ta' eskara, jew tidnis tal-kulur f'kannella skur, iswed, jew ta' lewn vjola tal-eskara, jew edema f'tarf il-ferita KIF UKOLL għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:
|
|
— |
Il-pazjent bi ħruq ikollu għall-inqas tnejn mis-sinjali jew sintomi li ġejjin b'ebda kawża oħra magħrufa: deni (> 38 °C) jew ipotermja (< 36 °C), pressjoni għolja, oligurija (< 20 cc/hr), ipergliċemja f'livell ta' karboidrat ta' dieta li qabel kien ikun tollerabbli, jew konfużjoni mentali KIF UKOLL għall-inqas wieħed minn dawn li ġejjin:
|
SST-BRST: Axxessi tas-sider jew mastite
Axxessi tas-sider jew mastite jridu jissodisfaw għall-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:
|
— |
Il-pazjent ikollu kultura pożittiva ta' tessut tas-sider affettwat jew fluwidu miksub b'inċiżjoni u skulatura jew aspirazzjoni bil-labra |
|
— |
Il-pazjent ikollu axxess tas-sider jew evidenza oħra ta' infezzjoni li tidher matul operazzjoni kirurġika jew eżami istopatoloġiku |
|
— |
Il-pazjent ikollu d-deni (> 38 °C) u infjammazzjoni lokali tas-sider |
KIF UKOLL dijanjożi ta' tabib ta' axxessi tas-sider
4.1.14 SYS: Infezzjoni sistematika
SYS-DI: Infezzjoni mferrxa
Infezzjoni mferrxa hija infezzjoni li tinvolvi organi jew sistemi multipli, mingħajr ebda sit wieħed ta' infezzjoni li jkun jidher, is-soltu ta' oriġini virali, u b'sinjali jew sintomi ma' ebda kawża oħra magħrufa u kompatibbli ma' involviment infettiv ta' organi jew sistemi multipli
Innota l-istruzzjonijiet dwar ir-rapportar
|
— |
Uża dan il-kodiċi għal infezzjonijiet virali li jinvolvu sistemi multipli ta' organi (pereżempju, ħosba, gattone, rubella, variċella, eritema infectiosum). Dawn l-infezzjonijiet sikwit jistgħu jkunu identifikati bi kriterji kliniċi biss. |
|
— |
Tużax dan il-kodiċi għal infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa b'siti metastatiċi multipli, bħal b'endokardite batterjali; jenħtieġ li jkun irrapportat biss is-sit primarju ta' dawn l-infezzjonijiet |
|
— |
Tirrapportax deni ta' oriġini mhux magħrufa (FUO) bħala DI |
|
— |
Irrapporta eżantemi virali jew mard ta' raxx bħala DI |
SYS-CSEP: infezzjoni severa mhux identifikata ttrattata
Il-pazjent ikollu għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin
|
— |
sinjali kliniċi jew sintomi b'ebda kawża oħra magħrufa |
|
— |
deni (> 38 °C) |
|
— |
pressjoni għolja (pressjoni sistolika < 90 mm/Hg) |
|
— |
jew oligurija (20 cm3(ml)/siegħa) |
U kultura tad-demm li ma tkunx saret jew ebda organiżmi jew antiġen misjubin fid-demm
U ebda infezzjoni apparenti f'sit ieħor
U tabib jistitwixxi kura għal sepsi
Innota l-istruzzjonijiet dwar ir-rapportar:
Tużax dan il-kodiċi ħlief jekk ikun assolutament meħtieġ
Għal CSEP fi trabi tat-twelid, uża d-definizzjoni tal-każ NEO-CSEP (ara hawn taħt)
4.1.15 UTI: Infezzjoni fl-apparat tal-awrina
UTI-A: UTI sintomatika kkonfermata mikrobijoloġikament
Il-pazjent ikollu għall-inqas wieħed minn dawn is-sinjali jew sintomi li ġejjin b'ebda kawża oħra magħrufa: deni (> 38 °C), urġenza, frekwenza, disurja, jew irtubija suprapubes
KIF UKOLL
il-pazjent ikollu kultura pożittiva tal-awrina, jiġifieri, ≥ 105 mikroorganiżmi għal kull ml ta' awrina b'mhux aktar minn żewġ speċijiet ta' mikroorganiżmi.
