Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32021D0877

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/877 tas-26 ta’ Mejju 2021 li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni

ST/8295/2021/INIT

ĠU L 192, 1.6.2021, pp. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validità: 25/01/2025

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/877/oj

1.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 192/11


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/877

tas-26 ta’ Mejju 2021

li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

Wara li kkunsidra l-proposti mill-Gvern Taljan,

Billi:

(1)

Taħt l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.

(2)

Fl-20 ta’ Jannar 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/102 (2), biex ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025.

(3)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sa Simonetta SALIERA b’riżultat tat-tmiem tal-mandat elettorali tagħha f’awtorità reġjonali, sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(4)

Il-Gvern Taljan ippropona lis-Sa Loredana CAPONE, rappreżentanta ta’ korp reġjonali b’mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali (Presidente del Consiglio regionale e Consigliere regionale della Puglia), bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025.

(5)

Konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Alessandro PIANA, sar vakanti s-siġġu ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(6)

Il-Gvern Taljan ippropona lis-Sur Gianmarco MEDUSEI, rappreżentant ta’ korp reġjonali b’mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali (Presidente del Consiglio regionale e Consigliere regionale della Liguria), bħala membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali li għandhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jiddekorri sal-25 ta’ Jannar 2025:

(a)

bħala membru:

Is-Sa Loredana CAPONE, Presidente del Consiglio regionale e Consigliere regionale della Puglia,

u

(b)

bħala membru supplenti:

Is-Sur Gianmarco MEDUSEI, Presidente del Consiglio regionale e Consigliere regionale della Liguria.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Mejju 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

M. do C. ANTUNES


(1)   ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/102 tal-20 ta’ Jannar 2020 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 20, 24.1.2020, p. 2).


Fuq