This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016D1337
Council Decision (EU) 2016/1337 of 2 August 2016 concerning the allocation of funds decommitted from projects under the 10th European Development Fund for the purpose of replenishing the African Peace Facility
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1337 tat-2 ta' Awwissu 2016 dwar l-allokazzjoni ta' fondi diżimpenjati minn proġetti taħt l-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp għall-għan tar-riforniment tal-Faċilità għall-Paċi fl-Afrika
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1337 tat-2 ta' Awwissu 2016 dwar l-allokazzjoni ta' fondi diżimpenjati minn proġetti taħt l-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp għall-għan tar-riforniment tal-Faċilità għall-Paċi fl-Afrika
ĠU L 212, 5.8.2016, pp. 107–108
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
5.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 212/107 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1337
tat-2 ta' Awwissu 2016
dwar l-allokazzjoni ta' fondi diżimpenjati minn proġetti taħt l-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp għall-għan tar-riforniment tal-Faċilità għall-Paċi fl-Afrika
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta' għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu mill-2014 sal-2020, skont il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta' assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(4) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Kummissjoni, bl-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-15 ta' Lulju 2014 dwar il-Programm ta' Azzjoni 2014-2016 tal-Faċilità għall-Paċi fl-Afrika li għandu jiġi ffinanzjat mill-Mekkaniżmu ta' Tranżizzjoni tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp u mill-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (2), allokat ammont totali ta' EUR 901 339 064,53 għall-Programm ta' Azzjoni 2014-2016 tal-Faċilità għall-Paċi fl-Afrika (FPA). Minn dak l-ammont, EUR 900 000 000 huma mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) u EUR 1 339 064,53 huma minn kontribuzzjoni volontarja addizzjonali tad-Danimarka. |
|
(2) |
L-Unjoni diġà tagħti kontribut finanzjarju sostanzjali biex tappoġġa r-reazzjonijiet tal-Unjoni Afrikana għal kriżijiet attwali u emerġenti ta' sigurtà fl-Afrika. Diversi miżuri biex iżommu l-kontribut finanzjarju tal-FPA fl-livell sostenibbli ġew implimentati. Madankollu, is-sitwazzjoni attwali u dik futura ser jeħtieġu livell ogħla ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni, inkluż permezz tal-FPA, biex tirrispondi għall-ħtiġijiet tal-Unjoni Afrikana. |
|
(3) |
Il-ħtiġijiet addizzjonali tal-FPA għall-perjodu 2016-2018 huma stmati għal EUR 685 000 000. |
|
(4) |
Huwa xieraq li jintużaw fondi diżimpenjati minn proġetti taħt l-10 FEŻ biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet ta' finanzjament mhux sodisfatti tal-FPA għall-2016, u ċirkustanzi mhux previsti possibbli, kif ukoll sabiex tkun żgurata l-prevedibbiltà tal-finanzjament tal-FPA sat-tmiem tal-2018. |
|
(5) |
Dawk il-fondi addizzjonali tal-FPA għandhom jiffinanzjaw l-attivitajiet tal-FPA, inklużi appoġġ għal operazzjonijiet ta' appoġġ għall-paċi taħt tmexxija Afrikana (PSOs), appoġġ għall-operazzjonalizzazzjoni tal-Arkitettura Afrikana għall-Paċi u s-Sigurtà (APSA) u appoġġ għal azzjonijiet ta' impatt rapidu taħt il-Mekkaniżmu ta' Reazzjoni Bikrija, u għandhom ikopru wkoll in-nefqa għall-appoġġ li ssir mill-Kummissjoni. |
|
(6) |
Dawk il-fondi għandhom jintużaw skont il-programmi ta' azzjoni pluriennali rilevanti tal-FPA u skont ir-regoli u l-proċeduri applikabbli għall-11-il FEŻ, kif stabbilit fir-Regolamenti tal-Kunsill (UE) 2015/322 (3) u (UE) 2015/323 (4), |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Għandu jiġi allokat ammont mhux aktar minn EUR 491 387 500, li għandu jiġi pprovdut mill-fondi diżimpenjati minn proġetti taħt l-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ), għall-għan tar-riforniment tal-FPA għall-perjodu 2016-2018.
Sa massimu ta' EUR 16 387 500 mill-ammont stabbilit fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu allokati għan-nefqa għall-appoġġ li ssir mill-Kummissjoni.
2. Il-fondi stabbiliti fl-ewwel paragrafu għandhom jintużaw skont ir-regoli u l-proċeduri applikabbli għall-11-il FEŻ.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Awwissu 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
M. LAJČÁK
(2) Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014)4907 kif emendata bid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C(2015) 1254, C(2015) 4995 u C (2015) 8627.
(3) Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/322 tat-2 ta' Marzu 2015 dwar l-implimentazzjoni tal-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (ĠU L 58, 3.3.2015, p. 1).
(4) Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 tat-2 ta' Marzu 2015 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli ghall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (ĠU L 58, 3.3.2015, p. 17).