UTI-B: UTI sintomatika mhux ikkonfermata mikrobijoloġikament
Il-pazjent ikollu għall-inqas tnejn minn li ġejjin b'ebda kawża oħra magħrufa: deni (> 38 °C), urġenza, frekwenza, disurja, jew irtubija suprapubes
KIF UKOLL
għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:
|
— |
Dipstik pożittiva għall-lewkoċite esterażi u/jew nitrat |
|
— |
Kampjun ta' awrina bil-materja bi ≥ 104 WBC/ml jew ≥ 3 WBC/qasam mikroskopiku ta' riżoluzzjoni għolja ta' awrina mhux ċentrifuga |
|
— |
Organiżmi li jidhru fuq tebgħa Gram ta' awrina mhux ċentrifuga |
|
— |
Għall-inqas żewġ kulturi tal-awrina b'iżolament imtenni tal-istess uropatoġen (batterja gram negattiva jew Staphylococcus saprophyticus) bi ≥ 102 kolonji/ml awrina f'eżemplari mhux evakwati |
|
— |
≤ 105 kolonji/ml ta' uropatoġen wieħed (batterja gram negattiva jew Staphylococcus saprophyticus) f'pazjent li jkun qed jiġi ttrattat b'aġent antimikrobiku effettiv għal infezzjoni tal-awrina |
|
— |
Dijanjożi ta' tabib ta' infezzjoni fl-apparat tal-awrina |
|
— |
Tabib jistitwixxi terapija xierqa għal infezzjoni tal-awrina |
Il-batterjurja asintomatika jenħtieġ li ma tiġix irrapportata, iżda l-infezzjonijiet tal-fluss tad-demm fil-ġisem sekondarja għall-batterjurja asintomatika jkunu rrapportati bħala BSI b'sors (oriġini) S-UTI
Infezzjoni fl-apparat tal-awrina hija ddefinita bħala li jkollha rabta ma' kateter jekk kateter tal-awrina li jkun imqiegħed ġewwa kien preżenti (ukoll kultant) fis-7 ijiem qabel il-bidu tal-infezzjoni
4.2 DEFINIZZJONI TAL-KAŻ ĠENERALI TA' INFEZZJONI FIL-FLUSS TAD-DEMM MINĦABBA PATOĠENI SPEĊIFIĊI
Kriterji Kliniċi
Mhux rilevanti għal għanijiet ta' sorveljanza
Kriterji tal-laboratorju
Għall-inqas kultura tad-demm pożittiva għal Staphylococcus aureus jew Klebsiella pneumoniae jew Escherichia coli jew Enterococcus faecium jew Enterococcus faecalis jew Pseudomonas aeruginosa jew speċi ta' Acinetobacter jew Streptococcus pneumoniae.
Kriterji Epidemjoloġiċi
Mhux rilevanti għal għanijiet ta' sorveljanza
Klassifikazzjoni tal-każ
|
A. |
Każ possibbli Mhux Applikabbli |
|
B. |
Każ probabbli Mhux Applikabbli |
|
C. |
Każ ikkonfermat |
Reżistenza għall-antimikrobiċi
Ir-riżultati ta' testijiet tas-suxxettibbiltà antimikrobika jridu jiġu rrapportati skont il-metodi u l-kriterji miftiehma bejn l-ECDC u l-Istati Membri kif speċifikat min-Netwerk Ewropew ta' Sorveljanza tar-Reżistenza għall-Antimikrobiċi (EARS-Net) tal-ECDC (24), u b'mod partikolari:
|
— |
għal Staphylococcus aureus: suxxettibbiltà għal metiċillina u betalattamażi anti-staphylococcal oħra; |
|
— |
għal Enterococcus faecium u Enterococcus faecalis: suxxettibbiltà għal glycopeptides; |
|
— |
għal Klebsiella pneumoniae u Escherichia coli: suxxettibbiltà għal karbapenemi, u suxxettibbiltà għal kolistina f'iżolati reżistenti għall-karbapenem; |
|
— |
għal Pseudomonas aeruginosa u speċi ta' Acinetobacter: suxxettibbiltà għal karbapenemi. |
4.3 DEFINIZZJONI TAL-KAŻ ĠENERALI U KLASSIFIKA TA' REŻISTENZA ANTIMIKROBIKA GĦALL-AĠENTI ANTIMIKROBIĊI
Reżistenza klinika għall-aġenti antimikrobiċi
Definizzjoni
Mikroorganiżmu huwa kklassifikat bħala klinikament suxxettibbli, klinikament intermedju, jew klinikament reżistenti għal aġenti antimikrobiku billi jiġu applikati l-valuri tal-limitu kliniċi EUCAST b'metodoloġija standardizzata (jew metodoloġija kalibrata għal metodoloġija standardizzata) (25), jiġifieri l-valuri tal-limitu kliniċi tal-konċentrazzjoni inibitorja minima (MIC) u l-korrelati tad-dijametru taż-żona ta' inibizzjoni tagħhom. Il-valuri tal-limitu jistgħu jinbidlu b'tibdiliet leġittimi fiċ-ċirkostanzi.
Klassifika
Suxxettibbli Klinikament (S)
|
— |
mikroorganiżmu huwa ddefinit bħala suxxettibbli (S) b'livell ta' esponiment antimikrobiku assoċjat ma' probabbiltà kbira ta' suċċess terapewtiku. |
Intermedju Klinikament (I)
|
— |
mikroorganiżmu huwa ddefinit bħala intermedju (I) b'livell ta' attività ta' aġent antimikrobiku assoċjat ma' effett terapewtiku inċert. Dan jimplika li infezzjoni kkawżata mill-iżolat tista' tiġi ttrattata b'mod xieraq f'siti tal-ġisem fejn il-mediċini huma fiżikament konċentrati jew fejn ir-reġim tad-dożaġġ tal-mediċina li tipproduċi esponiment ogħla jista' jintuża; jindika wkoll żona ta' lqugħ li tista' tipprevjeni fatturi tekniċi żgħar u mhux ikkontrollati milli jikkawża diskrepanzi kbar fl-interpretazzjonijiet. |
Reżistenti Klinikament (R)
|
— |
mikroorganiżmu huwa ddefinit bħala reżistenti (R) b'livell ta' esponiment antimikrobiku assoċjat ma' probabbiltà kbira ta' falliment terapewtiku. |
Il-valuri kliniċi limitu (25) huma ppreżentati bħala:
|
— |
S: MIC ≤ x mg/L; dijametru taż-żona ta' diffużjoni madwar id-disk ≥ σ mm |
|
— |
I: MIC > x, ≤y mg/L; dijametru taż-żona ta' diffużjoni madwar id-disk ≥ ρ mm, < σ mm |
|
— |
R: MIC > y mg/L; dijametru taż-żona ta' diffużjoni madwar id-disk < ρ mm |
Reżistenti għall-pandrogi (PDR)
|
— |
għal Staphylococcus aureus, speċi ta' Enterococcus, Enterobacteriaceae inklużi Klebsiella pneumoniae u Escherichia coli, Pseudomonas aeruginosa u speċi ta' Acinetobacter, iżolat huwa ddefinit bħala reżistenti għall-pandrogi (PDR) abbażi tal-fatt li huwa reżistenti għall-aġenti antimikrobiċi kollha, bħal fil-proposta esperta internazzjonali għal definizzjonijiet standard interim għal reżistenza akkwistata (26) |
|
— |
iżolat huwa ddefinit bħala PDR ikkonfermat meta ma jkunx suxxettibbli (jiġifieri intermedju - I, jew reżistenti - R) għall-aġenti kolla fil-kategoriji antimikrobiċi kollha, ikkonfermat b'referenza jew ittestjar fil-laboratorju tal-mikrobijoloġija klinika ta' panel supplimentari ta' aġenti antimikrobiċi iktar minn dawk ittestjati normalment, skont id-definizzjonijiet minn mikroorganiżmu fil-proposta esperta internazzjonali għal definizzjonijiet standard interim għal reżistenza akkwistata (27) |
|
— |
iżolat huwa ddefinit bħala possibbilment PDR meta ma jkunx suxxettibbli (jiġifieri intermedju - I, jew reżistenti - R) għall-aġenti antimikrobiċi ttestjati fil-laboratorju |
|
— |
iżolat huwa ddefinit bħala mhux PDR meta jkun suxxettibbli għal għall-inqas wieħed mill-aġenti antimikrobiċi ttestjati |
Reżistenza mikrobijoloġika għall-aġenti antimikrobiċi
Definizzjoni fenotipika
Mikroorganiżmu huwa kklassifikat li għandu fenotip tat-tip selvaġġ jew fenotip tat-tip mhux selvaġġ għal speċi skont konċentrazzjonijiet ta' limitu epidemjoloġiċi (ECOFFs) ta' EUCAST b'metodoloġija standardizzata (jew metodoloġija kalibrata għal metodoloġija standardizzata) (28) (29) abbażi ta' distribuzzjonijiet tal-MIC u l-korrelati tad-dijametru taż-żona ta' inibizzjoni tagħhom speċifiċi għall-ispeċi.
Klassifika fenotipika
Fenotip tat-tip selvaġġ (WT)
|
— |
mikroorganiżmu huwa ddefinit bħala tip selvaġġ (WT) għal speċi jew kumpless ta' speċi meta jkun nieqes minn mekkaniżmu ta' reżistenza akkwistata li jista' jiġi misjub bil-fenotip |
Fenotip tat-tip mhux selvaġġ (NWT)
|
— |
mikroorganiżmu huwa ddefinit bħala mhux tat-tip selvaġġ (NWT) għal speċi jew kumpless ta' speċi meta jesprimi għall-inqas mekkaniżmu wieħed ta' reżistenza akkwistata li jista' jiġi misjub bil-fenotip |
ECOFFs huma ppreżentati bħala (29)
|
— |
WT: ECOFF ≤ x mg/L; dijametru taż-żona ta' diffużjoni madwar id-disk ≥ σ mm |
|
— |
NWT: ECOFF > x mg/L; dijametru ta' diffużjoni madwar id-disk < σ mm |
Identifikazzjoni ta' mekkaniżmu ta' reżistenza akkwistata għall-antimikrobiċi (pereżempju, enzima li tinattiva l-mediċina, modifika tal-proteina bersall tal-mediċina, pompa tal-effluss)
Espressjoni ta' mekkaniżmu ta' reżistenza akkwistata għall-antimikrobiċi minn mikroorganiżmu tista' tiġi ddeterminata in vitro u t-tip ta' mekkaniżmu użat bl-użu ta' metodoloġija standardizzata skont il-linji gwida tal-EUCAST għad-detezzjoni ta' mekkaniżmi ta' reżistenza u reżistenzi speċifiċi ta' importanza klinika u/jew epidemjoloġika (30)
Definizzjoni ġenotipika
Mikroorganiżmu huwa klassifikat li fih jew li ma għandux determinant ġenetiku jew kombinazzjoni ta' determinanti li jagħtuh fenotip ta' suxxettibbiltà tat-tip mhux selvaġġ b'rabta mal-aġent antimikrobjali (ġene trasferibbli jew mutazzjoni ta' ġene ċentrali). Il-preżenza ta' determinant ġenetiku jew kombinazzjoni ta' determinanti li jagħtuh fenotip ta' suxxettibbiltà tat-tip mhux selvaġġ b'rabta ma' aġent antimikrobjali wieħed jew diversi minnhom tista' tintwera bid-detezzjoni u l-identifikazzjoni tas-sekwenza(i) tal-aċidu nuklejku korrispondenti f'ġenoma batterjali.
Klassifika ġenotipika
Ġenotipi rrapportati bħala:
|
— |
Pożittiv: preżenza ta' [isem il-ġene ta' reżistenza jew il-mutazzjoni ta' ġene ċentrali] |
|
— |
Negattiv: nuqqas ta' [isem il-ġene ta' reżistenza] jew sekwenza ta' ġene ċentrali tat-tip selvaġġ |
(1) Il-protokolli tal-UE, inkluż aġġornamenti futuri, jistgħu jinstabu fuq din il-paġna web tal-ECDC: https://ecdc.europa.eu/en/publications-data/eu-protocol-harmonised-monitoring-antimicrobial-resistance-human-salmonella-and-0
(2) Il-kriterji kliniċi jenħtieġ li jiġu interpretati billi titqies il-preżenza ta' dijanjożi alternattiva li tista' tispjega l-marda b'mod sħiħ.
(3) Ir-riżultati seroloġiċi jenħtieġ li jiġu interpretati skont esponiment preċedenti għal infezzjonijiet alfavirali.
(4) Depressjoni, ansjetà, apatija, tbegħid mis-soċjetà, taqriq
(5) Dan jinkludi kemm uġigħ evidenti kif ukoll/jew dysaesthesia
(6) Id-dehra tipika tal-EEG f'CJD sporadika tikkonsisti f'kumplessi perjodiċi ġeneralizzati b'rata ta' madwar wieħed kull sekonda. Dawn jistgħu jidhru kultant fl-aħħar stadji tal-vCJD
(7) Il-bijopsija tat-tunsilli mhijiex irrakkomandata bħala rutina u lanqas f'każijiet b'dehriet tal-EEG tipiċi tas-CJD sporadika, iżda tista' tkun utli f'każi suspetti fejn il-fatturi kliniċi jkunu kompatibbli mal-vCJD u l-MRI ma jurix sinjal għoli pulvinari
(8) Id-dehra tipika tal-EEG f'CJD sporadika tikkonsisti f'kumplessi perjodiċi ġeneralizzati b'rata ta' madwar wieħed kull sekonda. Dawn jistgħu jidhru kultant fl-aħħar stadji tal-vCJD
(9) Il-kriterji kliniċi jenħtieġ li jiġu interpretati billi titqies il-preżenza ta' dijanjożi alternattiva li tista' tispjega l-marda b'mod sħiħ.
(10) Ir-riżultati seroloġiċi jenħtieġ li jiġu interpretati skont esponiment preċedenti għal infezzjonijiet flavivirali u l-istatus ta' tilqim għal flavivirus. Każijiet ikkonfermati f'sitwazzjonijiet bħal dawn jenħtieġ li jiġu vvalidati b'assaġġ ta' newtralizzazzjoni tas-serum jew b'assaġġi oħrajn ekwivalenti.
(11) Il-protokoll standard tal-ECDC għas-sorveljanza tar-reżistenza għall-antimikrobiċi fil-gonokokku jiġi ppubblikat kull sena bħala parti mill-annessi tar-rapport annwali dwar is-sorveljanza tas-suxxettibbiltà tal-antimikrobi fil-gonokokku fl-Ewropa.
Ara: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard. Is-sorveljanza tas-suxxettibbiltà tal-antimikrobi fil-gonokokku fl-Ewropa, www.ecdc.europa.eu
(12) Meta jirrapportaw każi ta' Epatite B, l-Istati Membri jenħtieġ li jiddistingwu bejn mard akut u kroniku, skont ir-rekwiżiti tal-ECDC.
(13) Meta jirrapportaw każi ta' Epatite C, l-Istati Membri jenħtieġ li jiddistingwu bejn mard akut u kroniku, skont ir-rekwiżiti tal-ECDC.
(14) Linji gwida tal-EFNS dwar id-dijanjożi u l-immaniġġjar tal-Lyme newroborreljożi Ewropea, European Journal of Neurology 17, 8–16: doi:10.1111/j.1468-1331.2009.02862.x
(15) Il-kriterji għar-rapportar ikunu ppubblikati kull sena bħala parti mill-protokoll ta' rapportar tar-reżistenza għall-antimikrobiċi (AMR). Ara: Is-sistema ta' Sorveljanza Ewropea. Il-protokoll ta' rapportar tar-reżistenza għall-antimikrobiċi (AMR). In-Netwerk Ewropew ta' Sorveljanza tar-Reżistenza għall-Antimikrobiċi (EARS-Net). www.ecdc.europa.eu
(*1) F'sitwazzjonijiet ta' eliminazzjoni, jista' jiġi kkunsidrat ittestjar addizzjonali f'ċerti sitwazzjonijiet biex jiġu esklużi riżultati tal-IgM pożittivi foloz (Manwal tad-WHO għas-Sorveljanza fil-Laboratorji tal-Viruses tal-Ħosba u r-Rubella, 2017).
(16) Il-protokolli tal-UE, inkluż aġġornamenti futuri, jistgħu jinstabu fuq din il-paġna web tal-ECDC: https://ecdc.europa.eu/en/publications-data/eu-protocol-harmonised-monitoring-antimicrobial-resistance-human-salmonella-and-0
(17) Kuntatt mill-qrib huwa persuna li ħadet ħsieb, għexet ma', jew kellha kuntatt dirett mat-tnixxijiet respiratorji, il-fluwidi tal-ġisem u/jew il-ħmieġ (eż. il-feċi) ta' każijiet ta' SARS.
(18) F'dan il-kuntest it-terminu “ħaddiem fil-qasam tal-kura tas-saħħa” jinkludi l-istaff kollu tal-isptar. Id-definizzjoni tal-unità tal-kura tas-saħħa fejn iseħħu l-każijiet se tiddependi fuq is-sitwazzjoni lokali. Id-daqs tal-unità jista' jvarja minn faċilità sħiħa tal-kura tas-saħħa jekk tkun żgħira, għal dipartiment wieħed jew sala waħda ta' sptar terzjarju kbir.
(19) Ir-riżultati seroloġiċi jenħtieġ li jiġu interpretati skont l-istatus tat-tilqim u esponiment preċedenti għal infezzjonijiet flavivirali. Każijiet ikkonfermati f'sitwazzjonijiet bħal dawn jenħtieġ li jiġu vvalidati b'assaġġ ta' newtralizzazzjoni tas-serum jew b'assaġġi oħrajn ekwivalenti.
(20) Il-kriterji għar-rapportar ikunu inklużi kull sena fir-rapport taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard/l-Uffiċċju Reġjonali tad-WHO għall-Ewropa dwar is-sorveljanza u l-monitoraġġ tat-Tuberkulożi fl-Ewropa. www.ecdc.europa.eu.
(21) CVC = kateter vaskulari ċentrali, PVC = kateter vaskulari periferali. Il-kolonizzazzjoni ta' kateter vaskulari ċentrali jenħtieġ li ma tiġix irrapportata. CRI3 (-CVC or –PVC) hija wkoll infezzjoni tal-fluss tad-demm fil-ġisem b'sors ta' C-CVC jew C-PVC rispettivament; iżda meta CRI3 tkun irrapportata, il-BSI jenħtieġ li ma tiġix irrapportata fl-istħarriġ tal-prevalenza tal-punti; il-BSI relatata ma' kateter ikkonfermata mikrobijoloġikament jenħtieġ li tiġi rrapportata bħala CRI3
(22) LRT = Apparat Respiratorju t'Isfel
(23) CFU = Unitajiet li Jifformaw Kolonji
(24) Il-kriterji għar-rapportar ikunu ppubblikati kull sena bħala parti mill-protokoll ta' rapportar tar-reżistenza għall-antimikrobiċi (AMR). Ara: Il-protokoll ta' rapportar tar-reżistenza għall-antimikrobiċi (AMR). In-Netwerk Ewropew ta' Sorveljanza tar-Reżistenza għall-Antimikrobiċi (EARS-NET). www.ecdc.europa.eu
(25) http://www.eucast.org/clinical_breakpoints/. Metodi kwantitattivi ekwivalenti ta' ttestjar tas-suxxettibbiltà antimikrobika (AST) jistgħu jintużaw minflok MIC jew diffużjoni madwar id-disk jekk approvati minn EUCAST.
(26) Magiorakos AP, et al. Batterji reżistenti għal ħafna mediċini, reżistenti b'mod estensiv għad-drogi u reżistenti għall-pandrogi: proposta esperta internazzjonali għal definizzjonijiet standard interim għal reżistenza akkwistata. Clin Microbiol Infect. 2012 Mar;18(3):268-81. http://www.sciencedirect.com/science/article/pii/S1198743X14616323
(27) Magiorakos AP, et al. Batterji reżistenti għal ħafna mediċini, reżistenti b'mod estensiv għad-drogi u reżistenti għall-pandrogi: proposta esperta internazzjonali għal definizzjonijiet standard interim għal reżistenza akkwistata. Clin Microbiol Infect. 2012 Mar;18(3):268-81. http://www.sciencedirect.com/science/article/pii/S1198743X14616323
(28) http://www.eucast.org/ast_of_bacteria/
(29) http://www.eucast.org/mic_distributions_and_ecoffs/
(30) http://www.eucast.org/fileadmin/src/media/PDFs/EUCAST_files/Resistance_mechanisms/EUCAST_detection_of_resistance_mechanisms_v1.0_20131211.pdf